This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32026D1736
Commission Implementing Decision (EU) 2026/1736 of 14 July 2026 on harmonised standards for digital product passports drafted in support of Regulation (EU) 2024/1781 of the European Parliament and of the Council
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2026/1736 tal-14 ta’ Lulju 2026 dwar standards armonizzati għall-passaporti diġitali tal-prodotti abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2026/1736 tal-14 ta’ Lulju 2026 dwar standards armonizzati għall-passaporti diġitali tal-prodotti abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
C/2026/4788
ĠU L, 2026/1736, 15.7.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1736/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1736 |
15.7.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI 2026/1736
tal-14 ta’ Lulju 2026
dwar standards armonizzati għall-passaporti diġitali tal-prodotti abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), il-passaporti diġitali tal-prodotti li huma konformi mal-istandards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iridu jiġu preżunti bħala konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 ta’ dak ir-Regolament koperti minn dawk l-istandards armonizzati jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2024) 5423 (3), kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2025) 8024 (4), il-Kummissjoni għamlet talba lis-CEN, lis-Cenelec u lill-ETSI għall-abbozzar ta’ standards armonizzati b’appoġġ għar-rekwiżiti li huma stabbiliti fl-Artikolu 10 fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2024/1781 (“it-talba”). |
|
(3) |
Abbażi tat-talba, is-CEN, is-Cenelec u l-ETSI abbozzaw l-istandards armonizzati EN 18216:2026, EN 18219:2026, EN 18220:2026, EN 18221:2026, EN 18222:2026, u EN 18223:2026 għall-passaporti diġitali tal-prodotti b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2024/1781. |
|
(4) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, mas-Cenelec u mal-ETSI, ivvalutat jekk l-istandards armonizzati EN 18216:2026, EN 18219:2026, EN 18220:2026, EN 18221:2026, EN 18222:2026 u EN 18223:2026 jikkonformawx mat-talba. |
|
(5) |
L-istandards armonizzati EN 18216:2026, EN 18219:2026, EN 18220:2026, EN 18221:2026, EN 18222:2026 u EN 18223:2026 jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 10 u 11 tar-Regolament (UE) 2024/1781. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ dak l-istandard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenzi tal-istandards armonizzati għall-passaporti diġitali tal-prodotti abbozzati b’appoġġ għar-Regolament (UE) 2024/1781, elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2024/1781 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2024 li jistabbilixxi qafas għall-istabbiliment ta’ rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, li jemenda d-Direttiva (UE) 2020/1828 u r-Regolament (UE) 2023/1542 u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (ĠU L, 2024/1781, 28.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1781/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2024) 5423 tal-31 ta’ Lulju 2024 dwar talba ta’ standardizzazzjoni lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni, lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika, u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni fir-rigward tal-passaporti diġitali tal-prodotti b’appoġġ għall-politika tal-Unjoni dwar ir-rekwiżiti tal-ekodisinn għal prodotti sostenibbli u dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji.
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2025) 8024 tat-28 ta’ Novembru 2025 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2024) 5423 fir-rigward tal-bażi legali u l-iskadenzi għall-adozzjoni tal-istandards.
ANNESS
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
|
1. |
EN 18216:2026 Passaport diġitali tal-prodotti – Protokolli għall-iskambju tad-data |
|
2. |
EN 18219:2026 Passaport diġitali tal-prodotti – Identifikaturi uniċi |
|
3. |
EN 18220:2026 Passaport diġitali tal-prodotti – Mezzi tad-data |
|
4. |
EN 18221:2026 Passaport diġitali tal-prodotti – Ħżin, arkivjar u persistenza tad-data |
|
5. |
EN 18222:2026 Passaport Diġitali tal-Prodotti – Interfaċċi għall-Ipprogrammar tal-Applikazzjonijiet (APIs) għall-ġestjoni taċ-ċiklu tal-ħajja tal-passaport tal-prodotti u l-kapaċità tat-tiftix |
|
6. |
EN 18223:2026 Passaport Diġitali tal-Prodotti – Interoperabbiltà tas-Sistema |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1736/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)