Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1050

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/1050 tal-4 ta’ April 2024 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

    ST/7481/2024/INIT

    ĠU L, 2024/1050, 5.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1050/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1050/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1050

    5.4.2024

    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILl (UE) 2024/1050

    tal-4 ta’ April 2024

    li jimplimenta r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-7 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2020/1998.

    (2)

    Fl-4 ta’ April 2024, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2024/1034 (2), li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1998 sabiex tiġi introdutta eżenzjoni għall-assistenza umanitarja u attivitajiet oħra li jappoġġaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-bniedem, applikabbli għal ċertu atturi (“l-eżenzjoni”). L-eżenzjoni hija bbażata fuq il-paragrafu 1 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 2664 (2022), li ġiet adottata fid-9 ta’ Diċembru 2022.

    (3)

    Sabiex jitqiesu l-każijiet fejn hemm riskju ogħla li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi pprovduti jintużaw ħażin għal finijiet oħra għajr l-assistenza umanitarja, huwa xieraq li tiġi eskluża l-applikazzjoni tal-eżenzjoni fir-rigward ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi deżinjati elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2020/1998 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ April 2024.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. LAHBIB


    (1)   ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/1034 tal-4 ta’ April 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem (ĠU L, 2024/1034, 4.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1034/oj).


    ANNESS

    L-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/1998 (Lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 3) huwa emendat kif ġej:

    (1)

    it-Taqsima A (Persuni fiżiċi) hija emendata kif ġej:

    (a)

    fil-kolonna “Ismijiet (Transliterazzjoni bl-alfabett Latin)”,tiżdied asterisk wara l-isem fl-entrati: 1sa 4, 13, 14, 16sa 26, 29sa 32, 36sa 56 u 62sa 105;

    (b)

    tiżdied is-sentenza li ġejja wara t-tabella:

    *

    L-Artikolu 5(-1) ma għandux japplika għall-entrati identifikati b’asterisk.”;

    (2)

    it-Taqsima B (Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi) hija emendata kif ġej:

    (a)

    fil-kolonna “Isem (Transliterazzjoni bl-alfabett Latin)”, tiżdied asterisk wara l-isem fl-entrati li ġejjin: 5 sa 12 u 16 sa 23;

    (b)

    tiżdied is-sentenza li ġejja wara t-tabella:

    *

    L-Artikolu 5(-1) ma għandux japplika għall-entrati identifikati b’asterisk.”.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1050/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top