This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R2148
Commission Implementing Regulation (EU) 2025/2148 of 23 October 2025 correcting Commission Implementing Regulation (EU) 2023/265 imposing a definitive anti-dumping duty on imports of ceramic tiles originating in India and Türkiye
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2148 tat-23 ta’ Ottubru 2025 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/265 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fl-Indja u fit-Turkija
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2148 tat-23 ta’ Ottubru 2025 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/265 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fl-Indja u fit-Turkija
C/2025/7019
ĠU L, 2025/2148, 24.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2148/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32023R0265 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 2 Test | 11/02/2023 |
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/2148 |
24.10.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/2148
tat-23 ta’ Ottubru 2025
li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/265 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fl-Indja u fit-Turkija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 u l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/265 (2) (“ir-Regolament oriġinali”), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) imponiet dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina mill-Indja u mit-Turkija. |
|
(2) |
Fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping definittivi, intuża t-teħid ta’ kampjuni fl-investigazzjoni tal-produtturi esportaturi, f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku. |
|
(3) |
F’Lulju 2025, il-grupp Bien & Qua, grupp ta’ produtturi esportaturi Torok inklużi fil-kampjun li l-prodotti tagħhom saru soġġetti għad-dazju anti-dumping individwali ta’ 4,8 %, ikkuntattja lill-Kummissjoni, u ġibed l-attenzjoni tagħha għal żball fil-mod kif l-ismijiet tal-produtturi esportaturi tagħhom dehru fir-Regolament oriġinali. Analiżi ġdida tad-dokumenti diġà ppreżentati mill-grupp matul l-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri l-Istatut ta’ Assoċjazzjoni tagħhom, ikkonfermat li l-ismijiet tal-partijiet kienu miktuba ħażin fir-Regolament oriġinali. |
|
(4) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, huwa meqjus neċessarju li r-Regolament oriġinali jiġi emendat b’mod retroattiv mill-jum tad-dħul fis-seħħ tiegħu biex jirrifletti l-ismijiet korretti tal-produtturi esportaturi rilevanti, li huma Qua Granite Hayal Yapi ve Ürünleri Sanayi Ticaret A.Ş. u Bien Yapi Ürünleri Sanayi Turizm ve Ticaret A.Ş. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huwa f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/265 huwa emendat kif ġej:
|
“It-Turkija |
Qua Granite ve Hayal Yapi Ürünleri San. Tic. A.Ş.; Bien Yapi Ürünleri San. Tic. A.Ş. |
4,8 % |
C901” |
huwa sostitwit bi:
|
“It-Turkija |
Qua Granite Hayal Yapi ve Ürünleri Sanayi Ticaret A.Ş.; Bien Yapi Ürünleri Sanayi Turizm ve Ticaret A.Ş. |
4,8 % |
C901” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu tapplika mill-11 ta’ Frar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ottubru 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/265 tad-9 ta’ Frar 2023 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-madum taċ-ċeramika li joriġina fl-Indja u fit-Turkija (ĠU L 41, 10.2.2023, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/265/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/2148/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)