|
(1)
|
l-entrati li ġejjin jiżdiedu taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”:
|
|
Isem
|
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni
|
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet
|
Data tal-elenkar
|
|
“48.
|
John Mark DOUGAN
|
Funzjoni: eks viċi sheriff minn Florida
Data tat-twelid: 15.12.1976
Post tat-twelid: Wilmington, Delaware, United States of America
Nazzjonalità: Amerikana, Russa
Sess: raġel
|
John Dougan huwa eks viċi sheriff minn Florida li ħarab lejn ir-Russja fl-2016. Huwa pubblikament akkużat li pparteċipa f’operazzjonijiet ta’ informazzjoni diġitali favur il-Kremlin minn Moska billi opera n-network CopyCop ta’ siti web tal-aħbarijiet foloz u appoġġa l-attivitajiet ta’ Storm-1516. Is-siti web mhux awtentiċi jimitaw mezzi tal-media leġittimi u jxerrdu stejjer iffabbrikati u kontenut deepfake ġġenerat mill-IA. Rapporti mill-awtoritajiet tal-Punent u sorsi investigattivi indipendenti jorbtu l-attivitajiet ta’ Dougan mal-aġenzija tal-intelligence militari tar-Russja (GRU) u l-grupp ta’ riflessjoni bbażat f’Moska is-Center for Geopolitical Expertise, li jagħti x’tifhem li jirċievi appoġġ u direzzjoni mir-Russja biex jinfluwenza l-elezzjonijiet, jiskredita personalitajiet politiċi u jimmanipula d-diskors pubbliku fil-pajjiżi tal-Punent.
Għalhekk, John Dougan huwa responsabbli għal, l-implimentazzjoni, l-appoġġ jew li bbenefika minn azzjonijiet jew politiki attribwibbli għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi billi jippjana, jidderieġi, jinvolvi ruħu, direttament jew indirettament fi, jappoġġa jew jiffaċilita b’xi mod ieħor l-użu ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza.
|
15.12.2025
|
|
49.
|
Andrey Andreievich SUSHENTSOV
(bir-Russu: Андрей Андреевич Сушенцов)
|
Funzjoni: Direttur tal-Institute for International Studies (IIS), Moscow State Institute of International Relations (MGIMO University) – akkademja diplomatika taħt il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa; Direttur tal-Programm tal-Valdai Discussion Club; membru tal-Council on Foreign and Defence Policy (SVOP); kummentatur frekwenti għall-media tal-istat Russu u awtur għal Russia in Global Affairs u organi oħra allinjati mal-Kremlin
Data tat-twelid: 8.6.1983
Post tat-twelid: Orenburg, USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
INN: 400407010797
|
Andrey Sushentsov huwa wieħed mill-ideologi ewlenin tal-politika barranija tar-Russja li jopera fis-sistema tad-dinja akkademika tal-istat u tal-gruppi ta’ riflessjoni. L-istitut tiegħu (IIS MGIMO) huwa direttament subordinat għall-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Russu u integrat mill-qrib ma’ strutturi uffiċjali diplomatiċi u ta’ ppjanar strateġiku. Sushentsov jidher regolarment fil-media Russa u dik internazzjonali, u jippreżenta l-fehma dinjija tal-politika barranija tar-Russja f’konformità mal-messaġġi tal-Kremlin. Il-kummentarju tiegħu jippromwovi b’mod konsistenti n-narrattivi li ġejjin: il-Punent ipprovoka l-kunflitt fl-Ukrajna billi espanda n-NATO u hedded is-sigurtà tar-Russja; l-azzjonijiet tar-Russja huma difensivi u mmirati lejn ir-restawr ta’ ‘bilanċ strateġiku’ fis-sistema internazzjonali; l-‘ordni dinji unipolari’ mmexxi mill-Istati Uniti qed jikkollassa, u r-Russja, flimkien maċ-Ċina u n-‘Nofsinhar Globali’, qed tibni dinja multipolari aktar ġusta; u s-sanzjonijiet tal-Punent huma illeġittimi u awtodistruttivi, użati bħala għodod ta’ koerċizzjoni kontra stati sovrani. Huwa spiss jirrappreżenta l-perspettiva Russa fuq il-panels ta’ Valdai li għalihom jattendu l-President Vladimir Putin u uffiċjali għolja, u jservi kemm bħala organizzatur kif ukoll bħala kelliem għal messaġġi approvati mill-Kremlin.
Għalhekk, Andrey Sushentsov huwa responsabbli li jappoġġa azzjonijiet jew politiki attribwibbli għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f’bosta mill-Istati Membri tagħha, f’organizzazzjoni internazzjonali jew f’pajjiż terz, jew li jdgħajfu jew jheddu s-sovranità jew l-indipendenza ta’ pajjiż terz (l-Ukrajna), billi jappoġġa jew jiffaċilita b’xi mod ieħor l-użu ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza.
|
15.12.2025
|
|
50.
|
Dmitry Vyacheslavovich SUSLOV
(bir-Russu: Дмитрий Вячеславович Суслов)
|
Funzjoni: Viċi Direttur, Centre for Comprehensive European and International Studies (CCEIS), Higher School of Economics (HSE University), Moska; Viċi Direttur għall-Programmi ta’ Riċerka fil-Council on Foreign and Defence Policy (SVOP); espert u kelliem frekwenti fil-Valdai Discussion Club; kontributur għal Russia in Global Affairs u pubblikazzjonijiet oħra allinjati mal-Kremlin
Data tat-twelid: 15.2.1979
Post tat-twelid: Leningrad, USSR (illum Saint Petersburg, Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Dmitry Suslov huwa analista Russu tal-politika barranija li jaħdem f’istituzzjonijiet marbuta mill-qrib mal-politika u l-apparat tal-messaġġi tal-Kremlin. Permezz tar-rwoli tiegħu fl-HSE University, il-Council on Foreign and Defence Policy, u l-Valdai Discussion Club, huwa jipparteċipa regolarment f’diskussjonijiet ta’ livell għoli li jsawru u jxerrdu n-narrattivi tal-politika barranija tar-Russja. Spiss jidher bħala ‘espert independenti’ fuq il-media tal-istat Russu u f’dik internazzjonali, fejn javvanza pożizzjonijiet konsistenti mal-linji uffiċjali tal-Kremlin: it-turija tan-NATO u tal-Istati Uniti bħala responsabbli għall-provokazzjoni tal-gwerra fl-Ukrajna, l-inkwadrar tal-appoġġ militari tal-Punent għal Kiev bħala ‘eskalazzjoni’ jew ‘involviment dirett’ fil-kunflitt u l-ġustifikazzjoni ta’ azzjonijiet koerċittivi Russi bħala risponsi difensivi jew inevitabbli għall-aggressjoni mill-Punent.
Fl-2024, Suslov issuġġerixxa pubblikament li r-Russja għandha tikkunsidra ‘splużjoni nukleari dimostrattiva’ biex ‘tfakkar lill-Punent dwar il-perikli tal-gwerra nukleari’, dikjarazzjoni rrapportata b’mod wiesa’ minn Reuters u minn organi oħra. Kummenti bħal dawn jinnormalizzaw l-idea ta’ sinjalar u koerċizzjoni nukleari, u jikkontribwixxu direttament għall-klima ta’ intimidazzjoni madwar il-politika tal-gwerra tar-Russja.
Għalhekk, Dmitry Suslov huwa responsabbli għal jew qed jappoġġa azzjonijiet jew politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f’bosta mill-Istati Membri tagħha, f’organizzazzjoni internazzjonali, jew f’pajjiż terz, jew li jdgħajfu jew jheddu s-sovranità jew l-indipendenza ta’ pajjiż terz (l-Ukrajna), billi jappoġġa jew jiffaċilita b’xi mod ieħor l-użu ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza jew billi jinstiga jew b’xi mod ieħor jiffaċilita kunflitt vjolenti f’pajjiż terz.
|
15.12.2025
|
|
51.
|
Fyodor Aleksandrovich LUKYANOV
(bir-Russu: Фёдор Александрович Лукьянов)
|
Funzjoni: ġurnalist, preżentatur tat-TV u xjentist politiku; Kap Editur ta’ Russia in Global Affairs; Direttur tar-Riċerka tal-Valdai Discussion Club; membru tar-Russian International Affairs Council (RIAC)
Data tat-twelid: 1.2.1967
Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Fyodor Lukyanov huwa analista politiku prominenti Russu, kummentatur tal-politika barranija, u akkademiku b’rabta mill-qrib ma’ gruppi ta’ riflessjoni affiljati mal-Kremlin. Huwa l-Kap Editur ta’ Russia in Global Affairs, wieħed mill-aktar ġurnali influwenti tar-Russja dwar il-politika barranija, u jservi bħala Direttur tar-Riċerka tal-Valdai Discussion Club, pjattaforma marbuta mill-qrib ħafna mat-tmexxija Russa u spiss użata biex tippromwovi narrattivi uffiċjali. Huwa wkoll membru tar-Russian International Affairs Council (RIAC) u spiss jimmodera sessjonijiet mal-President Vladimir Putin fil-fora ta’ Valdai.
Permezz tal-kitbiet, l-intervisti u d-dehriet pubbliċi tiegħu, Lukyanov jamplifika b’mod konsistenti l-propaganda tal-Kremlin, u juri l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna bħala reazzjoni difensiva għall-politiki tal-Punent. Huwa ripetutament jagħti t-tort lill-Unjoni, lin-NATO u lill-Istati Uniti talli ‘pprovokaw’ il-kunflitt, jiddeskrivi lill-Ukrajna bħala estensjoni tal-Punent aktar milli stat sovran, u jiġġustifika l-azzjonijiet militari Russi bħala ‘meħtieġa’ biex titwaqqaf l-espansjoni tan-NATO. L-argumenti tiegħu spiss jissemmew fil-media favur il-Kremlin u jsawru l-qafas intellettwali użat biex jilleġittimizza l-aggressjoni tar-Russja.
Huwa mexxej ewlieni tal-opinjoni li jipprovdi kopertura ideoloġika għall-aggressjoni Russa. Il-ħidma tiegħu f’Valdai u f’Russia in Global Affairs tappoġġa direttament in-narrattivi tal-politika barranija tal-Kremlin barra mill-pajjiż. Huwa jikkontribwixxi għal kampanji sistematiċi ta’ diżinformazzjoni li jitfgħu t-tort tal-gwerra fuq l-Ukrajna u l-Punent.
Għalhekk, Fyodor Lukyanov huwa responsabbli għal jew qed jappoġġja azzjonijiet jew politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà f’pajjiż terz jew li jdgħajfu jew jheddu s-sovranità jew l-indipendenza ta’ pajjiż terz (l-Ukrajna) billi jappoġġa jew jiffaċilita b’xi mod ieħor l-użu ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza jew billi jinstiga kunflitt vjolenti f’pajjiż terz.
|
15.12.2025
|
|
52.
|
Ivan Nikolaevich TIMOFEEV
|
Funzjoni: xjentist politiku, analista tal-politika barranija u strateġista tal-politika; Direttur Ġenerali tar-Russian International Affairs Council (RIAC); Direttur tal-Programm tal-Valdai Discussion Club
Data tat-twelid: 1983
Post tat-twelid: USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Ivan Timofeev huwa xjenzat politiku prominenti Russu u analista tal-politika barranija assoċjat mill-qrib ma’ istituzzjonijiet allinjati mal-Kremlin. Huwa jservi bħala d-Direttur Ġenerali tar-Russian International Affairs Council (RIAC) — organizzazzjoni stabbilita mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Russu — u bħala Direttur tal-Programm tal-Valdai Discussion Club, pjattaforma ta’ profil għoli użata mit-tmexxija Russa, inkluż mill-President Vladimir Putin, biex jippromwovi narrattivi uffiċjali tal-istat lil udjenzi domestiċi u internazzjonali. Timofeev huwa wkoll kontributur frekwenti għal Russia in Global Affairs u kummentatur għall-media tal-istat bħal TASS u Izvestia.
Permezz tal-kitbiet, l-intervisti u d-dehriet tiegħu fil-fora ta’ Valdai, Timofeev jamplifika b’mod konsistenti l-propaganda tal-Kremlin. Huwa jpinġi l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja bħala rispons difensiv għall-provokazzjoni mill-Punent, jiddeskrivi lill-Ukrajna bħala ‘estensjoni’ tal-Punent u jagħti t-tort lill-Istati Uniti u lin-NATO talli eskalaw il-kunflitt. L-analiżijiet tiegħu jilleġittimizzaw regolarment l-aggressjoni militari Russa u jinnormalizzaw il-konfrontazzjoni mal-Punent, filwaqt li jiskreditaw is-sanzjonijiet mill-Punent u juruhom bħala atti ta’ ostilità.
Għalhekk, Ivan Timofeev huwa responsabbli għal jew qed jappoġġja azzjonijiet jew politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà f’pajjiż terz (Ukrajna), jew li jdgħajfu jew jheddu s-sovranità jew l-indipendenza ta’ pajjiż terz (l-Ukrajna), billi jappoġġa jew jiffaċilita b’xi mod ieħor l-użu ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza.
|
15.12.2025
|
|
53.
|
Andrey Georgievich BYSTRITSKYI
(bir-Russu: Андрей Георгиевич БЫСТРИЦКИЙ)
|
Funzjoni: ġurnalist, maniġer tal-media, akkademiku u eżekuttiv ta’ grupp ta’ riflessjoni; President tal-Bord tal-Valdai Discussion Club Foundation
Data tat-twelid: 21.7.1960
Post tat-twelid: Moscow, USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
It-tmexxija ta’ Andrei Bystritskyi f’Valdai u l-isfond medjatiku/akkademiku tiegħu jissuġġerixxu li jappoġġa u jxerred b’mod attiv in-narrattiva uffiċjali Russa dwar ir-relazzjonijiet internazzjonali, il-kontroll tal-media u r-rwol tar-Russja fi kwistjonijiet globali. Il-Valdai Club jintuża bħala għodda ta’ diplomazija pubblika Russa u ta’ setgħa ta’ persważjoni; bil-ġestjoni ta’ dan il-korp, Bystritskyi jikkontribwixxi għall-infrastruttura tal-produzzjoni u t-tixrid tan-narrattiva tal-istat. Bħala dekan ta’ fakultà universitarja ewlenija (komunikazzjoni/media) u maniġer tal-media b’esperjenza, jinsab f’pożizzjoni li jsawwar il-kurrikuli, ir-riċerka u d-diskors pubbliku madwar il-media, il-komunikazzjoni u n-narrattivi tal-istat - li jistgħu jiffaċilitaw kampanji kkoordinati ta’ informazzjoni jew interferenza. Il-kwotazzjonijiet u d-diskorsi tiegħu jirriflettu u jippromwovu n-narrattivi diplomatiċi Russi - bħal dawk dwar dinja multipolari jew in-Nofsinhar Globali li jikkoopera mar-Russja, li jallinjaw mal-messaġġi strateġiċi tal-Kremlin.
Andrei Bystritskyi għalhekk huwa responsabbli għal jew qed jappoġġa azzjonijiet jew politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni jew f’diversi mill-Istati Membri tagħha, jew f’pajjiż terz (l-Ukrajna) billi, jappoġġa jew jiffaċilita b’xi mod ieħor l-użu ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza.
|
15.12.2025
|
|
54.
|
Vladislav Yevgenevich BOROVKOV
(bir-Russu: Владислав Евгеньевич БОРОВКОВ)
|
Funzjoni: uffiċjal (Logutenent Għoli) tal-GRU Unit 29155
Data tat-twelid: 7.10.1997
Post tat-twelid: Russian Federation
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Vladislav Borovkov huwa membru tal-GRU (Russia’s Military Intelligence Agency), Unit 29155, kif ukoll tal-attur ċibernetiku Cadet Blizzard. Borovkov aġixxa flimkien ma’ membri oħra ta’ Cadet Blizzard. Barra minn hekk, bejn Diċembru 2020 u Awwissu 2024, Borovkov ħa sehem f’attakki ċibernetiċi kontra organizzazzjonijiet tal-gvern fl-Ukrajna. Cadet Blizzard uża wiper malware WhisperGate fuq is-sistemi kompromessi, li kkawża ħsara sinifikanti fis-sistemi tal-Ukrajna. Barra minn hekk, il-grupp kellu fil-mira wkoll Stati Membri tal-Unjoni u membri tan-NATO bl-għan li jikseb informazzjoni sensittiva u li jiddestabbilizza s-sitwazzjoni politika tagħhom.
Għalhekk, Vladislav Borovkov huwa responsabbli għal jew qed jimplimenta azzjonijiet jew politiki attribwibbli għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni, f’diversi Stati Membri tagħha, fin-NATO u fl-Ukrajna, jew is-sovranità tagħhom, permezz tal-involviment f’azzjonijiet immirati lejn il-funzjonament ta’ servizzi ta’ interess pubbliku, jew li għandhom l-għan li jagħmlu ħsara jew jeqirdu l-infrastruttura kritika tagħhom permezz ta’ attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi. Huwa wkoll persuna assoċjata mal-entità GRU Unit 29155.
|
15.12.2025
|
|
55.
|
Denis Igorevich DENISENKO
(bir-Russu: Денис Игоревич ДЕНИСЕНКО)
|
Funzjoni: Uffiċjal tal-GRU Unit 29155
Data tat-twelid: 14.5.1997
Post tat-twelid: Russian Federation
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Denis Denisenko huwa membru tal-GRU (Russia’s Military Intelligence Agency), Unità 29155, kif ukoll tal-attur ċibernetiku Cadet Blizzard. Denisenko aġixxa flimkien ma’ membri oħra ta’ Cadet Blizzard. Barra minn hekk, bejn Diċembru 2020 u Awwissu 2024, Denisenko ħa sehem f’attakki ċibernetiċi kontra organizzazzjonijiet tal-gvern fl-Ukrajna. Cadet Blizzard uża wiper malware WhisperGate fuq is-sistemi kompromessi, li kkawża ħsara sinifikanti fis-sistemi tal-Ukrajna. Barra minn hekk, il-grupp kellu fil-mira wkoll Stati Membri tal-Unjoni u membri tan-NATO bl-għan li jikseb informazzjoni sensittiva u li jiddestabbilizza s-sitwazzjoni politika tagħhom.
Għalhekk, Denis Denisenko huwa responsabbli għal jew qed jimplimenta azzjonijiet jew politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni, f’diversi Stati Membri tagħha, fin-NATO u f’pajjiż terz (l-Ukrajna), jew is-sovranità tagħhom, permezz tal-involviment f’azzjonijiet immirati lejn il-funzjonament ta’ servizzi ta’ interess pubbliku jew li għandhom l-għan li jagħmlu ħsara jew jeqirdu l-infrastruttura kritika tagħhom permezz ta’ attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi. Huwa wkoll persuna assoċjata mal-entità GRU Unit 29155.
|
15.12.2025
|
|
56.
|
Dmitry Iurevich GOLOSHUBOV
(bir-Russu: Дмитрий грьевич ГОЛОШУБОВ)
|
Funzjoni: Uffiċjal tal-GRU Unit 29155
Data tat-twelid: 10.10.1998
Post tat-twelid: Russian Federation
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Dmitry Goloshubov huwa membru tal-GRU (Russia’s Military Intelligence Agency), Unit 29155, kif ukoll tal-attur ċibernetiku Cadet Blizzard. Goloshubov aġixxa flimkien ma’ membri oħra ta’ Cadet Blizzard. Barra minn hekk, bejn Diċembru 2020 u Awwissu 2024, Goloshubov ħa sehem f’attakki ċibernetiċi kontra organizzazzjonijiet tal-gvern fl-Ukrajna. Cadet Blizzard uża wiper malware WhisperGate fuq is-sistemi kompromessi, li kkawża ħsara sinifikanti fis-sistemi tal-Ukrajna. Barra minn hekk, il-grupp kellu fil-mira wkoll Stati Membri tal-Unjoni u membri tan-NATO bl-għan li jikseb informazzjoni sensittiva u li jiddestabbilizza s-sitwazzjoni politika tagħhom.
Għalhekk, Dmitry Goloshubov huwa responsabbli għal jew qed jimplimenta azzjonijiet jew politiki attribwibbli għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Unjoni, f’diversi Stati Membri tagħha, fin-NATO u f’pajjiż terz (l-Ukrajna), jew is-sovranità tagħhom, permezz tal-involviment f’azzjonijiet immirati lejn il-funzjonament ta’ servizzi ta’ interess pubbliku jew li għandhom l-għan li jagħmlu ħsara jew jeqirdu l-infrastruttura kritika tagħhom permezz ta’ attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi. Huwa wkoll persuna assoċjata mal-entità GRU Unit 29155.
|
15.12.2025
|
|
57.
|
Jacques BAUD
|
Funzjoni: eks kurunell tal-armata Żvizzera; eks analista strateġiku, speċjalista tal-intelligence u t-terroriżmu.
Data tat-twelid: 1.4.1955
Nazzjonalità: Żvizzera
Sess: raġel
|
Jacques Baud, eks kurunell tal-armata Żvizzera u analista strateġiku, huwa mistieden regolari fuq programmi tat-televiżjoni u tar-radju pro-Russi. Jaġixxi bħala pedina għal propaganda favur ir-Russja u jagħmel teoriji ta’ kospirazzjoni, fejn, pereżempju, jakkuża lill-Ukrajna li orkestrat l-invażjoni tagħha stess sabiex tingħaqad man-NATO.
Għalhekk, Jacques Baud huwa responsabbli għal, l-implimentazzjoni jew l-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà f’pajjiż terz (l-Ukrajna) billi jinvolvi ruħu fl-użu ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza.
|
15.12.2025
|
|
58.
|
Xavier MOREAU
|
Funzjoni: eks uffiċjal militari u negozjant Franko-Russu; fundatur tas-sit web Stratpol
Data tat-twelid: 25.10.1971
Nazzjonalità: Franċiża
Sess: raġel
|
Xavier Moreau huwa negozjant u fundatur tas-sit web Stratpol, u eks uffiċjal militari. Jaġixxi bħala pedina għal propaganda favur ir-Russja u favur il-Kremlin, u jxerred teoriji ta’ kospirazzjoni dwar l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, fejn, pereżempju, jakkuża lill-Ukrajna li orkestrat l-invażjoni tagħha stess sabiex tingħaqad man-NATO.
Għalhekk, Xavier Moreau huwa responsabbli għal, l-implimentazzjoni jew l-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà f’pajjiż terz (l-Ukrajna) billi jinvolvi ruħu fl-użu ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza.
|
15.12.2025
|
|
59.
|
Diana Vitaliivna PANCHENKO (bl-Ukren: Діана Віталіївна ПАНЧЕНКО)
(bir-Russu: Диана Витальевна ПАНЧЕНКО)
|
Data tat-twelid: 21.5.1988
Post tat-twelid: Mykolaïv, Ukrainian SSR (issa Ukraine)
Nazzjonalità: Ukrena, Russa
Sess: mara
|
Diana Panchenko hija ġurnalista u propagandista mwielda fl-Ukrajna. Tipproduċi u xxerred narrattivi kontra l-Ukrajna, favur ir-Russja u kontra n-NATO.
Fil-filmati tagħha, timita deliberatament formati ta’ xandiriet tal-aħbarijiet, sabiex tilleġittimizza n-narrattivi tal-Kremlin. Timmanipula l-informazzjoni biex tpinġi lill-awtoritajiet Ukreni bħala ‘Nażisti’ u takkużahom li tradew lil nieshom stess, filwaqt li tiġġustifika l-aggressjoni militari u d-delitti tar-Russja.
Ipproduċiet xogħol f’reġjuni Ukreni okkupati (inkluż f’Mariupol u Donetsk) li ġie deskrittbħala propaganda li tiġġustifika delitti tal-gwerra mis-Servizz tas-Sigurtà Ukren (SBU). Il-kontenut tagħha xxandar fuq it-televixins Ukreni matul attakk ċibernetiku Russu li fixkel l-ipprogrammar televiżiv.
Panchenko tamplifika wkoll ir-retorika kospiratorja u kontra l-Ukrajna fuq il-kanal Telegram tagħha (402k abbonat) u fuq X (148k segwaċ). Fuq il-kont X tagħha, tipprova żżid l-udjenza tagħha li titkellem bl-Ingliż billi tuża kontenut ta’ click-bait u attività mhux awtentika u billi tippromwovi kontijiet favur ir-Russja.
Għalhekk, Diana Panchenko hija responsabbli għal, qed timplimenta jew tappoġġja azzjonijiet jew politiki attribwibbli lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa li jdgħajfu jew jheddu l-istabbiltà jew is-sigurtà f’pajjiż terz (l-Ukrajna) billi tinvolvi ruħha fl-użu ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza.
|
15.12.2025”;
|
|