This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32025L0145
Commission Implementing Directive (EU) 2025/145 of 29 January 2025 amending Implementing Directive 2014/98/EU as regards the Union regulated non-quarantine pests Tobacco ringspot virus, Tomato ringspot virus, Pucciniastrum minimum (Schweinitz) Arthur and Fig mosaic agent and correcting that Implementing Directive as regards measures concerning Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/145 tad-29 ta’ Jannar 2025 li temenda d-Direttiva 2014/98/UE fir-rigward tal-pesti regolati tal-Unjoni mhux ta’ kwarantina, il-virus tar-ringspot tat-tabakk, il-virus tar-ringspot tat-tadam, il-Pucciniastrum minimum (Schweinitz) Arthur u l-Aġent tal-mużajk tat-tin u li tikkoreġi dik id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni fir-rigward ta’ miżuri li jikkonċernaw il-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider
Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/145 tad-29 ta’ Jannar 2025 li temenda d-Direttiva 2014/98/UE fir-rigward tal-pesti regolati tal-Unjoni mhux ta’ kwarantina, il-virus tar-ringspot tat-tabakk, il-virus tar-ringspot tat-tadam, il-Pucciniastrum minimum (Schweinitz) Arthur u l-Aġent tal-mużajk tat-tin u li tikkoreġi dik id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni fir-rigward ta’ miżuri li jikkonċernaw il-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider
C/2025/507
ĠU L, 2025/145, 30.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2025/145/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32014L0098 | Tħassir | anness I kolonna tat-tabella 2 Test | 19/02/2025 | |
| Modifies | 32014L0098 | Żieda | anness I kolonna tat-tabella 2 Test | 19/02/2025 | |
| Modifies | 32014L0098 | Sostituzzjoni | anness II tabella | 19/02/2025 | |
| Modifies | 32014L0098 | Sostituzzjoni | anness IV punt 11 | 19/02/2025 | |
| Modifies | 32014L0098 | Sostituzzjoni | anness IV punt 14 | 19/02/2025 | |
| Modifies | 32014L0098 | Sostituzzjoni | anness IV punt 15 | 19/02/2025 | |
| Modifies | 32014L0098 | Sostituzzjoni | anness IV punt 8 | 19/02/2025 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32025L0145R(01) | (PL) |
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/145 |
30.1.2025 |
DIRETTIVA TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/145
tad-29 ta’ Jannar 2025
li temenda d-Direttiva 2014/98/UE fir-rigward tal-pesti regolati tal-Unjoni mhux ta’ kwarantina, il-virus tar-ringspot tat-tabakk, il-virus tar-ringspot tat-tadam, il-Pucciniastrum minimum (Schweinitz) Arthur u l-Aġent tal-mużajk tat-tin u li tikkoreġi dik id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni fir-rigward ta’ miżuri li jikkonċernaw il-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4, l-Artikolu 6(4), u l-Artikolu 13(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) jistabbilixxi lista ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni, ta’ pesti ta’ kwarantina fiż-żoni protetti u ta’ pesti rregolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni. Jistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-introduzzjoni fl-Unjoni u għall-moviment fiha, ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra sabiex jipprevjeni d-dħul, l-istabbiliment u t-tixrid ta’ dawk il-pesti fit-territorju tal-Unjoni. |
|
(2) |
Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE (3) tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u l-ispeċi ta’ ċerti pjanti tal-frott, rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri u regoli dettaljati dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali. |
|
(3) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE tiġi emendata biex jiġi aġġornat l-istatus fitosanitarju ta’ ċerti pesti u biex jiġu emendati l-miżuri speċifiċi kontra dawk il-pesti. Tabilħaqq, il-pesti rregolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni huma elenkati flimkien mal-pjanti għat-tħawwil rilevanti fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, u l-miżuri korrispondenti biex tiġi evitata l-preżenza ta’ dawk il-pesti rregolati mhux ta’ kwarantina fuq dawk il-pjanti għat-tħawwil huma previsti fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Madankollu, għall-pesti rregolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni li jikkonċernaw il-materjal tal-propagazzjoni tal-frott u l-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott, dawn il-miżuri huma previsti biss fid-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE. |
|
(4) |
Il-virus tar-ringspot tat-tabakk tneħħa mil-lista tal-pesti tal-kwarantina fl-Unjoni tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u ġie elenkat bħala pest rregolat mhux ta’ kwarantina fil-Parti J tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament, fir-rigward tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott, tal-Vaccinium L., għajr it-trab tad-dakra u ż-żrieragħ. Għalhekk jeħtieġ li l-virus tar-ringspot tat-Tabakk jiġi elenkat fl-Anness II tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE, fir-rigward ta’ dik l-ispeċi, sabiex jiġu applikati r-rekwiżiti rispettivi tal-Artikolu 9(2) u (4), tal-Artikolu 10(1), tal-Artikolu 16(1), tal-Artikolu 21(1) u tal-Artikolu 26(1) ta’ dik id-Direttiva u jiġi żgurat il-livell xieraq ta’ protezzjoni fitosanitarja. |
|
(5) |
Il-virus tar-ringspot tat-tadam tneħħa mil-lista ta’ pesti ta’ kwarantina fl-Unjoni fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 u ġie elenkat bħala pest rregolat mhux ta’ kwarantina fil-Parti J tal-Anness IV ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, fir-rigward tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott, tal-Malus Mill., tal-Prunus L. u tal-Vaccinium L., għajr it-trab tad-dakra u ż-żrieragħ, u tar-Rubus L. għajr it-trab tad-dakra. Għalhekk, għal raġunijiet ta’ konsistenza, jeħtieġ li l-virus tar-ringspot tat-tadam jiġi elenkat fl-Anness II tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE, fir-rigward ta’ dawk il-ġeneri, u sabiex jiġu applikati r-rekwiżiti rispettivi tal-Artikolu 9(4), l-Artikolu 16(1), l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 26(1) ta’ dik id-Direttiva u jiġi żgurat il-livell xieraq ta’ protezzjoni fitosanitarja. |
|
(6) |
Il-virus tar-ringspot tat-tabakk u l-virus tar-ringspot tat-tadam għandhom ikunu soġġetti wkoll għall-miżuri tal-Anness IV tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE, sabiex jiġi żgurat li l-pjanti rispettivi huma ħielsa minn dawk il-pesti għall-kategoriji rispettivi. |
|
(7) |
Fil-punt 11 tal-Anness IV tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE, miżura kontra l-Pseudomonas syringae pv. Persicae (Prunier, Luisetti &. Gardan) Young, Dye & Wilkie u Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. ġiet, bi żball, inkluża fit-taqsima “(f) Kategorija CAC”, taħt il-miżuri li jikkonċernaw il-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider. Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE għandha għalhekk tiġi rrettifikata, billi din il-miżura titħassar minn dawk li jikkonċernaw il-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller & Schneider. |
|
(8) |
Il-Pucciniastrum minimum (Schweinitz) Arthur ġie elenkat bħala pest rregolati mhux ta’ kwarantina fil-Parti J tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott, tal-Vaccinium L., għajr it-trab tad-dakra u ż-żrieragħ. Għalhekk, għal raġunijiet ta’ konsistenza, jeħtieġ li dak il-virus jiġi elenkat fl-Anness I tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE, fir-rigward ta’ dik l-ispeċi, u sabiex jiġu applikati r-rekwiżiti rispettivi tal-Artikolu 9(1), l-Artikolu 16(1), l-Artikolu 10(1), l-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 26(1) ta’ dik id-Direttiva u jiġi żgurat il-livell xieraq ta’ protezzjoni fitosanitarja. |
|
(9) |
L-aġent tal-mużajk tat-tin tħassar mill-Parti J tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 minħabba li ma għadux jissodisfa l-kundizzjonijiet biex jiġi elenkat bħala pest rregolat mhux ta’ kwarantina. Għalhekk huwa meħtieġ li dak il-pest jitħassar mill-Anness I tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE. |
|
(10) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE tiġi emendata skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emenda għad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE
L-Anness tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE qed jiġi emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2025. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 267, 8.10.2008, p. 8; ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/90/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).
(3) Id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE tal-15 ta’ Ottubru 2014 li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u l-ispeċi tal-pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tagħha, rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri u regoli dettaljati dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali, ĠU L 298, 16.10.2014, p. 22; ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2014/98/oj).
ANNESS
Emenda tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98/UE
(1)
Fl-Anness I, it-tabella hija emendata kif ġej:|
(a) |
fit-tieni kolonna “RNQPs” (“Union regulated non-quarantine pest”, pest regolat mhux ta’ kwarantina), għall-ispeċi “Ficus carica L.”, l-entrati “Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi” u “Aġent tal-mużajk tat-tin [FGM000]” huma mħassra; |
|
(b) |
fit-tieni kolonna “RNQP” taħt il-kategorija “Fungi u oomiċeti”, għall-ġeneru “Vaccinium L.”, l-entrata “Pucciniastrum minimum Sydow u P. Sydow [THEKMI]” tiżdied; |
(2)
Fl-Anness II, it-tabella hija sostitwita b’din li ġejja:|
“Ġeneru jew speċi |
RNQPs |
|
Castanea sativa Mill. |
Fungi u oomiċeti Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld [PHYTRA] |
|
Citrus L., Fortunella Swingle u Poncirus Raf. |
Batterji Spiroplasma citri Saglio et al. [SPIRCI] Fungi u oomiċeti Plenodomus tracheiphilus (Petri) Gruyter, Aveskamp u Verkley [DEUTTR] “Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi Aġent tal-Citrus cristacortis [CSCC00] Virojde tal-eksokortite taċ-ċitru [CEVD00] Aġent tal-impietratura taċ-ċitru [CSI000] Virus tat-tbajja’ kbar tal-weraq taċ-ċitru [CLBV00] Virus tal-psorożi taċ-ċitru [CPSV00] Virus tat-tristeża taċ-ċitru (iżolati tal-UE) [CTV000] Virus tal-varjegazzjoni taċ-ċitru [CVV000] Virojde tax-xekkil tal-ħops [HSVD00] |
|
Corylus avellana L. |
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi Virus tal-mużajk tat-tuffieħ [APMV00] |
|
Cydonia oblonga Mill. |
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi Virus tat-tbajja’ klorotiċi tat-tuffieħ [ACLSV0] Aġent tal-injam artab tat-tuffieħ [ARW000] Virus tal-iskanalar taz-zokk tat-tuffieħ [ASGV00] Virus tal-fosos taz-zkuk tat-tuffieħ [ASPV00] Aġent tan-nekrożi tal-qxur tas-siġar tal-lanġas [PRBN00] Aġent tal-qsim tal-qxur tas-siġar tal-lanġas [PRBS00] Virojde tal-kankru tal-infatet tal-lanġas [PBCVD0] Aġent tal-qoxra ħarxa tas-siġar tal-lanġas [PRRB00] Aġent tat-tbajja’ sofor tal-isfarġel [ARW000] |
|
Fragaria L. |
Batterji Xanthomonas fragariae Kennedy u King [XANTFR] Fungi u oomiċeti Colletotrichum acutatum Simmonds [COLLAC] Phytophthora cactorum (Lebert u Cohn) J.Schröter [PHYTCC] Phytophthora fragariae C.J. Hickman [PHYTFR] Nematodi Aphelenchoides besseyi Christie [APLOBE] Aphelenchoides blastophthorus Franklin [APLOBL] Aphelenchoides fragariae (Ritzema Bos) Christie [APLOFR] Aphelenchoides ritzemabosi (Schwartz) Steiner u Buhrer [APLORI] “Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi Virus tal-mużajk tal-Arabis [ARMV00] Virus tar-ringspot tal-lampun [RPRSV0] Virus tal-kemxa tal-frawli [SCRV00] Virus tar-ringspot latenti tal-frawli [SLRSV0] Virus tal-ġenb isfar tal-moffa tal-frawli [SMYEV0] Virus tat-tbajja’ tal-frawli [SMOV00] Virus tal-vini tal-frawli [SVBV00] Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam [TBRV00] |
|
Juglans regia L. |
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi Virus tad-dawra tal-werqa taċ-ċirasa [CLRV00] |
|
Malus Mill. |
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi Virus tat-tbajja’ klorotiċi tat-tuffieħ [ACLSV0] Virojde tad-dimple tal-frott [ADFVD0] Aġent tal-flat limb tat-tuffieħ [AFL000] Virus tal-mużajk tat-tuffieħ [APMV00] Aġent tal-injam artab tat-tuffieħ [ARW000] Aġent tal-qoxra migrufa tat-tuffieħ [ASSVD0] Aġent tal-istilla mxaqqa tat-tuffieħ [APHW00] Virus tal-iskanalar taz-zokk tat-tuffieħ [ASGV00] Virus tal-fosos taz-zkuk tat-tuffieħ [ASPV00] Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider [PHYPMA] Mard tal-frott: frott [APCF00], kemxa ħadra [APGC00], frotta mqabbża ta’ Ben Davis, qoxra ħarxa [APRSK0], xaqq fl-istilla, ċirku samrani [APLP00], nuffata samranija Virus tar-ringspot tat-tadam [TORSV0] |
|
Olea europaea L. |
Fungi u oomiċeti Verticillium dahliae Kleb [VERTDA] “Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi Virus tal-mużajk tal-Arabis [ARMV00] Virus tad-dawra tal-werqa taċ-ċirasa [CLRV00] Virus tar-ringspot latenti tal-frawli [SLRSV0] |
|
Prunus dulcis (Miller) Webb |
Batterji Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. [XANTPR] “Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi Virus tat-tbajja’ klorotiċi tat-tuffieħ [ACLSV0] Virus tal-mużajk tat-tuffieħ [APMV00] Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider [PHYPPR] Virus tal-ġidri tal-għanbaqar [PPV000] Virus tal-pruna nana [PDV000] Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus [PNRSV0] Virus tar-ringspot tat-tadam [TORSV0] |
|
Prunus armeniaca L. |
Batterji Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. [XANTPR] “Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi Virus tat-tbajja’ klorotiċi tat-tuffieħ [ACLSV0] Virus tal-mużajk tat-tuffieħ [APMV00] Virus latenti tal-berquq [ALV000] Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider [PHYPPR] Virus tal-ġidri tal-għanbaqar [PPV000] Virus tal-pruna nana [PDV000] Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus [PNRSV0] Virus tar-ringspot tat-tadam [TORSV0] |
|
Prunus avium L. u Prunus cerasus L. |
Batterji Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. [XANTPR] “Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi Virus tat-tbajja’ klorotiċi tat-tuffieħ [ACLSV0] Virus tal-mużajk tat-tuffieħ [APMV00] Virus tal-mużajk tal-Arabis [ARMV00] Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider [PHYPPR] Virus tat-tbajja’ ħodor tondi taċ-ċirasa [CGRMV0] Virus tad-dawra tal-werqa taċ-ċirasa [CLRV00] Virus tal-werqa bit-tbajja’ taċ-ċirasa [CMLV00] Virus tat-tbajja’ nekrotiċi lewn is-sadid taċ-ċirasa [CRNRM0] Virus taċ-ċirasa żgħira 1 u 2 [LCHV10], [LCHV20] Virus tal-ġidri tal-għanbaqar [PPV000] Virus tal-pruna nana [PDV000] Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus [PNRSV0] Virus tar-ringspot tal-lampun [RPRSV0] Virus tar-ringspot latenti tal-frawli [SLRSV0] Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam [TBRV00] Virus tar-ringspot tat-tadam [TORSV0] |
|
Prunus domestica L., Prunus salicina Lindley, u speċi oħra ta’ Prunus L. suxxettibbli għall-virus tal-ġidri tal-għanbaqar fil-każ tal-ibridi Prunus L. |
Batterji Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. [XANTPR] “Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi Virus tat-tbajja’ klorotiċi tat-tuffieħ [ACLSV0] Virus tal-mużajk tat-tuffieħ [APMV00] Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider [PHYPPR] Virus tar-ringspot latenti tal-Myrobalan [MLRSV0] Virus tal-ġidri tal-għanbaqar [PPV000] Virus tal-pruna nana [PDV000] Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus [PNRSV0] Virus tar-ringspot tat-tadam [TORSV0] |
|
Prunus persica (L.) Batsch |
Batterji Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. [XANTPR] “Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi Virus tat-tbajja’ klorotiċi tat-tuffieħ [ACLSV0] Virus tal-mużajk tat-tuffieħ [APMV00] Virus latenti tal-berquq [ALV000] Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider [PHYPPR] Virojde tal-mużajk latenti tal-ħawħ [PLMVD0] Virus tal-ġidri tal-għanbaqar [PPV000] Virus tal-pruna nana [PDV000] Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus [PNRSV0] Virus tar-ringspot latenti tal-frawli [SLRSV0] Virus tar-ringspot tat-tadam [TORSV0] |
|
Pyrus L. |
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi Virus tat-tbajja’ klorotiċi tat-tuffieħ [ACLSV0] Aġent tal-injam artab tat-tuffieħ [ARW000] Virus tal-iskanalar taz-zokk tat-tuffieħ [ASGV00] Virus tal-fosos taz-zkuk tat-tuffieħ [ASPV00] Fitoplażma Candidatus pyri Seemüller u Schneider [PHYPPY] Aġent tan-nekrożi tal-qxur tas-siġar tal-lanġas [PRBN00] Aġent tal-qsim tal-qxur tas-siġar tal-lanġas [PRBS00] Virojde tal-kankru tal-infatet tal-lanġas [PBCVD0] Aġent tal-qoxra ħarxa tas-siġar tal-lanġas [PRRB00] Aġent tat-tbajja’ sofor tal-isfarġel [ARW000] |
|
Ribes L. |
“Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi Virus tal-mużajk tal-Arabis [ARMV00] Virus tar-reverżjoni tar-ribes iswed [BRAV00] Virus tal-mużajk tal-ħjar [CMV000] Virus tal-vini assoċjati tar-ribes bix-xewk [GOVB00] Virus tar-ringspot tal-lampun [RPRSV0] Virus tar-ringspot latenti tal-frawli [SLRSV0] |
|
Rubus L. |
Fungi u oomiċeti Phytophthora spp. de Bary [1PHYTG] “Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi Virus tal-mużajk tat-tuffieħ [APMV00] Virus tal-mużajk tal-Arabis [ARMV00] Virus tan-nekrożi tal-lampun iswed [BRNV00] Candidatus Phytoplasma rubi Malembic-Maher et al. [PHYPRU] Virus tal-mużajk tal-ħjar [CMV000] Virus tal-bushy dwarf tal-lampun [RBDV00] Virus tal-werqa bit-tbajja’ tal-lampun [RLMV00] Virus tar-ringspot tal-lampun [RPRSV0] Virus tal-klorożi tal-vini tal-lampun [RVCV00] Tikka safra tal-lampun [RYS000] Virus tax-xibka safra tar-rubus [RYNV00] Virus tar-ringspot latenti tal-frawli [SLRSV0] Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam [TBRV00] Virus tar-ringspot tat-tadam [TORSV0] |
|
Vaccinium L. |
Fungi u oomiċeti Phytophthora ramorum (iżolati tal-UE) Werres, De Cock u Man fi ‘t Veld [PHYTRA] “Virusijiet, virojdi, mard li jixbah il-virusijiet u fitoplażmi Ophiovirus assoċjat mal-mużajk tat-tuta żerqa [BLMAV0] Virus tar-ringspot aħmar tat-tuta żerqa [BRRV00] Virus tat-tixwit tat-tuta żerqa [BLSCV0] Virus tax-xokk tat-tuta żerqa [BLSHV0] Virus tal-ispag tat-tuta żerqa [BSSV00] Candidatus Phytoplasma asteris Lee et al. [PHYPAS] Candidatus Phytoplasma pruni [PHYPPN] Fitoplażma Candidatus solani Quaglino et al. [PHYPSO] Fitoplażma falza tal-fjur tal-mirtilli [PHYPFB] Virus tar-ringspot tat-tabakk [TRSV0] Virus tar-ringspot tat-tadam [TORSV0]” |
(3)
L-Anness IV huwa emendat kif ġej:|
(a) |
il-punt 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “8. Malus Mill. (a) Il-kategoriji kollha Spezzjoni viżwali L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena. (b) Kategorija prebażika L-ikkampjunar u l-ittestjar Ħmistax-il sena wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati, u dan għandu jerġa’ jsir f’intervalli ta’ żmien ta’ 15-il sena fir-rigward tal-preżenza tal-RNQPs, għajr għal mard li jixbah virus u għall-virojdi elenkati fl-Anness II, u f’każ ta’ dubju dwar il-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I. Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona F’każ li deroga tippermetti li jiġi prodott materjal prebażiku fl-għelieqi, f’kundizzjonijiet li mhumiex protetti mill-insetti, skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925 (*1), għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider, l-Erwinia amylovora (Burrill) Winslow et al., u l-Virus tar-ringspot tat-tadam:
(c) Kategorija bażika L-ikkampjunar u l-ittestjar Fil-każ ta’ pjanti omm bażiċi li jkunu nżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull 15-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider. Fil-każ ta’ pjanti omm bażiċi li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull 3 snin għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider; kull 15-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm bażiċi, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti, għall-preżenza tal-RNQPs, għajr il-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider u għajr il-Virus tar-ringspot tat-tadam, għall-mard li jixbah virus ugħal l-virojdi, elenkati fl-Anness II, u f’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I. Il-pjanti omm bażiċi għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati kull 20 sena fir-rigward tal-preżenza tal-Virus tar-ringspot tat-tadam. Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(d) Kategorija ċċertifikata L-ikkampjunar u l-ittestjar Fil-każ ta’ pjanti omm iċċertifikati, li jkunu nżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, kull 15-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider. Fil-każ ta’ pjanti omm iċċertifikati li ma jkunux inżammu f’faċilitajiet protetti mill-insetti, porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati għandu jiġi kkampjunat u ttestjat kull 5 snin għall-preżenza tal- Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider; kull 15-il sena għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm iċċertifikati, abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti, għall-preżenza tal-RNQPs, għajr il-Candidatus Phytoplasma mali Seemüller u Schneider u għajr il-Virus tar-ringspot tat-tadam, għall-mard li jixbah virus ugħal l-virojdi, elenkati fl-Anness II, u f’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I. Il-pjanti omm iċċertifikati għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati kull 20 sena fir-rigward tal-preżenza tal-Virus tar-ringspot tat-tadam. Il-pjanti tal-frott iċċertifikati għandhom ikunu kkampjunati u ttestjati jekk ikun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II. Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(e) Kategorija CAC (Conformitas Agraria Communitatis) L-ikkampjunar u l-ittestjar F’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet. Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(*1) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temporanjament tawtorizza lil ċerti Stati Membri jiċċertifikaw materjal prebażiku ta’ ċerti speċijiet ta’ pjanti tal-frott, prodotti fl-għelieqi f’kundizzjonijiet mingħajr protezzjoni mill-insetti, u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/167 (ĠU L 140, 31.5.2017, p. 7; ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/925/oj).” " |
|
(b) |
il-punt 11 huwa sostitwit b’dan li ġej: “11. Prunus armeniaca L., Prunus avium L., Prunus cerasifera Ehrh., Prunus cerasus L., Prunus domestica L., Prunus dulcis (Miller) Webb, Prunus persica (L.) Batsch u Prunus salicina Lindley (a) Kategorija prebażika Spezzjoni viżwali L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darbtejn fis-sena għall-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider, Virus tal-ġidri tal-għanbaqar, Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. u Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti u. Gardan) Young, Dye u Wilkie (Prunus persica (L.) Batsch u Prunus salicina Lindley). L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena għall-RNQPs kollha, għajr għall-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider, il-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar, Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. u Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti u. Gardan) Young, Dye u Wilkie, elenkati fl-Annessi I u II. L-ikkampjunar u l-ittestjar Il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija prebażika ta’ Prunus armeniaca L., Prunus avium L., Prunus cerasus L., Prunus domestica L., u Prunus dulcis (Miller) Webb, għandhom jiġu mill-pjanti omm li jkunu ġew ittestjati fl-istaġun tat-tkabbir ta’ qabel u nstabu ħielsa mill-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar. Is-salvaġġ prebażiku ta’ Prunus cerasifera Ehrh. u Prunus domestica L. għandu jiġi minn pjanti omm li jkunu ġew ittestjati fl-istaġun tat-tkabbir ta’ qabel u nstabu ħielsa mill-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar. Is-salvaġġ prebażiku ta’ Prunus cerasifera Ehrh. u Prunus domestica L. għandu jiġi mill-pjanti omm, li jkunu ġew ittestjati fil-ħames staġuni preċedenti u li jkunu nstabu ħielsa mill-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider. Kull pjanta omm prebażika li tagħmel il-fjuri għandha tiġi kkampjunata u ttestjata għall-Virus tal-pruna nana u għall-Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus sena wara li tkun ġiet aċċettata bħala pjanta omm prebażika u dan għandu jerġa’ jsir kull sena. Fil-każ ta’ Prunus persica, kull pjanta omm prebażika li tagħmel il-fjuri għandha tiġi kkampjunata sena wara li tkun ġiet aċċettata bħala pjanta omm prebażika u tiġi ttestjata għall-Virojde tal-mużajk latenti tal-ħawħ. Kull siġra mħawla intenzjonalment għad-dakkir u, fejn ikun xieraq, is-siġar ewlenin li jdakkru fl-ambjent għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati għall-Virus tal-pruna nana u għall-Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus. Il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati ħames snin wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, u dan għandu jerġa’ jsir kull ħames snin, u jiġu ttestjati għall-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider u l-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar. Il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati 10 snin wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, u għandhom jiġu ttestjati għall-viruses, għajr il-Virus tal-pruna nana u l-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar, il-Virus tar-ringspot nekrotiku tal-prunus, li huma rilevanti għall-ispeċijiet elenkati fl-Anness II, u għandhom ukoll jiġu ttestjati f’każ li jkun hemm suspett għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I. Għandu jiġi kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tal-pjanti omm prebażiċi f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona Fil-każ fejn deroga titħalla tipproduċi materjal prebażiku fl-għalqa f’kundizzjonijiet mingħajr protezzjoni mill-insetti, skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider, tal-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar, tal-Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al., tal-Pseudomonas syringae pv. persicae (Prunier, Luisetti u. Gardan) Young, Dye u Wilkie u l-Virus tar-ringspot tat-tadam:
(b) Kategorija Bażika, kategorija Ċċertifikata u kategorija CAC Spezzjoni viżwali Spezzjoni viżwali għandha ssir darba fis-sena. (c) Kategorija bażika L-ikkampjunar u l-ittestjar
(d) Kategorija ċċertifikata L-ikkampjunar u l-ittestjar
(e) Kategoriji bażiċi u ċertifikati Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(f) Kategorija CAC L-ikkampjunar u l-ittestjar Il-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandhom jiġu minn sors ta’ materjal identifikat, li minnu jkun ġie kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv fit-tliet staġuni preċedenti tat-tkabbir u li jkun instab ħieles mill-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar. Is-salvaġġ CAC tal-Prunus cerasifera Ehrh. u Prunus domestica L. għandhom jiġu minn sors ta’ materjal identifikat li minnu jkun ġie kkampjunat u ttestjat porzjon rappreżentattiv tiegħu matul il-ħames snin ta’ qabel għall-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider u għall-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar u jkun instab ħieles minnhom. Porzjon rappreżentattiv tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC għandu jiġi kkampjunat u ttestjat fil-każ ta’ suspett tal-preżenza ta’ Xanthomonas arboricola pv. pruni (Smith) Vauterin et al. Porzjon rappreżentattiv tal-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC li ma juru l-ebda sintomu tal-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar wara spezzjoni viżwali għandu jiġi kkampjunat u ttestjat abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-infezzjoni ta’ dawk il-pjanti tal-frott, għall-preżenza ta’ dak l-RNQP u fil-każ li jkun hemm pjanti sintomatiċi kollha fil-viċinanza immedjata. Malli jiġu identifikati l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott tal-kategorija CAC li juru sintomi tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider fis-sit tal-produzzjoni permezz ta’ spezzjoni viżwali, għandu jiġi kkampjunat u ttestjat għall-preżenza tal-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider porzjon rappreżentattiv tal-materjal tal-propagazzjoni u tal-pjanti tal-frott asintomatiċi li jifdal tal-kategorija CAC fil-lottijiet li fihom ikunu nstabu l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott sintomatiċi. Għandhom jitwettqu kampjunar u ttestjar f’każ ta’ suspett għall-preżenza tal-RNQPs, għajr il-Candidatus Phytoplasma prunorum Seemüller u Schneider u l-Virus tal-ġidri tal-għanbaqar, elenkati fl-Annessi I u II. Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
|
|
(c) |
il-punt 14 huwa sostitwit b’dan li ġej: “14. Rubus L. (a) Kategorija prebażika Spezzjoni viżwali L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darbtejn fis-sena. L-ikkampjunar u l-ittestjar Sentejn wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati, u dan għandu jerġa’ jsir kull sentejn għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, u f’każ ta’ suspett għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I. Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(b) Kategorija bażika Spezzjoni viżwali F’każ li l-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott jitkabbru fl-għelieqi jew fi qsari, l-ispezzjonijiet viżwali għandhom isiru darbtejn fis-sena. Għall-materjal tal-propagazzjoni u l-pjanti tal-frott prodotti permezz tal-mikropropagazzjoni u li jinżammu għal perjodu ta’ inqas minn 3 xhur, hija meħtieġa spezzjoni waħda biss waqt dan il-perjodu. L-ikkampjunar u l-ittestjar Għandhom jitwettqu kampjunar u ttestjar jekk is-sintomi tal-virus tal-mużajk tal-Arabis, il-Virus tar-ringspot tal-lampun, il-Virus tar-ringspot latenti tal-frawli u l-Virus taċ-ċirku iswed u l-Virus tar-ringspot tat-tadam ma jkunux ċari waqt spezzjoni viżwali. Għandhom jitwettqu kampjunar u ttestjar f’każ ta’ suspett għall-preżenza tal-RNQPs, għajr l-virus tal-mużajk tal-Arabis, il-Virus tar-ringspot tal-lampun, il-Virus tar-ringspot latenti tal-frawli, il-Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam u l-Virus tar-ringspot tat-tadam, elenkati fl-Annessi I u II. Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(c) Kategorija ċċertifikata Spezzjoni viżwali L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena. L-ikkampjunar u l-ittestjar Għandhom jitwettqu kampjunar u ttestjar jekk is-sintomi tal-virus tal-mużajk tal-Arabis, tal-Virus tar-ringspot tal-lampun, tal-Virus tar-ringspot latenti tal-frawli, tal-Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam u tal-Virus tar-ringspot tat-tadam ma jkunux ċari waqt spezzjoni viżwali. Għandhom jitwettqu kampjunar u ttestjar f’każ ta’ suspett għall-preżenza tal-RNQPs, għajr l-virus tal-mużajk tal-Arabis, il-Virus tar-ringspot tal-lampun, il-Virus tar-ringspot latenti tal-frawli, il-Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam u l-Virus tar-ringspot tat-tadam, elenkati fl-Annessi I u II. Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(d) Kategorija CAC Spezzjoni viżwali L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena. L-ikkampjunar u l-ittestjar Għandhom jitwettqu kampjunar u ttestjar jekk is-sintomi tal-virus tal-mużajk tal-Arabis, tal-Virus tar-ringspot tal-lampun, tal-Virus tar-ringspot latenti tal-frawli, tal-Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam u tal-Virus tar-ringspot tat-tadam ma jkunux ċari waqt spezzjoni viżwali. Għandhom jitwettqu kampjunar u ttestjar f’każ ta’ suspett għall-preżenza tal-RNQPs, għajr l-virus tal-mużajk tal-Arabis, il-Virus tar-ringspot tal-lampun, il-Virus tar-ringspot latenti tal-frawli, il-Virus taċ-ċirku iswed tat-tadam u l-Virus tar-ringspot tat-tadam, elenkati fl-Annessi I u II. Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
|
|
(d) |
Il-punt 15 “Vaccinium L.” huwa sostitwit b’dan li ġej: “15. Vaccinium L. (a) Kategorija prebażika Spezzjoni viżwali L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darbtejn fis-sena. L-ikkampjunar u l-ittestjar 5 snin wara li jkunu ġew aċċettati bħala pjanti omm prebażiċi, il-pjanti omm prebażiċi kollha għandhom jiġu kkampjunati u ttestjati għall-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness II, u f’każ ta’ suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I, u dan għandu jerġa’ jsir kull 5 snin. (b) Kategorija bażika Spezzjoni viżwali L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darbtejn fis-sena. L-ikkampjunar u l-ittestjar F’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet. Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(c) Kategoriji ċċertifikati u CAC Spezzjoni viżwali L-ispezzjonijiet viżwali għandhom jitwettqu darba fis-sena. L-ikkampjunar u l-ittestjar F’każ li jkun hemm suspett tal-preżenza tal-RNQPs elenkati fl-Anness I u fl-Anness II iridu jittieħdu l-kampjuni u jsiru t-testijiet. (d) Kategorija ċċertifikata Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
(e) Kategorija CAC Rekwiżiti għas-sit tal-produzzjoni, għall-post ta’ produzzjoni jew għaż-żona
|
(*1) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/925 tad-29 ta’ Mejju 2017 li temporanjament tawtorizza lil ċerti Stati Membri jiċċertifikaw materjal prebażiku ta’ ċerti speċijiet ta’ pjanti tal-frott, prodotti fl-għelieqi f’kundizzjonijiet mingħajr protezzjoni mill-insetti, u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/167 (ĠU L 140, 31.5.2017, p. 7; ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/925/oj).” ”
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir_impl/2025/145/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)