Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026R0636

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/636 tal-20 ta’ Marzu 2026 li jadotta listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji li jikkonformaw ma’ ċerti kondizzjonijiet għal movimenti mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi

C/2026/25

ĠU L, 2026/636, 27.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/636/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 19/06/2026

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/636/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/636

27.3.2026

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/636

tal-20 ta’ Marzu 2026

li jadotta listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji li jikkonformaw ma’ ċerti kondizzjonijiet għal movimenti mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 253(1), il-punt (d), tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 iħassar ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) mit-22 ta’ April 2026. Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 jipprevedi li t-test tat-titrazzjoni ta’ antikorpi mhuwiex meħtieġ għall-annimali domestiċi li jkunu qed jiġu mċaqilqa lejn Stat Membru minn pajjiż terz jew territorju li jrid jiġi elenkat permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat skont l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 (3) stabbilixxa żewġ listi fl-Anness II tiegħu. L-ewwel lista tinkludi dawk il-pajjiżi terzi jew territorji li jkunu wrew li japplikaw regoli li l-kontenut u l-effett tagħhom huma l-istess bħal dawk applikati mill-Istati Membri, u t-tieni lista tinkludi dawk il-pajjiżi terzi jew territorji li jkunu wrew li tal-inqas jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013. Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/705 (4) iħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 mit-22 ta’ April 2026.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-mard tal-annimali li huwa trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inklużi fost l-oħrajn ir-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali applikabbli għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi lejn Stat Membru minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz jew territorju.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/131 (5) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi. L-Artikolu 17(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li l-klieb domestiċi, il-qtates domestiċi jew l-inmsa domestiċi mċaqilqa għal skopijiet mhux kummerċjali lejn l-Unjoni minn pajjiżi terzi jew territorji inklużi fil-listi stabbiliti fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament mhumiex meħtieġa li jsirilhom test tat-titrazzjoni tal-antikorpi tar-rabja. Għalhekk jixraq li dawk il-listi jiġu stabbiliti fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Peress li l-listi previsti fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2026/131 u r-rekwiżiti għall-inklużjoni f’dawn il-listi huma essenzjalment l-istess bħal dawk previsti fl-Artikolu 13(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 576/2013, il-listi tal-pajjiżi terzi jew tat-territorji inklużi fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament, u jkunu applikabbli mit-22 ta’ April 2026 meta jitħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 577/2013 u jibda japplika r-Regolament Delegat (UE) 2026/131, sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn għall-movimenti mhux kummerċjali tal-klieb domestiċi, tal-qtates domestiċi u tal-inmsa domestiċi.

(5)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1933 (6) jipprevedi eżenzjoni ta’ ċerti movimenti mhux kummerċjali tal-għasafar domestiċi, abbażi tal-oriġini tagħhom, mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament. B’mod partikolari, jeskludi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dak ir-Regolament għall-movimenti mhux kummerċjali tal-għasafar domestiċi minn għadd ta’ pajjiżi terzi jew territorji fejn dawk il-movimenti jippreżentaw biss għall-Unjoni riskju minimu għas-saħħa tal-annimali. Jeskludi wkoll il-movimenti mhux kummerċjali min-Norveġja mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, li skont il-punti 10 u 10a tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE ma tridx titqies bħala pajjiż terz fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 576/2013 jew tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013. Ir-Regolament Delegat (UE) 2026/131 iħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1933 b’effett mit-22 ta’ April 2026. Sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn fil-movimenti mhux kummerċjali tal-għasafar domestiċi li ġejjin minn pajjiżi terzi jew territorji meqjusa li jippreżentaw riskju minimu għas-saħħa, jixraq li fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament jiġu stabbiliti dawk l-istess pajjiżi terzi jew territorji li jaqgħu taħt id-deroga fl-Artikolu 28 tar-Regolament Delegat (UE) 2026/131 u jiġi żgurat li l-movimenti mhux kummerċjali minn dawk il-pajjiżi terzi jew territorji jkunu eżentati minn rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali relatati ma’ ċerti speċijiet b’effett mit-22 ta’ April 2026, meta jitħassar ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1933 u jibda japplika r-Regolament Delegat (UE) 2026/131.

(6)

Peress li r-Regolament Delegat (UE) 2026/131 japplika mit-22 ta’ April 2026, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u jenħtieġ ukoll li japplika mit-22 ta’ April 2026.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Listi ta’ pajjiżi terzi jew territorji msemmija fl-Artikolu 17(1), il-punti (a) u (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2026/131

1.   Il-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji msemmija fl-Artikolu 17(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2026/131 hija stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji msemmija fl-Artikolu 17(1), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2026/131 hija stabbilita fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament Delegat (UE) 2026/131

Il-lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament Delegat (UE) 2026/131 hija stabbilita fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-22 ta’ April 2026.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Marzu 2026.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 998/2003 (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/576/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 577/2013 tat-28 ta’ Ġunju 2013 dwar il-mudell tad-dokumenti ta’ identifikazzjoni għall-moviment mhux kummerċjali ta’ klieb, qtates u inmsa, l-istabbiliment ta’ listi ta’ territorji u pajjiżi terzi u l-format, it-tqassim u r-rekwiżiti lingwistiċi tad-dikjarazzjonijiet li jiċċertifikaw il-konformità ma’ ċerti kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 178, 28.6.2013, p. 109, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/577/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/705 tal-20 ta’ Marzu 2026 li jistabbilixxi mudelli ta’ dokumenti ta’ identifikazzjoni u mudelli ta’ dikjarazzjonijiet għall-movimenti mhux kummerċjali ta’ annimali domestiċi (ĠU L, 2026/705, 27.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/705/oj).

(5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2026/131 tal-20 ta’ Jannar 2026 li jisupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali għall-movimenti mhux kummerċjali tal-annimali domestiċi (ĠU L, 2026/131, 27.3.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/131/oj).

(6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1933 tal-14 ta’ Lulju 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 576/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar il-movimenti mhux kummerċjali tal-għasafar domestiċi fi Stat Membru minn territorju jew minn pajjiż terz (ĠU L 396, 10.11.2021, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2021/1933/oj).


ANNESS I

Lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji msemmija fl-Artikolu 17(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2026/131

Kodiċi tal-ISO

Pajjiż terz jew territorju

AD

Andorra

CH

L-Iżvizzera

FO

Il-Gżejjer Faeroe

GI

Ġibiltà

GL

Greenland

IS

L-Iżlanda

LI

Il-Liechtenstein

MC

Monaco

SM

San Marino

VA

L-Istat tal-Belt tal-Vatikan


ANNESS II

Lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji msemmija fl-Artikolu 17(1), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2026/131

Kodiċi tal-ISO

Pajjiż terz jew territorju

Territorji inklużi

AC

Il-Gżira ta’ Ascension

 

AE

L-Emirati Għarab Magħquda

 

AG

Antigua u Barbuda

 

AR

L-Arġentina

 

AU

L-Awstralja

 

AW

Aruba

 

BA

Il-Bożnija-Ħerzegovina

 

BB

Barbados

 

BH

Il-Bahrain

 

BM

Bermuda

 

BQ

Bonaire, Sint Eustatius u Saba (il-Gżejjer BES)

 

CA

Il-Kanada

 

CL

Iċ-Ċilì

 

CW

Curaçao

 

FJ

Fiġi

 

FK

Il-Gżejjer Falkland

 

GB

Ir-Renju Unit (1)

 

GG

Guernsey

 

HK

Hong Kong

 

IM

Isle of Man

 

JM

Il-Ġamajka

 

JP

Il-Ġappun

 

JE

Jersey

 

KN

Saint Kitts u Nevis

 

KY

Il-Gżejjer Cayman

 

LC

Santa Lucia

 

MS

Montserrat

 

MK

Il-Maċedonja ta’ Fuq

 

MU

Mauritius

 

MX

Il-Messiku

 

MY

Il-Malażja

 

NC

New Caledonia

 

NZ

New Zealand

 

PF

Il-Polineżja Franċiża

 

PM

Saint Pierre u Miquelon

 

SG

Singapore

 

SH

Saint Helena

 

SX

Sint Maarten

 

TT

Trinidad u Tobago

 

TW

It-Tajwan

 

US

L-Istati Uniti tal-Amerka

AS – is-Samoa Amerikana

GU – Guam

MP – il-Gżejjer Mariana tat-Tramuntana

PR – Puerto Rico

VI – il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti

VC

Saint Vincent u l-Grenadini

 

VG

Il-Gżejjer Verġni Brittaniċi

 

VU

Vanuatu

 

WF

Wallis u Futuna

 


(1)  F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor (Ara d-Dikjarazzjoni Konġunta Nru 1/2023 tal-Unjoni u tar-Renju Unit fil-Kumitat Konġunt stabbilit mill-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, (ĠU L 102, 17.4.2023, p. 87)) flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-fini ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għar-Renju Unit ma jinkludux l-Irlanda ta’ Fuq.


ANNESS III

Lista ta’ pajjiżi terzi jew territorji msemmija fl-Artikolu 28 tar-Regolament Delegat (UE) 2026/131

Kodiċi tal-ISO

Pajjiż terz jew territorju

AD

Andorra

CH

L-Iżvizzera

FO

Il-Gżejjer Faeroe

GI

Ġibiltà

GL

Greenland

IS

L-Iżlanda

LI

Il-Liechtenstein

MC

Monaco

SM

San Marino

VA

L-Istat tal-Belt tal-Vatikan


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/636/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top