This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024R0331
Commission Regulation (EU) 2024/331 of 19 January 2024 amending Annexes II and V to Regulation (EC) No 396/2005 of the European Parliament and of the Council as regards maximum residue levels for oxamyl in or on certain products
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/331 tad-19 ta’ Jannar 2024 li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-oksamil f’ċerti prodotti jew fuqhom
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2024/331 tad-19 ta’ Jannar 2024 li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-oksamil f’ċerti prodotti jew fuqhom
C/2024/260
ĠU L, 2024/331, 22.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/331/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32005R0396 | Tħassir | anness II kolonna tat-tabella | 11/05/2024 | |
| Modifies | 32005R0396 | Żieda | anness V kolonna tat-tabella | 11/05/2024 |
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/331 |
22.1.2024 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/331
tad-19 ta’ Jannar 2024
li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-oksamil f’ċerti prodotti jew fuqhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1), il-punt (a), u l-Artikolu 18(1), il-punt (b), tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-livelli massimi ta’ residwi (“MRLs”) għall-oksamil ġew stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005. |
|
(2) |
L-approvazzjoni tas-sustanza attiva oksamil skadiet fl-1 ta’ Mejju 2023 (2). L-awtorizzazzjonijiet kollha għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dik is-sustanza attiva se jkunu ġew revokati sal-1 ta’ Novembru 2023. |
|
(3) |
Fil-kuntest tal-proċedura għat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ dik is-sustanza attiva f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju ta’ dik is-sustanza attiva (4), li tistabbilixxi doża aċċettabbli ta’ kuljum (ADI) eżistenti u doża akuta ta’ referenza aktar baxxa (ARfD). |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità biex tipprovdi opinjoni motivata, li tivvaluta r-riskji li l-MRLs attwali, inklużi dawk ibbażati fuq il-limiti massimi tar-residwi tal-Codex (CXLs), għall-oksamil, jistgħu joħolqu għall-konsumaturi fid-dawl ta’ dawk l-ADI u l-ARfD aktar baxxi. |
|
(5) |
Fl-opinjoni motivata tagħha (5), l-Awtorità identifikat riskji ta’ esponiment kroniku inaċċettabbli għal firxa wiesgħa ta’ dieti, kif ukoll riskji ta’ esponiment akut għal firxa wiesgħa ta’ komoditajiet, inkluż għall-bettieħ u d-dulliegħ li għalihom huma stabbiliti MRLs abbażi tas-CXLs. Għalhekk, l-ebda MRL ma jista’ jinżamm u l-MRLs għall-oksamil fil-prodotti kollha jenħtieġ li jiġu stabbiliti fil-limiti rispettivi ta’ determinazzjoni (LOD), li jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 f’konformità mal-Artikolu 18(1), il-punt (b) ta’ dak ir-Regolament. Barra minn hekk, in-noti f’qiegħ il-paġna li jindikaw nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-istabbiltà waqt il-ħżin, il-metaboliżmu tal-għelejjel u l-provi tar-residwi jenħtieġ li jitħassru. |
|
(6) |
Barra minn hekk, l-Awtorità identifikat li l-valur prestabbilit tal-LOD ta’ 0,01* mg/kg ma jipprovdix livell suffiċjenti ta’ protezzjoni lill-konsumaturi għall-biċċa l-kbira tal-komoditajiet, sabiex l-LOD għal dawn il-prodotti jenħtieġ li jiġi stabbilit f’livelli aktar baxxi u li joffru aktar protezzjoni. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni kkonsultat mal-laboratorji ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea dwar ir-residwi tal-pestiċidi rigward il-ħtieġa li jiġu adattati ċerti LODs. Dawk il-laboratorji pproponew LODs speċifiċi għall-prodott li jistgħu jinkisbu b’mod analitiku. |
|
(8) |
Is-sħab kummerċjali tal-Unjoni ġew ikkonsultati dwar l-MRLs il-ġodda permezz tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-kummenti tagħhom ġew ikkunsidrati. |
|
(9) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jiġu emendati skont dan. |
|
(10) |
Jenħtieġ li jitħalla jgħaddi perjodu raġonevoli ta’ żmien qabel ma jibdew japplikaw l-MRLs il-ġodda, sabiex l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi u l-operaturi tan-negozji tal-ikel jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw ruħhom għar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-modifika tal-MRLs. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-11 ta’ Mejju 2024.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/741 tal-5 ta’ April 2023 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva oksamil, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 98, 11.4.2023, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309 24.11.2009, p. 1).
(4) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Konklużjoni dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva oksamil. EFSA Journal 2022;20(5):7296.
(5) L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; Dikjarazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju tal-livelli massimi ta’ residwi (MRLs) għall-oksamil fid-dawl tal-protezzjoni tal-konsumatur. EFSA Journal 2023;21(3):7823.
ANNESS
L-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness II, titħassar il-kolonna għall-oksamil; |
|
(2) |
fl-Anness V, tiżdied il-kolonna li ġejja għall-oksamil: " Ir-residwi tal-pestiċidi u l-livelli massimi tar-residwi (mg/kg)
|
((*)) Jindika l-limitu inferjuri ta’ determinazzjoni analitika
(1) Għal-lista sħiħa tal-prodotti ta’ oriġini mill-pjanti u mill-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I"
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/331/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)