Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R0873

Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/873 tat-30 ta’ Jannar 2024 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/331 fir-rigward ta’ regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet

C/2024/441

ĠU L, 2024/873, 4.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/873/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/873/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/873

4.4.2024

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/873

tat-30 ta’ Jannar 2024

li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2019/331 fir-rigward ta’ regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10a(1) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/87/KE ġiet riveduta u emendata bid-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) biex tiġi allinjata mar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) li jistabbilixxi mira ta’ tnaqqis ta’ mill-anqas 55 % tal-emissjonijiet netti sal-2030 meta mqabbel mal-1990. Ir-reviżjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tikkonċerna wkoll l-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti u tirrikjedi bidliet fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (4).

(2)

Id-Direttiva (UE) 2023/959 tintroduċi obbligi għall-monitoraġġ u r-rapportar tal-emissjonijiet fuq operaturi ta’ installazzjonijiet għall-inċinerazzjoni tal-iskart muniċipali. Minħabba li dawk l-installazzjonijiet ma għandhomx għalfejn iċedu kwoti f’konformità mal-Artikolu 12 ta’ dik id-Direttiva, huwa xieraq li ma titqiesx is-sħana fornuta minn dawk l-installazzjonijiet lil installazzjonijiet oħrajn kif koperti mis-Sistema tal-Unjoni Ewropea għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) għall-fini ta’ allokazzjoni bla ħlas.

(3)

Sabiex tiġi inċentivata l-elettrifikazzjoni tal-proċessi industrijali bħala teknoloġija importanti biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet minn dawn il-proċessi u biex jiġi żgurat trattament ugwali tal-proċessi koperti mill-parametri referenzjarji tal-prodotti u l-parametri referenzjarji tas-sħana u tal-fjuwil, is-sħana li titkejjel u li ma titkejjilx prodotta mill-elettriku jenħtieġ li fil-prinċipju tkun eliġibbli għal allokazzjoni bla ħlas skont il-parametri referenzjarji tas-sħana u tal-fjuwil.

(4)

Fil-Kawża C-271/20 (5), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-enerġija kimika maħżuna fil-materja prima u rilaxxata bħala sħana matul il-proċess ta’ kombustjoni għandha tiġi ttrattata bħala fjuwil għall-fini ta’ allokazzjoni bla ħlas. Minħabba li dawn il-proċessi ta’ kombustjoni jirrilaxxaw emissjonijiet minbarra gassijiet serra, huwa xieraq li s-sħana rilaxxata matul dawn il-proċessi ta’ kombustjoni tiġi eskluża b’mod espliċitu mill-allokazzjoni bla ħlas skont il-parametru referenzjarju tal-fjuwil biex tiġi żgurata l-integrità ambjentali, b’mod partikolari fid-dawl tar-rilaxx ta’ ossidi tal-kubrit matul dawn il-proċessi ta’ kombustjoni. Għalhekk, l-użu tal-parametru referenzjarju tal-fjuwil jenħtieġ li jkun ristrett għall-proċessi ta’ kombustjoni fejn il-fini primarju jkun il-ġenerazzjoni ta’ sħana li ma titkejjilx.

(5)

L-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE jipprovdi lill-Kummissjoni b’mandat biex tintegra l-implimentazzjoni tal-kundizzjonalità l-ġdida dwar il-miżuri tal-effiċjenza enerġetika fiċ-ċiklu eżistenti ta’ 5 snin għall-installazzjonijiet li japplikaw għal allokazzjoni bla ħlas stabbilita minn dan ir-Regolament, sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni mal-proċeduri eżistenti u sabiex jiġi evitat piż amministrattiv żejjed.

(6)

L-awtorità kompetenti jenħtieġ li tapprova l-pjan ta’ metodoloġija ta’ monitoraġġ sabiex tiżgura konsistenza mar-regoli ta’ monitoraġġ. Minħabba restrizzjonijiet ta’ żmien, l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti ma kinitx meħtieġa għas-sottomissjoni tar-rapporti ta’ bażi ta’ data fl-2019, is-sena li fiha l-pjanijiet tal-metodoloġija ta’ monitoraġġ ġew introdotti mir-Regolament Delegat (UE) 2019/331. Din l-eżenzjoni ma għadhiex meħtieġa u jenħtieġ li ma tibqax tapplika.

(7)

Id-Direttiva 2003/87/KE tipprevedi li ma għandha tingħata l-ebda allokazzjoni bla ħlas fir-rigward tal-produzzjoni ta’ prodotti koperti mill-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM), stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), b’eliminazzjoni gradwali tal-allokazzjoni bla ħlas matul perjodu tranżizzjonali. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni armonizzata ta’ din id-dispożizzjoni, jenħtieġ li l-operaturi jipprovdu informazzjoni u evidenza, b’mod partikolari abbażi tal-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (NM) stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (7), dwar il-merkanzija prodotta.

(8)

Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri, b’mod partikolari fir-rigward tar-rapportar annwali dwar il-livell ta’ attività u l-aġġustamenti sussegwenti għall-allokazzjoni bla ħlas f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 (8), id-data għas-subinstallazzjonijiet kollha, inklużi s-subinstallazzjonijiet żgħar, jenħtieġ li tiġi rrapportata bħala bażi għal aġġustamenti aktar tard fl-allokazzjoni bla ħlas.

(9)

Sabiex tiġi inċentivata l-elettrifikazzjoni tal-proċessi industrijali biex jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet minn proċessi bħal dawn, huwa meħtieġ li jitneħħew ir-regoli għall-possibbiltà ta’ skambju tal-fjuwil u tal-elettriku. Konsegwentement, il-proċessi elettrifikati ħafna jew kompletament elettrifikati koperti mill-EU ETS jenħtieġ li jibbenefikaw minn allokazzjoni bla ħlas bl-istess mod bħall-proċessi b’emissjonijiet diretti għoljin. Għalhekk, l-ammont ta’ allokazzjoni bla ħlas jenħtieġ li jiġi ddeterminat irrispettivament mis-sehem ta’ emissjonijiet diretti u indiretti għal installazzjonijiet li jaqgħu taħt l-istess parametru referenzjarju. Għalkemm l-allokazzjoni bla ħlas għal dawk il-proċessi se tkopri wkoll l-emissjonijiet indiretti, mhux neċessarjament timplika li r-riskji ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju ddeterminati f’konformità mal-Artikolu 10a(6) tad-Direttiva 2003/87/KE ġew indirizzati bis-sħiħ għal dawk il-proċessi. Il-kostijiet indiretti mgħoddija lill-konsumaturi tal-elettriku jistgħu jvarjaw skont it-taħlita tal-elettriku f’żona ġeografika rilevanti. Kwalunkwe allokazzjoni bla ħlas mogħtija lil emissjonijiet indiretti ta’ proċessi elettrifikati jenħtieġ li ma tippreġudikax il-possibbiltà li jingħata kumpens għal kostijiet indiretti f’konformità mal-Artikolu 10a(6) tad-Direttiva 2003/87/KE. Min-naħa l-oħra, il-miżuri finanzjarji biex jikkumpensaw għall-kostijiet indiretti li jgħaddu fil-prezzijiet tal-elettriku jenħtieġ li ma jikkumpensawx għall-istess kostijiet indiretti koperti minn allokazzjoni bla ħlas. Għall-fini tad-determinazzjoni tal-parametri referenzjarji tal-elettriku, jixraq li tinġabar data dwar il-konsum tal-elettriku għall-parametri referenzjarji ta’ prodotti rilevanti.

(10)

Sabiex jiġi inċentivat aktar l-irkupru tas-sħana mis-subinstallazzjonijiet tal-parametru referenzjarju tal-fjuwil u mis-subinstallazzjonijiet tal-emissjonijiet ta’ proċess, jenħtieġ li din is-sħana tkun eliġibbli għal allokazzjoni bla ħlas, apparti li tkun eliġibbli wkoll għal allokazzjoni bbażata fuq il-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet ta’ proċess. Ir-riskju ta’ għadd doppju jenħtieġ li jitqies bħala mmitigat mill-aġġornamenti tal-valur tal-parametru referenzjarju tal-fjuwil u tal-multiplikatur applikat għall-emissjonijiet ta’ proċess f’konformità mal-Artikolu 16(2), il-punt (e) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331.

(11)

Sabiex jiġi mminimizzat il-piż amministrattiv għall-operaturi, l-informazzjoni dwar il-pjanijiet tan-newtralità klimatika jenħtieġ li tiġi integrata fil-miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali eżistenti li jservu bħala l-bażi għall-kalkolu tal-allokazzjoni bla ħlas.

(12)

Biex jiġu ppremjati dawk bl-aqwa prestazzjoni u innovazzjoni, id-Direttiva 2003/87/KE teżenta l-installazzjonijiet li l-livelli ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom huma taħt il-medja tal-10 % tal-aktar installazzjonijiet effiċjenti taħt parametru referenzjarju partikolari, mill-applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali. Peress li l-parametri referenzjarji huma ddefiniti fil-livell ta’ subinstallazzjoni, huwa xieraq li tiġi skattata l-eżenzjoni jekk il-livelli tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ mill-anqas subinstallazzjoni waħda jissodisfaw il-livell limitu, dment li din is-subinstallazzjoni tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-allokazzjoni bla ħlas totali għall-installazzjoni.

(13)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni armonizzata tal-aġġustamenti tal-allokazzjoni u l-waqfiet tal-operazzjoni, jenħtieġ li l-kwoti żejda li ma jiġux irritornati kif xieraq minn operatur jitnaqqsu mill-allokazzjoni bla ħlas lill-operatur ikkonċernat.

(14)

Sabiex jiġi żgurat li l-operaturi jikkoreġu kwalunkwe nuqqas ta’ konformità jew kwalunkwe żball fir-rapporti ta’ bażi ta’ data li jkollu impatt fuq id-determinazzjoni tal-livelli storiċi ta’ attività, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw li dawk l-iżbalji jew in-nuqqasijiet ta’ konformità jiġu kkoreġuti u mhux biss jitolbu l-korrezzjonijiet.

(15)

Sabiex jiġi żgurat li l-livelli storiċi ta’ attività jkunu, kemm jista’ jkun, rappreżentattivi taċ-ċikli tal-industrija u biex jitnaqqas l-impatt ta’ ċirkostanzi speċjali, bħal kriżijiet ekonomiċi, dawk il-livelli jenħtieġ li jiġu kkalkulati bl-użu tal-medjan tal-livelli ta’ attività matul il-perjodu ta’ referenza.

(16)

Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni armonizzata u korretta tar-regoli dwar l-allokazzjoni bla ħlas, jixraq li tiġi ċċarata d-determinazzjoni tal-livelli storiċi ta’ attività f’każijiet fejn subinstallazzjoni tkun bdiet biss operazzjoni normali matul il-perjodu ta’ referenza. F’dan ir-rigward, il-livelli storiċi ta’ attività jenħtieġ li jkunu bbażati fuq attivitajiet ta’ snin kalendarji sħaħ.

(17)

L-allokazzjoni bla ħlas għall-emissjonijiet ta’ proċess mhux koperti mill-parametri referenzjarji tal-prodott hija bbażata fuq l-anterjorità tal-emissjonijiet storiċi. Mill-2013, l-allokazzjoni bla ħlas ingħatat fil-livell ta’ 97 % tal-emissjonijiet storiċi. Sabiex jiġi inċentivat it-tnaqqis ta’ dawn l-emissjonijiet ta’ proċess u sabiex jiġi żgurat allinjament aħjar mal-allokazzjoni bla ħlas għall-emissjonijiet ta’ proċessi koperti mill-parametri referenzjarji tal-prodotti, huwa meħtieġ li jitnaqqas il-livell ta’ allokazzjoni bla ħlas għall-emissjonijiet ta’ proċess mhux koperti mill-parametri referenzjarji tal-prodotti għal 91 %, ekwivalenti għal tnaqqis annwali ta’ 0,3 % bħala r-rata minima ta’ aġġornament applikata għall-parametri referenzjarji tal-prodotti f’konformità mal-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE. Il-fattur ta’ multiplikazzjoni mnaqqas jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2028 biex jallinja aħjar mal-iskeda ta’ żmien għall-iskjerament ta’ soluzzjonijiet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ proċess, bħall-qbid u l-ħżin tal-karbonju.

(18)

Sabiex tiġi żgurata t-tneħħija gradwali tal-allokazzjoni bla ħlas għall-merkanzija koperta mir-Regolament (UE) 2023/956, il-fattur CBAM rilevanti stabbilit fl-Artikolu 10a(1a), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva 2003/87/KE, jenħtieġ li jiġi applikat għall-allokazzjoni bla ħlas preliminari għas-subinstallazzjoni kkonċernata. Il-bidliet futuri potenzjali fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-CBAM u fil-fattur rilevanti tas-CBAM introdott fir-Regolament (UE) 2023/956 jenħtieġ li jiġu riflessi fit-tneħħija gradwali korrispondenti tal-allokazzjoni bla ħlas.

(19)

Id-Direttiva (UE) 2023/959 tneħħi l-kunċett ta’ ġeneraturi tal-elettriku mill-1 ta’ Jannar 2026 u t-trattament speċifiku tagħhom f’termini ta’ allokazzjoni bla ħlas mill-EU ETS. Għalhekk jeħtieġ li jitħassru d-dispożizzjonijiet relatati fir-Regolament Delegat (UE) 2019/331 skont dan.

(20)

Sabiex jinżammu l-kundizzjonijiet ekwi bejn l-installazzjonijiet eżistenti u l-entranti l-ġodda, jeħtieġ li jiġu riflessi l-bidliet fir-regoli rispettivi għal entranti ġodda fir-rigward tal-livelli storiċi ta’ attività u l-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti.

(21)

Sabiex jiġu pprovduti aktar inċentivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, ġiet introdotta dispożizzjoni dwar il-kundizzjonalità tal-allokazzjoni bla ħlas dwar l-implimentazzjoni ta’ miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika fl-Artikolu 10a, it-tielet subparagrafu tad-Direttiva 2003/87/KE, li jeħtieġ li tiġi ssupplimentata. Ir-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti tal-awditjar tal-enerġija jew fis-sistemi ċċertifikati tal-ġestjoni tal-enerġija, imsemmija fl-Artikolu 10a(1), it-tielet subparagrafu ta’ dik id-Direttiva, li huma fil-livell tal-kumpaniji, jirrikjedu traduzzjoni għal-livell tal-installazzjoni. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tqis biss dawk ir-rakkomandazzjonijiet bħala implimentati meta l-implimentazzjoni tkun tlestiet u l-verifikatur ikun ikkonferma t-tlestija. Sabiex jiġi ssalvagwardjat l-inċentiv mogħti bl-introduzzjoni tal-kundizzjonalità, installazzjoni jenħtieġ li tingħata l-possibbiltà li tirkupra l-allokazzjoni bla ħlas imnaqqsa wara li tkun implimentat il-miżuri rakkomandati bħala parti mir-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività u wara li tkun ġiet ivverifikata l-implimentazzjoni tal-miżuri rrakkomandati. Jenħtieġ li jiġi stabbilit ċiklu annwali għar-rieżami tal-kundizzjonalità tal-installazzjonijiet mhux konformi li jsegwi r-rapportar tal-livelli ta’ attività annwali. L-operaturi ta’ installazzjonijiet mhux konformi li jiffaċċaw it-tnaqqis ta’ 20 % tal-allokazzjoni bla ħlas jenħtieġ li jipprovdu evidenza vverifikata lill-awtorità kompetenti dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri rrakkomandati kollha biex jiġi żgurat l-irkupru ta’ allokazzjoni bla ħlas imnaqqsa minħabba l-kundizzjonalità.

(22)

Wara l-introduzzjoni ta’ regoli ġodda dwar il-kundizzjonalità tal-allokazzjoni bla ħlas għall-pjanijiet tan-newtralità klimatika skont l-Artikolu 10a(1) u l-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-passi proċedurali tal-kundizzjonalità għandhom jiġu ssupplimentati. F’konformità mal-Artikolu 10a(1), il-ħames subparagrafu ta’ dik id-Direttiva, l-operaturi għandhom jistabbilixxu pjanijiet għan-newtralità klimatika sal-1 ta’ Mejju 2024. Sabiex il-kundizzjonalità tiġi allinjata mal-proċedura eżistenti ta’ applikazzjoni għal allokazzjoni bla ħlas, il-pjanijiet tan-newtralità klimatika jenħtieġ li jiġu sottomessi sat-30 ta’ Mejju 2024, jew kif xieraq skont il-limitu ta’ żmien alternattiv għas-sottomissjoni ta’ dawn l-applikazzjonijiet stabbilit mill-Istati Membri. F’konformità mal-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, l-installazzjonijiet ikkonċernati minn din il-kundizzjonalità huma dawk li l-livelli ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom huma ogħla mit-80 perċentil tal-livelli ta’ emissjonijiet għall-parametri referenzjarji ta’ prodotti rilevanti fis-snin 2016 u 2017. Għal dan il-fini, jenħtieġ li jintuża l-kalkolu għad-determinazzjoni tal-valuri tal-parametri referenzjarji riveduti f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 (9). Dik id-determinazzjoni hija bbażata fuq informazzjoni vverifikata dwar l-effiċjenza tal-gassijiet serra tal-installazzjonijiet irrapportati skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/87/KE għas-snin 2016 u 2017. Peress li l-parametri referenzjarji huma ddefiniti fil-livell ta’ subinstallazzjoni, jixraq li jiġi introdott livell limitu għas-subinstallazzjonijiet żgħar li taħthom ma tapplikax il-kundizzjonalità, dment li s-subinstallazzjoni ma tikkontribwix għal aktar minn 20 % tal-allokazzjoni bla ħlas preliminari totali tal-installazzjoni.

(23)

Sabiex jinċentiva u jħaffef it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra li joriġinaw mit-tisħin distrettwali, l-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2003/87/KE jistabbilixxi aktar regoli għall-kundizzjonalità dwar il-pjanijiet tan-newtralità klimatika fil-każ ta’ installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali. B’riżultat ta’ dan, l-installazzjonijiet tal-ETS li jipprovdu sħana lil sistemi ta’ tisħin distrettwali jistgħu japplikaw għal allokazzjoni bla ħlas addizzjonali fil-perjodu mill-2026 sal-2030. Sabiex l-operaturi tas-subinstallazzjonijiet tat-tisħin distrettwali li japplikaw għal allokazzjoni bla ħlas addizzjonali jingħataw ċertezza dwar il-kundizzjonijiet ulterjuri rigward il-kisba sinifikanti ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra qabel l-2030, il-valur tal-kwoti bla ħlas addizzjonali jeħtieġ li jiġi stabbilit għad-daqs tal-investiment li għandu jsir. Sabiex ikun konsistenti, il-prezz tal-karbonju użat fid-determinazzjoni tal-valur monetarju ta’ dawk il-kwoti jenħtieġ li jintuża bl-istess mod tal-Artikolu 10c(3) tad-Direttiva 2003/87/KE. Biex tiġi pprovduta ċarezza dwar il-livell u t-tip ta’ investiment meħtieġ mill-operaturi u jiġi żgurat trattament ugwali tal-installazzjonijiet kollha kkonċernati, jenħtieġ li jiġi stabbilit tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra bl-użu ta’ trajettorja lineari tal-fattur medju ta’ tnaqqis lineari matul il-perjodu bejn il-punt tan-nofs tal-perjodu ta’ referenza tal-2019-2023, jiġifieri l-2021, u l-2030 f’konformità mal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE. Din il-metodoloġija twassal għall-istess rekwiżit ta’ tnaqqis għall-operaturi kollha tat-tisħin distrettwali kkonċernat u ma tirrikjedix li jiġu stabbiliti rati ta’ tnaqqis speċifiċi għall-installazzjoni.

(24)

Sabiex jiġu ssalvagwardjati l-inċentivi tal-kundizzjonalità doppja u jiġu evitati konsegwenzi mhux raġonevoli, il-kundizzjonalità tal-allokazzjoni bla ħlas fuq l-implimentazzjoni tal-miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-kundizzjonalità tal-allokazzjoni bla ħlas fuq il-pjanijiet tan-newtralità klimatika jenħtieġ li ma jkunux kumulattivi. Dan ifisser li t-tnaqqis b’20 % fl-allokazzjoni bla ħlas jenħtieġ li japplika jekk waħda mill-kundizzjonalitajiet jew iż-żewġ kundizzjonalitajiet ma jiġux issodisfati skont l-Artikolu 10a(1), it-tielet u l-ħames subparagrafi tad-Direttiva 2003/87/KE.

(25)

F’konformità mal-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2441 (10) jistabbilixxi l-kontenut u l-format minimi tal-pjanijiet tan-newtralità klimatika. Jixraq ukoll li jiġu rrieżaminati l-pjanijiet tan-newtralità klimatika f’intervalli regolari, sabiex tingħata l-possibbiltà li l-miri u l-istadji importanti jiġu riveduti u sostitwiti filwaqt li jitqiesu teknoloġiji ġodda u t-tnaqqis tal-emissjonijiet diġà miksub jew mhux miksub, kif definit għal kull perjodu ta’ verifika fl-2025 u kull 5 snin minn dakinhar, diment li jibqgħu adatti għall-objettiv tan-newtralità klimatika kif iddefinit mill-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2021/1119.

(26)

Għal raġunijiet ta’ trasparenza, il-pjanijiet tan-newtralità klimatika jenħtieġ li jiġu ppubblikati mill-awtoritajiet kompetenti. Il-pubblikazzjoni ta’ pjanijiet tan-newtralità klimatika tipprevedi sensibilizzazzjoni u fehim akbar tat-tnaqqis tal-gassijiet serra fl-installazzjoni. Sabiex tiġi protetta informazzjoni kummerċjalment sensittiva, l-operaturi tal-installazzjonijiet jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu t-tħassir ta’ ċerti elementi kummerċjalment sensittivi mill-verżjoni tal-pjanijiet tan-newtralità klimatika li għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku. Dawn it-talbiet jenħtieġ li jkunu ġġustifikati kif xieraq.

(27)

Biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tar-regoli għall-fużjonijiet u l-qsim tal-installazzjonijiet u filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-installazzjonijiet ikkonċernati fid-dawl tar-regoli dwar l-allokazzjoni bla ħlas, jixraq li tiġi pprovduta aktar flessibbiltà biex jiġu koperti każijiet iġġustifikati ta’ livelli ta’ allokazzjoni differenti qabel u wara l-fużjoni jew il-qasma billi jitneħħa r-rekwiżit li jkun hemm l-istess livell ta’ allokazzjoni wara l-fużjoni jew il-qasma.

(28)

Sabiex tiġi evitata allokazzjoni bla ħlas mhux iġġustifikata lill-installazzjonijiet li ma għadhomx joperaw, jenħtieġ li ma tingħata l-ebda allokazzjoni bla ħlas għall-proporzjon tas-sena kalendarja wara l-jum tal-waqfien tal-operazzjonijiet.

(29)

Biex jissaħħu l-inċentivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika u biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għal teknoloġiji ġodda u eżistenti, id-Direttiva 2003/87/KE tipprevedi rieżami tal-parametri referenzjarji ex ante ddeterminati għall-Unjoni kollha bl-għan li potenzjalment jiġu mmodifikati d-definizzjonijiet u l-limiti tas-sistema tal-parametri referenzjarji ta’ prodotti eżistenti. Ir-rieżami seħħ u identifika għadd ta’ parametri referenzjarji fejn jenħtieġ li jiġu introdotti modifiki fid-definizzjonijiet u fil-limiti tas-sistema biex jiġu pprovduti dawn l-inċentivi addizzjonali jew kjarifiki tekniċi.

(30)

Wara r-rieżami, biex jiġu inċentivati teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-minerali tal-ħadid agglomerati bħala alimentazzjoni għall-produzzjoni tal-azzar primarju u biex jitqiesu l-ħtiġijiet tat-teknoloġiji tal-azzar ekoloġiċi, huwa xieraq li l-parametru referenzjarju tal-minerali sinterizzati jinfetaħ għal prodotti alternattivi. Sabiex dawk l-inċentivi jiġu mmassimizzati, jenħtieġ li t-tikketta tal-parametru referenzjarju u d-definizzjonijiet tal-prodotti koperti u tal-limiti tas-sistema jinżammu newtrali għat-teknoloġija.

(31)

Wara r-rieżami, biex jiġu inċentivati teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u b’livell żero ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-produzzjoni tal-azzar primarju u biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għar-rotta eżistenti tal-forn tal-blast ibbażata fuq il-kokk u għat-teknoloġija ta’ tnaqqis dirett, il-parametru referenzjarju tal-metall sħun jenħtieġ li jiġi mmodifikat f’termini ta’ żidiet mad-definizzjonijiet ta’ prodotti koperti u tal-limiti tas-sistema.

(32)

Wara r-rieżami, biex jiġu inċentivati teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-produzzjoni ta’ leganti idrawliċi alternattivi bħala sostituti għall-klinker tas-siment abjad u griż, huwa xieraq li l-parametri referenzjarji tal-klinker tas-siment griż u tal-klinker tas-siment abjad jinfetħu għal prodotti alternattivi. Il-prodotti koperti minn parametri referenzjarji ta’ prodotti oħrajn u prodotti sekondarji jew skart li jirriżulta minn proċessi oħrajn jenħtieġ li ma jitqisux biex tiġi evitata allokazzjoni bla bżonn.

(33)

Wara r-rieżami, biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni armonizzata tar-regoli dwar l-allokazzjoni bla ħlas f’termini ta’ trattament tal-emissjonijiet minn reatturi tad-diossidu tal-karbonju, għall-parametru referenzjarju tal-irmied tas-soda, jenħtieġ li jiġi ċċarat li dawk il-proċessi huma koperti mil-limitu tas-sistema ta’ dak il-parametru referenzjarju tal-prodott.

(34)

Wara r-rieżami, biex jiġi evitat l-għadd doppju f’termini ta’ allokazzjoni bla ħlas għall-produzzjoni tal-azzar mill-isponża tal-ħadid u biex jiġi żgurat li l-parametri referenzjarji tal-prodott għall-metall sħun, l-azzar tal-karbonju EAF u l-azzar illigat ħafna EAF ma jikkoinċidux, huwa meħtieġ li l-azzar prodott mill-isponża tal-ħadid jiġi eskluż mid-definizzjoni tal-parametri referenzjarji tal-azzar tal-karbonju EAF u tal-azzar illigat ħafna EAF.

(35)

Wara r-rieżami, biex jiġu inċentivati teknoloġiji b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u b’livell żero ta’ emissjonijiet tal-karbonju għall-produzzjoni tal-idroġenu u biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għat-teknoloġiji eżistenti u ġodda bħall-elettroliżi tal-ilma, id-Direttiva (UE) 2023/959 estendiet id-deskrizzjoni tal-attività għall-produzzjoni tal-idroġenu biex tinkludi l-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku u naqqset il-livell limitu tal-produzzjoni. Il-parametru referenzjarju tal-idroġenu jenħtieġ li jiġi mmodifikat kif xieraq. Madankollu, il-proċessi tal-elettroliżi fejn l-idroġenu huwa prodott sekondarju jenħtieġ li ma jibbenefikawx minn allokazzjoni bla ħlas skont il-parametru referenzjarju tal-idroġenu jew tal-ammonijaka peress li dawn it-teknoloġiji ma humiex ġodda u jservu fini primarju għajr il-produzzjoni tal-idroġenu. Sabiex jiġu ċċarati aktar ir-regoli dwar l-allokazzjoni bla ħlas, jixraq li l-idroġenu użat għall-produzzjoni tal-ammonijaka jiġi eskluż b’mod espliċitu mill-parametru referenzjarju tal-prodott tal-idroġenu.

(36)

Wara r-rieżami, biex tiġi armonizzata aktar l-implimentazzjoni tar-regoli dwar l-allokazzjoni bla ħlas għall-produzzjoni tal-ġir u tal-ġir dolomitiku u biex tiġi żgurata l-konsistenza mar-rapportar annwali tal-emissjonijiet, jixraq li jitħassru r-referenzi għal stimi konservattivi għall-kontenut ta’ ossidu tal-kalċju u ossidu tal-manjeżju bla ħlas.

(37)

Sabiex tiġi riflessa aħjar l-intensità enerġetika tal-produzzjoni ta’ taħlitiet ta’ ossidu tal-etilen u glikoli tal-etilen u tal-kompożizzjoni ta’ taħlitiet ta’ gass tal-idroġenu u tal-monossidu tal-karbonju, jixraq li jiġi aġġustat il-kalkolu tal-livelli storiċi ta’ attività għall-parametri referenzjarji tal-prodotti tal-ossidu tal-etilen/glikol tal-etilen u tal-idroġenu.

(38)

Sabiex jiġu riflessi l-bidliet fir-regoli tal-allokazzjoni, inkluża r-reviżjoni tal-parametri referenzjarji tal-prodotti, l-introduzzjoni tal-kundizzjonalità tal-allokazzjoni bla ħlas u t-tneħħija gradwali tal-allokazzjoni bla ħlas minħabba s-CBAM, l-ambitu għall-ġbir tad-data fil-kuntest tal-applikazzjonijiet għall-allokazzjoni bla ħlas jenħtieġ li jiġi aġġustat skont dan. Tibdiliet simili huma meħtieġa għall-kontenut minimu tal-pjanijiet ta’ metodoloġija ta’ monitoraġġ.

(39)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2019/331 jiġi emendat skont dan.

(40)

L-emendi stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għall-allokazzjonijiet relatati mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024. Madankollu, biex jitnaqqas piż amministrattiv żejjed u tiġi żgurata l-prevedibbiltà tal-livelli ta’ allokazzjoni bla ħlas, għal entranti ġodda li l-applikazzjonijiet tagħhom għal allokazzjoni bla ħlas ġew sottomessi sal-31 ta’ Diċembru 2023 lill-Kummissjoni u installazzjonijiet eżistenti, dispożizzjonijiet dwar definizzjonijiet ta’ parametri referenzjarji, inċineraturi tal-iskart, CBAM, subinstallazzjonijiet żgħar, possibbiltà ta’ skambju tal-fjuwil u tal-elettriku, irkupru tas-sħana mis-subinstallazzjonijiet tal-parametri referenzjarji tal-fjuwil u mis-subinstallazzjonijiet tal-emissjonijiet tal-proċess, livell storiku ta’ attività għall-installazzjonijiet eżistenti, allokazzjoni fil-livell tal-installazzjoni għall-installazzjonijiet eżistenti, allokazzjoni għall-emissjonijiet ta’ proċess mhux koperti mill-parametri referenzjarji tal-prodott, it-tneħħija tal-kunċett ta’ ġeneraturi tal-elettriku, u allokazzjoni fir-rigward tal-ikkrekkjar bl-istim u l-monomeru tal-klorur tal-vinil, jenħtieġ li japplikaw għal allokazzjonijiet relatati mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026. L-allokazzjoni bla ħlas għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2025 jenħtieġ li tibqa’ mhux affettwata mill-emendi. Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali u kundizzjonijiet ekwi għal entranti ġodda b’dati differenti ta’ applikazzjonijiet għall-allokazzjonijiet, jenħtieġ li jiġu introdotti regoli speċifiċi ta’ applikazzjoni. Għal entranti ġodda li l-applikazzjonijiet tagħhom għal allokazzjoni bla ħlas jiġu sottomessi fl-1 ta’ Jannar 2024 jew wara, l-emendi għal dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw għal allokazzjonijiet relatati mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 filwaqt li għall-allokazzjonijiet relatati mal-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2023 japplika r-Regolament fil-verżjoni tiegħu applikabbli fil-31 ta’ Diċembru 2023.

(41)

Minħabba li l-allokazzjoni bla ħlas tiġi kkalkulata abbażi ta’ snin kalendarji sħaħ u li l-biċċa l-kbira tal-emendi għad-Direttiva 2003/87/KE introdotti bid-Direttiva (UE) 2023/959 japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2024, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

(42)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza peress li l-operaturi huma meħtieġa li jikkonformaw mar-regoli tiegħu dwar rapportar ta’ bażi ta’ data minn April, Mejju jew Ġunju 2024 kif meħtieġ mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2019/331 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-punt (3) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

‘subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tas-sħana’ tfisser inputs, outputs u emissjonijiet korrispondenti mhux koperti minn subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott relatati mal-produzzjoni ta’ sħana li titkejjel jew l-importazzjoni ta’ sħana li titkejjel minn installazzjoni koperta mill-EU ETS għajr installazzjonijiet koperti mill-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE, jew it-tnejn, li hija:

(a)

ikkunsmata fil-konfini tal-installazzjoni għall-produzzjoni ta’ prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika minbarra dik li tintuża għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew għat-tkessiħ minbarra għall-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, jew

(b)

esportata lejn installazzjoni jew entità oħra li ma hijiex koperta mill-EU ETS minbarra tisħin distrettwali bl-eċċezzjoni tal-esportazzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku;”;

(b)

il-punt (6) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(6)

‘subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil’ tfisser inputs, outputs u emissjonijiet korrispondenti li ma humiex koperti minn subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott, relatata mal-produzzjoni ta’ sħana li ma titkejjilx, permezz ta’ kombustjoni tal-fjuwil jew mill-elettriku, bil-fini primarju tal-ġenerazzjoni tas-sħana, ikkunsmata għall-produzzjoni ta’ prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika minbarra dik li tintuża għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew għat-tkessiħ minbarra għall-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku u inkluż l-ivvampjar għas-sikurezza;”;

(2)

fl-Artikolu 4, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ba)

fejn rilevanti, il-pjan tan-newtralità klimatika f’konformità mal-Artikolu 10a(1), il-ħames subparagrafu, u l-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2003/87/KE;”;

(b)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

rapport ta’ verifika maħruġ f’konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/87/KE dwar ir-rapport ta’ bażi ta’ data.”;

(3)

l-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 6

L-operatur ta’ installazzjoni, li japplika għal allokazzjoni bla ħlas jew jirċiviha skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE għandu jimmonitorja d-data li għandha tiġi sottomessa kif elenkat fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, abbażi ta’ pjan tal-metodoloġija tal-monitoraġġ approvat mill-awtorità kompetenti.”

;

(4)

l-Artikolu 10 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Għas-subinstallazzjonijiet tal-parametru referenzjarju tal-prodott, fejn rilevanti, l-operatur għandu jiddistingwi b’mod ċar, abbażi tal-kodiċijiet NM, u jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, kemm jekk il-proċess rilevanti jservi l-produzzjoni ta’ oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) kif ukoll jekk le.

(*1)  Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/956/oj).”;"

(b)

il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.   Għas-subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tas-sħana, is-subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil u s-subinstallazzjonijiet ta’ emissjonijiet ta’ proċess, l-operatur għandu jiddistingwi b’mod ċar, abbażi tal-kodiċijiet NACE u PRODCOM, jekk il-proċess rilevanti jservix jew le, settur jew subsettur meqjus f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE. Barra minn hekk, l-operatur għandu jiddistingwi l-ammont ta’ sħana li titkejjel li tiġi esportata għall-fini ta’ tisħin distrettwali, mis-sħana li titkejjel li ma sservix settur jew subsettur meqjus f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE.

Barra minn hekk, l-operatur għandu jiddistingwi b’mod ċar, abbażi tal-kodiċijiet NM, u jipprovdi evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, kemm jekk il-proċess rilevanti jservi l-produzzjoni ta’ oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 kif ukoll jekk le.”

;

(c)

il-paragrafu 4 huwa emendat kif ġej:

(i)

l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Meta installazzjoni inkluża fl-EU ETS tkun ipproduċiet u esportat sħana li titkejjel lejn installazzjoni jew entità oħra mhux inkluża fl-EU ETS, l-operatur għandu jqis li l-proċess rilevanti tas-subinstallazzjoni tal-parametru referenzjarju tas-sħana għal din is-sħana ma jservix settur jew subsettur li jitqies li huwa f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif iddeterminat f’konformita mal-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, sakemm l-operatur ma jipprovdix evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-konsumatur tas-sħana li titkejjel jappartjeni għal settur jew subsettur li jitqies f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE.”;

(ii)

jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej:

“Barra minn hekk, meta installazzjoni inkluża fl-EU ETS tkun ipproduċiet u esportat sħana li titkejjel lil installazzjoni jew entità oħra mhux inkluża fl-EU ETS, l-operatur għandu jipprovdi evidenza dwar il-kwantità ta’ sħana li titkejjel użata għall-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956. Sakemm l-operatur ma jipprovdix din l-evidenza għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti, dik is-sħana għandha titqies bħala użata għall-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament”;

(d)

il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

għas-sħana kollha li titkejjel prodotta, importata jew esportata minn subinstallazzjonijiet, huwa ddokumentat jekk is-sħana li titkejjel ġietx prodotta fi ħdan installazzjoni tal-EU ETS, importata minn proċessi oħrajn li jipproduċu s-sħana, importata minn entitajiet mhux tal-EU ETS jew importata minn installazzjonijiet tal-EU ETS koperti mill-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE;”;

(ii)

il-punt (f) jitħassar;

(iii)

il-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(j)

sabiex jiġi evitat kwalunkwe għadd doppju, prodotti ta’ proċess ta’ produzzjoni li jiġu rritornati fl-istess proċess ta’ produzzjoni jitnaqqsu minn livelli ta’ attività annwali, f’konformità mad-definizzjonijiet tal-prodotti stipulati fl-Anness I;”;

(iv)

il-punt (k) jitħassar;

(5)

l-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-lista skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għandha tiġi sottomessa lill-Kummissjoni billi jintuża mudell elettroniku pprovdut mill-Kummissjoni u għandha tidentifika l-installazzjonijiet kollha koperti mill-EU ETS, inklużi installazzjonijiet koperti mill-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 ta’ dik id-Direttiva, installazzjonijiet żgħar li jistgħu jiġu esklużi mill-EU ETS skont l-Artikoli 27 u 27a ta’ dik id-Direttiva u installazzjonijiet li se jiġu inklużi taħt l-EU ETS skont l-Artikolu 24 ta’ dik id-Direttiva.”

;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

identifikazzjoni tal-installazzjoni u l-konfini tagħha bl-użu tal-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-installazzjoni fir-Reġistru tal-Unjoni”;

(ii)

jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(da)

il-valutazzjoni tal-awtorità kompetenti dwar it-tnaqqis tal-allokazzjoni bla ħlas ta’ 20 % f’konformità mal-Artikolu 22a u mal-Artikolu 22b(1), fejn applikabbli;

(db)

l-issodisfar tal-kundizzjonijiet relatati mal-allokazzjoni bla ħlas addizzjonali ta’ 30 % skont l-Artikolu 22b(3), fejn applikabbli;”;

(iii)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

għal kull subinstallazzjoni, informazzjoni dwar jekk tappartjenix għal settur jew subsettur meqjus f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, inklużi l-kodiċijiet PRODCOM tal-prodotti li jiġu mmanifatturati, meta jkun applikabbli;”;

(iv)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ea)

għal kull subinstallazzjoni, informazzjoni dwar jekk il-merkanzija manifatturata hijiex elenkata fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, bl-użu tal-kodiċijiet NM ta’ din il-merkanzija manifatturata, fejn applikabbli;”;

(c)

il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“6.   Ladarba l-ammonti annwali preliminari ta’ allokazzjonijiet bla ħlas għall-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti jiġu notifikati, il-Kummissjoni għandha tiddetermina kwalunkwe fattur stabbilit skont l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE billi tqabbel is-somma tal-ammonti annwali preliminari ta’ allokazzjonijiet bla ħlas għall-installazzjonijiet f’kull sena matul il-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti bl-applikazzjoni tal-fatturi kif iddeterminat fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament bl-ammont annwali ta’ allokazzjonijiet li jiġi kkalkulat f’konformità mal-Artikolu 10a(5) u (5a) tad-Direttiva 2003/87/KE għall-installazzjonijiet, filwaqt li jitqies is-sehem rilevanti tal-kwantità totali tal-Unjoni kollha annwali, kif iddeterminat skont l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE kif ukoll l-eżenzjoni tal-10 % tal-aktar subinstallazzjonijiet effiċjenti kif iddeterminat skont l-Artikolu 16(8), it-tieni subparagrafu ta’ dan ir-Regolament. Id-determinazzjoni għandha tqis l-inklużjonijiet skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE u l-esklużjonijiet skont l-Artikoli 27 u 27a ta’ dik id-Direttiva, kif xieraq.”

;

(d)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.   Fuq talba, kull Stat Membru għandu jagħmel ir-rapporti u l-pjanijiet li jaslu abbażi tal-Artikolu 4(2) disponibbli għall-Kummissjoni.”

;

(e)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“9.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kwoti żejda allokati lill-operaturi jiġu rritornati kif xieraq. Meta l-operaturi ma jirritornawx il-kwoti żejda, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-amministratur tar-reġistru nazzjonali jnaqqas l-ammont ta’ kwoti żejda mill-kwantità ta’ kwoti li għandhom jiġu allokati lill-operatur. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe talba bħal din.”

;

(6)

l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw ir-rapporti ta’ bażi ta’ data u r-rapporti ta’ verifika sottomessi f’konformità mal-Artikolu 4(2) sabiex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Meta jkun xieraq, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-operaturi jikkoreġu kwalunkwe nuqqas ta’ konformità jew kwalunkwe żball li jħalli impatt fuq id-determinazzjoni tal-livelli ta’ attività storika. L-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-operaturi biex jissottomettu aktar data minbarra l-informazzjoni u d-dokumenti li għandhom jiġu pprovduti f’konformità mal-Artikolu 4(2).”

;

(b)

il-paragrafi 3 sa 8 huma sostitwiti b’dawn li ġejjin:

“3.   Il-livell ta’ attività storika relatat mal-prodott għandu, għal kull prodott li għalih ġie ddeterminat parametru referenzjarju ta’ prodott kif imsemmi fl-Anness I, jirreferi għall-medjan tal-produzzjoni storika annwali ta’ dak il-prodott fl-installazzjoni kkonċernata matul il-perjodu ta’ referenza.

4.   Il-livell ta’ attività storika relatat mas-sħana għandu jirreferi għall-medjan ta’ importazzjoni storika annwali minn installazzjoni koperta mill-EU ETS, minbarra installazzjonijiet koperti mill-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE, il-produzzjoni, jew it-tnejn li huma, waqt il-perjodu ta’ referenza, ta’ sħana li titkejjel netta kkunsmata fil-konfini tal-installazzjoni għall-produzzjoni ta’ prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika għajr dik li tintuża għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew it-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, jew esportata għal installazzjoni jew entità oħra li ma tkunx koperta mill-EU ETS, bl-eċċezzjoni tal-esportazzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku espress f’terajoules fis-sena.

Il-livell storiku ta’ attività relatat mat-tisħin distrettwali għandu jirreferi għall-medjan tal-importazzjoni storika annwali minn installazzjoni koperta mill-EU ETS, minbarra l-installazzjonijiet tal-EU ETS koperti mill-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE, il-produzzjoni, jew it-tnejn li huma, matul il-perjodu ta’ referenza, ta’ sħana li titkejjel li tiġi esportata għall-finijiet ta’ tisħin distrettwali espress bħala terajoules fis-sena.

5.   Il-livell ta’ attività storika relatat mal-fjuwil għandu jirreferi għall-medjan ta’ konsum storiku annwali ta’ enerġija użat għall-fini primarju tal-produzzjoni ta’ sħana li ma titkejjilx ikkunsmata għall-produzzjoni tal-prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika minbarra dik użata għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew it-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, inkluż ivvampjar għas-sikurezza, matul il-perjodu ta’ referenza espress f’terajoules fis-sena.

6.   Għal emissjonijiet ta’ proċess, li seħħew fir-rigward tal-produzzjoni ta’ prodotti fl-installazzjoni kkonċernata matul il-perjodu ta’ referenza, il-livell ta’ attività storika relatat mal-proċess għandu jirreferi għall-medjan ta’ emissjonijiet ta’ proċess storiċi annwali espress f’tunnellati ta’ ekwivalent ta’ diossidu tal-karbonju.

7.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-valuri medjani msemmija fil-paragrafi 3 sa 6, għandhom jitqiesu biss is-snin kalendarji li matulhom l-installazzjoni kienet qiegħda topera għal mill-inqas jum wieħed.

Jekk subinstallazzjoni ilha topera għal anqas minn sentejn kalendarji matul il-perjodu ta’ referenza rilevanti, il-livell ta’ attività storika għandu jkun il-livell tal-ewwel sena kalendarja ta’ operazzjoni wara s-sena kalendarja meta jseħħ il-bidu tal-operazzjoni normali ta’ din is-subinstallazzjoni.

Jekk subinstallazzjoni ilha topera għal anqas minn sena kalendarja waħda wara l-bidu ta’ operazzjoni normali matul il-perjodu ta’ referenza, il-livell ta’ attività storika għandu jiġi ddeterminat meta jiġi sottomess ir-rapport tal-livell ta’ attività għall-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu tal-operazzjoni normali.

8.   B’deroga mill-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livell ta’ attività storika relatat mal-prodott għall-prodotti li għalihom japplikaw il-parametri referenzjarji ta’ prodott imsemmija fl-Anness III abbażi tal-medjan tal-produzzjoni storika annwali skont il-formuli stipulati f’dak l-Anness.”

;

(7)

l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Meta l-operatur ta’ installazzjoni eżistenti jkun issottometta applikazzjoni valida għal allokazzjoni bla ħlas f’konformità mal-Artikolu 4, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkalkula għal kull sena, abbażi tad-data miġbura f’konformità mal-Artikolu 14, l-għadd ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas mill-2021 ’il quddiem fir-rigward tal-perjodu tal-ewwel allokazzjoni u kull 5 snin minn dakinhar.”

;

(b)

il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

għal subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil, l-għadd annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi għall-valur tal-parametru referenzjarju tal-fjuwil għall-perjodu rilevanti ta’ 5 snin, adottat f’konformità mal-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, immultiplikat bil-livell ta’ attività storika relatata mal-fjuwil għall-enerġija kkunsmata.”;

(ii)

il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(e)

għas-subinstallazzjonijiet tal-emissjonijiet ta’ proċess, l-għadd annwali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi għal-livell storiku ta’ attività relatat mal-proċess immultiplikat b’0,97 għas-snin sal-31 ta’ Diċembru 2027 u b’0,91 għas-snin mill-2028 ’il quddiem.”;

(c)

fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Għall-fini tal-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-fatturi ddeterminati fl-Anness V ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu applikati għall-għadd annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas iddeterminati għal kull subinstallazzjoni skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għas-sena kkonċernata meta l-proċessi f’dawk is-subinstallazzjonijiet iservu setturi jew subsetturi meqjusa bħala mhux f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE.”;

(d)

il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Meta l-proċessi fis-subinstallazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 iservu setturi jew subsetturi meqjusa bħala f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 10b(5) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-fattur li għandu jiġi applikat għandu jkun 1.”

;

(e)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“(4a)   Meta l-proċessi fis-subinstallazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 iservu l-produzzjoni ta’ oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956, l-għadd annwali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas iddeterminat għal kull subinstallazzjoni skont il-paragrafu 2 għas-sena kkonċernata għandu jiġi mmultiplikat bil-fattur CBAM rilevanti stabbilit fl-Artikolu 10a(1a), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva 2003/87/KE.”

;

(f)

il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.   L-ammont annwali finali ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lil kull installazzjoni eżistenti għandu jkun l-ammont annwali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lil kull installazzjoni ddeterminat f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, immultiplikat bil-fattur kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 14(6) ta’ dan ir-Regolament.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-ammont annwali finali tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għandu jkun ta’ 100 % tal-ammont annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lil kull installazzjoni li s-subinstallazzjonijiet tagħha b’livelli ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra taħt il-medja tal-10 % tas-subinstallazzjonijiet l-aktar effiċjenti għall-parametri referenzjarji rilevanti fil-perjodu msemmi fl-Artikolu 10a(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tad-Direttiva 2003/87/KE, ikopru aktar minn 60 % tal-ammont annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal din l-installazzjoni.”

;

(8)

fl-Artikolu 17, il-punti (a) sa (f) huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(a)

il-livell ta’ attività storika relatata mal-prodott għandu jkun, għal kull prodott li għalih hemm iddeterminat parametru referenzjarju ta’ prodott kif imsemmi fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2003/87/KE, il-livell ta’ attività tal-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu ta’ operazzjoni normali għall-produzzjoni ta’ dan il-prodott tas-subinstallazzjoni kkonċernata;

(b)

il-livell ta’ attività storika relatata mas-sħana għandu jkun il-livell ta’ attività tal-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu ta’ operazzjoni normali għall-importazzjoni minn installazzjoni koperta mill-EU ETS, minbarra installazzjonijiet koperti mill-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE, il-produzzjoni, jew it-tnejn li huma, tas-sħana li titkejjel ikkunsmata fil-konfini tal-installazzjoni għall-produzzjoni ta’ prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika minbarra dik użata għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew it-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, jew esportata lejn installazzjoni jew entità oħra mhux koperta mill-EU ETS bl-eċċezzjoni tal-esportazzjoni għall-produzzjoni tal-elettriku;

(c)

il-livell ta’ attività storika relatata mat-tisħin distrettwali għandu jkun il-livell ta’ attività tal-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu tal-operazzjoni normali għall-importazzjoni minn installazzjoni koperta mill-EU ETS minbarra installazzjonijiet koperti mill-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE, il-produzzjoni, jew it-tnejn li huma, ta’ sħana li titkejjel li tiġi esportata għall-finijiet ta’ tisħin distrettwali;

(d)

il-livell ta’ attività storika relatata mal-fjuwil għandu jkun il-livell ta’ attività tal-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu ta’ operazzjoni normali għall-konsum ta’ enerġija li tintuża għall-fini primarju tal-produzzjoni ta’ sħana li ma titkejjilx ikkunsmata għall-produzzjoni ta’ prodotti, għall-produzzjoni tal-enerġija mekkanika minbarra dik li tintuża għall-produzzjoni tal-elettriku, għat-tisħin jew it-tkessiħ bl-eċċezzjoni tal-konsum għall-produzzjoni tal-elettriku, inkluż ivvampjar għas-sikurezza tal-installazzjoni kkonċernata;

(e)

il-livell ta’ attività relatata ma’ emissjonijiet ta’ proċess għandu jkun il-livell ta’ attività tal-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu ta’ operazzjoni normali għall-produzzjoni ta’ emissjonijiet ta’ proċess tal-unità tal-proċess;

(f)

b’deroga mill-punt (a), il-livell ta’ attività storika relatata mal-prodott għall-prodotti li għalihom japplikaw il-parametri referenzjarji ta’ prodott imsemmija fl-Anness III għandu jkun il-livell ta’ attività tal-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu ta’ operazzjoni normali għall-produzzjoni ta’ dan il-prodott tas-subinstallazzjoni kkonċernata, iddeterminat bl-applikazzjoni tal-formuli stabbiliti f’dak l-Anness.”;

(9)

l-Artikolu 18(1) huwa emendat kif ġej:

(a)

fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

għal kull subinstallazzjoni ta’ emissjonijiet ta’ proċess, l-għadd annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal sena partikolari għandu jikkorrispondi mal-livell ta’ attività storika relatata mal-proċess immultiplikat b’0,97 għas-snin sal-31 ta’ Diċembru 2027 u b’0,91 għas-snin mill-2028 ’il quddiem.”;

(b)

it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-Artikolu 16(3), (4), (4a), (5) u (7) għandu japplika mutatis mutandis għall-kalkolu tal-għadd annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal entranti ġodda.”;

(10)

l-Artikoli 19, 20 u 21 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 19

Allokazzjoni fir-rigward tal-ikkrekkjar bil-fwar

B’deroga mill-Artikolu 16(2), il-punt (a), u l-Artikolu 18(1), il-punt (a), l-għadd annwali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott u relatati mal-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi ta’ valur għoli (HVC) għandu jikkorrispondi għall-valur tal-parametru referenzjarju tal-prodott tal-ikkrekkjar bl-istim għall-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti mmultiplikat bil-livell ta’ attività storika ddeterminat f’konformità mal-Anness III. Għar-riżultat ta’ dak il-kalkolu, għandhom jiżdiedu 1,78 tunnellata ta’ diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ idroġenu mmultiplikati bil-produzzjoni storika medjana ta’ idroġenu minn alimentazzjoni supplimentali espressi f’tunnellati ta’ idroġenu, 0,24 tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ etilen immultiplikati bil-produzzjoni storika medjana ta’ etilen minn alimentazzjoni supplimentali espressi f’tunnellati ta’ etilen, u 0,16 tunnellati ta’ diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ HVC immultiplikati bil-produzzjoni storika medjana ta’ kimiċi oħrajn ta’ valur għoli minbarra l-idroġenu u l-etilen minn alimentazzjoni supplimentali espressi f’tunnellati ta’ HVC.

Artikolu 20

Allokazzjoni fir-rigward tal-monomer tal-klorur tal-vinil

B’deroga mill-Artikolu 16(2), il-punt (a), u l-Artikolu 18(1), il-punt (a), l-għadd annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għal subinstallazzjoni fir-rigward tal-produzzjoni tal-monomeru tal-klorur tal-vinil (“VCM”) għandu jikkorrispondi għall-valur tal-parametru referenzjarju ta’ VCM għall-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti mmultiplikat bil-livell ta’ attività storika għall-produzzjoni tal-VCM espress bħala tunnellati u mmultiplikat bil-kwozjent tal-emissjonijiet diretti għall-produzzjoni tal-VCM inklużi emissjonijiet minn sħana netta importata, ikkalkulat abbażi tal-importazzjoni tas-sħana netta storika espressa bħala terajoules immultiplikata bil-valur tal-parametru referenzjarju tas-sħana għall-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti, fuq il-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 15(2) jew tal-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu ta’ operazzjoni normali msemmija fl-Artikolu 17, il-punt (a), kif xieraq, espress bħala tunnellati ta’ ekwivalent ta’ diossidu tal-karbonju u s-somma ta’ dawk l-emissjonijiet diretti u l-emissjonijiet relatati mal-idroġenu għall-produzzjoni ta’ VCM matul il-perjodu ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 15(2) jew tal-ewwel sena kalendarja wara s-sena kalendarja fejn iseħħ il-bidu ta’ operazzjoni normali msemmija fl-Artikolu 17, il-punt (a), kif xieraq, espress bħala tunnellati ta’ ekwivalent ta’ diossidu tal-karbonju ikkalkulat abbażi ta’ konsum tas-sħana storiku li jirriżulta mill-kombustjoni tal-idroġenu espress bħala terajoules immultiplikat bil-valur tal-parametru referenzjarju tas-sħana għall-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti.

Artikolu 21

Flussi tas-sħana bejn l-installazzjonijiet

Meta subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott tinkludi sħana li titkejjel importata minn installazzjoni jew entità oħra mhux inkluża fl-EU ETS jew inkluża biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE, l-għadd annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas għas-subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-prodott ikkonċernat iddeterminat skont l-Artikolu 16(2), il-punt (a), jew l-Artikolu 18(1), il-punt (a), kif xieraq, għandu jkun imnaqqas bl-ammont tas-sħana storikament importata minn installazzjoni jew entità oħra mhux inkluża fl-EU ETS jew inkluża biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 ta’ dik id-Direttiva fis-sena kkonċernata mmultiplikat bil-valur tal-parametru referenzjarju tas-sħana għas-sħana li titkejjel għal-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti.”

;

(11)

l-Artikolu 22 jitħassar;

(12)

jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 22a

Kundizzjonalità tal-allokazzjoni bla ħlas dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri għat-titjib tal-effiċjenza enerġetika

1.   L-ammont annwali finali tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas, iddeterminat skont l-Artikolu 16(8) ta’ dan ir-Regolament għall-installazzjoni msemmija fl-Artikolu 10a(1), it-tielet subparagrafu tad-Direttiva 2003/87/KE, għandu jitnaqqas b’20 % f’konformità mal-Artikolu 10a(1) ta’ dik id-Direttiva jekk l-operatur ma jkunx jista’ juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li r-rakkomandazzjonijiet kollha skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) ikunu ġew implimentati.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ma għandu japplika l-ebda tnaqqis bħal dan jekk l-operatur ikun jista’ juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li tapplika kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

iż-żmien ta’ ħlas lura għall-investimenti rilevanti ta’ rakkomandazzjoni jaqbeż it-3 snin;

(b)

il-kostijiet tal-investiment għall-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjoni jaqbżu kwalunkwe wieħed mil-livelli limitu li ġejjin:

(i)

5 % tal-fatturat annwali tal-installazzjoni jew 25 % tal-profitt tal-installazzjoni, ikkalkulati abbażi tal-medji annwali korrispondenti matul it-3 snin kalendarji qabel id-data li fiha l-applikazzjoni għal allokazzjoni bla ħlas għandha tiġi sottomessa f’konformità mal-Artikolu 4;

(ii)

50 % tal-ekwivalenti ekonomiku annwali medju tal-ammont imnaqqas f’konformità mal-ewwel subparagrafu mill-ammont annwali finali tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas skont l-Artikolu 16(8) ikkalkulat abbażi tal-prezz medju tal-kwoti fuq il-pjattaforma komuni tal-irkant fis-sena kalendarja rilevanti ta’ qabel l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2);

(c)

ikunu ġew implimentati miżuri oħrajn matul jew wara l-perjodu ta’ referenza rilevanti li jwasslu għal tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-installazzjoni ekwivalenti għal dawk irrakkomandati mir-rapport tal-awditjar tal-enerġija jew mis-sistema tal-ġestjoni tal-enerġija ċċertifikata skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva (UE) 2012/27/UE;

(d)

ir-rakkomandazzjonijiet ma jwasslux għal iffrankar tal-enerġija fil-limiti tas-sistema tal-proċess industrijali mwettaq fl-installazzjoni;

(e)

il-kundizzjonijiet operattivi speċifiċi għall-installazzjoni, inklużi l-perjodi ppjanati jew mhux ippjanati ta’ manutenzjoni, li abbażi tagħhom ġie ddeterminat il-perjodu ta’ ħlas lura msemmi fil-punt (a), għadhom ma seħħewx;

(f)

ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-awditjar jew tas-sistema tal-ġestjoni tal-enerġija ċċertifikata ma nħarġux matul l-ewwel 4 snin tal-perjodu ta’ referenza rilevanti.

2.   L-operatur għandu jistabbilixxi, jimplimenta, jiddokumenta u jżomm proċedura għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u, fejn applikabbli, juri l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet kif imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Il-verifikatur għandu jikkontrolla bħala parti mill-verifika tar-rapport ta’ bażi ta’ data msemmi fl-Artikolu 4(2) jekk ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, humiex implimentati u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, humiex issodisfati, fejn applikabbli.

Fejn rilevanti, il-verifikatur għandu jikkontrolla, bħala parti mill-verifika tar-rapport annwali dwar il-livell ta’ attività f’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 (*3), jekk ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, humiex implimentati, u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, humiex issodisfati, fejn applikabbli.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tqis biss ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, kif implimentati meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

l-operatur juri t-tlestija tal-implimentazzjoni ta’ dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

(b)

il-verifikatur ikun ikkonferma t-tlestija msemmija fil-punt (a) f’konformità mal-paragrafu 3.

Artikolu 22b

Kundizzjonalità tal-allokazzjoni bla ħlas għall-pjanijiet tan-newtralità klimatika

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu 10a(1), il-ħames subparagrafu tad-Direttiva 2003/87/KE, l-għadd annwali finali tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas, iddeterminat skont l-Artikolu 16(8) ta’ dan ir-Regolament, għandu jitnaqqas b’20 % għal installazzjoni b’subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tal-prodott fejn il-livelli ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ta’ mill-anqas waħda minn dawk is-subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tal-prodott kienu ogħla mit-80 perċentil tal-livelli ta’ emissjonijiet għall-parametri referenzjarji rilevanti tal-prodott fis-snin 2016 u 2017.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, ma għandu japplika l-ebda tnaqqis bħal dan jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-operatur ta’ installazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu jkun issottometta pjan ta’ newtralità klimatika għall-attivitajiet tiegħu koperti mid-Direttiva 2003/87/KE lill-awtorità kompetenti sat-30 ta’ Mejju 2024, jew kif xieraq, skont l-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament bħala parti mill-applikazzjoni għal allokazzjoni bla ħlas;

(b)

l-ilħuq tal-miri u l-istadji importanti msemmija fl-Artikolu 10b(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (b) tad-Direttiva 2003/87/KE ġie kkonfermata mill-verifika mwettqa f’konformità mal-Artikolu 10b(4), ir-raba’ subparagrafu, ta’ dik id-Direttiva;

(c)

l-awtorità kompetenti vverifikat u qieset li l-kontenut u l-format tal-pjan tan-newtralità klimatika huma konformi skont il-paragrafu 4.

2.   Il-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ma għandux japplika meta s-subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-prodott rilevanti ma tikkontribwix għal aktar minn 20 % tas-somma tal-għadd annwali preliminari tal-kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas tas-subinstallazzjonijiet kollha fir-rigward tal-perjodu mill-2021 sal-2025, ikkalkulati f’konformità mal-Artikolu 16, il-paragrafi 2 sa 5.

3.   Għall-finijiet tal-Artikolu 10b(4), it-tieni, it-tielet u r-raba’ subparagrafi tad-Direttiva 2003/87/KE, l-għadd annwali preliminari ta’ kwoti tal-emissjonijiet allokati bla ħlas lil subinstallazzjoni ta’ tisħin distrettwali, ikkalkulat f’konformità mal-Artikolu 16, il-paragrafi 2 u 3 ta’ dan ir-Regolament, għandu jiżdied bi 30 % tal-għadd ikkalkulat f’konformità mal-paragrafu 2 tal-Artikolu 16, fejn l-operatur ta’ subinstallazzjoni ta’ tisħin distrettwali jkun ippreżenta applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament u meta, fir-rigward tal-perjodu sal-aħħar tal-2025 jew fir-rigward tal-perjodu mill-2026 sal-2030, jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kumpanija tal-installazzjoni jew tat-tisħin distrettwali tkun tinsab fi Stat Membru li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10b(4), it-tieni subparagrafu tad-Direttiva 2003/87/KE u kif imsemmi fl-Anness VIII;

(b)

il-kumpanija tal-installazzjoni jew tat-tisħin distrettwali investiet volum tal-anqas ekwivalenti għall-valur ekonomiku tal-għadd addizzjonali ta’ kwoti bla ħlas għall-perjodu mill-2026 sal-2030, f’konformità mal-miri intermedji u l-istadji importanti kif stabbilit fil-pjan għan-newtralità klimatika biex tkejjel, sal-31 ta’ Diċembru 2025 u sal-31 ta’ Diċembru ta’ kull ħames sena minn dakinhar ’il quddiem, il-progress li sar lejn l-ilħuq tan-newtralità klimatika;

(c)

l-investiment imsemmi fil-punt (b) iwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet qabel l-2030;

(d)

il-kumpanija tal-installazzjoni jew tat-tisħin distrettwali tissottometti pjan tan-newtralità klimatika sat-30 ta’ Mejju 2024 skont l-Artikolu 4(1) jew kif xieraq, għall-attivitajiet tagħha koperti mid-Direttiva 2003/87/KE;

(e)

l-ilħuq tal-miri u l-istadji importanti msemmija fl-Artikolu 10b(4), it-tielet subparagrafu, il-punt (b) tad-Direttiva 2003/87/KE huwa kkonfermat mill-verifika mwettqa f’konformità mal-Artikolu 10b(4), ir-raba’ subparagrafu ta’ dik id-Direttiva;

(f)

l-awtorità kompetenti vverifikat u qieset li l-kontenut u l-format tal-pjan tan-newtralità klimatika huma konformi skont il-paragrafu 4.

Għall-finijiet tal-punt (b), il-valur ekonomiku tal-kwoti addizzjonali ta’ 30 % għandu jiġi ddeterminat billi jiġi mmultiplikat l-għadd addizzjonali ta’ kwoti bla ħlas matul il-perjodu mill-2026 sal-2030 bil-prezz medju tal-kwoti fuq il-pjattaforma komuni tal-irkant fis-sena kalendarja ta’ qabel l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) u mmultiplikat bil-fattur iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 14(6), kif applikabbli għall-installazzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (c), it-tnaqqis tal-emissjonijiet huwa sinifikanti meta l-emissjonijiet speċifiċi, espressi bħala tunnellati ta’ CO2 għal kull terajoule ta’ tisħin distrettwali pprovdut, mill-installazzjoni jew mill-kumpanija tat-tisħin distrettwali jitnaqqsu taħt il-medja tal-emissjonijiet speċifiċi matul il-perjodu ta’ referenza rilevanti b’rata ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet ekwivalenti għall-applikazzjoni tal-fatturi ta’ tnaqqis lineari msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2003/87/KE, li jibda mill-punt tan-nofs tal-perjodu ta’ referenza rilevanti.

4.   L-awtorità kompetenti għandha tivverifika, sat-30 ta’ Settembru 2024, li l-kontenut u l-format tal-pjanijiet tan-newtralità klimatika msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu jikkonformaw mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2441.

Artikolu 22c

Natura mhux kumulattiva tat-tnaqqis ta’ 20 % fl-Artikoli 22a u 22b

It-tnaqqis ta’ 20 % imsemmi fl-Artikoli 22a u 22b għandu jiġi applikat għal installazzjoni darba biss fil-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti.

Artikolu 22d

Aġġornament tal-pjan dwar in-newtralità klimatika

1.   L-operaturi għandhom, f’perjodi speċifikati fil-pjan dwar in-newtralità klimatika msemmi fl-Artikolu 22b, u kull meta jkun meħtieġ, jevalwaw l-effettività tal-pjan dwar in-newtralità klimatika fir-rigward tat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u jimplimentaw azzjonijiet korrettivi fejn xieraq biex jiżguraw li jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri. Kwalunkwe aġġornament għandu jaffettwa biss l-istadji importanti u l-miri futuri.

2.   Fejn il-pjan dwar in-newtralità klimatika jiġi aġġornat fir-rigward tal-istadji importanti u l-miri, l-operatur għandu jissottometti l-pjan aġġornat lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien żejjed.

Artikolu 22e

Pubblikazzjoni tal-pjan dwar in-newtralità klimatika

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-pjan dwar in-newtralità klimatika sottomess skont l-Artikolu 22b.

2.   Jekk operatur iqis li l-pjan dwar in-newtralità klimatika jkun fih elementi kummerċjalment sensittivi li, jekk jiġu ddivulgati, jagħmlu ħsara lill-interessi kummerċjali tiegħu, l-operatur jista’ jitlob lill-awtorità kompetenti biex ma tippubblikax dawk l-elementi. Meta t-talba tkun iġġustifikata, l-awtorità kompetenti għandha tippubblika l-pjan tan-newtralità klimatika mingħajr dawk l-elementi.”

(*2)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2012/27/2023-05-04)."

(*3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 94, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/2067/2021-01-01).”;"

(13)

fl-Artikolu 23, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta Deċiżjoni abbażi tan-notifika li tasal, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rilevanti u għandha tintroduċi t-tibdil, fejn xieraq, fir-Reġistru tal-Unjoni stabbiliti skont l-Artikolu 19 tad-Direttiva 2003/87/KE u r-reġistru tat-tranżazzjonijiet, imsemmi fl-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva.”

;

(14)

l-Artikolu 25(4) jitħassar;

(15)

L-Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

il-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet serra rilevanti skada jew ġie rtirat, inkluż jekk l-installazzjoni ma għadhiex tissodisfa l-livelli limitu tal-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE;”;

(b)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Meta installazzjoni tkun waqfet taħdem, l-Istat Membru kkonċernat ma għandux joħroġ kwoti tal-emissjonijiet għal dik l-installazzjoni għall-bqija tas-sena mill-jum li fih l-installazzjoni tkun waqqfet l-operazzjonijiet tagħha. Dawn l-aġġustamenti għandhom isiru fuq bażi pro rata.”

;

(16)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(17)

l-Anness III huwa sostitwit bit-test tal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(18)

l-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament;

(19)

l-Anness VI huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

(20)

l-Anness VII huwa emendat f’konformità mal-Anness V ta’ dan ir-Regolament;

(21)

It-test indikat fl-Anness VI ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala Anness VIII.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan għandu japplika għal allokazzjonijiet relatati mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024.

Madankollu, l-Artikolu 1, il-punti (1), (4)(a), (4)(b), (4)(c)(ii), (4)(d)(i), (4)(d)(ii), (4)(d)(iv), (6) u (7), (10) u (11) u l-punti (16) u (17) għandhom japplikaw għal allokazzjonijiet relatati mal-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 għal entranti ġodda li l-applikazzjonijiet tagħhom ġew sottomessi sal-31 ta’ Diċembru 2023 u għal installazzjonijiet eżistenti.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

(4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8).

(5)  Is-Sentenza tal-Qorti (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Novembru 2021, il-Kawża – C-271/20, Aurubis AG vs Bundesrepublik Deutschland, ECLI:EU:C:2021:959.

(6)  Ir-Regolament (UE) 2023/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 52).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1842 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ arranġamenti ulterjuri għall-aġġustamenti għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet minħabba bidliet fil-livell tal-attività (ĠU L 282, 4.11.2019, p. 20).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/447 tat-12 ta’ Marzu 2021 li jiddetermina l-valuri riveduti tal-parametri referenzjarji għall-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2021 sal-2025 skont l-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 87, 15.3.2021, p. 29).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2441 tal-31 ta’ Ottubru 2023 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontenut u l-format tal-pjanijiet ta’ newtralità klimatika meħtieġa għall-għoti tal-allokazzjoni bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet (ĠU L, 2023/2441, 3.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2441/oj).


ANNESS I

L-Anness I mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 huwa emendat kif ġej:

(1)

it-Taqsima 1 hija emendata kif ġej:

(a)

l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.

Definizzjoni tal-parametri referenzjarji tal-prodotti u tal-limiti tas-sistema mingħajr il-ġbir tad-data dwar il-konsum tal-elettriku”;

(b)

it-tieni ringiela dwar il-minerali sinterizzati hija sostitwita b’dan li ġej:

“Minerali tal-ħadid agglomerati

Prodott agglomerat b’kontenut ta’ ħadid li fih il-minerali tal-ħadid fini, flussi u possibbilment materjali tar-riċiklaġġ li fihom il-ħadid bil-karatteristiċi kimiċi u fiżiċi bħal-livell tal-bażiċità, is-saħħa mekkanika u l-permeabbiltà meħtieġa biex jitwassal il-ħadid u l-materjali flussanti meħtieġa fil-proċessi tat-tnaqqis tal-minerali tal-ħadid. Espress f’tunnellati ta’ minerali agglomerati kif jitlaq mill-impjant tal-produzzjoni tal-minerali tal-ħadid agglomerat. Il-mineral tal-ħadid agglomerat irritornat għall-proċess tal-produzzjoni ma għandux jitqies bħala parti mill-prodott.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-minerali tal-ħadid agglomerati huma inklużi.

0,171”;

(c)

it-tielet ringiela dwar il-metall sħun hija sostitwita b’dan li ġej:

“Metall sħun

Ħadid prodott minn minerali tal-ħadid għall-produzzjoni primarja tal-azzar inkluż a) ħadid likwidu saturat bil-karbonju għal ipproċessar ulterjuri, meqjus bħala prodott ta’ fran tal-blast, u espress f’tunnellati ta’ ħadid likwidu fil-punt ta’ ħruġ tal-forn tal-blast, minbarra l-ħadid likwidu prodott mill-ħadid sponża taħt b),

b) ħadid b’konsistenza baxxa fil-punt ta’ ħruġ ta’ reattur tal-ħadid dirett imnaqqas, u espress f’tunnellati ta’ ħadid b’konsistenza baxxa fil-punt ta’ ħruġ tar-reattur tal-ħadid dirett imnaqqas. Prodotti simili bħal-ligi tal-ħadid ma humiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta’ prodott. Materjal residwu u materjal sekondarju ma għandhomx jitqiesu bħala parti mill-prodott.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-forn tal-blast tal-unitajiet ta’ proċess, unitajiet tat-trattament tal-metall sħun, blowers tal-forn tal-blast, fuklari sħan tal-forn tal-blast, reattur tal-ħadid imnaqqas dirett, forn b’ark tal-elettriku u forn tat-tidwib elettriku għall-ħadid b’konsistenza baxxa, forn tal-ossiġenu bażiku, unitajiet metallurġiċi sekondarji, kuċċaruni tal-vakwu, unitajiet tal-ikkastjar (inkluż il-qtugħ), unità tat-trattament tal-gagazza, tħejjija tal-piż, unitajiet tat-trattament bil-gass tal-BF u oħrajn, unitajiet għat-tneħħija tat-trab (dedusting), tisħin minn qabel tal-iskrepp, tnixxif tal-faħam għall-PCI, stands għat-tisħin minn qabel tal-kontenituri, stands għat-tisħin minn qabel tal-ingotti tal-ikkastjar, produzzjoni tal-arja kkompressata, unità għat-trattament tat-trab (briquetting), unità għat-trattament tal-ħama (briquetting), injezzjoni tal-fwar f’unità ta’ BF, impjant għall-ġenerazzjoni tal-fwar, tkessiħ bil-gass BOF ta’ konvertitur u mixxellanji huma inklużi.

1,328”;

(d)

is-sitt ringiela dwar il-klinker tas-siment griż hija sostitwita b’dan li ġej:

“Klinker tas-siment griż

Klinker tas-siment griż jew leganti idrawliċi alternattivi għall-produzzjoni tas-siment, bħala ammont totali ta’ legant idrawliku prodott.

Il-prodotti manifatturati fil-limiti tas-sistema ta’ parametri referenzjarji ta’ prodotti oħrajn jew bħala prodotti sekondarji jew skart ta’ proċessi ta’ produzzjoni oħrajn ma humiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju, inkluż l-irmied li jtir, il-gagazza tal-forn tal-blast, il-gagazza tal-azzar, il-mikrosilika, il-ħama tal-karta.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-klinker tas-siment griż jew tal-leganti idrawliċi alternattivi huma inklużi.

0,766”;

(e)

is-seba’ ringiela dwar il-klinker tas-siment abjad hija sostitwita b’dan li ġej:

“Klinker tas-siment abjad

Klinker tas-siment abjad jew leganti idrawliċi alternattivi għall-użu bħala l-komponent ewlieni tat-twaħħil fil-formulazzjoni ta’ materjali bħal filers tal-ġonot, kolla tal-madum taċ-ċeramika, iżolazzjoni u t-taħlita għat-tikħil tal-ankraġġ, it-taħlita għat-tikħil ta’ art industrijali, il-ġibs għall-kisi imħallat lest, it-taħlita għat-tikħil tat-tiswija u l-kisi li minnu ma jgħaddix l-ilma b’kontenut medju massimu ta’ 0,4 massa-% Fe2O3, 0,003 massa-% Cr2O3 u 0,03 massa-% Mn2O3. Espress f’tunnellati ta’ leganti idrawliċi (bħala 100 % klinker/leganti idrawliċi alternattivi).

Il-prodotti manifatturati fil-limiti tas-sistema ta’ parametri referenzjarji ta’ prodotti oħrajn jew bħala prodotti sekondarji jew skart ta’ proċessi ta’ produzzjoni oħrajn ma humiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju, inkluż l-irmied li jtir, il-gagazza tal-forn tal-blast, il-gagazza tal-azzar, il-mikrosilika, il-ħama tal-karta.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-klinker tas-siment abjad jew tal-leganti idrawliċi alternattivi huma inklużi.

0,987”;

(f)

it-tmienja u għoxrin ringiela fuq it-tixju hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tixju

Karti tixju, ikopru firxa wiesgħa ta’ tixju u karti iġeniċi oħrajn għall-użu fl-unitajiet domestiċi jew bini kummerċjali u industrijali bħall-karta iġenika u tixjus tal-wiċċ, karti assorbenti tal-kċina, karti assorbenti tal-idejn u wajps industrijali, il-manifattura ta’ ħrieqi tat-trabi, assorbenti sanitarji, eċċ. TAD – Tixju Mnixxfa bl-Arja ma hijiex parti minn dan il-grupp. Espressi bħala tunnellati ta’ produzzjoni netta li tista’ tinbiegħ ta’ roll parenti f’tunnellati mnixxfa, iddefiniti bħala karta b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 6 %.

Il-proċessi kollha li huma parti mill-proċess ta’ produzzjoni tal-karta (b’mod partikolari l-magni tal-karta jew tal-kartun u l-unitajiet tal-konverżjoni tal-enerġija konnessi (bojler/CHP)) huma inklużi. Attivitajiet oħrajn fuq il-post li ma humiex parti minn dan il-proċess bħall-attivitajiet tal-impjant tal-isserrar tal-injam, l-attivitajiet ta’ xogħol tal-injam, il-produzzjoni ta’ kimiċi għall-bejgħ, it-trattament tal-iskart (it-trattament tal-iskart fuq il-post minflok barra mill-post (it-tnixxif, il-pelitizzar, il-ħruq, ir-rimi f’miżbla), il-produzzjoni PCC (karbonat tal-kalċju ppreċipitat), it-trattament ta’ gassijiet li jintnu, it-tisħin urban ma humiex inklużi. Il-konverżjoni ta’ roll parenti għal prodotti lesti ma hijiex parti minn dan il-parametru referenzjarju tal-prodott.

0,334”;

(g)

l-aħħar ringiela dwar l-irmied tas-soda hija sostitwita b’dan li ġej:

“Irmied tas-soda

Karbonat tad-disodju, espress f’tunnellati ta’ irmied tas-soda bħala produzzjoni grossa totali ħlief irmied dens tas-soda miksub bħala prodott sekondarju f’network ta’ produzzjoni tal-kaprolattam.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet tal-proċessi tal-purifikazzjoni tas-salmura, tal-kalċinazzjoni tal-ġir u l-produzzjoni tal-ħalib tal-ġir, tar-reatturi tad-diossidu tal-karbonju, tal-assorbiment tal-ammonijaka, tal-preċipitazzjoni tal-NaHCO3, tal-filtrazzjoni jew is-separazzjoni tal-kristalli tal-NaHCO3 mil-likur prinċipali, tad-dekompożizzjoni tal-NaHCO3 għall-Na2CO3, tal-irkupru tal-ammonijaka u d-densifikazzjoni jew il-produzzjoni tal-irmied dens tas-soda huma inklużi.

0,843”;

(2)

it-Taqsima 2 hija sostitwita b’dan li ġej:

“2.

Definizzjoni tal-parametri referenzjarji tal-prodotti u tal-limiti tas-sistema bil-ġbir tad-data dwar il-konsum tal-elettriku

Parametru referenzjarju ta’ prodott

Definizzjoni tal-prodotti koperti

Definizzjoni tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (limiti tas-sistema)

Punt tat-tluq għad-determinazzjoni tar-rata ta’ tnaqqis annwali għall-aġġornament tal-valur tal-parametru referenzjarju (kwota/t)

Prodotti tar-raffinerija

Taħlita ta’ prodotti tar-raffineriji b’aktar minn 40 % prodotti ħfief (fjuwil tal-magni (gażolina) inkluż il-fjuwil tal-avjazzjoni, it-tip tal-fjuwil (it-tip ta’ gażolina) fjuwil tal-ġettijiet, żjut tal-petroleum ħfief oħrajn/preparazzjonijiet ħfief, pitrolju inkluż il-fjuwil tal-ġettijiet tat-tip tal-pitrolju, iż-żjut tal-gass) espressi bħala tunnellata peżata ta’ CO2 (CWT). Raffineriji b’taħlitiet ta’ prodotti oħra ma humiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta’ prodott.

Il-proċessi kollha ta’ raffinerija li jissodisfaw id-definizzjoni ta’ waħda mill-unitajiet ta’ proċess CWT kif ukoll il-faċilitajiet mhux ta’ proċessi anċillari li joperaw fi ħdan il-konfini tar-raffinerija bħalma huma l-użu tat-tankijiet, it-taħlit, it-trattament tal-ħmieġ likwidu, eċċ. huma inklużi. Żjut lubrifikanti u unitajiet tal-ipproċessar tal-bitumen li jinsabu fir-raffineriji dominanti huma wkoll inklużi fis-CWT tar-raffineriji u l-pakkett tal-emissjonijiet.

Unitajiet ta’ proċess li jappartjenu għal setturi oħra, bħal petrokimiċi, xi drabi huma fiżikament integrati mar-raffinerija. Dawn l-unitajiet ta’ proċess u l-emissjonijiet tagħhom huma esklużi mill-approċċ CWT.

Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema.

0,0295

Azzar tal-karbonju EAF

Azzar li fih anqas minn 8 % ta’ elementi metalliċi li jilligaw u elementi mhux regolari għal livelli tali li jillimitaw l-użu għal dawk l-applikazzjonijiet fejn l-ebda kwalità u proċessabbiltà għolja tas-superfiċje ma hija meħtieġa u jekk l-ebda wieħed mill-kriterji għall-kontenut tal-elementi metalliċi li jilligaw u l-kwalità tal-azzar għall-azzar illigat ħafna jintlaħqu. Espress f’tunnellati ta’ azzar sekondarju mhux raffinat ex-caster.

L-azzar prodott mill-ħadid b’konsistenza baxxa diġà kopert taħt il-parametru referenzjarju tal-metall sħun ma huwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet ta’ proċess imsejħa kalkara b’ark tal-elettriku, il-metallurġija sekondarja, l-ikkastjar u l-qtugħ, l-unità ta’ wara l-kombustjoni, l-unità għat-tneħħija tat-trab, l-istands għat-tisħin tal-kontenituri, l-istands għat-tisħin minn qabel tal-ingotti tal-ikkastjar, it-tnixxif tal-iskrepp u t-tisħin minn qabel tal-iskrepp huma inklużi.

Proċessi posterjuri tal-ikkastjar ma humiex inklużi.

Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema.

0,283

Azzar illigat ħafna manifatturat b’forn tal-ark elettriku

Azzar li fih 8 % jew aktar ta’ elementi metalliċi li jilligaw jew fejn ikunu meħtieġa kwalità u proċessabbiltà għolja tas-superfiċje. Espress f’tunnellati ta’ azzar sekondarju mhux raffinat ex-caster.

L-azzar prodott mill-ħadid b’konsistenza baxxa diġà kopert taħt il-parametru referenzjarju tal-metall sħun ma huwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajiet ta’ proċess imsejħa kalkara b’ark tal-elettriku, il-metallurġija sekondarja, l-ikkastjar u l-qtugħ, l-unità ta’ wara l-kombustjoni, l-unità għat-tneħħija tat-trab, l-istands għat-tisħin tal-kontenituri, l-istands għat-tisħin minn qabel tal-ingotti tal-ikkastjar, il-pitt għat-tkessiħ bil-mod, it-tnixxif tal-iskrepp u t-tisħin minn qabel tal-iskrepp huma inklużi. L-unitajiet ta’ proċess tal-konvertitur FeCr u l-ħżin krijoġeniku tal-gassijiet industrijali ma humiex inklużi.

Proċessi posterjuri tal-ikkastjar ma humiex inklużi.

Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema.

0,352

Ikkastjar tal-ħadid

Ħadid ikkastjat espress f’tunnellati ta’ ħadid likwidu diġà illigat, mingħajr gagazza u lest għall-ikkastjar.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-istadji ta’ proċess imsejħa l-ħanut tat-tidwib, il-ħanut tal-ikkastjar, il-ħanut tal-forom u l-irfinar huma inklużi.

Il-pass tal-proċess ‘irfinar’ jirreferi għal operazzjonijiet bħal tindif ta’ partijiet raffi iżda mhux tqabbil ġenerali, trattament bi sħana jew żebgħa li ma humiex koperti mil-limiti tas-sistema ta’ dan il-parametru referenzjarju ta’ prodott.

Għall-fini tal-ġbir tad-data, għandu jitqies biss il-konsum tal-elettriku tal-proċessi ta’ tidwib fi ħdan il-limiti tas-sistema.

0,325

Suf minerali

Prodotti ta’ insulazzjoni ta’ suf minerali għal applikazzjonijiet termali, akustiċi u tan-nar, manifatturati bl-użu ta’ ħġieġ, blat jew suf tal-gagazza. Espress f’tunnellati ta’ suf minerali (prodott li jista’ jinbiegħ).

Il-proċessi kollha, marbuta b’mod dirett jew indirett mal-passi ta’ produzzjoni tat-tidwib, is-sfibratura u l-injezzjoni ta’ aġent li jgħaqqad u t-twebbis u t-tnixxif u l-iffurmar huma inklużi.

Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema.

0,682

Bord tal-ġibs

Il-parametru referenzjarju jkopri bords, folji, pannelli, madum, oġġetti simili tal-kisi bil-ġibs/kompożizzjonijiet ibbażati fuq il-kisi bil-ġibs, (mhux) b’wiċċ/imsaħħa bil-karti/kartonċin biss, bl-esklużjoni ta’ oġġetti agglomerati bil-kisi bil-ġibs, imżejna (f’tunnellati ta’ stukko, prodott li jista’ jinbiegħ).

Twavel tal-fajber li huma tal-ġibs (“gypsum fibreboards”) ta’ densità għolja ma humiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju ta’ prodott.

Il-proċessi kollha marbuta direttament jew indirettament mal-istadji tal-produzzjoni msejħa t-tħin, it-tnixxif, l-ikkalċinar u t-tnixxif tal-bords huma inklużi.

Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies biss il-konsum tal-elettriku tal-pompi tas-sħana applikati fl-istadju tat-tnixxif.

Il-produzzjoni tal-prodott intermedju ġipsum sekondarju mnixxef ma hijiex koperta mill-parametru referenzjarju.

0,131

Iswed tal-karbonju

L-iswed tal-karbonju tal-fran, espress f’tunnellati ta’ iswed tal-karbonju tal-fran, prodott li jista’ jinbiegħ, purità ta’ aktar minn 96 %. Prodotti suwed għall-gass u l-lampi ma humiex koperti minn dan il-parametru referenzjarju.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-iswed tal-karbonju tal-fran kif ukoll mal-irfinar, mal-imballaġġ u mal-ivvampjar huma inklużi.

Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema.

Madankollu, għandhom jitqiesu biss apparati li jitħaddmu bl-elettriku bħal pompi u kompressuri b’qawwa nominali ta’ 2 MW jew aktar.

1,954

Ammonijaka

Ammonijaka (NH3), espressa f’tunnellati prodotti, purità ta’ 100 %.

L-ammonijaka prodotta mill-idroġenu prodott mill-elettroliżi tal-kloralkali jew mill-produzzjoni tal-klorat ma hijiex koperta minn dan il-parametru referenzjarju.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-ammonijaka u l-prodott intermedju l-idroġenu huma inklużi.

Il-produzzjoni tal-ammonijaka minn prodotti intermedjarji oħra ma hijiex koperta.

Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema.

1,619

Krekkjar bil-fwar

Taħlita ta’ kimiċi ta’ valur għoli (HVC) espressa f’tunnellati bħala massa totali ta’ aċetilen, etilen, propilen, butadin, benżen u idroġenu esportata barra mill-parametru tal-ikkrekkjar esklużi l-HVC minn għalf supplimentari (idroġenu, etilen, HVC oħrajn) b’kontenut ta’ etilen fit-taħlita tal-prodott totali ta’ mill-anqas 30 fil-mija tal-massa u b’kontenut ta’ HVC, gass tal-fjuwil, buteni u idrokarburi likwidi li flimkien jagħmlu mill-anqas 50 fil-mija tal-massa tat-taħlita totali tal-prodott.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’ prodotti kimiċi ta’ valur għoli bħala prodotti ppurifikati jew prodotti intermedjarji, b’kontenut ikkonċentrat tal-HVC rispettivi fl-aktar forma baxxa li tista’ tiġi kummerċjalizzata (C4 greġġi, gażolina tal-piroliżi mhux idroġenata) huma inklużi, minbarra l-estrazzjoni ta’ C4 (impjant tal-butadin), l-idroġenizzazzjoni ta’ C4, l-idrotrattament tal-gażolina tal-piroliżi u l-estrazzjoni tal-aromatiċi kif ukoll il-loġistika/ħażna għall-operat ta’ kuljum.

Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema.

0,702

Aromatiċi

Taħlita ta’ aromatiċi espressa bħala tunnellata peżata bis-CO2 (CWT).

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-idrotrattatur tal-gażolina tal-piroliżi tas-subunitajiet tal-aromatiċi, estrazzjoni ta’ benżen/toluwen/ksilen (BTX), TDP, HDA, isomerizzazzjoni ta’ ksilen, unitajiet ta’ P-ksilen, produzzjoni ta’ kumen u produzzjoni ta’ Ċiklo-eżan huma inklużi.

Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema.

0,0295

Stiren

Monomer ta’ stiren (vinil benżen, in-numru CAS: 100-42-5). Espress f’tunnellati ta’ stiren (prodott li jista’ jinbiegħ).

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-produzzjoni ta’ stiren kif ukoll tal-prodott intermedju etilbenżen (bl-ammont użat bħala alimentazzjoni għall-produzzjoni ta’ stiren) huma inklużi.

Għal installazzjonijiet li jipproduċu kemm l-ossidu tal-propilen kif ukoll il-monomeru tal-istiren, il-faċilitajiet iddedikati esklussivament għall-operazzjonijiet ta’ unità ta’ propilen u ossidu tal-propilen huma esklużi minn dan il-parametru referenzjarju, u l-faċilitajiet kondiviżi huma koperti fi proporzjon mal-produzzjoni f’tunnellati tal-produzzjoni tal-monomeru tal-istiren.

Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema.

0,527

Idroġenu

Idroġenu pur u taħlitiet ta’ idroġenu u monossidu tal-karbonju b’kontenut ta’ idroġenu ≥ 60 % frazzjoni tal-volum tat-total ta’ idroġenu fil-kontenut flimkien ma’ monossidu tal-karbonju fuq il-bażi tal-aggregazzjoni tal-prodotti kollha li fihom l-idroġenu u l-monossidu tal-karbonju esportati mis-subinstallazzjoni kkonċernata espressi bħala tunnellati ta’idroġenu 100 % pur, bħala prodott nett li jista’ jinbiegħ.

L-idroġenu użat għall-produzzjoni tal-ammonijaka ma huwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju iżda taħt il-parametru referenzjarju tal-ammonijaka.

L-idroġenu prodott mill-elettroliżi tal-kloralkali jew mill-produzzjoni tal-klorat jew rilaxxat mill-konverżjoni kimika minn trasportaturi tal-idroġenu użati għat-trasport tal-idroġenu minn faċilitajiet ta’ produzzjoni ma huwiex kopert minn dan il-parametru referenzjarju.

L-elementi ta’ proċess rilevanti kollha, marbuta direttament jew indirettament mal-produzzjoni tal-idroġenu u s-separazzjoni tal-idroġenu u l-monossidu tal-karbonju huma inklużi. Dawn l-elementi jinsabu bejn:

(a)

il-punt(i) ta’ dħul tal-materja prima u, jekk separat, tal-fjuwil(s);

(b)

il-punti ta’ ħruġ tal-prodotti kollha li fihom l-idroġenu u/jew il-monossidu tal-karbonju;

(c)

il-punt(i) ta’ dħul jew ħruġ tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tas-sħana.

Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema.

8,85

Gass sintetiku (syngas)

Taħlitiet ta’ idroġenu u monossidu tal-karbonju b’kontenut ta’ idroġenu < 60 % frazzjoni tal-volum tat-total ta’ idroġenu flimkien ma’ monossidu tal-karbonju abbażi tal-aggregazzjoni tal-prodotti kollha li fihom l-idroġenu u l-monossidu tal-karbonju esportati mis-subinstallazzjoni kkonċernata. Espressi f’tunnellati ta’ gass sintetiku referut għal idroġenu b’volum ta’ 47 fil-mija, bħala prodott nett li jista’ jinbiegħ.

L-elementi ta’ proċess rilevanti kollha direttament jew indirettament marbuta mal-produzzjoni ta’ syngas u s-separazzjoni tal-idroġenu u l-monossidu tal-karbonju huma inklużi. Dawn l-elementi jinsabu bejn:

(a)

il-punt(i) ta’ dħul tal-materja prima u, jekk separat, tal-fjuwil(s);

(b)

il-punti ta’ ħruġ tal-prodotti kollha li fihom l-idroġenu u/jew il-monossidu tal-karbonju

(c)

il-punt(i) ta’ dħul jew ħruġ tal-importazzjoni jew l-esportazzjoni tas-sħana

Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema.

0,242

Ossidu tal-etilen/glikoli tal-etilen

Il-parametru referenzjarju tal-ossidu tal-etilen/glikol tal-etilen ikopri l-prodotti ossidu tal-etilen (EO, purità għolja), glikol tal-monoetilen (MEG, grad standard + grad tal-fibra (purità għolja)), glikol tad-dietilen (DEG), glikol tat-trietilen (TEG).

L-ammont totali ta’ prodotti huwa espress f’termini ta’ tunnellati ekwivalenti tal-EO (EOE), li huma ddefiniti bħala l-ammont ta’ EO (f’massa) li huwa inkorporat f’unità ta’ massa waħda tal-glikol speċifiku.

Il-proċessi kollha relatati direttament jew indirettament mal-unitajet tal-proċess: il-produzzjoni tal-EO, il-purifikazzjoni tal-EO, u s-sezzjoni tal-produzzjoni tal-glikol huma inklużi.

Għall-fini tal-ġbir ta’ data, għandu jitqies il-konsum totali tal-elettriku fil-limiti tas-sistema.

0,512

Jekk ma tingħata l-ebda referenza oħra, il-parametri referenzjarji kollha ta’ prodott jirreferu għal tunnellata ta’ prodott li kien immanifatturat espressa bħala produzzjoni (netta) li tista’ tinbiegħ u għal purità ta’ 100 % tas-sustanza kkonċernata.

Id-definizzjonijiet kollha tal-proċessi u l-emissjonijiet koperti (limiti tas-sistema) jinkludu vvampjar meta dawn iseħħu.”.


ANNESS II

L-Anness III mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“ANNESS III

Il-livell storiku ta’ attività għal parametri referenzjarji speċifiċi msemmija fl-Artikoli 15(8) u 17(f)

1.   

Il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ prodott għall-perjodu ta’ referenza għal prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju tar-raffinerija kif imsemmi fl-Anness I japplika fuq il-bażi tal-funzjonijiet CWT differenti, id-definizzjonijiet tagħhom, il-bażi għall-produzzjoni kif ukoll il-fatturi CWT kif elenkati fl-Anness II, għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

HALCWT

:

il-livell storiku ta’ attività espress bħala CWT

TPi,k

:

il-produzzjoni tal-funzjoni i tas-CWT fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza

CWTi

:

il-fattur CWT tal-funzjoni i tas-CWT

TPAD,k

:

il-produzzjoni tal-funzjoni CWT “Distillazzjoni Mhux Raffinata Atmosferika” fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza

2.   

Il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ prodott għal perjodu ta’ referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju tal-ġir kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

HALlime,standard

:

il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni tal-ġir espress f’tunnellati ta’ ġir pur standard

mCaO,k

:

il-kontenut ta’ CaO liberu fil-ġir prodott fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress bħala massa-%

mMgO,k

:

il-kontenut ta’ MgO liberu fil-ġir prodott fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress bħala massa-%

HALlime,uncorrected,k

:

il-livell storiku ta’ attività mhux ikkoreġut għal produzzjoni tal-ġir fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress f’tunnellati ta’ ġir

3.   

Il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ prodott għal perjodu ta’ referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju tal-ġir dolomitiku kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

HALdolime,standard

:

il-livell storiku ta’ attività għal produzzjoni tal-ġir dolomitiku espress f’tunnellati ta’ ġir dolomitiku pur standard

mCaO,k

:

il-kontenut ta’ CaO liberu fil-ġir dolomitiku prodott fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress bħala massa-%

mMgO,k

:

il-kontenut ta’ MgO liberu fil-ġir dolomitiku prodott fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress bħala massa-%

HALdolime,uncorrected,k

:

il-livell storiku ta’ attività mhux ikkoreġut għal produzzjoni tal-ġir dolomitiku fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress f’tunnellati ta’ ġir

4.   

Il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ prodott għal perjodu ta’ referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju ta’ prodott tal-ikkrekkjar bl-istim kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun iddeterminat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

HALHVC,net

:

il-livell storiku ta’ attività għal kimiċi ta’ valur għoli netti minn kimiċi ta’ valur għoli prodotti minn alimentazzjoni supplimentari espress bħala tunnellati ta’ HVC

HALHVC,total,k

:

il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni totali ta’ kimiċi ta’ valur għoli fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress bħala tunnellati ta’ HVC

HSFH,k

:

alimentazzjoni supplimentari storika ta’ idroġenu fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress bħala tunnellati ta’ idroġenu

HSFE,k

:

alimentazzjoni supplimentari storika ta’ etilene fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress bħala tunnellati ta’ etilene

HSFO,k

:

alimentazzjoni supplimentari storika ta’ kimiċi ta’ valur għoli għajr l-idroġenu u l-etilene fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress bħala tunnellati ta’ HVC

5.   

Il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ prodott għall-perjodu ta’ referenza għal prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju ta’ prodott għall-aromatiċi kif imsemmi fl-Anness I japplika fuq il-bażi tal-funzjonijiet CWT differenti, id-definizzjonijiet tagħhom, il-bażi għall-produzzjoni kif ukoll il-fatturi CWT kif elenkati fl-Anness II għandu jkun iddeterminat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

HALCWT

:

il-livell storiku ta’ attività espress bħala CWT

TPi,k

:

il-produzzjoni tal-funzjoni i tas-CWT fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza

CWTi

:

il-fattur CWT tal-funzjoni i tas-CWT

6.   

Meta tiġi prodotta taħlita ta’ idroġenu u monossidu tal-karbonju, il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ prodott għal perjodu ta’ referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju ta’ prodott tal-idroġenu kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

HALH2

:

il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni tal-idroġenu imsemmi bħala 100 % idroġenu

HALH2,act

:

il-produzzjoni reali tal-idroġenu

HALH2, WGS

:

produzzjoni addizzjonali ta’ idroġenu taħt reazzjoni teoretika ta’ tibdil sħiħ tal-gass fl-ilma (WGS), ikkalkulata permezz tal-proporzjon stojkjometriku bħala HALCO, act x 0,071967 t H2/tCO għar-reazzjoni WGS

HALCO, act

:

il-produzzjoni reali tal-monossidu tal-karbonju

Emact

:

l-emissjonijiet reali relatati mal-produzzjoni tal-idroġenu

EmWGS

:

emissjonijiet addizzjonali relatati mal-produzzjoni tal-idroġenu minn reazzjoni teoretika kompluta WGS

L-emissjonijiet reali relatati mal-produzzjoni tal-idroġenu għandhom jiġu ddeterminati kif ġej:

Formula

fejn:

Emact

:

l-emissjonijiet reali relatati mal-produzzjoni tal-idroġenu

DirEmact

:

l-emissjonijiet diretti reali esklużi l-emissjonijiet relatati mas-sħana, qabel kwalunkwe qbid tal-karbonju għall-użu jew għall-ħżin ġeoloġiku. Għall-emissjonijiet li jirriżultaw mill-bijomassa, l-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati bħala l-kontenut ta’ enerġija mill-bijomassa mmultiplikat bil-fattur ta’ emissjoni tal-gass naturali minflok l-emissjonijiet reali

Heatexport,act

:

esportazzjoni netta reali tas-sħana

BMheat

:

il-valur tal-parametru referenzjarju tas-sħana għas-sħana li titkejjel għall-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti

L-emissjonijiet addizzjonali relatati mal-produzzjoni tal-idroġenu minn tibdil teoretiku komplut tal-gass tal-ilma għandhom jiġu ddeterminati kif ġej:

Formula

fejn:

COWGS

:

l-ammont ta’ CO prodott qabel il-konverżjoni teoretika addizzjonali f’CO2 permezz tar-reazzjoni WGS

MCO2

:

massa molekulari ta’ CO2 (44,01 g/mol)

MCO

:

massa molekulari ta’ CO (28,01 g/mol)

Heatexport,WGS

:

esportazzjoni netta addizzjonali teoretika tas-sħana wara r-reazzjoni WGS sħiħa li tassumi rkupru tas-sħana ta’ 99,5 %, ikkalkulata permezz tal-entalpija tar-reazzjoni WGS (–20,439 GW/t H2 prodotti) immultiplikata b’HALH2,WGS u bl-effiċjenza tal-irkupru ta’ 99,5 %

BMheat

:

il-valur tal-parametru referenzjarju tas-sħana għas-sħana li titkejjel għall-perjodu ta’ allokazzjoni rilevanti

7.   

Il-livell storiku ta’ attività relatat ma’ prodott għal perjodu ta’ referenza għall-prodotti li għalihom il-parametru referenzjarju ta’ prodott għal gass ta’ sinteżi (syngas) kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun determinat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

HALsyngas

:

il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni ta’ gass ta’ sinteżi relatat ma’ 47 % idroġenu

VFH2,k

:

il-frazzjoni tal-volum ta’ produzzjoni storika ta’ idroġenu pur f’volum totali ta’ idroġenu u monossidu tal-karbonju fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza

HALH2+CO,k

:

il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni ta’ gass ta’ sinteżi relatata mal-kontenut storiku tal-idroġenu espress bħala norma metri kubi kull sena relatati ma’ 0 °C u 101,325 kPa fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza

8.   

Il-livell storiku ta’ attività relatat mal-prodott għall-perjodu ta’ referenza għall-prodotti li għalihom japplika l-parametru referenzjarju tal-prodott tal-ossidu tal-etilene/glikoli tal-etilene kif imsemmi fl-Anness I għandu jkun iddeterminat skont il-formula li ġejja:

Formula

fejn:

HALEO/EG

:

il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni tal-ossidu tal-etilene/glikol tal-etilene espress f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ ossidu tal-etilene

HALi,k

:

il-livell storiku ta’ attività għall-produzzjoni tal-ossidu tal-etilene jew glikol i fis-sena k tal-perjodu ta’ referenza espress f’tunnellati

CFEOE,i

:

fattur ta’ konverżjoni għall-ossidu tal-etilene jew glikol i relattiv għall-ossidu tal-etilene

Għandhom jiġu applikati l-fatturi ta’ konverżjoni li ġejjin:

Ossidu tal-etilen: 0,926

Glikol tal-monoetilen: 0,717

Glikol tad-dietilen: 1,174

Glikol ta’ trietilen: 1,429


ANNESS III

L-Anness IV mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Taqsima 1.3, jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

L-input termiku nominali totali għall-attivitajiet rilevanti kollha skont l-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE.”;

(2)

it-Taqsima 1.4 hija sostitwita b’dan li ġej:

“1.4.

L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonalità fl-Artikoli 22a u 22b

Din l-entrata fiha mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a)

Jekk ikunx inħareġ rapport tal-awditjar tal-enerġija jew jekk tkunx ġiet implimentata sistema ta’ ġestjoni tal-enerġija ċċertifikata għall-installazzjoni skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(b)

Jekk hemmx rakkomandazzjonijiet pendenti tar-rapport tal-awditjar tal-enerġija jew tas-sistema tal-ġestjoni tal-enerġija ċċertifikata skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2012/27/UE;

(c)

Jekk l-installazzjoni hijiex installazzjoni tat-tisħin distrettwali, eliġibbli għal allokazzjoni bla ħlas addizzjonali skont l-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, u l-operatur tagħha huwiex beħsiebu japplika għall-allokazzjoni bla ħlas addizzjonali;

(d)

Għas-subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju tal-prodott kollha, jekk il-livelli tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra kinux ogħla mit-80 perċentil tal-livelli tal-emissjonijiet għall-parametri referenzjarji rilevanti tal-prodott fis-snin 2016 u 2017;

(e)

Jekk ġiex sottomess pjan tan-newtralità klimatika f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2441, fejn rilevanti;

(f)

Informazzjoni ddettaljata dwar l-issodisfar tal-kundizzjonijiet għall-allokazzjoni bla ħlas skont l-Artikoli 22a u 22b.”;

(3)

it-Taqsima 2.3 hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-ammont totali ta’ input ta’ enerġija użat fl-installazzjoni li tinsab fil-fjuwils u fil-materjali (pereżempju sħana eżotermika minn reazzjonijiet kimiċi);”;

(b)

il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

L-ammont ta’ input ta’ enerġija minn fjuwils attribwiti lil subinstallazzjonijiet tal-parametru referenzjarju tal-fjuwil (irrapportati separatament għas-subinstallazzjoni tal-parametru referenzjarju tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u għar-rilokazzjoni mhux tal-karbonju kif ukoll għal kull wieħed mill-ammonti rispettivi kemm jintuża biex jiġu prodotti l-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956;”;

(c)

il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

L-ammont ta’ input tal-fjuwil u tal-elettriku użat għall-produzzjoni ta’ sħana li titkejjel;”;

(d)

il-punt (j) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(j)

L-ammont nett ta’ sħana li titkejjel importata minn installazzjonijiet u entitajiet mhux koperti mill-EU ETS jew inklużi fl-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE;”;

(e)

il-punt (n) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(n)

L-ammont nett ta’ sħana li titkejjel esportata lejn installazzjonijiet jew entitajiet mhux koperti mill-EU ETS jew inklużi fl-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE;”;

(f)

il-punt (p) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(p)

L-ammont nett ta’ sħana li titkejjel attribwibbli għas-subinstallazzjonijiet tal-parametru referenzjarju tas-sħana (irrapportat separatament għar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u għall-parametru referenzjarju tas-sħana tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet mhux tal-karbonju u għas-subinstallazzjonijiet tat-tisħin distrettwali kif ukoll għal kull wieħed mill-ammonti rispettivi kemm jintuża biex jipproduċi l-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956;”;

(4)

fit-Taqsima 2.4, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-ammont ta’ input ta’ enerġija minn fjuwils, elettriku u materjali (eż. sħana eżotermika minn reazzjonijiet kimiċi), inkluż il-fattur ta’ emissjonijiet rispettiv tagħhom, għal:

kull subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott;

kull subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ sħana u ta’ tisħin distrettwali;

kull subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju tal-fjuwil;”;

(5)

it-Taqsima 2.5 hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f)

Għall-konsum tal-elettriku fis-subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott, li huma elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness I, l-ammont ta’ elettriku kkonsmat fil-limiti tas-sistema.”;

(b)

l-aħħar subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-punti (a) sa (d) għandhom jiġu rrapportati biss minn installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku.”;

(6)

it-Taqsima 2.6 hija emendata kif ġej:

(a)

il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

L-ammont ta’ sħana li titkejjel attribwita lis-subinstallazzjoni importata minn entitajiet mhux tal-EU ETS jew proċessi jew installazzjonijiet inklużi fl-EU ETS biss għall-finijiet tal-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2003/87/KE;”;

(b)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(bb)

Jekk applikabbli, għal kull subinstallazzjoni, lista ta’ oġġetti prodotti fil-limiti tas-subinstallazzjoni, inklużi l-kodiċijiet NM tagħhom, u l-ammont ta’ produzzjoni;”;

(c)

il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

B’deroga mill-punt (b), għas-subinstallazzjoni tal-parametru referenzjarju tas-sħana tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, fejn is-sħana li titkejjel tiġi esportata lejn installazzjonijiet jew entitajiet mhux koperti mill-EU ETS, il-kodiċijiet NACE-4 (NACE rev. 2) ta’ dawk l-installazzjonijiet jew l-entitajiet u l-kodiċijiet NM għall-oġġetti prodotti minn dawk l-installazzjonijiet jew entitajiet;”;

(7)

it-Taqsima 2.7 hija emendata kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(bb)

Jekk applikabbli, għal kull subinstallazzjoni, lista ta’ oġġetti prodotti fil-limiti tas-subinstallazzjoni, inklużi l-kodiċijiet NM tagħhom;”;

(b)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

L-isem u l-ammont ta’ esportazzjoni jew importazzjoni ta’ prodotti intermedji koperti minn subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott;”;

(c)

il-punt (h) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(h)

Jekk applikabbli, għas-subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott ta’ gass ta’ sinteżi, l-ammont annwali ta’ produzzjoni ta’ idroġenu jew ta’ gass ta’ sinteżi rrefera għal kontenut ta’ idroġenu espress bħala metri kubi fin-norma kull sena li jirreferu għal 0 °C u 101,325 kPa u l-frazzjoni ta’ volum ta’ produzzjoni annwali ta’ idroġenu pur fit-taħlita ta’ idroġenu/monossidu tal-karbonju;”;

(8)

it-Taqsima 3.1 hija emendata kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(aa)

jekk applikabbli, għal kull subinstallazzjoni, lista ta’ oġġetti prodotti fil-limiti tas-subinstallazzjoni, inklużi l-kodiċijiet NM tagħhom;”;

(b)

il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(i)

Il-kwantità ta’ elettriku kkonsmat fil-limiti tas-sistema, għall-parametri referenzjarji li huma elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness I;”;

(c)

jiżdied il-punt li ġej:

“(p)

Il-kwantità ta’ idroġenu u monossidu tal-karbonju prodotti, għall-parametru referenzjarju tal-prodott tal-idroġenu;”;

(9)

fit-Taqsima 3.2, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(aa)

Kwantità ta’ sħana netta li titkejjel prodotta mill-elettriku fi ħdan kull subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ sħana jew subinstallazzjoni ta’ tisħin distrettwali;”.


ANNESS IV

L-Anness VI mar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 huwa emendat kif ġej:

(1)

il-punt 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(d)

Dijagramma li għandu jkun fiha mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja:

L-elementi tekniċi tal-installazzjoni, li jidentifikaw is-sorsi tal-emissjonijiet kif ukoll l-unitajiet li jipproduċu u jikkonsmaw is-sħana;

Il-flussi kollha ta’ enerġija u materjal, b’mod partikolari flussi minn sorsi, sħana li tista’ titkejjel u li ma titkejjilx, elettriku fejn rilevanti, u gassijiet ta’ skart;

Il-punti ta’ kejl u tagħmir ta’ kejl;

Il-limiti tas-subinstallazzjonijiet, inkluża l-qasma bejn is-subinstallazzjonijiet li jaqdu setturi meqjusa li huma f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u s-subinstallazzjonijiet li jaqdu setturi oħrajn, abbażi tan-NACE rev. 2 jew tal-PRODCOM, u l-qasma bejn is-subinstallazzjonijiet li jaqdu l-produzzjoni ta’ oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956 u s-subinstallazzjonijiet li jaqdu l-produzzjoni ta’ oġġetti oħrajn, abbażi tal-kodiċijiet NM;”;

(2)

fil-punt 2, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a)

Għal kull subinstallazzjoni, referenza għall-proċedura biex jinżamm rekord tal-prodotti u oġġetti manifatturati u l-kodiċijiet PRODCOM u NM rispettivi tagħhom;”.


ANNESS V

L-Anness VII huwa emendat kif ġej:

(1)

it-tieni subparagrafu tat-Taqsima 4.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-awtorità kompetenti għandha tqis kostijiet mhux raġonevoli meta l-istima tal-kost tal-operatur taqbeż il-benefiċċju ta’ metodoloġija ta’ determinazzjoni speċifika. Għal dak l-għan, il-benefiċċju għandu jiġi kkalkulat permezz tal-multiplikazzjoni ta’ fattur ta’ titjib bi prezz ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 18, il-paragrafu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 (*1) u l-kostijiet għandhom jinkludu perjodu ta’ deprezzament xieraq ibbażat fuq it-tul tal-ħajja ekonomika tat-tagħmir, fejn applikabbli.

(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1)”;"

(2)

it-Taqsima 9 hija sostitwita b’dan li ġej:

“9.

PROĊEDURA GĦAT-TRAĊĊAR TAL-KODIĊIJIET PRODCOM U TAL-KODIĊIJIET NM TAL-PRODOTTI U TAL-OĠĠETTI

Għall-fini ta’ attribuzzjoni korretta ta’ data lil subinstallazzjonijiet, l-operatur għandu jżomm lista tal-prodotti u l-oġġetti kollha prodotti fl-installazzjoni u l-kodiċijiet PRODCOM applikabbli rispettivi tagħhom, abbażi tal-kodiċijiet NACE rev. 2 u NM. Abbażi ta’ din il-lista, l-operatur għandu:

Jattribwixxi prodotti u ċ-ċifri tal-produzzjoni annwali tagħhom għal subinstallazzjonijiet ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott f’konformità mad-definizzjonijiet tal-prodotti pprovduti fl-Anness I fejn xieraq;

Iqis din l-informazzjoni fl-attribuzzjoni ta’ inputs, outputs u emissjonijiet b’mod separat lil subinstallazzjonijiet relatati ma’ setturi f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jew li ma humiex esposti għal dan ir-riskju, f’konformità mal-Artikolu 10.

Iqis din l-informazzjoni fl-attribuzzjoni ta’ inputs, outputs u emissjonijiet separatament lis-subinstallazzjonijiet relatati mal-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/956.

Għal dan l-għan, l-operatur għandu jistabbilixxi, jiddokumenta, jimplimenta u jżomm proċedura għall-verifika regolari ta’ jekk il-prodotti u l-oġġetti manifatturati fl-installazzjoni humiex konformi mal-kodiċijiet PRODCOM u l-kodiċijiet NM applikati meta jiġi stabbilit il-pjan ta’ metodoloġija ta’ monitoraġġ. Barra minn hekk, din il-proċedura għandha tinkludi dispożizzjonijiet biex tidentifika jekk l-installazzjoni pproduċietx prodott ġdid għall-ewwel darba, u biex tiżgura li l-operatur jiddetermina l-kodiċi PRODCOM applikabbli għall-prodott il-ġdid, iżidu mal-lista ta’ prodotti u jattribwixxi inputs, outputs u emissjonijiet relatati għas-subinstallazzjoni xierqa.”;

(3)

it-Taqsima 10 hija emendata kif ġej:

(i)

fil-paragrafu 10.1.5, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

Ammont ta’ emissjonijiet assenjat għall-konsum tal-gass ta’ skart huwa attribwit lis-subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ prodott, subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ sħana, subinstallazzjoni ta’ tisħin distrettwali jew subinstallazzjoni ta’ parametru referenzjarju ta’ fjuwil, fejn jiġi kkonsmat. Dan l-ammont jiġi ddeterminat billi l-ammont u l-valur kalorifiku tal-gass ta’ skart jiġu mmultiplikati bil-valur tal-parametru referenzjarju interim għas-sħana jew għall-fjuwil, kif applikabbli, iddeterminat abbażi tar-rata ta’ tnaqqis annwali rilevanti mill-2007/2008 sas-sentejn speċifikati bħala l-bażi għall-valuri tal-parametru referenzjarji fl-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE.”;

(ii)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“10.1.6.

Attribuzzjoni ta’ emissjonijiet għall-produzzjoni ta’ sustanzi kimiċi ta’ valur għoli għall-parametru referenzjarju tal-ikkrekkjar bl-istim

B’konsistenza mar-regoli ta’ allokazzjoni skont l-Artikolu 19, 1,78 tunnellata ta’ diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ idroġenu mmultiplikati bil-produzzjoni storika ta’ idroġenu minn alimentazzjoni supplimentali espressa f’tunnellati ta’ idroġenu, 0,24 tunnellata ta’ diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ etilen immultiplikati bil-produzzjoni storika ta’ etilen minn alimentazzjoni supplimentali espressa f’tunnellati ta’ etilen, u 0,16-il tunnellata ta’ diossidu tal-karbonju għal kull tunnellata ta’ HVC immultiplikati bil-produzzjoni storika ta’ kimiċi oħrajn ta’ valur għoli minbarra l-idroġenu u l-etilen minn alimentazzjoni supplimentali espressa f’tunnellati ta’ HVC, għandhom jitnaqqsu mill-emissjonijiet attribwiti.

10.1.7.

Attribuzzjoni tal-emissjoni għall-idroġenu għall-parametru referenzjarju tal-klorur tal-vinil

B’konsistenza mar-regoli ta’ allokazzjoni skont l-Artikolu 20, l-ammont ta’ idroġenu maħruq espress bħala terajoules immultiplikat bil-valur tal-parametru referenzjarju interim tas-sħana, iddeterminat abbażi tas-sentejn rilevanti speċifikati bħala l-bażi għall-valuri tal-parametru referenzjarju fl-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, għandu jiżdied mal-emissjonijiet attribwiti.

10.1.8.

Attribuzzjoni tal-emissjonijiet għall-parametru referenzjarju tal-idroġenu

Meta l-monossidu tal-karbonju (CO) ikun jinsab fil-gass tal-prodott finali, l-ekwivalenti stojkjometriku tal-ammont ta’ CO fil-gass tal-prodott għandu jitqies bħala kkonvertit fis-CO2 u jiżdied mal-emissjonijiet attribwiti. Jekk wieħed jassumi reazzjoni għat-tibdil fil-gass tal-ilma, ekwivalenti għas-sħana li tista’ tiġi rkuprata għar-reazzjoni eżotermika ta’ 1,47 Gj/t CO mmultiplikata bil-valur tal-parametru referenzjarju interim għas-sħana, iddeterminat abbażi tar-rata ta’ tnaqqis annwali mill-2007/2008 għas-sentejn rilevanti speċifikati bħala l-bażi għall-valuri tal-parametru referenzjarju fl-Artikolu 10a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE, u jekk wieħed jassumi effiċjenza ta’ 99,5 %, għandu jitnaqqas mill-emissjonijiet attribwiti. B’mod korrispondenti, l-ekwivalenti stojkjometriku tal-idroġenu li jiġi prodott minn dak l-istess ammont ta’ CO permezz ta’ reazzjoni għat-tibdil tal-gass fl-ilma għandu jiżdied mad-denominatur meta tiġi kkalkulata l-intensità tal-gassijiet serra tas-subinstallazzjoni.”;

(iii)

fil-paragrafu 10.2, l-ewwel subparagrafu, jiżdied il-punt li ġej:

“(e)

L-emissjonijiet attribwibbli għal parametri referenzjarji speċjali ddeterminati f’konformità mat-taqsima 10.1.6, 10.1.7 u 10.1.8, kif applikabbli.”.


(*1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1)”;”


ANNESS VI

“ANNESS VIII

Determinazzjoni tal-Istati Membri eliġibbli skont l-Artikolu 22b(3)

L-installazzjonijiet f’ċerti Stati Membri jistgħu jibbenefikaw minn allokazzjoni bla ħlas addizzjonali għat-tisħin distrettwali skont l-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2003/87/KE.

1.   METODOLOĠIJA

Skont l-Artikolu 10b(4) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-kundizzjoni li ġejja għandha tiġi ssodisfata għall-medja tas-snin 2014 sa 2018, biex l-Istati Membri jkunu eliġibbli għal allokazzjoni bla ħlas addizzjonali skont l-Artikolu 22b(3):

Formula

2.   STATI MEMBRI ELIĠIBBLI

Skont il-metodoloġija deskritta fil-punt 1, l-installazzjonijiet li jinsabu fl-Istati Membri li ġejjin jistgħu jibbenefikaw minn allokazzjoni bla ħlas addizzjonali skont l-Artikolu 22b(3):

(a)

il-Bulgarija,

(b)

iċ-Ċekja,

(c)

il-Latvja,

(d)

il-Polonja.

”.

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/873/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top