This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D2918
Commission Implementing Decision (EU) 2024/2918 of 19 November 2024 concerning certain emergency measures relating to sheep pox and goat pox in Bulgaria and repealing Implementing Decision (EU) 2024/2778 (notified under document C(2024) 8165)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2918 tad-19 ta’ Novembru 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778 (notifikata bid-dokument C(2024) 8165)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2918 tad-19 ta’ Novembru 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778 (notifikata bid-dokument C(2024) 8165)
C/2024/8165
ĠU L, 2024/2918, 22.11.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2918/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2025: This act has been changed. Current consolidated version:
24/02/2025
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Repeal | 32024D2778 | 19/11/2024 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Validity extended by | 32024D3111 | 06/12/2024 | 28/02/2025 | ||
| Modified by | 32024D3111 | Sostituzzjoni | artikolu 4 Test | 06/12/2024 | |
| Validity extended by | 32024D3232 | 19/12/2024 | 01/03/2025 | ||
| Modified by | 32024D3232 | Sostituzzjoni | anness | 19/12/2024 | |
| Modified by | 32024D3232 | Sostituzzjoni | artikolu 4 Test | 19/12/2024 | |
| Modified by | 32025D0091 | Validità estiża | 13/01/2025 | 31/03/2025 | |
| Modified by | 32025D0091 | Sostituzzjoni | artikolu 4 Test | 13/01/2025 | |
| Modified by | 32025D0091 | Sostituzzjoni | anness | 13/01/2025 | |
| Modified by | 32025D0213 | Sostituzzjoni | anness | 30/01/2025 | |
| Validity extended by | 32025D0372 | 19/02/2025 | 31/05/2025 | ||
| Modified by | 32025D0372 | Sostituzzjoni | artikolu 4 Test | 19/02/2025 | |
| Modified by | 32025D0372 | Sostituzzjoni | anness | 19/02/2025 |
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2918 |
22.11.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2918
tad-19 ta’ Novembru 2024
dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u mal-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778
(notifikata bid-dokument C(2024) 8165)
(Il-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż huwa marda virali infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u li jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-annimali, u tikkawża tfixkil għall-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u għall-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż f’annimali kaprini u ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra ta’ annimali kaprini jew ovini. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż il-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, kif ukoll ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żona ristretta ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2778 (4) ġiet adottata fil-qafas tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri interim ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija. |
|
(5) |
B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u ż-żona ristretta ulterjuri, li jridu jiġu stabbiliti minn Stat Membru wara tifqigħa tal-infezzjoni tal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778, il-Bulgarija nnotifikat lill-Kummissjoni b’tifqiegħa oħra ta’ infezzjoni tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż fi stabbiliment fejn jinżammu annimali ovini u kaprini, li jinsabu fl-unità reġjonali ta’ Haskovo. |
|
(7) |
Għalhekk, iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għall-Bulgarija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778, jenħtieġ li jiġu aġġustati aktar, b’mod spazjali u/jew temporali, sabiex jiġi evitat aktar tixrid tal-marda fil-Bulgarija u fil-bqija tal-Unjoni. |
|
(8) |
Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll iż-żoni ristretti ulterjuri u d-durata tal-miżuri li japplikaw fihom jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u r-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-ġidri tan-nagħag u tal-ġidri tal-mogħoż fiż-żoni affettwati minn dik il-marda u s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tal-ġidri tan-nagħag u tal-ġidri tal-mogħoż fl-Istat Membru kkonċernat minn dik il-marda kif ukoll il-livell tar-riskju għal aktar tixrid tal-marda. Jenħtieġ li d-durata tal-miżuri tqis ukoll l-istandards internazzjonali, tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH). |
|
(9) |
Minħabba s-severità u l-urġenza tas-sitwazzjoni u sabiex jiġi limitat minnufih it-tixrid tal-marda wara din l-okkorrenza ulterjuri fil-Bulgarija, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-movimenti tal-annimali miż-żoni ta’ protezzjoni, miż-żoni ta’ sorveljanza u miż-żoni ristretti ulterjuri lejn destinazzjonijiet ’il barra mill-perimetru estern taż-żoni ristretti ulterjuri kollha ma jseħħux, u li jiġu esklużi derogi possibbli mill-projbizzjoni li l-annimali jiġu mċaqalqa kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, għal ċertu perjodu ta’ żmien, sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda fuq distanza twila. Sabiex jiġi evitat it-tixrid tal-marda fiż-żoni tal-Istati Membri, huwa importanti li ma jkun hemm l-ebda moviment tal-annimali miż-żoni ristretti. |
|
(10) |
Jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778 għaldaqstant tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni. |
|
(11) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni fir-rigward tal-ġidri tan-nagħaġ u tal-ġidri tal-mogħoż, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta’ Jannar 2025. |
|
(12) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Bulgarija għandha tiżgura li:
|
(a) |
jiġu stabbiliti minnufih mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru żoni ristretti li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u żoni ta’ sorveljanza, kif ukoll żoni ristretti ulterjuri, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu; |
|
(b) |
iż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri msemmija fil-punt (a) jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(c) |
il-miżuri li jeħtieġ li jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni, fiż-żoni ta’ sorveljanza u fiż-żoni ristretti ulterjuri, huma applikati mill-inqas sad-dati elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż miż-żoni ta’ protezzjoni, miż-żoni ta’ sorveljanza u miż-żoni ristretti ulterjuri lejn destinazzjoni li tinsab ’il barra mill-perimetru estern ta’ dawk iż-żoni ristretti ulterjuri kollha kif previst fil-Punt B tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu pprojbiti sad-dati elenkati għal kull żona fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/2778 titħassar.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Stella KYRIAKIDES
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2778 tal-24 ta’ Ottubru 2024 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza interim li għandhom x’jaqsmu mal-ġidri tan-nagħaġ u l-ġidri tal-mogħoż fil-Bulgarija (ĠU L, 2024/2778, 29.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2778/oj).
ANNESS
A. Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħat ikkonfermati
|
Reġjun u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żoni ristretti fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Ir-reġjun ta’ Stara Zagora BG-CAPRIPOX-2024-00002 |
Żona ta’ sorveljanza: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Stara Zagora, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 42.2579, Lonġ. 25.8028 (2024/2), esklużi ż-żoni li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni |
15.11.2024 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Stara Zagora, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 42.2579, Lonġ. 25.8028 (2024/2) |
7.11.2024 sa 15.11.2024 |
|
|
Ir-reġjun ta’ Haskovo BG-CAPRIPOX-2024-00003 BG-CAPRIPOX-2024-00004 BG-CAPRIPOX-2024-00005 |
Żona ta’ protezzjoni: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Haskovo, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.71774, Lonġ. 26.31818 (2024/5) |
30.11.2024 |
|
Żona ta’ sorveljanza: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Haskovo, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.9698, Lonġ. 25.6564 (2024/3), Lat. 41.96, Lonġ. 25.65 (2024/4), Lat. 41.71774, Lonġ. 26.31818 (2024/5) esklużi ż-żoni li jinsabu fiż-żona ta’ protezzjoni |
9.12.2024 |
|
|
Żona ta’ sorveljanza: Dawk il-partijiet tar-reġjun ta’ Haskovo, li jinsabu fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 3 kilometri, iċċentrat fuq UTM 30, ETRS89 il-koordinati Lat. 41.71774, Lonġ. 26.31818 (2024/5) |
1.12.2024 sa 9.12.2024 |
B. Żoni ristretti ulterjuri
|
Unità reġjonali |
Żoni inklużi fiż-żoni ristretti ulterjuri stabbiliti fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 2 |
Data sa meta applikabbli |
|
Ir-reġjun ta’ Stara Zagora |
Il-muniċipalitajiet ta’ Radnevo, Galabovo, Opan, Stara Zagora, minbarra ż-żoni inklużi fi kwalunkwe żona ta’ protezzjoni jew ta’ sorveljanza. |
15.11.2024 |
|
Il-muniċipalitajiet ta’ Radnevo, Galabovo, Opan, Stara Zagora |
16.11.2024–20.12.2024 |
|
|
Ir-reġjun ta’ Haskovo |
It-territorju kollu tar-reġjun ta’ Haskovo, esklużi ż-żoni li jinsabu fi kwalunkwe żona ta’ protezzjoni jew żona ta’ sorveljanza. |
9.12.2024 |
|
It-territorju kollu tar-reġjun ta’ Haskovo |
10.12.2024 – 8.1.2025 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2918/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)