Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1249

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1249 tas-26 ta’ April 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

ST/7322/2024/INIT

ĠU L, 2024/1249, 29.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1249/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1249/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1249

29.4.2024

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2024/1249

tas-26 ta’ April 2024

li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4i tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-2 ta’ Mejju 2013, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 401/2013.

(2)

Il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 401/2013. Abbażi ta’ dak ir-rieżami, jenħtieġ li l-informazzjoni dwar l-entrati għal 19-il persuna tiġi emendata.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (UE) Nru 401/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 401/2013 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ April 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

H. LAHBIB


(1)   ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 401/2013, l-entrati għad-19-il persuna li ġejjin fil-lista taħt l-intestatura A “Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikoli 4a” huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“20.

Mya Tun Oo

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 4.5.1961 jew 5.5.1961;

Sess: raġel

Il-Ġeneral Mya Tun Oo hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa kien Ministru għad-Difiża mill-1 ta’ Frar 2021 sat-3 ta’ Awwissu 2023 u huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC). Fl-1 ta’ Frar 2023, huwa nħatar ukoll Viċi Prim Ministru. Sa mill-1 ta’ Awwissu 2023, huwa assuma wkoll ir-rwol ta’ Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjoni. Huwa jissorvelja wkoll korpi superviżorji oħra kkontrollati mill-ġunta relatati mal-investiment barrani u l-kummerċ barrani.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit is-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu. Mya Tun Oo pparteċipa fil-laqgħa tal-Kunsill Nazzjonali għad-Difiża u s-Sigurtà (NDSC) fil-31 ta’ Jannar 2022, li estendiet l-istat ta’ emerġenza sal-31 ta’ Lulju 2022. Bħala membru tal-NDSC u l-SAC, il-Ġeneral Mya Tun Oo kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, is-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tas-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat.

Bħala membru tal-SAC, il-Ġeneral Mya Tun Oo hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, bħala eks Ministru għad-Difiża, Mya Tun Oo jġorr ir-responsabbiltà għall-attakki mill-forzi militari fl-Istat ta’ Kayah fil-25 ta’ Diċembru 2021 fejn inqatlu aktar minn 30 persuna, fosthom tfal u persunal umanitarju, u qtil tal-massa u tortura ta’ ċivili fil-Myanmar kollu. Fir-rwol preċedenti tiegħu bħala Ministru għad-Difiża, il-Ġeneral Mya Tun Oo kien responsabbli għall-bumbardamenti, l-attakki mill-ajru, u istanzi oħra ta’ vjolenza fuq skala kbira li twettqu mill-forzi armati tal-Myanmar matul l-2022. Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

Fl-2018, in-Nazzjonijiet Uniti kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili internazzjonali rrapportaw ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali li twettqu fl-Istati ta’ Kachin, Rakhine u Shan kontra l-popolazzjoni Rohingya mill-forzi militari u tal-pulizija sa mill-2011 u kkonkludew li l-biċċa l-kbira ta’ dak il-ksur jammonta għall-aktar reati gravi skont il-liġi internazzjonali. Mya Tun Oo kien il-Kap Kmandant Konġunt tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), it-tielet l-ogħla pożizzjoni fit-Tatmadaw, minn Awwissu 2016 sal-ħatra tiegħu bħala l-Ministru għad-Difiża. F’dik il-kapaċità, hu ssorvelja l-operazzjonijiet militari li twettqu fl-Istat ta’ Rakhine u kkoordina d-diversi forzi armati, li jinkludu l-Armata, il-Flotta Navali u l-Forza tal-Ajru, kif ukoll l-użu tal-artillerija. Għalhekk, hu responsabbli għal dawk il-ksur u l-abbużi serji kontra l-popolazzjoni ta’ Rohingya.

22.3.2021

25.

Than Hlaing

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 1965;

Sess: raġel

Il-Logutenent Ġeneral Than Hlaing hu membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Huwa nħatar Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u Kap tal-Pulizija fit-2 ta’ Frar 2021 u rriżenja minn dawk il-pożizzjonijiet fil-5 ta’ Mejju 2022.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit is-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Il-Logutenent Ġeneral Than Hlaing, li nħatar mill-SAC, kien impenjat f’azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, il-forzi tal-pulizija li aġixxew taħt l-awtorità tal-Logutenent Ġeneral Than Hlaing wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ persuni ċivili u dimostranti mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda paċifika u tal-espressjoni, twettiq ta’ arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Fir-rwoli preċedenti tiegħu bħala Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u Kap tal-Pulizija, il-Logutenent Ġeneral Than Hlaing kien direttament responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw politiki repressivi u azzjonijiet vjolenti li twettqu mill-pulizija kontra dimostranti paċifiċi, u għalhekk hu responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma.

22.3.2021

27.

Thein Nyunt

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 26.12.1944;

Post tat-twelid: Kawkareik (Karen State) Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Numru tal-ID: 12/THAGAKA(NAING)012432;

Kariga: Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat; President tal-Partit għad-Demokrazija Nazzjonali l-Ġdida (NNDP);

Thein Nyunt huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit is-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Thein Nyunt kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, is-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tas-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Thein Nyunt huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

19.4.2021

28.

Khin Maung Swe

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 24.7.1942;

Post tat-twelid: Ngathaingchaung, Pathein District, Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Kariga: Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat; President tal-partit tal-Forza Demokratika Nazzjonali (NDF)

Khin Maung Swe huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit is-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Khin Maung Swe kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, is-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tas-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Khin Maung Swe huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

19.4.2021

29.

Aye Nu Sein

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 24.3.1957;

Post tat-twelid: Sittwe, Rakhine State, Myanmar/Burma;

Sess: mara;

Kariga: Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat; Viċi President tal-Partit Nazzjonali ta’ Arakan

Aye Nu Sein hija membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit is-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Aye Nu Sein kienet direttament involuta u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hija responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, is-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tas-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Aye Nu Sein hija direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

19.4.2021

30.

Jeng Phang Naw Htaung

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Kariga: Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC); Ministru għall-Affarijiet Etniċi

Jeng Phang Naw Htaung huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC). Mill-1 ta’ Frar 2023, huwa jservi wkoll bħala Ministru għall-Affarijiet Etiċi tal-Unjoni.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit is-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC u Ministru għall-Affarijiet Etniċi, Jeng Phang Naw Htaung kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, is-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tas-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-SAC u Ministru għall-Affarijiet Etniċi, Jeng Phang Naw Htaung hu direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

19.4.2021

31.

Maung Ha

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Kariga: Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC); Membru tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tal-SAC

Maung Ha huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit l-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma tħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Maung Ha kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, is-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tal-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, il-qtil ta’ dimostranti ċivili u mhux armati, ir-restrizzjoni tal-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. L-azzjoni vjolenti mill-forzi militari u mill-pulizija li thedded il-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedet b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Maung Ha huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

19.4.2021

32.

Sai Long Hseng

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 18.4.1947;

Post tat-twelid: Kengtung, Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Karta tal-verifika taċ-ċittadinanza: Katana (Naing) 0052495;

Numru tal-NRC: 13/KATANA (N)-005249;

Kariga: Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat

Sai Long Hseng huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit is-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Sai Long Hseng kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, is-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tas-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Sai Long Hseng huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

19.4.2021

33.

Saw Daniel

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 25.11.1957;

Post tat-twelid: Loikaw (Kayah State) Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Kariga: Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat

Saw Daniel huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit is-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Saw Daniel kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, is-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tas-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Saw Daniel huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

19.4.2021

34.

Dr Banyar Aung Moe

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 14.8.1947;

Sess: raġel;

Karta tal-identità nazzjonali: 10RAMANAN202348;

Kariga: Membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat

Banyar Aung Moe huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu.

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit is-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Banyar Aung Moe kien direttament involut u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali, u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Barra minn hekk, is-SAC adotta deċiżjonijiet li jirrestrinġu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni, u d-dritt għal-libertà ta’ għaqda paċifika. Il-forzi militari u l-awtoritajiet li joperaw taħt il-kontroll tas-SAC wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-1 ta’ Frar 2021 ’l hawn, billi qatlu dimostranti ċivili u mhux armati, illimitaw il-libertà ta’ għaqda u tal-espressjoni, inkluż permezz tar-restrizzjoni tal-aċċess għall-Internet, u permezz tal-arresti arbitrarji u d-detenzjoni ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u avversarji tal-kolp ta’ stat. Barra minn hekk, l-SAC impona l-liġi marzjali f’partijiet tal-pajjiż li tat lill-forzi militari l-awtorità sħiħa fuq żoni speċifiċi, inkluż il-funzjonijiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi. Fiż-żoni taħt il-liġi marzjali, iċ-ċivili, inkluż ġurnalisti u dimostranti paċifiċi, jiġu mħarrka mill-qrati militari, ħaġa li effettivament iċċaħħadhom mid-dritt għal proċess ġust, inkluż id-dritt ta’ appell. Azzjonijiet vjolenti mill-forzi militari u tal-pulizija li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà żdiedu b’mod sinifikanti f’żoni fejn ġiet iddikjarata l-liġi marzjali.

Bħala membru tal-SAC u tal-Korp Konsultattiv Ċentrali tiegħu, Banyar Aung Moe huwa direttament responsabbli għal dawk id-deċiżjonijiet repressivi u għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

19.4.2021

40.

Tin Aung San

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 16.10.1960;

Sess: raġel;

Karta tal-identità nazzjonali: 12/La Ma Na (N) 89 489

L-Ammiral Tin Aung San huwa l-Kap Kmandant tal-Forza Navali tal-Myanmar. Huwa serva wkoll bħala Ministru għat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet mit-3 ta’ Frar 2021 ’l hawn. Mill-1 ta’ Frar 2023 ’l hawn, huwa Viċi Prim Ministru, u mit-3 ta’ Awwissu 2023 ’l hawn, huwa Ministru għad-Difiża. Huwa membru tal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC).

Fl-1 ta’ Frar 2021, il-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), immexxija mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, wettqu kolp ta’ stat fil-Myanmar billi rrifjutaw ir-riżultati tal-elezzjonijiet li saru fit-8 ta’ Novembru 2020 u billi waqqgħu l-gvern elett demokratikament. Bħala parti mill-kolp ta’ stat, il-Viċi President Myint Swe, fil-kariga ta’ Aġent President, iddikjara stat ta’ emerġenza fl-1 ta’ Frar 2021 u ttrasferixxa s-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-istat lill-Kap Kmandant tas-Servizzi tad-Difiża, il-Ġeneral Anzjan Min Aung Hlaing. Fit-2 ta’ Frar 2021, ġie stabbilit is-SAC biex jeżerċita dawk is-setgħat, biex b’hekk il-gvern elett demokratikament ma jitħalliex iwettaq il-mandat tiegħu.

Bħala Ministru tal-Gvern għat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet, huwa kien responsabbli għall-komunikazzjoni u n-networks u b’hekk ħa deċiżjonijiet u implimenta politiki li ddefinixxew il-libertà tal-aċċess għad-data online. Waqt li okkupa dan ir-rwol, kien hemm għadd kbir ta’ waqfien u tnaqqis intenzjonali tal-Internet, kif ukoll ordnijiet għall-fornituri biex jipprevjenu li Facebook, Twitter u Instagram ikunu online. F’Jannar 2022, ġie ċċirkolat abbozz ġdid tal-abbozz ta’ liġi dwar iċ-ċibersigurtà, li jippermetti l-abbuż tat-teknoloġija ta’ sorveljanza sabiex jitwettaq monitoraġġ fuq individwi u jitpoġġew fil-mira, u b’hekk irażżan il-libertà ta’ espressjoni tagħhom kif ukoll l-aċċess għall-informazzjoni. Għalhekk huwa direttament responsabbli għal-limitazzjoni tal-libertà tal-istampa u l-aċċess għall-informazzjoni online, kif ukoll għall-ksur tad-dritt għall-privatezza tal-poplu tal-Myanmar. Għaldaqstant, huwa dgħajjef id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Bħala membru tal-SAC u Ministru għad-Difiża, Tin Aung San kien direttament involut fi u responsabbli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-funzjonijiet statali u għalhekk hu responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma. Huwa wkoll direttament responsabbli għad-deċiżjonijiet repressivi meħuda mill-SAC, inkluż leġiżlazzjoni li tikser id-drittijiet tal-bniedem u tillimita l-libertajiet taċ-ċittadini tal-Myanmar, u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi tas-sigurtà tal-Myanmar.

21.6.2021

46.

Thet Thet Khine

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 19.8.1967;

Post tat-twelid: Mogok, Myanmar/Burma;

Sess: mara;

Indirizz: 127 A Dhamazadei Road, Kamayut, Yangon, Myanmar/Burma;

Numru tal-passaport: MB132403 (Myanmar/Burma) maħruġ fis-7.5.2015, skada fis-6.5.2020;

Karta tal-identità nazzjonali: 9MAKANAN034200

Thet Thet Khine kienet il-Ministru għall-Assistenza Soċjali, is-Soljev u r-Risistemazzjoni mill-4 ta’ Frar 2021 sat-3 ta’ Awwissu 2023, u ilha l-Ministru għal-Lukandi u t-Turiżmu mit-3 ta’ Awwissu 2023. Hija nħatret mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC), immexxi mill-Kap Kmandant Min Aung Hlaing, li ħa f’idejh is-setgħat leġiżlattivi, eżekuttivi u ġudizzjarji tal-Istat mit-2 ta’ Frar 2021.

Appoġġat ripetutament il-kolp ta’ stat pubblikament. Bħala Ministru tal-Gvern, hija tifforma parti mir-reġim militari, li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu fil-Myanmar/Burma. Fid-dikjarazzjonijiet u l-atti tagħha, hija appoġġat pubblikament il-kolp ta’ stat u r-reġim militari, inkluż id-dikjarazzjoni tagħha li l-militar wettaq il-kolp ta’ stat b’reazzjoni għal frodi elettorali. Barra minn hekk, ċaħdet li l-militar wettaq ġenoċidju kontra l-popolazzjoni Rohingya.

Għaldaqstant, tappoġġa u hija involuta f’azzjonijiet u politiki li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, kif ukoll f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

60.

Nu Mya Zan

(a.k.a Daw Nu Mya Zan, Daw Nu Mara Zan)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: mara

Nu Mya Zan ġiet innominata bħala membru tal-Kummissjoni Elettorali tal-Unjoni (UEC) fis-26 ta’ Frar 2021. Meta aċċettat din in-nomina wara l-kolp ta’ stat militari tal-1 ta’ Frar 2021, u bl-azzjonijiet tagħha bħala membru tal-UEC, b’mod partikolari l-annullament tar-riżultati tal-elezzjonijiet ta’ Novembru 2020 mingħajr evidenza ppruvata ta’ frodi, kif ukoll il-preżentazzjoni ta’ akkużi dwar frodi elettorali għall-istess elezzjonijiet, u r-repressjoni ta’ eks membri tal-UEC, Nu Mya Zan kienet involuta direttament f’azzjonijiet li jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

Nu Mya Zan inħatret Viċi Ministru għall-Affarijiet Reliġjużi u l-Kultura fit-2 ta’ Frar 2023. Bħala Viċi Ministru, tifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu tal-Myanmar/Burma.

Nu Mya Zan hija għaldaqstant responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma u għall-għoti ta’ appoġġ għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

63.

Tayza Kyaw

(a.k.a. U Tayza Kyaw)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel

U Tayza Kyaw huwa membru tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw) u jokkupa diversi pożizzjonijiet għolja, inkluż bħala Kmandant tal-Kmand tat-Tramuntana u Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru 1 (BSO 1). Mill-1 ta’ Jannar 2024 ’l hawn, huwa l-Kmandant tal-Uffiċċju tal-Operazzjonijiet Speċjali Nru. 3 (BSO 3), li huwa inkarigat mill-operazzjonijiet tal-Kwartieri Ġenerali Militari Reġjonali tal-Punent u l-Kwartieri Ġenerali Militari Reġjonali tan-Nofsinhar.

Qabel il-kolp ta’ stat tal-1 ta’ Frar 2021, U Tayza Kyaw issorvelja operazzjonijiet militari fl-Istat ta’ Kachin, ikkaratterizzati minn użu eċċessiv ta’ forza kontra gruppi ta’ minoranza etnika u vjolenza indiskriminata li wasslu għall-ksur tad-drittijiet taċ-ċivili u l-ispostament furzat tagħhom.

Minn Frar 2021, U Tayza Kyaw issorvelja l-BSO 1, li mexxa diversi operazzjonijiet militari fuq skala kbira f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ U Than Hlaing, li r-responsabbiltà tiegħu għat-twettiq ta’ vjolenza eċċessiva u ksur tad-drittijiet tal-bniedem ġiet stabbilita. It-tħejjija u t-tnedija sussegwenti tal-‘operazzjonijiet ta’ tneħħija’ fir-reġjuni ta’ Sagaing u Magwe, fl-ambitu tal-BSO 1, urew użu partikolarment eċċessiv ta’ forza kif ukoll vjolenza abbażi tal-ġeneru.

Huwa għalhekk responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fil-Myanmar/Burma kif ukoll għal involviment f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

64.

Ni Lin Aung

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Sess: raġel

Il-Maġġur Ġeneral Ni Lin Aung ilu jaħdem fil-Kmand Ċentrali tal-Lvant minn Awwissu 2022. Huwa l-eks Kmandant tal-Kmand tal-Lvant tal-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw). Parti mill-ġuriżdizzjoni tal-Kmand tal-Lvant hija l-Istat ta’ Kayah. F’attakk fl-24 ta’ Diċembru 2021 qrib il-villaġġ ta’ Moso fit-township ta’ Phruso, l-Istat ta’ Karenni (Kayah), inqatlu mill-inqas 35 persuna, fosthom persuni ċivili, tfal u żewġ ħaddiema tal-għajnuna umanitarja tal-NGO Save the Children. It-Tatmadaw huma responsabbli għall-attakk. Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Kmandant tal-Kmand tal-Lvant, il-Maġġur (qabel il-Brigadier) Ġeneral Ni Lin Aung ikkmanda direttament l-unitajiet fl-Istat ta’ Kayah, inkluż dawk responsabbli għal dak il-massakru.

Fil-21 ta’ Lulju 2023, il-Maġġur Ġeneral Ni Lin Aung inħatar Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u ngħata r-responsabbiltà konġunta ta’ Kap tal-Pulizija. Bħala Viċi Ministru, jifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu tal-Myanmar/Burma.

Il-Ġeneral Maġġur Ni Lin Aung huwa għaldaqstant responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u l-involviment f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

21.2.2022

71.

U Than Swe

(a.k.a. Than Swe)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Data tat-twelid: 1957 jew 1965;

Sess: raġel

U Than Swe ilu l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni minn Frar 2023. Bħala Ministru, jifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu tal-Myanmar/Burma.

Għaldaqstant, huwa responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma u għall-għoti ta’ appoġġ għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

Huwa l-eks President tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni, maħtur mill-Kunsill Amministrattiv tal-Istat (SAC) mid-19 ta’ Awwissu 2022 sa Frar 2023.

Il-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni, li dak iż-żmien kienet taħt it-tmexxija ta’ U Than Swe, implimentat politiki bil-għan li jilleġittimizzaw il-kolp ta’ stat militari, inkluż l-involviment tagħha fi proċedimenti kontra mexxejja eletti demokratikament, bħat-tressiq ta’ akkużi ta’ korruzzjoni kontra l-Kunsillier tal-Istat Daw Aung San Suu Kyi. Għalhekk, fil-kapaċità tiegħu bħala President tal-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni, U Than Swe kien involut f’attivitajiet u politiki li jimminaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma.

8.11.2022

88.

Moe Aung

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Ammirall

L-Ammiral Moe Aung kien il-Kap Kmandant tal-Forza Navali tal-Myanmar. Huwa wieħed mill-ogħla uffiċjali fil-Forzi Armati tal-Myanmar (Tatmadaw), assoċjat mill-qrib mal-Kunsill Amministrattiv tal-Istat tar-reġim inkluż il-Kap Kmandant Min Aung Hlaing u l-Viċi Kap Kmandant Soe Win u l-Gvern. Mit-8 ta’ Jannar 2024 ’l hawn, huwa Ministru tal-Ministeru 4 fl-Uffiċċju tal-President tal-SAC u Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali.

MoE Aung jieħu sehem ukoll fil-governanza ta’ Myanmar Economic Holdings Public Company Ltd (MEHL) u Myanmar Economic Corporation Limited (MEC), żewġ konglomerati ta’ proprjetà militari li jipprovdu lill-militar b’riżorsi ekonomiċi u materjali li jiffaċilitaw l-azzjonijiet tagħhom. Taħt l-awtorità tiegħu u f’kooperazzjoni mal-Ministeru għat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet, ġew ittrasportati suldati u armi permezz ta’ dgħajjes/bastimenti lejn il-parti tat-Tramuntana tal-pajjiż permezz tal-passaġġi fuq l-ilma.

Bħala Ministru, jifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu tal-Myanmar/Burma.

Għaldaqstant Moe Aung huwa persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħha jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li tinvolvi ruħha f’azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma, jew tappoġġahom. Huwa responsabbli wkoll għal għadd kbir ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem.

20.2.2023

91.

Zin Min Htet

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Grad: Maġġur Ġeneral

Il-Maġġur Ġeneral Zin Min Htet kien il-Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u l-Kap tal-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar. Huwa kien involut direttament fit-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar ir-reġjun ta’ Yangon, u kien responsabbli għalih.

Zin Min Htet ħa post il-predeċessur tiegħu Than Hlaing fit-2 ta’ Mejju 2022, bħala Kap tal-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar. Qabel kien l-Ajjutant Ġeneral Konġunt tal-militar (2019-2022). Huwa serva wkoll bħala kap tal-Università tal-Kompjuter u t-Teknoloġija tas-Servizzi tad-Difiża.

Mill-21 ta’ Lulju 2023 ’l hawn, huwa Viċi Ministru għall-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ.

Bħala eks Viċi Ministru għall-Affarijiet Interni u eks Kap tal-Forza tal-Pulizija tal-Myanmar, u bħala Viċi Ministru għall-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ mill-2023, huwa jifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter f’kolp ta’ stat militari u neħħa l-mexxejja eletti b’mod leġittimu tal-Myanmar/Burma u għalhekk huwa persuna fiżika li l-azzjonijiet, il-politiki jew l-attivitajiet tagħha jdgħajfu d-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, jew li tinvolvi ruħha fi, jew tipprovdi appoġġ għal, azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma. Barra minn hekk, il-forzi tal-pulizija, filwaqt li kienu qed jaġixxu taħt l-awtorità tiegħu, wettqu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, billi rrestrinġew il-libertà ta’ assemblea u ta’ espressjoni, b’arresti u detenzjoni arbitrarji ta’ mexxejja tal-oppożizzjoni u opponenti tal-kolp ta’ stat. Zin Min Htet huwa għaldaqstant responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem.

20.2.2023

95.

Kyaw Swar Lin

(a.k.a Kyaw Swar Linn)

Nazzjonalità: Myanmar/Burma;

Post tat-twelid: Myanmar/Burma;

Sess: raġel;

Kariga: Kap tal-Persunal tal-Armata u Ġeneral Inkarigat mill-Proviżjonijiet tal-forzi armati tal-Myanmar

Il-Logutenent Ġeneral Kyaw Swar Lin kien inħatar bħala Ġeneral Inkarigat mill-Proviżjonijiet f’Mejju 2020. Din hija s-sitt l-ogħla pożizzjoni fil-militar tal-Myanmar/Burma. L-Uffiċċju tal-Ġeneral Inkarigat mill-Proviżjonijiet huwa dipartiment taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Ministeru għad-Difiża u huwa involut fl-akkwist ta’ armi u tagħmir militari għall-Forzi Armati tal-Myanmar. Minn Ottubru 2023 ’l hawn, huwa wkoll Kap tal-Persunal tal-Armata.

Barra minn hekk, Kyaw Swar Lin imexxi l-Myanmar Economic Corporation (MEC), li hija waħda miż-żewġ konglomerati u kumpaniji azzjonarji ewlenin operati mill-militar, li jiġġeneraw dħul għall-forzi armati tal-Myanmar (Tatmadaw).

Bħala Kap tal-Persunal tal-Armata u Ġeneral Inkarigat mill-Proviżjonijiet, huwa jifforma parti mir-reġim militari li ħataf il-poter matul kolp ta’ stat militari u waqqa’ l-mexxejja eletti b’mod leġittimu tal-Myanmar/Burma.

Kyaw Swar Lin huwa għaldaqstant persuna fiżika li l-politiki u l-attivitajiet tiegħu jdgħajfu d-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Myanmar/Burma, u li jipprovdi appoġġ għal azzjonijiet li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Myanmar/Burma.

20.7.2023”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1249/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top