This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32026R0748
Commission Implementing Regulation (EU) 2026/748 of 31 March 2026 concerning a coordinated multiannual control programme of the Union for 2027, 2028 and 2029 to ensure compliance with maximum residue levels of pesticides and to assess the consumer exposure to pesticide residues in and on food of plant and animal origin, and repealing Implementing Regulation (EU) 2025/854
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/748 tal-31 ta’ Marzu 2026 dwar programm ta’ kontroll pluriennali kkoordinat tal-Unjoni għall-2027, l-2028 u l-2029 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi, u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumaturi għar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali, u fuqu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/854
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/748 tal-31 ta’ Marzu 2026 dwar programm ta’ kontroll pluriennali kkoordinat tal-Unjoni għall-2027, l-2028 u l-2029 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi, u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumaturi għar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali, u fuqu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/854
C/2026/2025
ĠU L, 2026/748, 1.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/748/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Repeal | 32025R0854 | Revoka parzjali | 01/01/2027 | ||
| Repeal | 32025R0854 | 01/09/2027 |
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/748 |
1.4.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/748
tal-31 ta’ Marzu 2026
dwar programm ta’ kontroll pluriennali kkoordinat tal-Unjoni għall-2027, l-2028 u l-2029 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi, u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumaturi għar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali, u fuqu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/854
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 (2) stabbilixxa l-ewwel programm Komunitarju kkoordinat ta’ kontroll pluriennali, għas-snin 2009, 2010 u 2011. Dak il-programm baqa’ għaddej skont regolamenti konsekuttivi, li l-aħħar wieħed minnhom huwa r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/854 (3). |
|
(2) |
Hemm bejn 30 u 40 prodott li jikkostitwixxu l-komponenti ewlenin tad-dieta tan-nies fl-Unjoni. Peress li l-użi tal-pestiċidi juru bidliet sinifikanti tul perjodu ta’ tliet snin, jeħtieġ li r-residwi tal-pestiċidi f’dawk il-prodotti jiġu mmonitorjati tul sensiela ta’ ċikli ta’ tliet snin biex l-esponiment tal-konsumaturi u l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jkunu jistgħu jiġu vvalutati. |
|
(3) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), ippubblikat rapport xjentifiku dwar il-valutazzjoni tat-tfassil tal-programm ta’ monitoraġġ tal-pestiċidi (4). Ikkonkludiet li rata ta’ superament tal-livell massimu ta’ residwi ogħla minn 1 % tista’ tiġi stmata b’marġni ta’ errur ta’ 0,75 % billi jintgħażlu 683 unità ta’ kampjun għal minimu ta’ 32 prodott differenti. Jenħtieġ li l-ġbir ta’ dawk il-kampjuni jitqassam fost l-Istati Membri skont id-daqs tal-popolazzjoni, b’minimu ta’ 12-il kampjun ta’ kull prodott fis-sena. |
|
(4) |
Tqiesu r-riżultati analitiċi mill-programmi ta’ kontroll uffiċjali preċedenti tal-Unjoni biex jiġi żgurat li l-firxa ta’ pestiċidi koperti mill-programm ta’ kontroll tkun rappreżentattiva tal-pestiċidi użati. |
|
(5) |
Sabiex l-Awtorità jkun jista’ jkollha riżultati komparabbli, jenħtieġ li tiġi żgurata sottomissjoni armonizzata ta’ informazzjoni mill-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi. Għalhekk, għar-rapportar ta’ tali riżultati, l-Istati Membri għandhom jużaw il-verżjoni 2 (5) tad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni u l-Gwida għar-Rappurtar tal-Monitoraġġ Kimiku (6). |
|
(6) |
Għall-proċeduri tat-teħid ta’ kampjuni jenħtieġ li tapplika d-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE (7), li tinkorpora l-metodi u l-proċeduri tat-teħid ta’ kampjuni rakkomandati mill-Kummissjoni tal-Codex Alimentarius. |
|
(7) |
F’konformità mad-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni dwar is-somma tal-limiti tal-kwantifikazzjonijiet (LOQs) f’każ ta’ definizzjonijiet kumplessi tar-residwi (8), fejn id-definizzjoni tar-residwu ta’ pestiċida tinkludi sustanzi attivi oħra, metaboliti u/jew prodotti ta’ degradazzjoni jew ta’ reazzjoni, dawk il-komposti jenħtieġ li jiġu rrapportati separatament sakemm jitkejlu individwalment. |
|
(8) |
Jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk il-livelli massimi ta’ residwi għall-ikel għat-trabi u għat-tfal żgħar humiex issodisfati kif previst fir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 (9) u (UE) 2016/128 (10) u fid-Direttiva tal-Kummissjoni2006/125/KE (11). |
|
(9) |
Billi jista’ jkun li mhux l-Istati Membri kollha għandhom il-metodi analitiċi vvalidati meħtieġa għar-residwi uniċi, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jissodisfaw l-obbligi ta’ analiżi tagħhom billi jittrażmettu kampjuni lil-laboratorji uffiċjali li diġà għandhom il-metodi vvalidati meħtieġa. |
|
(10) |
Sabiex l-Awtorità tkun tista’ tevalwa u tikkompila r-riżultati rrappurtati fil-ħin, jenħtieġ li l-Istati Membri jissottomettu sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena l-informazzjoni li tikkonċerna s-sena kalendarja preċedenti. |
|
(11) |
Sabiex tkunż żgurata ċ-ċarezza fir-rigward tal-programm pluriennali applikabbli, jenħtieġ li jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/854. Madankollu, dan għandu jkompli japplika għall-kampjuni meħuda fl-2026. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Matul is-snin 2027, 2028 u 2029, l-Istati Membri (12) għandhom jieħdu u janalizzaw il-kampjuni għall-kombinamenti ta’ prodotti/pestiċidi, kif stabbilit fl-Anness I.
2. L-Istati Membri għandhom jieħdu kampjuni kif stabbilit fil-Parti A tal-Anness II u janalizzaw il-kampjuni kollha, inklużi dawk tal-ikel maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar u l-prodotti li joriġinaw mill-biedja organika f’konformità mar-rekwiżiti għall-analiżi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness II.
3. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-lott li għandu jittieħed kampjun minnu b’mod aleatorju.
4. Il-proċedura tat-teħid ta’ kampjuni, inkluż l-għadd ta’ unitajiet, għandha tikkonforma mad-Direttiva 2002/63/KE.
Artikolu 2
1. Wara l-analiżi tal-kampjuni msemmija fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Awtorità r-riżultati tal-analiżi tar-residwi tal-pestiċidi billi jużaw il-verżjoni 2 tad-Deskrizzjoni Standard tal-Kampjuni u l-aħħar verżjoni aġġornata tal-Gwida għar-Rappurtar tal-Monitoraġġ Kimiku.
2. L-Istati Membri għandhom jissottomettu r-riżultati msemmija fil-paragrafu 1 fil-format tar-rappurtar elettroniku kif stabbilit mill-Awtorità.
3. Għandhom jippreżentaw ir-riżultati tal-analiżi tal-kampjuni meħuda fl-2027, fl-2028 u fl-2029 sal-31 ta’ Awwissu tal-2028, tal-2029 u tal-2030 rispettivament.
4. Meta d-definizzjoni ta’ residwu ta’ pestiċida tinkludi iżjed minn kompost wieħed (sustanza attiva u/jew metabolita, jew prodott ta’ degradazzjoni jew ta’ reazzjoni), ir-riżultati tal-analiżi għandhom jiġu rrappurtati f’konformità mad-definizzjoni sħiħa tar-residwu. Ir-riżultati ta’ kull wieħed mill-analiti li jiffurmaw parti mid-definizzjoni tar-residwu għandhom jintbagħtu separatament, sa fejn dawn jitkejlu b’mod individwali.
Artikolu 3
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/854 jitħassar.
Madankollu, għandu jkompli japplika sal-1 ta’ Settembru 2027 fir-rigward tal-kampjuni meħuda fl-2026.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2027.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/396/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1213/2008 tal-5 ta’ Diċembru 2008 li jikkonċerna programm Komunitarju kkoordinat ta’ kontroll multiannwali għall-2009, 2010 u 2011 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti u mill-annimali u biex tevalwa l-esponiment tal-konsumatur għalihom (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1213/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/854 tas-7 ta’ Mejju 2025 dwar programm koordinat ta’ kontroll pluriennali tal-Unjoni għall-2026, l-2027 u l-2028 biex tiġi żgurata l-konformità mal-livelli massimi ta’ residwi tal-pestiċidi, u biex jiġi vvalutat l-esponiment tal-konsumaturi għar-residwi tal-pestiċidi fl-ikel li joriġina mill-pjanti u mill-annimali, u fuqu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/989 (ĠU L, 2025/854, 8.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/854/oj).
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; “il-Programm ta’ Monitoraġġ tal-Pestiċidi: il-Valutazzjoni tad-Disinn”, EFSA Journal 2015;13(2):4005.
(5) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA, European Food Safety Authority), “Standard Sample Description ver. 2.0”, EFSA Journal 2013;11(10):3424, 114 p., https://doi.org/10.2903/j.efsa.2013.3424.
(6) Chemical Monitoring Reporting Guidance https://www.efsa.europa.eu/en/resources/data-collection-chemicals.
(7) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE tal-11 ta’ Lulju 2002 li tistabbilixxi metodi tal-Komunità ta’ teħid ta’ kampjuni għall-kontroll uffiċjali ta’ residwi ta’ pestiċidi ġo u fuq prodotti li joriġinaw mill-pjanti jew mill-annimali u li tħassar id-Direttiva 79/700/KEE (ĠU L 187, 16.7.2002, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2002/63/oj).
(8) Working Document on the summing up of LOQs in case of complex residue definitions, (SANCO/12574/2014).
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/127 tal-25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni tal-formula tat-trabi u tal-formula ta’ prosegwiment u fir-rigward ta’ rekwiżiti dwar l-informazzjoni dwar it-tmigħ tat-trabi u tat-tfal żgħar (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/127/oj).
(10) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/128 tal-25 ta’ Settembru 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti speċifiċi dwar il-kompożizzjoni u l-informazzjoni għall-ikel għal skopijiet mediċi speċjali (ĠU L 25, 2.2.2016, p. 30, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2016/128/oj).
(11) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2006/125/oj).
(12) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-24 ta’ Marzu 2023 ( ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87)) flimkien mal-Anness 2, it-taqsima 24, ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu lir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.
ANNESS I
PARTI A
Prodotti (1) li joriġinaw mill-pjanti (2) li jridu jittieħdu l-kampjuni minnhom fl-2027, fl-2028 u fl-2029
|
2027 |
2028 |
2029 |
|
(b) |
(c) |
(a) |
|
(0151000) Għeneb tal-mejda (3) |
(0130010) Tuffieħ (3) |
(0110020) Larinġ (3) |
|
(0163020) Banana (3) |
(0152000) Frawli (3) |
(0130020) Lanġas (3) |
|
(0110010) Grapefruit (3) |
(0140030) Ħawħ, inkluż in-nuċiprisk u ibridi simili (3) |
(0162010) Kiwi (3) |
|
(0231030) Brunġiel (3) |
Inbid (aħmar jew abjad) magħmul minn (0151020) għeneb tal-inbid (meta ma jkun hemm l-ebda fattur speċifiku tal-ipproċessar għall-inbid disponibbli, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-fatturi tal-ipproċessar tal-inbid użati). |
(0241020) Pastard (3) |
|
(0241010) Brokkli (3) |
(0251020) Ħass (3) |
(0220020) Basal (3) |
|
(0233010) Bettieħ (3) |
(0242020) Kaboċċi kkapoċċati (3) |
(0213020) Karrotti (3) |
|
(0280010) Faqqiegħ ikkultivat (3) |
(0231010) Tadam (3) |
(0211000) Patata (3) |
|
(0231020) Bżar ħelu (3) |
(0252010) Spinaċi (3) |
(0300010) Fażola (mnixxfa) (3) |
|
(0500090) Ħbub tal-qamħ (4) |
(0500070) Ħbub tas-segala (4) |
|
|
Żejt taż-żebbuġa verġni minn (0402010) Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt (jekk ma jkun disponibbli l-ebda fattur tal-ipproċessar speċifiku għaż-żejt, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-fatturi tal-ipproċessar użati). |
(0500060) Ross ismar (ross meħluf), iddefinit bħala ross wara li titneħħa l-ħliefa mir-ross bil-ħliefa (7) |
PARTI B
Prodotti (8) li joriġinaw mill-annimali (9) li għandu jittieħed kampjun minnhom fl-2027, fl-2028 u fl-2029
|
2027 |
2028 |
2029 |
|
(d) |
(e) |
(f) |
|
(1020010) Ħalib tal-baqra (12) |
||
|
(1012030) Fwied tal-bovini (10) |
PARTI C
Kombinamenti ta’ residwi tal-pestiċidi/prodotti li jridu jiġu analizzati fi/fuq il-prodotti li joriġinaw mill-pjanti
|
|
2027 |
2028 |
2029 |
Kummenti |
|
2,4-D |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fil-grapefruit, fl-għeneb tal-mejda, fil-brunġiel, fil-brokkli u fuqhom fl-2027; fil-ħawħ, fil-ħass, fit-tadam u fuqhom fl-2028; fil-larinġ, fil-kiwi, fil-lanġas, fil-pastard, fir-ross ismar u fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2029. |
|
2-Fenilfenol |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fil-grapefruit u fil-banana u fuqhom fl-2027; fil-frawli u fuqu fl-2028; fil-larinġ, fil-karrotti, fil-lanġas, fis-segala, fir-ross ismar u fuqhom fl-2029. |
|
4-CPA |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fil-brunġiel, fil-bettieħ, fil-bżar ħelu u fil-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2027; fil-frawli u fuqu fl-2028; fil-lanġas u fuqu fl-2029. |
|
Abamektina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Acephate |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Aċetamiprid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Aklonifen |
|
|
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fil-karrotti u fuqhom fl-2029. |
|
Akrinatrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Aldikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Aldrin u dieldrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ametoktradin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Azadirachtin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ażinfos-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ażossistrobin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Klorur tal-benżalkonju |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Bifentrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Bifenil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Bitertanol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Boskalid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Joni tal-bromur |
|
|
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fir-ross ismar u fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2029. |
|
Bromopropilat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Bupirimat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Buprofeżin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Kaptan |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Karbaril |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Karbendażim u benomil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Karbofuran |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Klorantraniliprol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Klorati |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Klorfenapir |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Klormekwat |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fl-għeneb tal-mejda, fil-faqqiegħ ikkultivat, fil-qamħ u fuqhom fl-2027; fil-frawli, fil-kaboċċi kkapoċċati, fil-ħafur, fix-xgħir u fuqhom fl-2028; fil-patata, fil-pastard, fil-karrotti, fil-lanġas, fis-segala, fir-ross ismar u fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2029. |
|
Klorotalonil |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fil-bettieħ, fl-għeneb tal-mejda, fil-banana u fil-brunġiel u fuqhom fl-2027; fil-ħawħ, fil-frawli, fit-tadam u fil-ħass u fuqhom fl-2028; fil-lanġas, fil-kiwi, fil-patata u fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2029. |
|
Klorprofam |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Klorpirifos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Klorpirifos-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Klofenteżina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Klopiralid |
(b) |
(c) |
|
Biex jiġi analizzat biss fl-għeneb tal-mejda, fil-brokkli u fil-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2027; fil-ħawħ, fil-kaboċċi kkapoċċati, fl-ispinaċi u fil-ħafur u fuqhom fl-2028. |
|
Klotijanidin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Komposti tar-ram |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ċjantraniliprol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ċjażofammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ċiflufenammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ċiflumetofen |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ċiflutrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ċimoksanil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ċipermetrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ċiprokonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ċiprodinil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ċiromażina |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fil-brunġiel, fil-bżar ħelu, fil-bettieħ u fil-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2027; fil-ħass u t-tadam u fuqhom fl-2028; fil-patata, fil-basal, fil-karrotti, fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2029. |
|
Deltametrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Diażinon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Diklorvos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Dikloran |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Dikofol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Klorur tad-dideċildimetilammonju |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Dietofenkarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Difenokonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Diflubenżuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Dimetoat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Dimetomorf |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Dinikonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Difenilammina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ditijanon |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fl-għeneb tal-mejda u fuqu fl-2027; fit-tuffieħ, fil-ħawħ u fil-frawli u fuqhom fl-2028; fil-lanġas u fuqu fl-2029. |
|
Ditijokarbamati |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat fil-prodotti bażiċi elenkati kollha u fuqhom, għajr il-brokkli, il-pastard, il-kaboċċi kkapoċċati, iż-żejt taż-żebbuġa, l-inbid u l-basal. |
|
Dodina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Emamektin benżoat B1a, espress bħala emamektin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Endosulfan |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Epossikonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Etefon |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fil-grapefruit, fil-bettieħ, fil-bżar ħelu, fil-qamħ, u fl-għeneb tal-mejda u fuqhom fl-2027; fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fit-tadam, fix-xgħir u fl-inbid u fuqhom fl-2028; fil-larinġ u fil-lanġas u fuqhom fl-2029. |
|
Etjon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Etirimol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Etofenprox |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Etossażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ossidu tal-etilen |
|
|
(a) |
Biex jiġi analizzat fil-fażola mnixxfa u fir-ross ismar u fuqhom fl-2029. |
|
Famoksadon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenamidon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenamifos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenarimol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenażakwin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenbukonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Ossidu tal-fenbutatin |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fil-grapefruit u fl-għeneb tal-mejda u fuqhom fl-2027; fit-tuffieħ, fil-frawli u fil-ħawħ u fuqhom fl-2028; fil-larinġ u fil-lanġas u fuqhom fl-2029. |
|
Feneżammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenitrothion |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenossikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenpropathrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenpropidin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenpropimorf |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenpirażamin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenpirossimat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenthion |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fenvalerat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fipronil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Flonikammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fluważifop-P |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fil-brunġiel, fil-brokkli, fil-bżar ħelu u fuqhom fl-2027; fil-frawli, fil-kaboċċi kkapoċċati, fl-ispinaċi u fuqhom fl-2028; fil-lanġas, fil-pastard, fil-fażola mnixxfa, fil-patata, fil-karrotti, fil-basal u fuqhom fl-2029. |
|
Flubendiamide |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fludiossonil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Flufenoxuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fluopicolide |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fluwopiram |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Flupiradifuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fluquinconazole |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Flusilażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Flutriafol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fluksapiroksad |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Folpet |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Formetanat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fosetil-Al |
(b) |
(c) |
(a) |
Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2619 (14), id-definizzjoni tar-residwu għall-finijiet tal-infurzar inbidlet għat-tliet sustanzi attivi minn “Fosetil-Al (is-somma tal-fosetil, tal-aċidu fosfoniku u tal-imlieħ tagħhom, espressa bħala fosetil)” għal “aċidu fosfoniku u tal-imlieħ tiegħu, espressa bħala aċidu fosfoniku”. Għalhekk, is-sejbiet tal-fosetil ma għandhomx jitqiesu u japplika l-MRL għall-metabolit tiegħu, l-aċidu fosfoniku. |
|
Fosthiazate |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Glufosinat-ammonju |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fl-għeneb tal-mejda, fil-banana u fil-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2027; fil-ħawħ, fil-frawli, fil-kaboċċi kkapoċċati, fit-tuffieħ u fil-ħass u fuqhom fl-2028; fil-lanġas, fil-patata, fil-kiwi, fir-ross ismar u fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2029. |
|
Glifosat |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fil-faqqiegħ ikkultivat, fl-għeneb tal-mejda, fil-grapefruit, fil-brunġiel, fil-qamħ u fuqhom fl-2027; fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fil-frawli, fil-kaboċċi kkapoċċati, fil-ħass, fl-inbid, fl-ispinaċi, fil-ħafur u fix-xgħir u fuqhom fl-2028; fil-lanġas, fil-kiwi, fil-fażola mnixxfa, fir-ross ismar, fis-segala, fil-karrotti u fil-larinġ u fuqhom fl-2029. |
|
Alossifop inkluż l-alossifop-P |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fil-brokkli u fil-qamħ u fuqhom fl-2027; fil-frawli, il-kaboċċi kkapoċċati u fuqhom fl-2028; fil-lanġas, fil-patata, fil-karrotti, fil-pastard, fil-basal u fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2029. |
|
Hexaconazole |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Hexythiazox |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Imażalil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Imidakloprid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Indoksakarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Iprodion |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Iprovalikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Isokarbofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Isofetammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Isoprotijolan |
|
|
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fir-ross ismar u fuqu fl-2029. |
|
Kresoksim-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Lambda ċjalotrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Linuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Lufenuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Malatijon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Idrażid malejku |
|
|
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fil-basal u fil-patata u fuqhom fl-2029. |
|
Mandipropammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Mefentriflukonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Mepanipirim |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Mepikwat |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fl-għeneb tal-mejda, fil-bżar ħelu, fil-faqqiegħ ikkultivat, fil-qamħ u fuqhom fl-2027; fit-tuffieħ, fl-inbid, fil-frawli, fix-xgħir u fil-ħafur u fuqhom fl-2028; fil-lanġas, fil-pastard, fil-patata, fil-fażola mnixxfa, fis-segala u fir-ross ismar u fuqhom fl-2029. |
|
Metaflumiżon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Metalaksil u metalaksil-M |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Metamitron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Methamidophos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Methidathion |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Methiocarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Metomil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Metossifenożid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Metrafenon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Monocrotophos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Miklobutanil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Nikotina |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fl-għeneb tal-mejda, fil-faqqiegħ ikkultivat, fil-bżar ħelu u fuqhom fl-2027; fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fil-frawli, fil-ħass, fl-ispinaċi u fit-tadam u fuqhom fl-2028; fil-lanġas, fil-basal, fil-patata u fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2029. |
|
Omethoate |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Oksadiksil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Oksamil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Oksatijapiprolin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Oxydemeton-methyl |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Paklobutrażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Parathion methyl |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Penkonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Penċikuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Pendimetalina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Permetrina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Fosmet |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Pirimikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Pirimifos-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Prokloraż |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Proċimidon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Profenofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Propamokarb |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fl-għeneb tal-mejda, fil-bettieħ, fil-banana, fil-brunġiel, fil-brokkli, fil-bżar ħelu, fil-qamħ u fuqhom fl-2027; fil-frawli, il-kaboċċi kkapoċċati, fl-ispinaċi, fil-ħass, fit-tadam u fix-xgħir u fuqhom fl-2028; fil-lanġas, fil-karrotti, fil-pastard, fil-basal, fil-patata u fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2029. |
|
Proparġit |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Propikonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Propiżammid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Prokwinażid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Prosulfokarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Protijokonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Pymetrozine |
(b) |
(c) |
|
Għandha tiġi analizzata biss fil-brunġiel, fil-bettieħ, fil-bżar ħelu u fuqhom fl-2027; fil-ħass, fil-frawli, fl-ispinaċi u fit-tadam u fuqhom fl-2028. Ma għandu jiġi analizzat fl-ebda prodott jew fuq l-ebda prodott fl-2029. |
|
Piraklostrobin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Piretrini |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Piridaben |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Piridalil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Pirimetanil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Piriprossifen |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Quinoxyfen |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Spinetoram |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Spinosad |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Spirodiklofen |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Spiromesifen |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Spiroksamina |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Spirotetramat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Sulfoksaflor |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Taw-Fluvalinat |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tebukonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tebufenozide |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tebufenpirad |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Teflubenżuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Teflutrin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Terbuthylazine |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tetrakonażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tetradifon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tijabendażol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tijakloprid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tijametossam |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tijodikarb |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Thiophanate-methyl |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Tolklofos-metil |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Triadimefon |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Triadimenol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Triażofos |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Triċiklażol |
|
|
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fir-ross ismar u fuqu fl-2029. |
|
Triflossistrobin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Triflumiżol |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Triflumuron |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Katjoni ta’ Trimetil-sulfonju |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fil-grapefruti, fl-għeneb tal-mejda, fil-banana, fil-brunġiel, fil-bżar ħelu, u fil-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2027; fit-tuffieħ, fil-ħawħ, fil-frawli, fil-kaboċċi kkapoċċati u fil-ħafur u fuqhom fl-2028; fil-larinġ, fil-lanġas, fil-pastard, fil-basal, fir-ross ismar u fil-fażola mnixxfa u fuqhom fl-2029. |
|
Trineksapak |
(b) |
(c) |
(a) |
Biex jiġi analizzat biss fil-qamħ u fil-faqqiegħ ikkultivat u fuqhom fl-2027; fit-tuffieħ, fil-frawli, fix-xgħir u fil-ħafur u fuqhom fl-2028; fil-larinġ u fis-segala u fuqhom fl-2029. |
|
Vinklożolin |
(b) |
(c) |
(a) |
|
|
Żoksamid |
(b) |
(c) |
(a) |
|
PARTI D
Kombinamenti ta’ residwi ta’ pestiċidi/prodotti li jridu jiġu analizzati fi/fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali
|
|
2027 |
2028 |
2029 |
Kummenti |
|
Aldrin u dieldrin |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Klorur tal-benżalkonju |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Bifentrin |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Klorati |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Chlordane |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Klormekwat |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Klorpirifos |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Klorpirifos-metil |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Komposti tar-ram |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Ċipermetrina |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
DDT |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Deltametrina |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Diażinon |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Klorur tad-dideċildimetilammonju |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Endosulfan |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Famoksadon |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Fenvalerat |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Fipronil |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Fluwopiram |
|
|
(f) |
Biex jiġi analizzat biss fil-fwied u fuqu fl-2029. |
|
Glufosinat-ammonju |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Glifosat |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Heptachlor |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Eżaklorobenżen |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Eżakloroċikloeżan (HCH, Alfa-Isomeru) |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Eżakloroċikloeżan (HCH, Beta-Isomeru) |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Indoksakarb |
|
(e) |
|
Biex jiġi analizzat biss fil-ħalib tal-baqra u fuqu fl-2028. |
|
Lindan |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Mepikwat |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Mefentriflukonażol |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Methoxychlor |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Parathion |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Pendimetalina |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Permetrina |
(d) |
(e) |
(f) |
|
|
Pirimifos-metil |
(d) |
(e) |
(f) |
|
(1) Il-kodiċijiet tal-prodotti skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
(2) Il-partijiet tal-prodotti mhux ipproċessati li għalihom japplikaw l-MRLs għandhom jiġu analizzati għall-prodott ewlieni tal-grupp jew tas-sottogrupp kif elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
(3) Għandhom jiġu analizzati l-prodotti mhux ipproċessati. Fil-każ ta’ prodotti li kienu ffriżati meta ttieħed il-kampjun, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar, jekk applikabbli.
(4) Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kampjuni ta’ ħbub tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur jew tax-xgħir, jista’ jiġi analizzat ukoll id-dqiq integrali tas-segala, tal-qamħ, tal-ħafur jew tax-xgħir u għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar.
(5) Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kampjuni ta’ ħbub tal-ħafur, il-parti tal-għadd ta’ kampjuni meħtieġa għall-ħbub tal-ħafur li ma setax jittieħed, jista’ jiżdied mal-għadd ta’ kampjuni tal-ħbub tax-xgħir, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni tal-ħbub tal-ħafur ikun imnaqqas u l-għadd tal-kampjuni ta’ ħbub tax-xgħir jiżdied b’mod proporzjonali.
(6) Jekk ma jkunx hemm biżżejjed kampjuni ta’ ħbub tax-xgħir, il-parti tal-għadd ta’ kampjuni meħtieġ għall-ħbub tax-xgħir li ma setax jittieħed, jista’ jiżdied mal-għadd ta’ kampjuni tal-ħbub tal-ħafur, bir-riżultat li l-għadd tal-kampjuni tal-ħbub tax-xgħir ikun imnaqqas, u l-għadd tal-kampjuni ta’ ħbub tal-ħafur jiżdied b’mod proporzjonali.
(7) Meta jkun jixraq, jista’ jiġi analizzat ukoll il-ħabb tar-ross imqaxxar u meħluf. Għandu jiġi rrappurtat liema tip ta’ ross ikun ġie analizzat, jekk kienx ross imqaxxar u meħluf, jew ross meħluf biss. Jekk ikun ġie analizzat ross imqaxxar u meħluf, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar.
(8) Il-kodiċijiet tal-prodotti skont l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.
(9) Il-partijiet tal-prodotti mhux ipproċessati li għalihom japplikaw l-MRLs għandhom jiġu analizzati għall-prodott ewlieni tal-grupp jew tas-sottogrupp kif elenkati fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.
(10) Għandhom jiġu analizzati l-prodotti mhux ipproċessati. Fil-każ ta’ prodotti li kienu ffriżati meta ttieħed il-kampjun, għandu jiġi rrappurtat fattur tal-ipproċessar, jekk applikabbli.
(11) Jistgħu wkoll jittieħdu kampjuni mil-laħam f’konformità mat-Tabella 3 tal-Anness tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/63/KE.
(12) Il-ħalib frisk (mhux ipproċessat) għandu jiġu analizzat, kif ukoll il-ħalib iffriżat, pasturizzat, imsaħħan, sterilizzat jew iffiltrat.
(13) Għandu jiġi analizzat il-bajd sħiħ mingħajr il-qoxra.
(14) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/2619 tat-8 ta’ Ottubru 2024 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-fosetil, għall-fosfonati tal-potassju u għall-fosfonat tad-disodju f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L, 2024/2619, 9.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2619/oj).
ANNESS II
PARTI A
Għadd ta’ kampjuni u teħid ta’ kampjuni ta’ prodotti li joriġinaw mill-biedja organika u ikel maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar
|
1. |
L-għadd minimu ta’ kampjuni li għandu jittieħed għal kull prodott u jiġi analizzat għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I (għal kull sena għal kull prodott bażiku) għandu jkun kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Minbarra l-punt 1, kull Stat Membru għandu jieħu u janalizza għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I, il-Parti C u l-Parti D, dan li ġej:
|
|
3. |
Kampjuni minn prodotti li joriġinaw mill-biedja organika għandhom, fejn disponibbli, jittieħdu fi proporzjon mas-sehem tas-suq ta’ dawk il-prodotti f’kull Stat Membru b’minimu ta’ 1 u analizzati għall-pestiċidi elenkati fl-Anness I, il-Parti C u l-Parti D. |
|
4. |
Għal ikel maħsub għat-trabi u għat-tfal żgħar, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw jekk humiex qed jiġu rispettati l-livelli massimi ta’ residwi għall-ikel tat-trabi u tat-tfal żgħar previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/127, fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2016/128 u fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2006/125/KE, billi jitqiesu biss id-definizzjonijiet tar-residwi stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005. Meta jiġu analizzati l-kampjuni tal-prodotti kif proposti lesti għall-konsum jew kif rikostitwiti skont l-istruzzjonijiet tal-manifatturi, għandhom jitqiesu l-livelli massimi ta’ residwi stabbiliti fid-Direttiva 2006/125/KE u r-Regolamenti Delegati (UE) 2016/127 u (UE) 2016/128. F’każijiet meta dawn l-oġġetti tal-ikel ikunu ta’ tip li jistgħu jiġu kkunsmati kemm kif jinbiegħu kif ukoll f’forma rikostitwita, ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati fir-rigward tal-prodott kif jinbiegħ. |
PARTI B
Rekwiżiti għall-analiżi
|
1. |
L-Istati Membri li jużaw metodi multiresidwi jistgħu jużaw metodi ta’ skrinjar kwalitattiv fuq massimu ta’ 15 % tal-kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati f’konformità mal-punt (1) tal-Parti A. Meta jintużaw metodi ta’ skrinjar kwalitattiv, l-għadd ta’ kampjuni li jifdal għandu jiġi analizzat permezz ta’ metodi multiresidwi kwantitattivi.
Jekk ir-riżultati tal-iskrinjar kwalitattiv ikunu pożittivi, l-Istati Membri għandhom jużaw metodu mmirat li jintuża s-soltu biex jikkwantifikaw is-sejbiet. |
|
2. |
Fir-rigward tal-metodi ta’ residwu uniku, l-Istati Membri jistgħu jittrażmettu kampjuni li għandhom jittieħdu u jiġu analizzati f’konformità mal-punt 1 tal-Parti A lil-laboratorji uffiċjali li diġà għandhom il-metodi analitiċi vvalidati meħtieġa. |
|
3. |
Fis-sit web tal-Kummissjoni hemm ippubblikata gwida bl-isem “Analytical quality control and validation procedures for pesticide residues analysis in food and feed” (1). |
(1) Id-Dokument SANTE/11312/2021 v2.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/748/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)