Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32026D03211

Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta’ Mejju 2026 li tissostitwixxi membru supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-Italja

ST/9321/2026/INIT

ĠU C, C/2026/3211, 11.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3211/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3211/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3211

11.6.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Mejju 2026

li tissostitwixxi membru supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-Italja

(C/2026/3211)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tat-13 ta’ Mejju 2025 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2025 sal-31 ta’ Mejju 2028.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Stefano PIZZICANNELLA sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.

(3)

Il-Gvern tal-Italja nnomina kandidat għall-post vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Agnese CANEVARI hija maħtura membru supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi minflok is-Sur Stefano PIZZICANNELLA għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta’ Mejju 2028.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Mejju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

C. FITIRIS


(1)   ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1922/oj.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Mejju 2025 li taħtar membri u membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (ĠU C, C/2025/2802, 19.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2802/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3211/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)


Top