This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025R1065
Commission Delegated Regulation (EU) 2025/1065 of 28 May 2025 amending Regulation (EU) No 748/2012 as regards updating the references to the environmental protection requirements and correcting that Regulation
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1065 tat-28 ta’ Mejju 2025 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-aġġornament tar-referenzi għar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u li jikkoreġi dak ir-Regolament
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/1065 tat-28 ta’ Mejju 2025 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-aġġornament tar-referenzi għar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u li jikkoreġi dak ir-Regolament
C/2025/3287
ĠU L, 2025/1065, 12.8.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1065/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 appendiċi VII | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.A.147 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.A.165 punt (c) punt 3 Test | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.A.243 punt (d) | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.A.245 punt (e) punt 2 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.A.247 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.A.251 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.A.432C punt (b) punt 2 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.A.432C punt (b) punt 3 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.A.432C punt (b) punt 6 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.A.433 punt (a) punt 1 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.A.433 punt (a) punt 2 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.A.701 punt (a) punt 14 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.A.91 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.A.93 punt (b) punt 3 punt (iii) | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.A.95 punt (b) punt 3 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.B.100 punt (a) Test | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.B.105 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.B.109 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.B.15 punt (b) punt 6 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.B.450 titolu | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.B.453 punt (a) punt 3 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.B.453 punt (b) | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.B.70 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 punt 21.B.85 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | anness I parti 21 Test | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Żieda | anness Ib parti 21 titolu | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 1 Test | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | artikolu 9 paragrafu 1 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | artikolu 9 paragrafu 7 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Tħassir | artikolu 9 paragrafu 8 | 01/05/2025 | |
Modifies | 32012R0748 | Sostituzzjoni | titolu | 01/05/2025 |
![]() |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2025/1065 |
12.8.2025 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1065
tat-28 ta’ Mejju 2025
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-aġġornament tar-referenzi għar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u li jikkoreġi dak ir-Regolament
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-28 ta’ Frar 2025 il-Kummissjoni adottat ir-Regolament Delegat (UE) 2025/870 (2) li jaġġorna r-referenzi li saru fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2018/1139 għar-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali fl-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, iffirmata f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944 (“il-Konvenzjoni ta’ Chicago”). L-inġenji tal-ajru, għajr l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord, u l-magni, l-iskrejjen, il-partijiet u t-tagħmir mhux installat tagħhom għandhom jikkonformaw ma’ dawk ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali. |
(2) |
Id-dispożizzjonijiet eżistenti dwar il-protezzjoni ambjentali fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 (3) jenħtieġ li jiġu aġġornati għall-implimentazzjoni konsistenti tar-rekwiżiti applikabbli tal-protezzjoni ambjentali. |
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 748/2012 jiġi emendat kif xieraq. |
(4) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1358 (4) b’mod involontarju ħalla barra t-titolu tal-Anness Ib tar-Regolament (UE) Nru 748/2012. Għalhekk, jenħtieġ li jiddaħħal it-titolu tal-Anness Ib. |
(5) |
Ir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) 2022/1358, (UE) 2023/1028 (5) u (UE) 2024/1108 (6) suċċessivament emendaw l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 u b’mod involontarju introduċew referenzi inkonsistenti u ridondanzi. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi kkoreġut l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 748/2012. |
(6) |
Xi dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jemendaw u jikkoreġu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 emendat bir-Regolament Delegat (UE) 2024/1108 li jsiru applikabbli fl-1 ta’ Mejju 2025. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jsir applikabbli fl-istess data. |
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 02/2024 maħruġa mill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u tal-protezzjoni ambjentali jew id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-inġenji tal-ajru u tal-prodotti, tal-partijiet, tat-tagħmir, tal-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ relatati u komponenti ta’ unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ, kif ukoll għar-rekwiżiti tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni (riformulazzjoni)”; |
(2) |
fl-Artikolu 1(1), il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “F’konformità mal-Artikoli 19, 58 u 62 tar-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi komuni għaċ-ċertifikazzjoni tal-ajrunavigabbiltà u ambjentali jew id-dikjarazzjoni tal-konformità tal-prodotti, tal-partijiet, tat-tagħmir, tal-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ u tal-komponenti tal-unitajiet tal-kontroll u tal-monitoraġġ li jispeċifikaw: (*1) Ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj).”;" |
(3) |
L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Anness I (il-Parti 21) huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Ir-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa kkoreġut kif ġej:
(1) |
L-Anness I (il-Parti 21) huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
(2) |
fl-Anness Ib (il-Parti 21 Light), it-titolu li ġej jiddaħħal qabel il-werrej: “ ANNESS Ib PARTI 21 LIGHT Ċertifikazzjoni u dikjarazzjoni tal-konformità tad-disinn tal-inġenji tal-ajru għajr l-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord maħsuba primarjament għall-avjazzjoni sportiva u rikreazzjonali u tal-prodotti u tal-partijiet relatati, u d-dikjarazzjoni tal-kapaċità tad-disinn u tal-produzzjoni tal-organizzazzjonijiet”. |
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2025.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/870 tat-28 ta’ Frar 2025 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tar-referenzi għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, (ĠU L, 2025/870, 5.5.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/870/oj).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 748/2012 tat-3 ta’ Awwissu 2012 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-airworthiness u ambjentali jew id-dikjarazzjoni ta’ konformità ta’ inġenji tal-ajru u ta’ prodotti, ta’ partijiet u ta’ tagħmir relatati, kif ukoll għar-rekwiżiti tal-kapaċità ta’ organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u mal-produzzjoni (ĠU L 224, 21.8.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/748/oj).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1358 tat-2 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti aktar proporzjonati għall-inġenji tal-ajru użati għall-avjazzjoni sportiva u rikreazzjonali (ĠU L 205, 5.8.2022, p. 7, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2022/1358/oj).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1028 tal-20 ta’ Marzu 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ inġenju tal-ajru kumpless li jaħdem bil-magni u li jikkoreġi dak ir-Regolament ( ĠU L 139, 26.5.2023, p. 10, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2023/1028/oj).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/1108 tat-13 ta’ Marzu 2024 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 748/2012 fir-rigward tal-ajrunavigabbiltà inizjali tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord soġġetti għaċ-ċertifikazzjoni, u r-Regolament Delegat (UE) 2019/945 fir-rigward tas-sistemi tal-inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u ta’ operaturi minn pajjiżi terzi ta’ sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord (ĠU L, 2024/1108, 23.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1108/oj).
ANNESS I
L-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-werrej (“Werrej”) huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
il-punt 21.A.91 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
fil-punt 21.A.95(b), il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(4) |
fil-punt 21.A.432C, il-punt (b) huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
fil-punt 21.A.433(a), il-punti 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
(6) |
il-punt 21.B.70 huwa sostitwit b’dan li ġej:
L-Aġenzija, f’konformità mal-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, għandha toħroġ speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni u speċifikazzjonijiet dettaljati oħra, inkluż speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni għall-ajrunavigabbiltà u għad-data tal-adegwatezza operattiva, li l-awtoritajiet kompetenti, l-organizzazzjonijiet u l-persunal ikunu jistgħu jużaw biex juru l-konformità tal-prodotti, tal-partijiet, tat-tagħmir, tal-UAS, tas-CMUs u tal-komponenti tas-CMU mar-rekwiżiti essenzjali rilevanti stabbiliti fl-Annessi II, IV, V u IX ta’ dak ir-Regolament. Dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu dettaljati u speċifiċi biżżejjed biex lill-applikanti juruhom il-kundizzjonijiet li skonthom għandhom jinħarġu, jiġu emendati jew jiġu ssupplimentati ċ-ċertifikati.”; |
(7) |
il-punt 21.B.85 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(8) |
L-Appendiċi VII huwa sostitwit b’dan li ġej: |
“Appendiċi VII
Għall-użu mill-Istat tar-reġistrazzjoni |
|
|
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||
… |
… |
… |
||||||||||||||||||
|
|
|||||||||||||||||||
… |
… |
|||||||||||||||||||
|
|
|
||||||||||||||||||
… |
… |
… |
||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
|
|
|
|
||||||||||||||||
… |
… |
… |
… |
… |
||||||||||||||||
Rimarki: |
||||||||||||||||||||
|
||||||||||||||||||||
|
|
Formola 45 tal-EASA – Ħarġa 2”.
(1) Dawn il-kaxxi jistgħu jitħallew barra skont l-istandard taċ-ċertifikazzjoni tal-ħoss.
ANNESS II
L-Anness I (il-Parti 21) tar-Regolament (UE) Nru 748/2012 huwa kkoreġut kif ġej:
(1) |
il-werrej (“Werrej”) huwa kkoreġut kif ġej:
|
(2) |
fil-punt 21.A.15(b), il-punt 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(3) |
fil-punt 21.A.93(b)3, il-punt (iii) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(4) |
il-punt 21.A.147 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(5) |
fil-punt 21.A.165(c)3, il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “barra minn hekk, fil-każ tal-protezzjoni ambjentali, jiddetermina li:”; |
(6) |
fil-punt 21.A.243, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(7) |
fil-punt 21.A.245(e), il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(8) |
il-punt 21.A.247 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(9) |
il-punt 21.A.251 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(10) |
fil-punt 21.A.432C(b), il-punt 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(11) |
fil-punt 21.A.701(a), il-punt 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(12) |
fil-punt 21.B.100(a), il-frażi introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej: “L-Aġenzija għandha tiddetermina l-involviment tagħha fil-verifika tal-attivitajiet u tad-data tad-dimostrazzjoni tal-konformità relatati mal-applikazzjoni għal ċertifikat tat-tip, għal ċertifikat tat-tip ristrett, għal approvazzjoni ta’ bidla maġġuri, għal ċertifikat tat-tip supplimentari, għal approvazzjoni tad-disinn tat-tiswija maġġuri jew għal awtorizzazzjoni tal-ETSO għal APUs. Din għandha tagħmel dan abbażi ta’ valutazzjoni ta’ gruppi sinifikattivi tal-attivitajiet u tad-data tad-dimostrazzjoni tal-konformità tal-programm taċ-ċertifikazzjoni. Dik il-valutazzjoni għandha tindirizza:
u tikkunsidra tal-inqas l-elementi li ġejjin:”; |
(13) |
il-punt 21.B.105 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(14) |
il-punt 21.B.109 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(15) |
fil-punt 21.B.450, it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(16) |
il-punt 21.B.453 huwa kkoreġut kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1065/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)