Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026D1815

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1815 tal-24 ta’ Lulju 2026 dwar il-pubblikazzjoni ta’ lista li tindika ċerti valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 għal kull manifattur kif ukoll l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu tar-rapportar tas-sena 2024 (notifikata bid-dokument C(2026) 5108)

C/2026/5108

ĠU L, 2026/1815, 28.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1815/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1815/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1815

28.7.2026

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1815

tal-24 ta’ Lulju 2026

dwar il-pubblikazzjoni ta’ lista li tindika ċerti valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 għal kull manifattur kif ukoll l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu tar-rapportar tas-sena 2024

(notifikata bid-dokument C(2026) 5108)

(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Olandiż, bl-Ispanjol, bl-Iżvediż u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b), (d) u (f) tiegħu,

Billi:

(1)

L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ manifattur jenħtieġ li jkunu ddeterminati abbażi tad-data rrappurtata mill-Istati Membri u mill-manifatturi skont ir-Regolament (UE) 2019/1242 għall-vetturi ta’ dak il-manifattur jew trasferiti lil dak il-manifattur.

(2)

Il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi għal kull manifattur jenħtieġ li jiġi ddeterminat billi jitqiesu l-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi li jiġu rrapportati.

(3)

It-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet għal kull manifattur jenħtieġ li jiġu ddeterminati abbażi tal-għadd ta’ vetturi tqal ġodda rrappurtati.

(4)

F’konformità mal-formula fil-punt 2.7.1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1242, applikabbli għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2024, l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni jenħtieġ li jiġu ddeterminati abbażi tad-data rrapportata mill-manifatturi kollha għall-vetturi li jaqgħu fis-subgruppi tal-vetturi 4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD u 10-LH.

(5)

Wara l-emenda tiegħu bir-Regolament (UE) 2024/1610 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1242, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tiegħu, twessa’. Għaldaqstant, mill-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2024 ’il quddiem, is-sehem ta’ vetturi tqal ġodda f’subgrupp tal-vetturi, f’konformità mal-punt 2.4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1242, għandu jiġi kkalkolat abbażi tal-għadd ta’ vetturi tqal ta’ manifattur li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni mwessa’. Għalhekk, il-valuri tal-emissjonijiet ta’ CO2 speċifiċi medji u tat-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet CO2 ta’ manifattur, kif ukoll il-valur ta’ emissjonijiet CO2 speċifiċi medji tal-vetturi tqal ġodda kollha, stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u l-Anness tagħha, ma għadhomx komparabbli direttament mal-valuri stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-perjodi ta’ rapportar tas-snin preċedenti. Il-krediti tal-emissjonijiet għal kull manifattur mhumiex affettwati mill-bidla fil-kalkolu tal-ishma tas-subgrupp tal-vetturi tqal u għadhom komparabbli.

(6)

Il-valuri ppreżentati f’din id-Deċiżjoni u fl-Anness tagħha huma bbażati fuq id-data disponibbli għall-Kummissjoni fit-2 ta’ Lulju 2026.

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għal kull manifattur

L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għal kull manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1242 fil-perjodu tar-rapportar tas-sena 2024, huma indikati fit-tieni kolonna tat-tabella tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi għal kull manifattur

Il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi għal kull manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242, fil-perjodu tar-rapportar tas-sena 2024, huwa indikat fit-tielet kolonna tat-tabella tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet għal kull manifattur

It-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet għal kull manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fil-perjodu tar-rapportar tas-sena 2024, huma indikati fir-raba’ u l-ħames kolonna, rispettivament, tat-tabella tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha

L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fil-perjodu tar-rapportar tas-sena 2024, kif ikkalkulati bl-applikazzjoni tal-formula tal-punt 2.7.1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1242 filwaqt li jitqiesu l-vetturi tqal ġodda tal-manifatturi kollha, huma 35,2 g/tkm.

Artikolu 5

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-manifatturi li ġejjin:

(1)

DAF TRUCKS N.V.

P.O. Box 90065

5600 PT Eindhoven

In-Netherlands

(2)

DAIMLER TRUCK AG

Fasanenweg 10

70771 Leinfelden-Echterdingen

Il-Ġermanja

(3)

FORD OTOMOTIV SANAYI A.Ş.

Akpınar Mahallesi Hasan Basri Caddesi No: 2

34885 Sancaktepe/İstanbul

It-Turkija

(4)

HYUNDAI HYDROGEN MOBILITY AG

Hagenholzstrasse 60

8004 Zürich

L-Iżvizzera

(5)

IRIZAR S. COOP

Zumárraga Bidea 8

20216 Ormaiztegi, Gipuzkoa

Spanja

(6)

IVECO MAGIRUS AG

Nicolaus-Otto-Straße 27

89079 Ulm

Il-Ġermanja

(7)

IVECO S.P.A.

Via Puglia 35

10156 Torino

L-Italja

(8)

MAN TRUCK & BUS SE

Dachauer Straße 667

80995 München

Il-Ġermanja

(9)

RENAULT TRUCK SAS

99 Route de Lyon

69800 Saint-Priest

Franza

(10)

SCANIA CV AB

Vagnmakarvägen 1

SE-151 87 Södertälje

L-Iżvezja

(11)

VOLVO TRUCK CORPORATION

Herkulesgatan 75

SE-405 08 Göteborg

L-Iżvezja

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2026.

Għall-Kummissjoni

Wopke HOEKSTRA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/1242/oj.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2024/1610 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1242 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għal vetturi heavy-duty ġodda u l-integrazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/956 (ĠU L, 2024/1610, 6.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1610/oj).


ANNESS

L-entrati kollha jirreferu għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2024.

Manifattur

Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fi g/tkm

Fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242

Trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, kif imsemmi fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2019/1242, fi g/tkm

Krediti tal-emissjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242, fi g/tkm

DAF TRUCKS N.V.

41,40

0,998

41,61

6 573

DAIMLER TRUCK AG

34,16

0,983

33,22

-

FORD OTOMOTIV SANAYI A.Ş.

49,70

1,000

44,21

-

HYUNDAI HYDROGEN MOBILITY AG

0,00

0,970

47,11

801

IRIZAR S. COOP

0,00

0,970

0,13

41

IVECO MAGIRUS AG

34,55

1,000

30,65

-

IVECO S.P.A.

22,76

0,970

22,57

-

MAN TRUCK & BUS SE

28,95

0,992

28,79

-

RENAULT TRUCK SAS

31,63

0,970

31,90

6 411

SCANIA CV AB

35,10

0,992

37,78

96 609

VOLVO TRUCK CORPORATION

38,14

0,982

39,44

52 496


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1815/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top