Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026D1400

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2026/1400 tas-16 ta’ Ġunju 2026 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

ST/8495/2026/INIT

ĠU L, 2026/1400, 22.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1400/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1400/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/1400

22.6.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/1400

tas-16 ta’ Ġunju 2026

li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Awstrija, fil-Kumitat tar-Reġjuni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta.

(2)

Fl-10 ta’ Diċembru 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2025/71 (2), li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030.

(3)

Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġie propost għall-ħatra s-Sur Peter KAISER sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(4)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Herwig SIESER, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(5)

Il-Gvern Awstrijak ippropona lis-Sur Daniel FELLNER, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Landeshauptmann von Kärnten, Kärntner Landesregierung (Gvernatur ta’ Carinthia, Gvern tal-Istat ta’ Carinthia), bħala membru fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030.

(6)

Il-Gvern Awstrijak ippropona lis-Sur Peter REICHMANN, rappreżentant ta’ korp reġjonali li huwa politikament responsabbli quddiem assemblea eletta, Landesrat der Kärntner Landesregierung (Membru tal-Gvern tal-Istat ta’ Carinthia), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Ir-rappreżentanti li ġejjin ta’ korpi reġjonali li huma politikament responsabbli quddiem assemblea eletta huma b’dan maħtura fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2030:

(a)

bħala membru:

Is-Sur Daniel FELLNER, Landeshauptmann von Kärnten, Kärntner Landesregierung (Gvernatur ta’ Carinthia, Gvern tal-Istat ta’ Carinthia),

u

(b)

bħala membru supplenti:

Is-Sur Peter REICHMANN, Landesrat der Kärntner Landesregierung (Membru tal-Gvern tal-Istat ta’ Carinthia).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-16 ta’ Ġunju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. RAOUNA


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/852/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2025/71 tal-10 ta’ Diċembru 2024 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2025 sal-25 ta’ Jannar 2030 (ĠU L, 2025/71, 16.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/71/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1400/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top