Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 41998D0037

    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-27 ta' Ottubru 1998 l-adozzjoni tal-miżuri sabiex tiġi miġġielda l-immigrazzjoni illegali (SCH/Com-ex (98)37 def. 2)

    ĠU L 239, 22.9.2000, p. 203–204 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/37(3)/oj

    41998D0037



    Official Journal L 239 , 22/09/2000 P. 0203 - 0204


    Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv

    tas-27 ta' Ottubru 1998

    l-adozzjoni tal-miżuri sabiex tiġi miġġielda l-immigrazzjoni illegali

    (SCH/Com-ex (98)37 def. 2)

    IL-KUMITAT EŻEKUTTIV,

    Wara li kkunsidra l-Artikolu 132 tal-Konvenzjoni li jimplimenta l-Arranġament Schengen,

    - tenfasizza l-ħtieġa għar-rispett tad-drittijiet umani u l-obbligazzjonijiet kollha ta' Stat Kuntrattanti li ġejjin mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet Umani u Libertajiet Fundamentali u l-protokolli tagħhom, il-Konvenzjoni ta' Ġinevra fuq Stat Legali ta' Refuġjati u l-Protokoll ta' l-Istati Uniti, il-Konvenzjoni kontra t-Tortura u Trattament jew Kastigi Ħorox, Inumani jew Degradanti, u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-forom kollha tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

    - tqis il-miżuri meħuda fi ħdan l-UE sabiex tiġi miġġielda l-immigrazzjoni illegali u sabiex tingħaraf il-ħtieġa ta' trattament integrali,

    - tagħraf li politika biex tikkumbatti immigrazzjoni illegali trid tqiegħed disposizzjonijiet xierqa għall-eżaminazzjoni ta' applikazzjonijiet għal refuġju b'konformità mal-liġi internazzjonali,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    L-Istati ta' Schengen huma bhalissa partikolarment affettwati minn mewġ sostanzjali ta' immigrazzjoni.

    L-Istati ta' Schengen jaraw li hu neċessarju li jieħdu l-miżuri segwenti sabiex jiġġieldu kontra din l-immigrazzjoni:

    1. Abbozzar u aġġornamenti kostanti tas-sitwazzjoni u formulazzjoni tal-proposti għall-addattament tal-miżuri mill-Forzi Armati.

    2. Koperazzjoni mill-qrib ma' l-aġenziji kompetenti tal-pajjiżi ta'oriġini u tal-pajjiżi transiti bi qbil mal-liġi nazzjonali fl-Istati ta' Schengen, speċjalment b'ħarsa lejn id-disposizzjonijiet ta' pariri u appoġġ mill-uffiċjali ta' kollegament ta' l-Istati ta' Schengen.

    3. Disposizzjoni ta' assistenza mill-uffiċjali ta' kollegament ta' l-Istati ta' Schengen mal-pajjiżi ta'oriġini u mal-pajjiżi transiti, bla ħsara għall-kondizzjonijiet imniżżla f'punt 2, f'forma ta' parir dwar prevenzjoni kontra l-immigrazzjoni illegali, bi qbil mal-liġi domestika mħaddma, sabiex jikkumbattu kontra immigrazzjoni illegali lejn Stat ta' Schengen.

    4. Informar reċiproku regolari bejn l-Istati ta' Schengen kollha fuq ir-riżultati ta' missjonijiet esperti fil-pajjiżi ta'oriġini u ta' transiti, speċjalment dawk li japplikaw għal sħubija fl-UE, fattur li jrid jiġi kkunsidrat b'konnessjoni mal-miżuri ta' appoġġ.

    5. Implimentazzjoni ta' kontroll intensiv fi qsim awtorizzat tal-borduri fil-fruntieri esterni bi qbil mal-livelli ta' Schengen, b'enfasi speċjali fuq is-settur tal-borduri affettwat mill-immigrazzjoni.

    6. Sorveljanza sħiħa possibbli ta' fruntieri ta' l-art u tal-baħar barra fruntiera awtorizzata għall-qsim, partikolarment is-setturi tal-fruntieri affettwati mill-immigrazzjonijiet illegali, permezz ta' skjerament ta' unitajiet mobbli.

    7. Kontrolli ta' l-oqsma mhux pubbliċi f‘portijiet li jservu għat-traffiku marittimu internazzjonali.

    8. Kontroll ta' vapuri magħtul it-tagħbija u l-imbarkazzjoni.

    9. Intensifikar ta' miżuri tal-pulizija fuq livell nazzjonali bi qbil mal-liġi domestika, partikolarment fuq rotot tat-trasport ewlenin, jekk hu possibbli b'ħidma flimkien u b'koperazzjoni mill-qrib ma' l-imsieħba ta' Schengen.

    10. B'konformità mal-liġi nazzjonali relevanti, is-sinjali tas-swaba ta' kull immigrant illegali li l-identità tiegħu ma tistax tiġi stabbilita b'ċertezza; iż-żamma tas-sinjali tas-swaba għal raġunijiet ta' tagħrif għall-Awtoritajiet fi Stati ta' Schengen oħra; il-prinċipji tal-fatti magħrufa protetti applikabbli bil-liġi f'qafas ta' koperazzjoni Schengen fl-Unjoni Ewropea għandhom jiġu osservati.

    11. B'konformità mal-liġi nazzjonali relevanti, li twaqqaf ċittadini barranin li daħlu fit-territorju ta' Schengen illegalment u li l-identità tagħhom ma tistax tiġi stabbilita b'ċertu ħabi, jew sakemm ċertu żmien sakemm l-identità tagħhom tkun stabbilita sew jew sakemm il-miżuri rikjesti mill-pulizija ta' l-istranġier ikunu ordnati u implimentati.

    12. Ritorn immedjat u sistematiku ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li daħlu fl-Istati ta' Schengen mingħajr awtorizzazzjoni sakemm ma jkollhom l-ebda dritt li joqogħdu u sakemm ma jeżistu l-ebda ostakoli bażati fuq raġunijiet umanitarji jew liġi internazzjonali.

    13. Imposizzjoni ta' sanzjonijiet kontra dawk li jġorru passiġġieri mingħajr dokumenti meħtieġa tad-dħul u transizzjoni għall-Istati ta' Schengen.

    14. Bdil ta' informazzjoni – b'koperazzjoni mal-Europol, sakemm hu permess fil-każ ta' fatti magħrufa personali u suġġett għall-ftehim tal-korpi mniżżla fil-Konvenzjoni Ewropea – bejn l-Istati ta' Schengen li ġew assenjati punti ta'kuntatt ċentrali dwar is-sitwazzjoni kif tkun qed tiżviluppa, l-miżuri meħuda u l-persuni miżmuma, b'koncentrazzjoni partikolari fuq organizzazzjonijiet li jinvolvu persuni b'kuntrabandu u r-rotot użati, flimkien ma' trasmissjoni aktar mgħaġġla ta‘ l-informazzjoni għas-servizzi relevanti.

    15. Kordinazzjoni tal-ġlieda kontra xbieki kriminali involuti f'kuntrabandu permezz ta' skambju ta' informazzjoni – b'koperazzjoni mal-Europol, sakemm dan hu permess f'każ ta' fatti personali magħrufa u suġġett ghal ftehim tal-korpi mniżżla fil-Konvenzjoni Europol – bejn is-Servizzi responsabbli għat-tmexxija ta' l-investigazzjonijiet, bi qbil mad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni Schengen u suġġett għal-liġi nazzjonali, flimkien mal-kordinazzjoni ta' miżuri operattivi.

    16. Applikazzjoni mutatis mutandis tal-miżuri relevanti miġbura fil-pjan ta' l-azzjoni ta' l-UE għall-prevenzjoni mill-influss ta' emigranti mill-Iraq u r-reġjuni ġirien tagħhom tas-26 ta' Jannar 1998 (UE dokument 5573/98).

    --------------------------------------------------

    Top