Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2055

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2055 tal-25 ta’ Settembru 2023 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/6419

    ĠU L 238, 27.9.2023, p. 67–88 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2055/oj

    27.9.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 238/67


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2055

    tal-25 ta’ Settembru 2023

    li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 68(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-preżenza kullimkien ta’ frammenti żgħar ta’ polimeri naturali sintetiċi jew modifikati b’mod kimiku, li huma insolubbli fl-ilma, jiddegradaw bil-mod ħafna u jistgħu jiġu inġestiti faċilment minn organiżmi ħajjin, tqajjem tħassib dwar l-impatt ġenerali tagħhom fuq l-ambjent u, potenzjalment, fuq is-saħħa tal-bniedem. Dawk il-polimeri huma mifruxin fl-ambjent u nstabu wkoll fl-ilma tax-xorb u fl-ikel. Huma jakkumulaw fl-ambjent u jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-mikroplastik.

    (2)

    Parti kbira mit-tniġġis tal-mikroplastik tifforma b’mod mhux intenzjonat, pereżempju bħala riżultat tad-dekompożozzjoni ta’ biċċiet akbar ta’ skart tal-plastik, jew tat-tkagħbir bl-użu tat-tajers u ż-żebgħa tat-toroq, jew il-ħasil ta’ ħwejjeġ sintetiċi. Madankollu, jiġu manifatturati wkoll frammenti żgħar ta’ polimeri naturali sintetiċi jew modifikati b’mod kimiku biex jintużaw bħala tali jew biex jiżdiedu mal-prodotti.

    (3)

    Il-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu tal-20 ta’ Ġunju 2016 dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari (2) u tal-24 ta’ Marzu 2017 dwar il-governanza internazzjonali tal-oċeani (3), talab lill-Kummissjoni biex tipproponi miżuri biex jitnaqqas ir-rilaxx ta’ residwi tal-plastik makro u mikro fl-ambjent tal-baħar, inkluża proposta għal projbizzjoni fuq il-polimeri fil-kożmetiċi, fil-prodotti tal-kura personali u fid-deterġenti.

    (4)

    Fi sforz biex jiġi indirizzat it-tniġġis tal-plastik, f’Jannar 2018, il-Kummissjoni adottat strateġija għall-plastik (4) li kellha l-għan, fost affarijiet oħra, li tnaqqas is-sorsi kollha li jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-mikroplastik. Dan l-impenn iġġedded bil-pubblikazzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew (5) f’Diċembru 2019, bil-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari (6) f’Marzu 2020 u bil-Pjan ta’ Azzjoni ta’ Tniġġis Żero (7) f’Mejju 2021. Dan tal-aħħar, b’mod partikolari, jinkludi t-tnaqqis ta’ 30 % tal-ammont ta’ mikroplastiks rilaxxati fl-ambjent fost il-miri tiegħu tal-2030.

    (5)

    F’Settembru 2018, il-Parlament Ewropew talab (8) lill-Kummissjoni biex tintroduċi projbizzjoni fuq il-mikroplastiks fil-kożmetiċi, fil-prodotti tal-kura personali, fid-deterġenti u fil-prodotti tat-tindif, sal-2020.

    (6)

    L-impatti potenzjali tat-tniġġis tal-mikroplastik fuq l-ambjent u possibbilment fuq is-saħħa tal-bniedem qajmu tħassib f’diversi partijiet tad-dinja. Diversi Stati Membri adottaw jew ipproponew miżuri ddedikati. Madankollu, taħlita ta’ restrizzjonijiet nazzjonali potenzjalment tfixkel il-funzjonament tas-suq intern u għalhekk teħtieġ armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni.

    (7)

    Fid-9 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni talbet (9) lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”), skont l-Artikolu 69(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, biex tħejji dossier bil-għan li jkun hemm restrizzjoni possibbli ta’ polimeri sintetiċi, insolubbli fl-ilma ta’ 5 mm jew inqas (“mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi”) li huma preżenti fi prodotti biex jagħtu karatteristika mfittxija (“preżenti intenzjonalment”), sabiex jiġi indirizzat ir-riskju li dawk il-mikropartikoli jistgħu joħolqu għall-ambjent akkwatiku (“id-dossier skont l-Anness XV”).

    (8)

    Fid-29 ta’ Jannar 2019, l-Aġenzija ppubblikat id-dossier skont l-Anness XV (10) fejn tikkonkludi li l-użu intenzjonat tal-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi, li jirriżulta f’rilaxxi għall-ambjent, joħloq riskju għall-ambjent li ma jkunx ikkontrollat b’mod adegwat u jeħtieġ li jiġi indirizzat fuq bażi tal-Unjoni kollha. L-Aġenzija stmat li, bħalissa, aktar minn 42 000 tunnellata ta’ mikroplastiks preżenti intenzjonalment jiġu eventwalment rilaxxati fl-ambjent kull sena (11). Id-dossier skont l-Anness XV ippropona approċċ differenzjat ta’ ġestjoni tar-riskju biex jiġu indirizzati r-riskji minn tali mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi li ma humiex ikkontrollati b’mod adegwat. Ġiet proposta projbizzjoni sħiħa fuq it-tqegħid fis-suq għas-setturi u għall-applikazzjonijiet fejn ir-rilaxxi tqiesu bħala inevitabbli. Ġew proposti struzzjonijiet għall-użu u għar-rimi biex jiġu mminimizzati r-rilaxxi li jistgħu jiġu evitati. Ġie ssuġġerit ukoll rekwiżit ta’ rapportar biex tinkiseb informazzjoni dwar ir-rilaxxi mill-użi esklużi mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq.

    (9)

    B’mod aktar speċifiku, id-dossier skont l-Anness XV ippropona projbizzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ kwalunkwe polimeru solidu li jinsab f’mikropartikoli jew f’mikropartikoli li għandhom kisja tal-wiċċ tal-polimeru solidu, bħala sustanza waħedha jew f’taħlita f’konċentrazzjoni ta’ 0,01 % jew aktar skont il-piż. Dan huwa stmat li jirriżulta fi tnaqqis kumulattiv fl-emissjonijiet ta’ madwar 500 000 tunnellata ta’ mikroplastiks matul il-perjodu ta’ 20 sena wara l-introduzzjoni tal-projbizzjoni. Dan jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 70 % tal-emissjonijiet ikkwantifikati li kieku kienu jseħħu. Il-limitu ta’ konċentrazzjoni ta’ 0,01 % jikkorrispondi għall-inqas livell ta’ konċentrazzjoni rrapportat fejn mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi xorta jista’ jkollhom influwenza fuq il-funzjoni ta’ prodott.

    (10)

    Minħabba varjabbiltà kbira fil-kompożizzjoni, fil-proprjetajiet u fid-dimensjonijiet tal-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi, id-dossier skont l-Anness XV ma indirizzax polimeri speċifiċi jew kwalunkwe addittiv jew sustanza oħra li l-polimeri jista’ jkun fihom, iżda analizza grupp ta’ polimeri li jikkondividu l-istess proprjetajiet intrinsiċi fir-rigward tad-daqs, il-proporzjon tad-dimensjoni, l-istat solidu, l-oriġini sintetika u l-persistenza estrema fl-ambjent.

    (11)

    Id-dossier skont l-Anness XV ippropona li jiġu esklużi polimeri degradabbli jew solubbli fl-ilma u polimeri naturali li ma ġewx modifikati b’mod kimiku, peress li ma għandhomx l-istess persistenza fit-tul u, għalhekk, ma jikkontribwux għar-riskju identifikat.

    (12)

    Id-dossier skont l-Anness XV ippropona qafas ta’ metodi standardizzati ta’ ttestjar u kriterji ta’ suċċess biex tiġi identifikata d-degradabilità għall-fini ta’ restrizzjoni. Il-metodi ta’ ttestjar ġew iddisinjati biex ikejlu d-degradazzjoni bijotika, għalkemm ma jistax jiġi eskluż li sseħħ xi degradazzjoni abijotika matul it-test u tikkontribwixxi għar-riżultati tat-test. Il-metodi ta’ ttestjar ġew raggruppati skont id-disinn u r-razzjonal tat-test tagħhom. Il-gruppi 1 sa 3 jinkludu testijiet ta’ skrinjar relattivament rapidi iżda stretti. Il-gruppi 4 u 5 jinkludu studji ta’ skrinjar u simulazzjoni li huma dejjem aktar sofistikati, teknikament eżiġenti u twal, iżda li jużaw kundizzjonijiet ta’ ttestjar li huma aktar rilevanti għall-ambjent. Id-dossier skont l-Anness XV ippropona li l-issodisfar tal-kriterji ta’ suċċess fi kwalunkwe wieħed mill-metodi ta’ ttestjar permessi fil-gruppi 1 sa 5 ikun biżżejjed biex juri d-degradabbiltà għall-finijiet tar-restrizzjoni.

    (13)

    Il-polimeri solidi solubbli fl-ilma jitilfu l-istat solidu tagħhom wara r-rilaxx tagħhom fl-ambjent, u għalhekk ma jikkontribwux għat-tħassib identifikat. Għalhekk, id-dossier skont l-Anness XV ippropona metodi aċċettati fuq livell internazzjonali biex tiġi ttestjata s-solubbilità u biex dawk il-polimeri solubbli fl-ilma jiġu esklużi mill-ambitu tar-restrizzjoni.

    (14)

    Barra minn hekk, id-dossier skont l-Anness XV ippropona dijametru ta’ 5 mm fi kwalunkwe dimensjoni bħala limitu ta’ daqs superjuri għall-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi indirizzati. Dan il-valur jintuża ħafna fil-komunità xjentifika u f’atti legali f’xi Stati Membri. Dan il-limitu huwa konsistenti wkoll mal-limitu superjuri għall-mikroskart (inklużi l-mikroplastiks) speċifikat fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 (12) u użat għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13). Fl-aħħar nett, skont id-dossier skont l-Anness XV, il-partikoli taħt dak id-daqs huma aktar probabbli li jiġu inġestiti minn bijota milli minn oġġetti akbar.

    (15)

    Ċerti partikoli ta’ polimeri sintetiċi simili għall-fibra għandhom tul ta’ aktar minn 5 mm iżda anqas minn 15 mm, pereżempju l-partikoli użati għat-tisħiħ tal-adeżivi u tal-konkrit. Peress li dawk il-partikoli simili għall-fibra huma persistenti ħafna u jikkontribwixxu għar-riskju identifikat, id-dossier skont l-Anness XV qies li jenħtieġ li jiġu inklużi fl-ambitu tar-restrizzjoni.

    (16)

    Sabiex tiġi evitata sostituzzjoni spjaċevoli, jiġifieri s-sostituzzjoni ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi b’partikoli ta’ polimeri persistenti saħansitra iżgħar li jistgħu jkunu ta’ riskju ugwali jew saħansitra akbar għall-ambjent, id-dossier skont l-Anness XV inizjalment kien jinkludi partikoli taħt l-iskala mikro fl-ambitu tar-restrizzjoni. Sabiex ikun konsistenti mal-limitu ta’ daqs aktar baxx li huwa diġà rrakkomandat mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2022) 3689 (14), ġie propost limitu ta’ daqs aktar baxx ta’ 1 nm għall-partikoli u ta’ 3 nm għall-partikoli simili għall-fibra. Madankollu, il-kummenti riċevuti matul il-konsultazzjoni dwar id-dossier skont l-Anness XV indikaw tħassib prattiku sinifikanti, inkluż rigward l-infurzar. Sabiex tiġi żgurata l-infurzabbiltà, id-dossier skont l-Anness XV ġie aġġustat u l-limitu ta’ daqs aktar baxx għall-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi żdied minn 1 nm għal 0,1 μm għall-partikoli u minn 3 nm għal 0,3 μm għall-partikoli simili għall-fibra.

    (17)

    Il-partikoli li jkun fihom jew li jkunu miksijin b’polimeru naturali sintetiku jew modifikat b’mod kimiku li huwa solidu u mhux solubbli fl-ilma jiġu f’varjetà ta’ daqsijiet. Meta jiżdiedu ma’ prodott, uħud biss minn dawk il-partikoli jissodisfaw il-limiti tad-daqs stabbiliti fid-dossier skont l-Anness XV u jikkontribwixxu għat-tħassib identifikat. Għaldaqstant, id-dossier skont l-Anness XV ippropona li polimeru jenħtieġ li jitqies fl-ambitu tar-restrizzjoni jekk, fost affarijiet oħra, mill-inqas 1 % skont il-piż tal-partikoli li jkun fihom dak il-polimeru jew li jkunu miksijin bih jissodisfaw dawk il-limiti tad-daqs.

    (18)

    Id-dossier skont l-Anness XV ippropona li jiġu esklużi diversi użi jew setturi mill-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq. Ġie propost li jiġu esklużi mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi għall-użu f’siti industrijali minħabba li huwa aktar faċli li jiġu kkontrollati l-emissjonijiet minn tali użi milli, pereżempju, l-emissjonijiet minn użi professjonali jew tal-konsumatur. Sabiex tiġi evitata regolamentazzjoni eċċessiva fir-rigward ta’ ċerti użi u setturi, ġie propost li jiġu esklużi prodotti mediċinali fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u prodotti mediċinali veterinarji fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), prodotti fertilizzanti tal-UE fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u addittivi tal-ikel fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). Fil-fehma tal-Aġenzija, ir-rilaxxi potenzjali minn apparati dijanjostiċi in vitro jistgħu jiġu mminimizzati billi jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-użu u tar-rimi filwaqt li jiġu żgurati benefiċċji soċjoekonomiċi kontinwi tal-użu ta’ tali apparati. Barra minn hekk, huma proposti derogi mill-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq fejn ir-riskju mir-rilaxxi huwa mistenni li jiġi mminimizzat minħabba li l-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi huma miżmuma b’mezzi tekniċi, bħal dawk fil-kolonni tal-kromatografija, fil-kartriġis tal-filtri tal-ilma jew fit-toners tal-printer, jew jitilfu l-forma ta’ partikoli tagħhom b’mod permanenti minħabba li, pereżempju, jintefħu jew jiffurmaw saff, bħal fil-ħrieqi, fil-verniċ tad-dwiefer jew fiż-żebgħa, jew ikunu magħluqin b’mod permanenti f’matriċi solida matul l-użu aħħari, bħal fibri miżjuda mal-konkrit jew mal-pellets użati bħala materja prima għal oġġetti ffurmati.

    (19)

    Id-dossier skont l-Anness XV ivvaluta diversi għażliet ta’ restrizzjoni għall-mili granulari għall-użu fuq uċuħ tal-isport sintetiċi u ppropona projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq b’perjodu tranżitorju ta’ 6 snin, mingħajr eżenzjonijiet, jew inkella projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq b’perjodu tranżitorju ta’ 3 snin, b’eżenzjoni minn dik il-projbizzjoni f’każ ta’ użu ta’ miżuri speċifiċi ta’ ġestjoni tar-riskju li jiżguraw li r-rilaxxi annwali ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi minn grawnds tal-isport sintetiċi ma jaqbżux 7 g/m2.

    (20)

    Fir-rigward tal-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq, għas-setturi jew għall-prodotti identifikati matul il-proċess ta’ restrizzjonijiet, ġew proposti perjodi tranżitorji speċifiċi biex jippermettu żmien suffiċjenti għall-partijiet ikkonċernati biex jikkonformaw mar-restrizzjoni u mat-tranżizzjoni għal alternattivi xierqa, pereżempju, polimeri degradabbli. Tali perjodi tranżitorji huma meħtieġa wkoll għall-Istati Membri biex iħejju għall-infurzar tar-restrizzjoni. Fl-aħħar nett, huma jimminimizzaw il-kostijiet għas-soċjetà, mingħajr ma jikkawżaw dewmien bla bżonn fit-tnaqqis tal-emissjonijiet. Ma ġie propost l-ebda perjodu tranżitorju għal użi u prodotti oħra mhux identifikati individwalment matul il-proċess ta’ restrizzjoni.

    (21)

    Dwar il-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta’ “mikrożibeġ”, jiġifieri mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi għall-użu bħala materjal tal-brix, jiġifieri biex tqaxxar, tillostra jew tnaddaf, użati prinċipalment fi prodotti jew deterġenti kożmetiċi li jitlaħalħu, ma ġie propost l-ebda perjodu tranżitorju, peress li l-industrija kienet mistennija li b’mod volontarju tneħħi l-użu tagħhom gradwalment sal-2020. Għall-prodotti kożmetiċi “li jitlaħalħu” u “li ma jitlaħalħux” mingħajr mikrożibeġ, id-dossier skont l-Anness XV ippropona perjodu tranżitorju ta’ 4 snin u ta’ 6 snin.

    (22)

    Għall-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi li jinkorporaw il-fwejjaħ, id-dossier skont l-Anness XV qies li perjodi tranżitorji ta’ 5 jew 8 snin jistgħu jkunu t-tnejn xierqa f’termini tal-kostijiet ekonomiċi tagħhom u l-benefiċċji ekonomiċi tagħhom. Għad-deterġenti, ix-xama’, il-lostru u l-prodotti li jfewħu l-arja, tqies li kien xieraq perjodu tranżitorju ta’ 5 snin biex l-industrija tingħata biżżejjed żmien biex tirrifformola l-prodotti tagħha u tissostitwixxi mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi.

    (23)

    Għall-fertilizzanti b’rilaxx ikkontrollat, perjodu tranżitorju ta’ 5 snin tqies iġġustifikat biex jippermetti lill-manifatturi jirrifformaw il-prodotti tagħhom sabiex jiksbu degradabilità xierqa fl-ambjent. Għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) u ż-żrieragħ trattati b’dawk il-prodotti, u l-prodotti bijoċidali koperti mir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), tqies li hemm bżonn ta’ perjodu tranżitorju ta’ 8 snin biex l-industrija tingħata biżżejjed żmien biex tirrifformola l-prodotti tagħha, tikseb awtorizzazzjoni u tpoġġihom fis-suq, filwaqt li żżomm il-benefiċċji tat-teknoloġija ta’ inkapsulament fil-perjodu interim. Fir-rigward ta’ użi agrikoli u ortikulturali oħra, bħal żrieragħ miksija b’koloranti jew lubrikanti jew prodotti oħra li ma humiex jew ma fihomx prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, perjodu tranżitorju ta’ 5 snin tqies xieraq.

    (24)

    Għall-apparati koperti mir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) li huma sustanzi jew taħlitiet, tqies li hemm bżonn ta’ 6 snin għar-riformulazzjoni u għat-tranżizzjoni għal alternattivi xierqa.

    (25)

    Fejn it-tniġġis fl-ambjent minn mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi jista’ jiġi mminimizzat mir-rekwiżit li jiġu pprovduti struzzjonijiet għall-użu u r-rimi, id-dossier skont l-Anness XV ippropona deroga mill-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq. Dawk l-istruzzjonijiet jenħtieġ li jispjegaw kif suppost jintużaw u jintremew il-prodotti sabiex jitnaqqsu r-rilaxxi fl-ambjent.

    (26)

    Barra minn hekk, id-dossier skont l-Anness XV ippropona rekwiżiti ta’ rapportar annwali biex tiġi mmonitorjata l-effettività tar-rekwiżit li jiġu pprovduti struzzjonijiet għall-użu u għar-rimi u biex tittejjeb il-bażi tal-evidenza disponibbli għall-ġestjoni tar-riskju tal-użi tal-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi eżentati mill-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq.

    (27)

    Fit-3 ta’ Ġunju 2020, il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-Aġenzija adotta opinjoni (22) skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 rigward id-dossier skont l-Anness XV. F’dik l-opinjoni, l-RAC qabel mal-konklużjonijiet tad-dossier skont l-Anness XV dwar ir-riskji identifikati u li r-restrizzjoni proposta hija miżura xierqa għall-Unjoni kollha biex jitnaqqsu dawk ir-riskji.

    (28)

    L-RAC qies li, minn perspettiva ta’ tnaqqis tar-riskju, huwa aktar xieraq li ma jiġi stabbilit l-ebda limitu ta’ daqs aktar baxx għall-mikropartikoli ta’ polimeri, jiġifieri li jiġu inklużi l-partikoli kollha simili għall-fibra iżgħar minn 15 mm (fir-rigward tal-itwal dimensjoni tal-fibri) u l-partikoli l-oħra kollha iżgħar minn 5 mm. L-RAC qies li l-ommissjoni ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi iżgħar minn 0,1 μm mill-ambitu tar-restrizzjoni tista’ jew tipprovdi għall-użu kontinwat ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi jew inkella saħansitra tippromwovi bidla għal daqsijiet iżgħar ta’ partikoli biex tiġi evitata r-restrizzjoni. Dan jista’ jikkomprometti l-effettività tar-restrizzjoni proposta, peress li t-tossiċità tal-partikoli hija mistennija li tiżdied iktar ma jkun żgħir id-daqs tagħhom.

    (29)

    Barra minn hekk, l-RAC qies li l-kriterji għall-esklużjoni tal-polimeri degradabbli mir-restrizzjoni jenħtieġ li jkunu aktar stretti minn dawk proposti mid-dossier skont l-Anness XV. B’mod speċifiku, l-RAC qies li fejn ikun meħtieġ li jitwettqu testijiet mill-gruppi 4 u 5 biex tiġi ġġustifikata esklużjoni, dawk it-testijiet jenħtieġ li jitwettqu u jgħaddu fi tliet kompartimenti ambjentali rilevanti u mhux biss fil-kompartiment l-aktar rilevanti, kif propost fid-dossier skont l-Anness XV.

    (30)

    Fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ materjal tal-mili għall-użu fuq uċuħ tal-isport sintetiċi, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet tat-tnaqqis tal-emissjonijiet, il-prattiċità u l-infurzabbiltà, l-RAC esprima preferenza ċara għal projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq wara perjodu tranżitorju fuq eċċezzjoni mill-projbizzjoni bil-kundizzjoni tal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju. Ir-raġuni ewlenija għall-preferenza tal-RAC kienet li l-materjal tal-mili għall-użu fuq uċuħ tal-isport ta’ turf sintetiku huwa l-akbar kontributur f’termini tal-użu tal-mikroplastiks fil-prodotti kif ukoll l-akbar sors ta’ emissjonijiet ambjentali ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi preżenti intenzjonalment fil-livell Ewropew. L-RAC kellu wkoll tħassib dwar l-effettività tal-miżuri proposti għall-ġestjoni tar-riskju, b’mod partikolari fir-rigward ta’ uċuħ tal-isport eżistenti u partikoli ta’ daqs iżgħar. Huwa ddikjara wkoll li ma japprovax il-limitu msemmi ta’ 7 g/m2/sena bħala kwalunkwe tip ta’ limitu aċċettabbli, peress li dan waħdu xorta waħda jimplika rilaxxi sostanzjali fl-ambjent fuq bażi kontinwa.

    (31)

    Fl-10 ta’ Diċembru 2020, il-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-ekonomika (SEAC) tal-Aġenzija adotta opinjoni skont l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li tikkonkludi li r-restrizzjoni proposta hija miżura xierqa għall-Unjoni kollha biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji u l-kostijiet soċjoekonomiċi tagħha.

    (32)

    B’kunsiderazzjoni għall-opinjoni tal-RAC, l-SEAC ippropona modifiki għar-restrizzjonijiet proposti fid-dossier skont l-Anness XV u qies li d-definizzjoni ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi jenħtieġ li jkun fiha limitu ta’ daqs aktar baxx ta’ 1 nm. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li jkun possibbli li tiġi implimentata, infurzata u mmonitorjata r-restrizzjoni proposta, l-SEAC irrikonoxxa li jkun tal-anqas temporanjament meħtieġ li jiġi stabbilit limitu ta’ daqs aktar baxx għal 0,1 μm (100 nm) meta l-metodi analitiċi jew id-dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament ma jkunux jistgħu jikkonfermaw il-konċentrazzjoni ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi taħt dak id-daqs u b’hekk il-konformità mal-limitu ta’ konċentrazzjoni tar-restrizzjoni ma tkunx tista’ tiġi vverifikata.

    (33)

    Minbarra l-esklużjoni ta’ polimeri naturali, degradabbli, u solubbli mid-definizzjoni ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi, kif propost mid-dossier skont l-Anness XV, l-SEAC issuġġerixxa l-esklużjoni ta’ polimeri li ma fihomx karbonju fl-istruttura kimika tagħhom peress li, fil-fehma tiegħu, l-għodod attwali biex tingħata prova tal-persistenza ma humiex adatti għal tali polimeri. Madankollu, l-SEAC qies li tali esklużjoni jeħtieġ li tiġi kkonfermata mill-RAC.

    (34)

    Għall-użu fl-inkapsulament tal-fwejjaħ, l-SEAC ma setax jikkonkludi jekk 5 jew 8 snin humiex l-aktar perjodu tranżitorju xieraq u rrakkomanda li tiġi rieżaminata l-ħtieġa għal perjodu tranżitorju itwal minn 5 snin wara l-introduzzjoni tar-restrizzjoni u li jenħtieġ li tali rieżami ma jwassalx għal derogi miftuħa.

    (35)

    Għal ċerti prodotti kożmetiċi “li ma jitlaħalħux”, jiġifieri prodotti tal-make-up, prodotti tax-xuftejn u prodotti tad-dwiefer, minħabba l-kontribut baxx tagħhom għall-emissjonijiet globali tal-mikroplastiks, kif ukoll l-impatt potenzjalment kbir fuq l-industrija tal-kożmetiċi ta’ projbizzjoni ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi f’dawk il-prodotti, l-SEAC ikkunsidra żewġ miżuri addizzjonali bħala alternattivi xierqa għall-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-prodotti wara perjodu tranżitorju ta’ 6 snin, kif propost mid-dossier skont l-Anness XV: jew struzzjonijiet xierqa għall-użu u r-rimi jew perjodu tranżitorju itwal minn 6 snin. Madankollu, l-inċertezzi relatati mal-impatti differenti fuq l-industrija u rilaxxi ta’ tħassib ma ppermettewx lis-SEAC jikkonkludi jekk xi waħda minn dawk l-għażliet tkunx aktar xierqa milli projbizzjoni u perjodu tranżitorju ta’ 6 snin, kif propost fid-dossier skont l-Anness XV.

    (36)

    L-SEAC innota li l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju biex jitnaqqsu r-rilaxxi minn mili granulari għall-użu fuq uċuħ tal-isport sintetiċi x’aktarx li tinvolvi kostijiet ferm aktar baxxi mis-sostituzzjoni tagħhom b’alternattivi. Madankollu, il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju ma jeliminawx kompletament tali rilaxxi, u għalhekk ikunu inqas effettivi minn projbizzjoni fit-tul. F’dan l-isfond, l-SEAC ikkonkluda li għażla ta’ waħda mill-opzjonijiet tista’ tkun ibbażata biss fuq prijoritajiet ta’ politika.

    (37)

    L-SEAC innota li l-informazzjoni li waslet matul il-konsultazzjoni dwar l-abbozz ta’ opinjoni tal-SEAC tindika li ċerti atturi fil-katina tal-provvista tal-pellets, tat-tqarqiċ u tat-trab tal-plastik (“dmugħ is-sireni”) li jaqgħu fid-definizzjoni ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi x’aktarx li jkunu jistgħu jibdew jirrapportaw dwar l-użu tagħhom aktar kmieni milli wara s-36 xahar kif propost fid-dossier skont l-Anness XV minħabba l-isforzi li saru biex jiġu implimentati inizjattivi volontarji tal-industrija, bħall-Operation Clean Sweep.

    (38)

    Il-Forum għall-Iskambju tal-Informazzjoni dwar l-Infurzar (“il-Forum”) ġie kkonsultat waqt il-proċess tar-restrizzjoni f’konformità mal-Artikolu 77(4)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu ġew ikkunsidrati.

    (39)

    Il-Forum qies li l-kejl tal-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi iżgħar minn 0,1 μm joħloq diffikultajiet tekniċi u nnota li, bħalissa, l-aktar limitu baxx li jista’ jinkiseb teknikament huwa ta’ madwar 0,1 μm. Il-Forum innota wkoll li l-awtoritajiet tal-infurzar jistgħu jibbażaw fuq evidenza dokumentarja biex juru li s-sustanza jew it-taħlita ma fihiex partikoli iżgħar minn 5 mm f’konċentrazzjonijiet ogħla mil-limiti imposti mir-restrizzjoni. Madankollu, f’każ ta’ dubju, l-evidenza dokumentarja tista’ tiġi vverifikata biss b’metodu fiżiku jew analitiku validu, jew it-tnejn. Għalhekk, il-Forum irrakkomanda li jiġi inkluż limitu ta’ daqs aktar baxx fid-definizzjoni ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi. F’każ li ma jiġi rrakkomandat l-ebda limitu aktar baxx, il-Forum issuġġerixxa li titqies soluzzjoni temporanja għall-implimentazzjoni u għall-infurzar tar-restrizzjoni abbażi ta’ dak li huwa prattikabbli u f’konformità mat-tekniki analitiċi attwalment disponibbli. Barra minn hekk, il-Forum irrakkomanda rieżami tad-definizzjoni wara d-dħul fis-seħħ tar-restrizzjoni biex jiġu riflessi l-aktar żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi reċenti.

    (40)

    Fit-23 ta’ Frar 2021, l-Aġenzija ppreżentat l-opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC (23) lill-Kummissjoni.

    (41)

    Fit-22 ta’ April 2021, l-Aġenzija ppreżentat opinjoni supplimentari tal-RAC (24) lill-Kummissjoni. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kienet talbet lill-RAC biex jikkunsidra: (i) l-għażliet ta’ restrizzjoni għall-materjal tal-mili għal uċuħ tal-isport artifiċjali, fid-dawl tar-rapport tekniku TR17519 tal-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) ippubblikat dan l-aħħar Surfaces for sports areas — Synthetic turf sports facilities — Guidance on how to minimise infill dispersion into the environment; u (ii) l-esklużjoni ta’ polimeri mingħajr atomi tal-karbonju li ġiet proposta mill-SEAC. L-RAC tenna preferenza ċara għal projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta’ materjal tal-mili għall-użu fuq uċuħ tal-isport ta’ turf sintetiku. Fir-rigward tad-deroga għall-polimeri mingħajr l-atomi tal-karbonju fl-istruttura tagħhom, l-RAC iddikjara li, minħabba n-nuqqas ta’ data rilevanti dwar l-ekotossiċità, ma kienx possibbli li jiġi konkluż li tali polimeri f’forma ta’ partikoli ma joħolqux l-istess riskji bħall-partikoli li joriġinaw minn polimeri b’atomi tal-karbonju fl-istruttura tagħhom.

    (42)

    Filwaqt li jitqies id-dossier skont l-Anness XV, l-opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC, l-impatt soċjoekonomiku u d-disponibbiltà ta’ alternattivi, il-Kummissjoni tqis li hemm tniġġis konsiderevoli bil-mikroplastik li jirriżulta mill-użu ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi waħedhom jew preżenti intenzjonalment fil-prodotti. Dak it-tniġġis jippreżenta riskju inaċċettabbli għall-ambjent, li jeħtieġ li jiġi indirizzat fuq bażi tal-Unjoni kollha. Intwera li t-tniġġis bil-mikroplastik huwa estremament persistenti, prattikament impossibbli li jitneħħa mill-ambjent ladarba jintrema u li jakkumula progressivament fl-ambjent. Sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet mingħajr dewmien żejjed, huwa għalhekk meħtieġ li tiġi introdotta restrizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi waħedhom, jew preżenti intenzjonalment f’taħlitiet biex jagħtu karatteristika mfittxija, pereżempju kulur, tessut, massa, assorbiment tal-ilma, reżistenza għall-fluwidità jew għas-sħana. Skont l-impatti soċjoekonomiċi mistennija u d-disponibbiltà ta’ alternattivi, qegħdin jiġu proposti perjodi tranżitorji speċifiċi u eċċezzjonijiet għal gruppi ta’ prodotti magħżula.

    (43)

    Teżisti evidenza ta’ riskju għal ħafna polimeri fl-ambitu tar-restrizzjoni. Fir-rigward ta’ polimeri oħra, li għalihom hemm inqas data, il-konklużjonijiet dwar ir-riskju maħluq minnhom jistgħu madankollu jiġu mfassla abbażi ta’ kriterji oġġettivi rigward il-mikropartikoli li fihom dawk il-polimeri jew li huma miksija bihom. Il-Kummissjoni tqis li gruppi ta’ polimeri li jikkondividu l-proprjetajiet fiżiċi u kimiċi rilevanti, id-daqs tal-partikoli u l-persistenza fl-ambjent jenħtieġ li jkunu koperti b’din ir-restrizzjoni. Dan jippermetti l-identifikazzjoni oġġettiva tas-sustanzi li jaqgħu fl-ambitu ta’ din ir-restrizzjoni.

    (44)

    Il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li teskludi polimeri naturali, degradabbli u solubbli mid-definizzjoni ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi, peress li ma jikkontribwux għar-riskju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li huwa ġġustifikat li teskludi mill-ambitu tar-restrizzjoni polimeri mingħajr l-atomi tal-karbonju fl-istruttura tagħhom peress li ma hemm l-ebda data tal-ekotossiċità rilevanti dwar jekk tali polimeri f’forma ta’ partikoli joħolqux l-istess riskji bħall-partikoli li joriġinaw minn polimeri li għandhom l-atomi tal-karbonju fl-istruttura tagħhom.

    (45)

    Il-Kummissjoni tqis li l-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi iżgħar minn 0,1 μm fid-dimensjonijiet kollha joħolqu riskju ekwivalenti jew potenzjalment ogħla għall-ambjent mill-partikoli ta’ bejn 0,1 μm u 5 mm fid-dimensjonijiet kollha. Id-definizzjoni ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi għalhekk jenħtieġ li tkopri polimeri fi jew li jiksu l-partikoli ta’ anqas minn 5 mm fid-dimensjonijiet kollha u partikoli simili għall-fibra ta’ iqsar minn 15 mm fit-tul. Madankollu, il-Kummissjoni taqbel mal-Forum u mal-SEAC li l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni tal-partikoli iżgħar 0,1 μm fi kwalunkwe dimensjoni, jew 0,3 μm fit-tul, skont kif ikun il-każ, bħalissa joħolqu restrizzjonijiet analitiċi minħabba li l-partikoli huma żgħar wisq. Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, f’dawk il-każijiet fejn il-metodi analitiċi disponibbli jew id-dokumentazzjoni li takkumpanja l-prodott ma jippermettux li tiġi ddeterminata l-konċentrazzjoni ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi fil-prodott, il-limitu tad-daqs aktar baxx ta’ dawk il-mikropartikoli għall-fini tal-infurzar tar-restrizzjoni jenħtieġ li jiġi stabbilit għal 0,1 μm fi kwalunkwe dimensjoni jew 0,3 μm fit-tul, skont kif ikun il-każ. Jenħtieġ li dan il-limitu ma jibqax japplika hekk kif isiru disponibbli metodi ġodda jew imtejba li jippermettu l-identifikazzjoni u l-kwantifikazzjoni ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi b’daqs ta’ inqas minn 0,1 μm fi kwalunkwe dimensjoni jew 0,3 μm fit-tul, skont kif ikun il-każ.

    (46)

    Il-Kummissjoni taqbel mal-RAC li l-polimeri li jiddegradaw f’kompartimenti ambjentali multipli biss jenħtieġ li jiġu esklużi mill-ambitu tar-restrizzjoni. Huwa aċċettat b’mod wiesa’ li riżultat pożittiv fi kwalunkwe wieħed mill-metodi ta’ ttestjar tal-iskrinjar fil-gruppi 1 sa 3 jipprevedi d-degradabilità fil-kompartimenti ambjentali kollha. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li t-trasferiment ta’ kwalunkwe wieħed minn dawk il-metodi ta’ ttestjar huwa biżżejjed biex tintwera d-degradabilità għall-fini ta’ din ir-restrizzjoni. Min-naħa l-oħra, ma hijiex ċerta jekk polimeru li jgħaddi minn test tal-grupp 4 jew 5 f’kompartiment ambjentali wieħed għandux ikollu mġiba simili ta’ degradazzjoni f’kompartiment ieħor. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li, fejn jintużaw metodi ta’ ttestjar tal-grupp 4 jew 5, jeħtieġ li polimeru jgħaddi minn dawk it-testijiet fi tliet kompartimenti ambjentali li għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tar-restrizzjoni.

    (47)

    Biex jingħata kas ta’ kwalunkwe żvilupp xjentifiku li jikkonċerna d-degradazzjoni u s-solubilità ta’ polimeru, inklużi metodi ta’ ttestjar ġodda żviluppati speċifikament biex tiġi vvalutata d-degradabilità jew is-solubilità ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi, jista’ jkun meħtieġ li jiġu rieżaminati l-metodi ta’ ttestjar standardizzati u l-kriterji ta’ suċċess għat-turija tad-degradabilità jew tas-solubilità.

    (48)

    Mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi użati fi prodotti agrikoli u ortikulturali, pereżempju biex jiġi kkontrollat ir-rilaxx ta’ fertilizzanti jew ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, jew il-fluss tal-ilma bejn il-fertilizzanti u l-ħamrija, inaqqsu l-ammont ta’ sustanzi attivi applikati għall-ħamrija u l-pjanti u jillimitaw l-esponiment tal-operatur għal tali prodotti potenzjalment tossiċi kif ukoll l-impatt ambjentali tagħhom. Huwa meħtieġ li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ alternattivi ambjentalment sostenibbli li jippermettu lil dawk l-applikazzjonijiet ta’ benefiċċju jsiru “ħielsa mill-mikroplastiks” u jibqgħu fis-suq. L-SEAC qies li l-miżuri proposti għall-prodotti agrikoli u ortikulturali jkunu xierqa biss jekk alternattivi degradabbli b’mill-inqas funzjonalità simili jsiru disponibbli fuq perjodu medju ta’ żmien. Fl-aħħar nett, ir-Regolament (UE) 2019/1009 diġà jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali biex jiġi vvalutat jekk il-polimeri fil-prodotti fertilizzanti tal-UE humiex degradabbli. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li huwa ġġustifikat li tistabbilixxi kundizzjonijiet speċifiċi u kriterji ta’ suċċess għall-ittestjar tad-degradabbiltà tal-polimeri fi prodotti għal applikazzjonijiet agrikoli u ortikulturali minbarra prodotti fertilizzanti tal-UE, bħal prodotti fertilizzanti li ma humiex immarkati CE meta jsiru disponibbli fis-suq, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-kundizzjonijiet tal-ittestjar stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1009 u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ alternattivi.

    (49)

    Il-Kummissjoni tqis li l-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskji proposti fid-dossier skont l-Anness XV, kif immodifikat mill-RAC u mill-SEAC, huma rilevanti biex jiġi indirizzat ir-riskju identifikat. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li d-deċiżjoni dwar liema minn dawk il-miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju hija l-aktar xierqa biex jiġi indirizzat ir-riskju identifikat filwaqt li jitqies l-impatt soċjoekonomiku tagħhom, inkluża l-kunsiderazzjoni ta’ derogi speċifiċi jew perjodi tranżitorji, jenħtieġ li tittieħed każ b’każ fid-diversi applikazzjonijiet.

    (50)

    Ma huwiex meħtieġ li l-ħama tad-drenaġġ u l-kompost jiġu esklużi b’mod espliċitu mill-kamp ta’ applikazzjoni kif issuġġerit fid-dossier skont l-Anness XV u fl-opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC, minħabba li l-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi f’dawn il-prodotti ma humiex preżenti intenzjonalment u għalhekk ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Min-naħa l-oħra, l-ikel u l-għalf fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni biex tiġi evitata regolamentazzjoni doppja.

    (51)

    Għall-inkapsulament tal-fwejjaħ, il-Kummissjoni tqis li 6 snin huwa l-aktar perjodu tranżitorju xieraq peress li se jipprovdi lill-industrija b’biżżejjed żmien biex tirriformula l-prodotti kollha fejn bħalissa ma hemm l-ebda alternattiva disponibbli.

    (52)

    Il-kostijiet ta’ riformulazzjoni mistennija għall-prodotti tal-make-up, għall-prodotti tax-xufftejn u għall-prodotti tad-dwiefer b’reazzjoni għar-restrizzjoni proposta huma ogħla milli għal prodotti kożmetiċi oħra “li ma jitlaħalħux”. Filwaqt li jitqies ukoll il-kontribut komparattivament aktar baxx tal-prodotti tal-make-up, tal-prodotti tax-xufftejn u tal-prodotti tad-dwiefer għall-emissjonijiet globali, il-Kummissjoni tqis li perjodu tranżitorju ta’ 12-il sena għall-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bħal dawn huwa ġġustifikat sabiex jiġi żgurat żmien suffiċjenti għall-iżvilupp ta’ alternattivi xierqa u biex jiġu limitati l-kostijiet għall-industrija. Madankollu, sabiex tiġi mħeġġa s-sostituzzjoni ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi fi prodotti tal-make-up, fi prodotti tax-xufftejn u fi prodotti tad-dwiefer qabel it-tmiem tal-perjodu tranżitorju, kwalunkwe prodott tal-make-up, prodott tax-xufftejn u prodott tad-dwiefer li jitqiegħed fis-suq li jkun għad fih mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi jenħtieġ li jkollu dikjarazzjoni li tinforma lill-konsumaturi b’dan il-fatt li tibda mis-17 ta’ Ottubru 2031. Biex jiġi evitat piż bla bżonn għall-fornituri u sejħiet lura ta’ prodott mis-suq, jenħtieġ li l-fornituri ma jkunux meħtieġa jipprovdu d-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq dwar il-prodotti li diġà tqiegħdu fis-suq qabel is-17 ta’ Ottubru 2031 għal ċertu perjodu addizzjonali.

    (53)

    Għall-mili granulari għall-użu fuq uċuħ tal-isport sintetiċi, il-Kummissjoni tqis li ż-żieda fil-perjodu tranżitorju għall-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq għal 8 snin hija ġġustifikata sabiex jiġi żgurat li numru akbar ta’ uċuħ tal-isport sintetiċi eżistenti li jużaw dan il-prodott ikunu jistgħu jilħqu t-tmiem il-ħajja naturali tagħhom qabel ma jkunu jeħtieġu li jiġu sostitwiti.

    (54)

    Fir-rigward tal-miżura ta’ ġestjoni tar-riskju li tirrikjedi l-għoti ta’ struzzjonijiet għall-użu u r-rimi, huwa ġġustifikat li jiġi stabbilit perjodu tranżitorju itwal minn 24 xahar għall-fornituri ta’ apparati dijanjostiċi in vitro li fihom mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi, biex l-informazzjoni dwar ir-rimi xieraq ta’ mikropartikoli bħal dawn tkun tista’ tiġi mgħoddija tul il-katina tal-provvista u f’każ ta’ bidla fil-fuljett jew fl-imballaġġ tal-prodott, għal żmien suffiċjenti biex jinkisbu l-approvazzjonijiet regolatorji neċessarji, fejn meħtieġ. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jitqiesu l-aktar żviluppi teknoloġiċi reċenti fit-tikkettar elettroniku u l-użu mifrux ta’ apparat elettroniku mobbli. Għalhekk, ir-restrizzjoni jenħtieġ li tippermetti aċċess diġitali għall-istruzzjonijiet għall-użu u r-rimi f’format elettroniku bħala metodu addizzjonali għall-għoti tal-informazzjoni.

    (55)

    Id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (UE) 2019/6 jeħtieġu struzzjonijiet għall-użu u r-rimi ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju, rispettivament, li jridu jiġu inklużi fuq l-imballaġġ jew fil-fuljett ta’ tagħrif tal-prodott mediċinali. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tqisx li huwa meħtieġ li jiġu introdotti obbligi addizzjonali għall-istruzzjonijiet għall-użu u għar-rimi ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem jew veterinarju.

    (56)

    Fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ rapportar proposti fid-dossier skont l-Anness XV, kif modifikat mill-RAC u mill-SEAC, il-Kummissjoni ssib li dawn se jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tal-effettività tal-istruzzjonijiet għall-użu u r-rimi u se jtejbu l-bażi tal-evidenza għall-ġestjoni tar-riskju tal-użi eżentati mill-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-inklużjoni ta’ referenza għad-derogi applikabbli fl-informazzjoni li trid tiġi rrapportata lill-Aġenzija hija meħtieġa sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar mingħajr ma jiġi impost piż addizzjonali fuq l-industrija. Barra minn hekk, il-manifatturi u l-utenti downstream industrijali jenħtieġ li jkunu meħtieġa jistmaw u jirrapportaw l-emissjonijiet tagħhom stess. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-emissjonijiet kollha tul il-katina tal-provvista jiġu mmonitorjati u rrappurtati mingħajr ma jiżdied piż żejjed fuq l-utenti finali, il-fornituri ta’ prodotti li fihom mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi li jqiegħdu dawk il-prodotti fis-suq għall-ewwel darba lill-utenti professjonali u lill-pubbliku ġenerali għandhom jistmaw ukoll, minbarra l-emissjonijiet tagħhom stess, l-emissjonijiet downstream mill-mument li l-prodott jitqiegħed fis-suq sal-mument li jintrema wara l-użu aħħari u jirrappurtaw l-emissjonijiet totali lill-Aġenzija. Sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu tal-informazzjoni rrapportata u jiġi ffaċilitat l-infurzar, tali informazzjoni jenħtieġ li tkun disponibbli għall-Istati Membri.

    (57)

    It-telf ta’ dmugħ is-sireni jirrappreżenta sors industrijali importanti ta’ mikroplastiks fl-ambjent. Il-katina tal-provvista ta’ dmugħ is-sireni diġà qiegħda tistabbilixxi inizjattivi volontarji, li se jinkludu r-rapportar, biex jiġi mminimizzat it-telf tal-pellet. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li perjodu tranżitorju ta’ 24 xahar għar-rekwiżiti ta’ rapportar għal dan is-settur huwa ġġustifikat.

    (58)

    Sabiex jiġi evitat rapportar doppju, meta jkun hemm aktar minn attur wieħed fil-katina tal-provvista li jqiegħed fis-suq l-istess prodott li jkun fih mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi, l-ewwel attur biss f’dik il-katina tal-provvista jenħtieġ li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa lill-Aġenzija.

    (59)

    Sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ din ir-restrizzjoni, il-manifatturi, l-importaturi u l-utenti downstream industrijali ta’ prodotti li fihom mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi jenħtieġ li jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti, fuq talba tagħhom, b’informazzjoni speċifika li tippermetti l-identifikazzjoni inekwivokabbli tal-polimeri fl-ambitu ta’ din ir-restrizzjoni li tinsab fil-prodotti tagħhom u l-funzjoni ta’ dawk il-polimeri fil-prodott. Barra minn hekk, il-manifatturi, l-importaturi u l-utenti industrijali downstream li jsostnu li ċerti polimeri fil-prodotti tagħhom huma esklużi mid-deżinjazzjoni ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi għal raġunijiet ta’ degradabbiltà jew ta’ solubbiltà jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni li tagħti prova ta’ dawk il-proprjetajiet lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom. L-utenti downstream industrijali li ma għandhomx l-informazzjoni meħtieġa jenħtieġ li l-ewwel jitolbuha mingħand il-fornituri tagħhom. Biex tiġi protetta l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali, il-fornituri li ma jixtiequx jaqsmu l-informazzjoni mitluba mal-utenti industrijali downstream għandhom jitħallew jipprovduha direttament lill-awtorità kompetenti li titlobha.

    (60)

    Biex jiġu evitati sejħiet lura mis-suq bla bżonn ta’ prodotti u sabiex jitnaqqas l-iskart, huwa meħtieġ li jiġi pprovdut li l-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi, waħedhom jew f’taħlitiet, li jkunu tqiegħdu fis-suq qabel is-17 ta’ Ottubru 2023 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq. Dik ir-regola ma hijiex meħtieġa għall-użi ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi soġġetti għal perjodi tranżitorji.

    (61)

    Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

    (62)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

    (2)  https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10518-2016-INIT/mt/pdf /

    (3)  https://www.consilium.europa.eu/media/24073/st_7348_2017_rev_1_en.pdf

    (4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Strateġija Ewropea għall-Plastiks f’Ekonomija Ċirkolari (COM(2018) 28 final).

    (5)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019) 640 final).

    (6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari Għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva (COM(2020) 98 final).

    (7)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Perkors għal Pjaneta b’Saħħitha għal Kulħadd Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, għall-Ilma u għall-Ħamrija” (COM(2021) 400 final).

    (8)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Settembru 2018 dwar strateġija Ewropea għall-plastik f’ekonomija ċirkolari (P8_TA(2018) 352).

    (9)  Talba tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Novembru 2017 li titlob lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi biex tħejji proposta ta’ restrizzjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Anness XVII tar-REACH. https://echa.europa.eu/documents/10162/5c8be037-3f81-266a-d71b-1a67ec01cbf9

    (10)  Annex XV restriction report. https://echa.europa.eu/documents/10162/05bd96e3-b969-0a7c-c6d0-441182893720; Annex to the Annex XV restriction report.

    https://echa.europa.eu/documents/10162/db081bde-ea3e-ab53-3135-8aaffe66d0cb

    (11)  ECHA (2020). Background Document to the Opinion on the Annex XV report proposing restrictions on intentionally added microplastics. https://echa.europa.eu/documents/10162/b56c6c7e-02fb-68a4-da69-0bcbd504212b

    (12)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 tas-17 ta’ Mejju 2017 li tistabbilixxi kriterji u standards metodoloġiċi ta’ status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, kif ukoll speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/477/UE (ĠU L 125, 18.5.2017, p. 43).

    (13)  Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).

    (14)  Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ġunju 2022 dwar id-definizzjoni ta’ nanomaterjal (C(2022) 3689) (ĠU C 229, 14.6.2022, p. 1).

    (15)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

    (16)  Ir-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar prodotti mediċinali veterinarji u li jħassar id-Direttiva 2001/82/KE (ĠU L 4, 7.1.2019, p. 43).

    (17)  Ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1).

    (18)  Ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16).

    (19)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

    (20)  Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

    (21)  Ir-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2017 dwar apparati mediċi, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 90/385/KEE u 93/42/KEE (ĠU L 117, 5.5.2017, p. 1).

    (22)  https://echa.europa.eu/documents/10162/b4d383cd-24fc-82e9-cccf-6d9f66ee9089

    (23)  Il-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) u l-Kumitat għall-Analiżi Soċjo-ekonomika (SEAC) Opinion on an Annex XV dossier proposing restrictions on intentionally-added microplastics tal-10 ta’ Diċembru 2020. https://echa.europa.eu/documents/10162/a513b793-dd84-d83a-9c06-e7a11580f366

    (24)  Opinjoni tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) relatata mat-talba mid-Direttur Eżekuttiv tal-ECHA skont l-Artikolu 77(3)(c) tar-REACH biex iħejji opinjoni supplimentari dwar: CEN technical report 17519 on risk management measures for artificial pitches and the ESTC study on their effectiveness and the proposed derogation for polymers without carbon atoms in their structure. https://echa.europa.eu/documents/10162/17229/art77_3c_mpinfillandnewderogationforpolymers_opi_rac_en.pdf/b85be7e7-c0a8-649a-a0db-56e89e39b3d5?t=1619618145726

    (25)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


    ANNESS

    l-Anness XVII mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    tiżdied l-annotazzjoni li ġejja:

    “78.

    Mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi:

    polimeri li huma solidi u li jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    jinsabu f’partikoli u jikkostitwixxu mill-inqas 1 % skont il-piż ta’ dawk il-partikoli; jew jifformaw kisi kontinwu tas-superfiċje fuq il-partikoli;

    (b)

    mill-inqas 1 % bil-piż tal-partikoli msemmija fil-punt (a) jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    id-dimensjonijiet kollha tal-partikoli huma ugwali jew inqas minn 5 mm;

    (ii)

    it-tul tal-partikoli jkun ugwali jew inqas minn 15-il mm u l-proporzjon ta’ tul/dijametru tagħhom ikun akbar minn 3.

    Il-polimeri li ġejjin huma esklużi minn din id-deżinjazzjoni:

    (a)

    polimeri li huma r-riżultat ta’ proċess ta’ polimerizzazzjoni li seħħ fin-natura, indipendentement mill-proċess li permezz tiegħu ġew estratti, li huma sustanza mhux modifikata b’mod kimiku;

    (b)

    polimeri li huma degradabbli kif muri f’konfirmità mal-Appendiċi 15;

    (c)

    polimeri li għandhom solubbiltà ta’ aktar minn 2 g/L kif muri f’konformità mal-Appendiċi 16;

    (d)

    polimeri li ma fihomx atomi tal-karbonju fl-istruttura kimika tagħhom.

    1.

    Ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq bħala sustanzi waħedhom jew, fejn il-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi jkunu preżenti biex jagħtu karatteristika mfittxija, f’taħlitiet f’konċentrazzjoni ugwali jew akbar minn 0,01 % skont il-piż.

    2.

    Għall-finijiet ta’ din l-annotazzjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    ‘partikola’ tfisser parti żgħira ħafna ta’ materjal, minbarra molekuli uniċi, b’limiti fiżiċi definiti;

    (b)

    ‘solidu’ tfisser sustanza jew taħlita minbarra likwidu jew gass;

    (c)

    ‘gass’ tfisser sustanza jew taħlita li f’temperatura ta’ 50 °C ikollha pressjoni tal-fwar ta’ aktar minn 300 kPa (assoluta), jew tkun kompletament gassuża f’temperatura ta’ 20 °C fi pressjoni standard ta’ 101,3 kPa;

    (d)

    ‘likwidu’ tfisser sustanza jew taħlita li tissodisfa kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (i)

    is-sustanza jew it-taħlita f’temperatura ta’ 50 °C għandha pressjoni tal-fwar ta’ mhux aktar minn 300 kPa, ma hijiex kompletament gassuża f’temperatura ta’ 20 °C u fi pressjoni standard ta’ 101,3 kPa, u jkollha punt tat-tidwib jew punt tat-tidwib inizjali ta’ 20 °C jew anqas fi pressjoni standard ta’ 101,3 kPa;

    (ii)

    is-sustanza jew it-taħlita tissodisfa l-kriterji tal-istandard D 4359-90 ‘Standard Test Method for Determining Whether a Material Is a Liquid or a Solid’ tal-American Society for Testing and Materials (ASTM);

    (iii)

    is-sustanza jew it-taħlita tgħaddi mit-test tal-fluwidità (test tal-penetrometru) deskritt fil-Kapitolu 2.3.4 tal-Parti 2 tal-Anness A tal-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) konkluż f’Ġinevra fit-30 ta’ Settembru 1957;

    (e)

    ‘prodott tal-make-up’ tfisser kwalunkwe sustanza jew taħlita maħsuba biex titqiegħed f’kuntatt ma’ partijiet esterni speċifiċi tal-ġisem tal-bniedem, jiġifieri l-epidermis, il-ħuġbejn u x-xagħar tal-għajnejn, bil-ħsieb li, esklussivament jew prinċipalment, tinbidel id-dehra tagħhom;

    3.

    Meta l-konċentrazzjoni ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi koperti minn din l-annotazzjoni ma tkunx tista’ tiġi ddeterminata b’metodi analitiċi disponibbli jew b’dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament, sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-limitu ta’ konċentrazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, għandhom jitqiesu biss il-partikoli ta’ mill-inqas id-daqs li ġej:

    (a)

    0,1 μm għal kwalunkwe dimensjoni, għal partikoli fejn id-dimensjonijiet kollha huma ugwali jew iżgħar minn 5 mm;

    (b)

    tul ta’ 0,3 μm, għall-partikoli li għandhom tul li huwa ugwali jew iżgħar minn 15 mm u proporzjon ta’ tul/dijametru akbar minn 3.

    4.

    Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għat-tqegħid fis-suq ta’:

    (a)

    mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi, bħala sustanzi waħedhom jew f’taħlitiet, għall-użu f’siti industrijali;

    (b)

    prodotti mediċinali fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE u prodotti mediċinali veterinarji fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/6 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1);

    (c)

    prodotti fertilizzanti tal-UE fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2);

    (d)

    addittivi tal-ikel fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3);

    (e)

    apparat dijanjostiku in vitro, inkluż apparat fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/746 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4);

    (f)

    ikel skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 mhux kopert mill-punt (d) ta’ dan il-paragrafu, u għalf kif definit fl-Artikolu 3(4) ta’ dak ir-Regolament.

    5.

    Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għat-tqegħid fis-suq tal-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi li ġejjin, bħala sustanzi waħedhom jew f’taħlitiet:

    (a)

    mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi li huma miżmuma b’mezzi tekniċi sabiex jiġu evitati r-rilaxxi fl-ambjent meta jintużaw f’konformità mal-istruzzjonijiet għall-użu matul l-użu finali maħsub;

    (b)

    mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi li l-proprjetajiet fiżiċi tagħhom huma mmodifikati b’mod permanenti matul l-użu finali maħsub b’tali mod li l-polimeru ma jibqax jaqa’ fl-ambitu ta’ din l-annotazzjoni;

    (c)

    mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi li huma inkorporati b’mod permanenti f’matriċi solida matul l-użu finali maħsub.

    6.

    Il-paragrafu 1 għandu japplika kif ġej fir-rigward tal-użi li ġejjin:

    (a)

    mis-17 ta’ Ottubru 2029 għall-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi għall-użu fl-inkapsulament tal-fwejjaħ;

    (b)

    mis-17 ta’ Ottubru 2027 għal ‘prodotti li jitlaħalħu’ kif definit fil-punt (1)(a) tal-Preambolu tal-Annessi II sa VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 sakemm dawn il-prodotti ma jkunux koperti mill-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jew ma jkunx fihom mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi għall-użu bħala barraxa, jiġifieri għat-tneħħija ta’ ġilda mejta, għall-illostrar jew għat-tindif (‘mikrożibeġ’);

    (c)

    mis-17 ta’ Ottubru 2035 għall-prodotti tax-xufftejn kif definiti fil-punt (1)(e) tal-Preambolu tal-Annessi II sa VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, prodotti tad-dwiefer kif iddefiniti fil-punt (1)(g) tal-Preambolu għall-Annessi II sa VI ta’ dak ir-Regolament, u prodotti make-up fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament, sakemm dawn il-prodotti ma jkunux koperti mill-punti (a) jew (b) ta’ dan il-paragrafu jew ma jkunx fihom mikrożibeġ;

    (d)

    mis-17 ta’ Ottubru 2029 għal prodotti li ma jitlaħalħux, kif definiti fil-punt (1)(b) tal-Preambolu għall-Annessi II sa VI tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, diment li tali prodotti ma jkunux koperti mill-punti (a) jew (c) ta’ dan il-paragrafu;

    (e)

    mis-17 ta’ Ottubru 2028 għad-deterġenti, kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 648/2004, ix-xama’, il-lostru u l-prodotti li jfewħu l-arja, sakemm dawk il-prodotti ma jkunux koperti mill-punt (a) ta’ dan il-paragrafu jew ma jkunx fihom mikrożibeġ;

    (f)

    mis-17 ta’ Ottubru 2029 għal ‘apparati’, fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/745 (*5), sakemm dawk l-apparati ma jkunx fihom mikrożibeġ;

    (g)

    mis-17 ta’ Ottubru 2028 għal ‘prodotti fertilizzanti’, kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2019/1009, li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament

    (h)

    mis-17 ta’ Ottubru 2031 għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6) u ż-żrieragħ trattati b’dawk il-prodotti, u l-prodotti bijoċidali kif definiti fil-punt (a) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7);

    (i)

    mis-17 ta’ Ottubru 2028 għall-prodotti għall-użi agrikoli u ortikulturali mhux koperti mill-punti (g) jew (h);

    (j)

    mis-17 ta’ Ottubru 2031 għal mili granulari għall-użu fuq uċuħ sportivi sintetiċi

    7.

    Mis-17 ta’ Ottubru 2025 il-fornituri ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 4, għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    struzzjonijiet għall-użu u r-rimi li jispjegaw lill-utenti downstream industrijali kif għandhom jiġu evitati r-rilaxxi ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi fl-ambjent;

    (b)

    id-dikjarazzjoni li ġejja: ‘Il-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi fornuti huma soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti bl-annotazzjoni 78 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill’;

    (c)

    l-informazzjoni dwar il-kwantità jew, kif applikabbli, il-konċentrazzjoni ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi fis-sustanza jew fit-taħlita;

    (d)

    informazzjoni ġenerika dwar l-identità tal-polimeri li jinsabu fis-sustanza jew fit-taħlita li tippermetti lill-manifatturi, lill-utenti downstream industrijali u lil fornituri oħra jikkonformaw mal-obbligi tagħhom stabbiliti fil-paragrafi 11 u 12.

    8.

    Mis-17 ta’ Ottubru 2026 fornituri ta’ prodotti li fihom mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 4, u mis-17 ta’ Ottubru 2025 il-fornituri ta’ prodotti li fihom mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 4 u l-paragrafu 5, għandhom jipprovdu struzzjonijiet għall-użu u r-rimi li jispjegaw lill-utenti professjonali u lill-pubbliku ġenerali kif għandhom jiġu evitati r-rilaxxi ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi fl-ambjent.

    9.

    mis-17 ta’ Ottubru 2031 sas-16 ta’ Ottubru 2035 il-fornituri tal-prodotti msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 6, li fihom mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi għandhom jipprovdu d-dikjarazzjoni li ġejja: ‘Dan il-prodott fih mikroplastiks.’ Madankollu, prodotti mqiegħda fis-suq qabel is-17 ta’ Ottubru 2031 ma humiex meħtieġa li jkollhom dik id-dikjarazzjoni sas-17 ta’ Diċembru 2031.

    10.

    L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 7, 8 u 9 għandha tiġi pprovduta fil-forma ta’ test li jidher b’mod ċar, li jinqara u li ma jitħassarx jew, fejn xieraq fir-rigward tal-informazzjoni fil-paragrafi 7 u 8, fil-forma ta’ pittogrammi. It-test jew il-pittogrammi għandhom jitqiegħdu fuq it-tikketta, fuq l-imballaġġ, jew fuq il-fuljett tal-pakkett tal-prodotti li fihom mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi jew, fir-rigward tal-informazzjoni fil-paragrafu 7, fuq l-iskeda tad-data tas-sikurezza. Minbarra t-test jew il-pittogrammi, il-fornituri jistgħu jipprovdu għodda diġitali li tagħti aċċess għal verżjoni elettronika ta’ dik l-informazzjoni.

    Meta l-istruzzjonijiet għall-użu u r-rimi jiġu pprovduti f’konformità mal-paragrafi 7, 8 u 9 fil-forma ta’ test, dawn għandhom ikunu fil-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri fejn is-sustanza jew it-taħlita titqiegħed fis-suq, dment li l-Istati Membri kkonċernati ma jipprovdux mod ieħor.

    11.

    Jibda mill-2026 manifatturi u utenti industrijali downstream ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi fil-forma ta’ pritkuni, qxur, u trab użati bħala materja prima fil-manifattura tal-plastik f’siti industrijali, u, li jibda mill-2027, manifatturi oħra ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi u utenti industrijali downstream oħra li jużaw mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi f’siti industrijali għandhom jissottomettu l-informazzjoni li ġejja lill-Aġenzija sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena:

    (a)

    deskrizzjoni tal-użi ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi fis-sena kalendarja preċedenti;

    (b)

    għal kull użu ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi, informazzjoni ġenerika dwar l-identità tal-polimeri użati;

    (c)

    għal kull użu ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi, stima tal-kwantità ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi rilaxxati fl-ambjent fis-sena kalendarja preċedenti, li għandha tinkludi wkoll il-kwantità ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi rilaxxati fl-ambjent waqt it-trasport.

    (d)

    għal kull użu ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi, referenza għad-deroga stabbilita fil-paragrafu 4, il-punt (a).

    12.

    Mill-2027, il-fornituri ta’ prodotti li jkun fihom mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi msemmija fil-paragrafu 4, punti (b), (d) u (e) u l-paragrafu 5, imqiegħda fis-suq għall-ewwel darba għall-utenti professjonali u għall-pubbliku ġenerali, għandhom jissottomettu l-informazzjoni li ġejja lill-Aġenzija sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena:

    (a)

    deskrizzjoni tal-użi finali li għalihom il-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi tqiegħdu fis-suq fis-sena kalendarja preċedenti;

    (b)

    għal kull użu aħħari li għalih tqiegħdu fis-suq il-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi, informazzjoni ġenerika dwar l-identità tal-polimeri mqiegħda fis-suq fis-sena kalendarja preċedenti;

    (c)

    għal kull użu aħħari li għalih il-mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi tpoġġew fis-suq, stima tal-kwantità ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi rilaxxati fl-ambjent fis-sena kalendarja preċedenti, li għandha tinkludi wkoll il-kwantità ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi rilaxxati fl-ambjent waqt it-trasport.

    (d)

    għal kull użu ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi, referenza għad-deroga jew għad-derogi applikabbli stabbiliti fil-paragrafu 4, punt (b), (d) jew (e), jew 5 punt (a), (b) jew (c).

    13.

    L-Aġenzija għandha tagħmel l-informazzjoni sottomessa skont il-paragrafi 11 u 12 disponibbli għall-Istati Membri.

    14.

    Il-manifatturi, l-importaturi u l-utenti downstream industrijali ta’ prodotti li jkun fihom mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi għandhom jipprovdu informazzjoni speċifika dwar l-identità tal-polimeri koperti minn din l-annotazzjoni li tinsab f’dawk il-prodotti u l-funzjoni ta’ dawk il-polimeri fil-prodotti fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti. L-informazzjoni speċifika dwar l-identità tal-polimeru għandha tkun biżżejjed biex il-polimeri jiġu identifikati b’mod inekwivoku u għandha mill-inqas tinkludi l-informazzjoni stabbilita fil-punti 2.1 sa 2.2.3 u fil-punti 2.3.5, 2.3.6 u 2.3.7 tal-Anness VI, fejn applikabbli.

    Jekk l-informazzjoni ma tkunx disponibbli għall-utenti industrijali downstream, huma għandhom jitolbu dan mingħand il-fornitur tagħhom fi żmien 7 ijiem minn meta jirċievu t-talba mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jinformaw lill-awtoritajiet bit-talba magħmula mingħajr dewmien.

    Wara li jkunu rċevew it-talba msemmija fit-tieni subparagrafu, il-fornituri għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba fi żmien 30 jum lill-utent downstream industrijali jew direttament lill-awtorità kompetenti li titlobha.

    Meta l-fornitur jipprovdi l-informazzjoni lill-utent industrijali downstream, l-utent industrijali downstream għandu jgħaddi dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien.

    Meta l-fornitur jipprovdi l-informazzjoni direttament lill-awtorità, huwa għandu jinforma mingħajr dewmien lill-utent downstream industrijali kkonċernat għal dak il-għan.

    15.

    Il-manifatturi, l-importaturi u l-utenti industrijali downstream ta’ prodotti li fihom polimeri ddikjarati li huma esklużi mid-deżinjazzjoni ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi għal raġunijiet ta’ degradabilità jew ta’ solubbiltà għandhom jipprovdu, mingħajr dewmien, informazzjoni li tagħti prova li dawk il-polimeri huma degradabbli f’konformità mal-Appendiċi 15 jew solubbli f’konformità mal-Appendiċi 16, kif applikabbli, lill-awtoritajiet kompetenti fuq talba tagħhom.

    16.

    Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għat-tqegħid fis-suq ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi, waħedhom jew f’taħlitiet, imqiegħda fis-suq qabel is-17 ta’ Ottubru 2023.

    Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għat-tqegħid fis-suq ta’ mikropartikoli ta’ polimeri sintetiċi għall-użi elenkati fil-paragrafu 6.

    (2)

    jiżdiedu l-Appendiċijiet 15 u 16 li:

    “Appendiċi 15

    Annotazzjoni 78 — Regoli dwar il-prova tad-degradabilità

    Dan l-appendiċi jistabbilixxi r-regoli biex tingħata prova tad-degradabilità tal-polimeri għall-finijiet tal-annotazzjoni 78, jiġifieri l-metodi ta’ ttestjar permessi u l-kriterji ta’ suċċess għal dawk il-metodi. Il-metodi ta’ ttestjar ġew iddisinjati biex ikejlu d-degradazzjoni bijotika, għalkemm ma jistax jiġi eskluż li xi degradazzjoni abijotika sseħħ matul it-test u tikkontribwixxi għar-riżultati tat-test.

    It-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji li jikkonformaw mal-prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorju previsti fid-Direttiva 2004/10/KE jew standards internazzjonali oħrajn rikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija jew akkreditati għall-ISO 17025.

    1.   Metodi ta’ ttestjar

    Il-metodi ta’ ttestjar permessi huma organizzati f’ħames gruppi, abbażi tad-disinn u r-razzjonal sottostanti tagħhom. Il-fatt li jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ suċċess fi kwalunkwe wieħed mill-metodi ta’ ttestjar permessi fil-gruppi 1 sa 3 huwa biżżejjed biex juri li l-polimeru jew il-polimeri li jinsabu fil-materjal ittestjat u soġġetti għat-test huma degradabbli u għalhekk huma esklużi mill-ambitu tal-annotazzjoni 78. Meta jintużaw testijiet tal-grupp 4 jew tal-grupp 5 biex tintwera d-degradabilità tal-polimeri għal użi minbarra dawk agrikoli u ortikulturali, il-kriterji ta’ suċċess għandhom jiġu ssodisfati fi tliet kompartimenti ambjentali magħżula kif ġej:

    Kompartiment 1: ilma ħelu, estwarju jew tal-baħar;

    Kompartiment 2:

    (a)

    sediment frisk, estwarju jew marittimu; jew

    (b)

    interfaċċa ta’ ilma ħelu, ta’ estwarju jew ta’ ilma baħar/sediment

    Kompartiment 3: ħamrija.

    1.1.   Grupp 1. Metodi ta’ ttestjar ta’ skrinjar u kriterji ta’ suċċess biex tintwera bijodegradabilità faċli

    1.1.1.

    Metodi ta’ ttestjar permessi fil-grupp 1:

    T1.

    ‘Bijodegradabilità Faċli’ (OECD TG 301 B, C, D, F)

    T2.

    ‘Bijodegradabilità Faċli — CO2 f’reċipjenti ssiġillati (test bl-ispazju vojt fuqani)’ (OECD TG 310).

    1.1.2.

    Kriterji ta’ suċċess: 60 % tal-mineralizzazzjoni mkejla, fuq 28 jum, bħala CO2 evolut jew O2 ikkunsmat. Ir-rekwiżit tal-perjodu ta’ 10 ijiem imsemmi fil-linji gwida tat-test T1 u T2 ma għandux għalfejn jiġi ssodisfat.

    1.2.   Grupp 2. Metodi ta’ ttestjar tal-iskrinjar modifikati u mtejba u kriterji ta’ suċċess biex tintwera bijodegradabilità ‘ready’

    1.2.1.

    Metodi ta’ ttestjar permessi fil-grupp 2:

    T1.

    ‘Bijodegradabilità “Ready”’ (OECD TG 301 B, C, D, F);

    T2.

    ‘Bijodegradabilità “Ready”’ — CO2 f’reċipjenti ssiġillati (Test bl-ispazju vojt fuqani)’ (OECD TG 310);

    T3.

    ‘Bijodegradabilità fl-Ilma Baħar’ (OECD TG 306).

    1.2.2.

    Għall-metodi ta’ ttestjar tal-grupp 2, id-durata tat-test tista’ tiġi estiża sa 60 jum u jistgħu jintużaw reċipjenti tat-test akbar.

    1.2.3.

    Kriterji ta’ suċċess: 60 % ta’ mineralizzazzjoni mkejla, aktar minn 60 jum, bħala O2 ikkonsmat (permessi għat-testijiet T1 u T2 biss) jew CO2 evolut. Ir-rekwiżit tal-perjodu ta’ 10 ijiem imsemmi fil-linji gwida tat-test T1 u T2 ma għandux għalfejn jiġi ssodisfat.

    1.3.   Grupp 3. Metodu ta’ ttestjar ta’ skrinjar u kriterji ta’ suċċess biex tintwera d-degradazzjoni inerenti

    1.3.1.

    Metodu ta’ ttestjar permess fil-grupp 3:

    T4.

    ‘Bijodegradabilità Inerenti: test (II) tal-MITI mmodifikat’ (OECD 302C).

    1.3.2.

    L-adattament minn qabel tal-inokulu msemmi fil-linja gwida tat-test T4 ma għandux ikun permess.

    1.3.3.

    Kriterji ta’ suċċess: ≥ 70 % ta’ mineralizzazzjoni mkejla bħala O2 ikkonsmat jew CO2 evolut fi żmien 14-il jum.

    1.4.   Grupp 4. Metodi ta’ ttestjar ta’ skrinjar u kriterji ta’ suċċess biex tintwera d-degradazzjoni relattiva għal materjal ta’ referenza

    1.4.1.

    Metodi ta’ ttestjar permessi fil-grupp 4:

    T5.

    ‘Determination of the ultimate aerobic biodegradability of plastic materials in an aqueous medium — Method by analysis of evolved carbon dioxide (Determinazzjoni tal-bijodegradabilità aerobika finali tal-materjal tal-plastik f’soluzzjoni milwiema — Metodu bl-analiżi tad-diossidu tal-karbonju evolut).’ (EN ISO 14852:2021);

    T6.

    ‘Determination of the ultimate aerobic biodegradability of plastic materials in an aqueous medium — Method by measuring the oxygen demand in a closed respirometer (Determinazzjoni tal-bijodegradabilità aerobika finali tal-materjal tal-plastik f’soluzzjoni milwiema — Metodu bil-kejl tad-domanda ta’ ossiġenu f’respirometru magħluq).’ (EN ISO 14851:2019);

    T7.

    ‘Plastics — Determination of aerobic biodegradation of non-floating plastic materials in seawater/sediment interface — Method by analysis of evolved carbon dioxide (Plastiks — Determinazzjoni tal-bijodegradabilità aerobika tal-materjal tal-plastik li ma jżommx fil-wiċċ f’interfaċċa ta’ ilma tal-baħar/sediment — Metodu bl-analiżi tad-diossidu tal-karbonju evolut)’ (EN ISO 19679:2020);

    T8.

    ‘Plastics — Determination of aerobic biodegradation of non-floating plastic materials in seawater/sandy sediment interface — Method by measuring the oxygen demand in closed respirometer (Plastiks — Determinazzjoni tal-bijodegradabilità aerobika tal-materjal tal-plastik li ma jżommx fil-wiċċ f’interfaċċa ta’ ilma tal-baħar/sediment tar-ramel — Metodu bil-kejl tad-domanda ta’ ossiġenu f’respirometru magħluq)’ (EN ISO 18830:2016);

    T9.

    ‘Plastics — Determination of the ultimate aerobic biodegradability of plastic materials in soil by measuring the oxygen demand in a respirometer or the amount of carbon dioxide evolved (Plastiks — Determinazzjoni tal-bijodegradabilità aerobika finali tal-materjal tal-plastik fil-ħamrija bil-kejl tad-domanda ta’ ossiġenu f’respirometru jew tal-ammont tad-diossidu tal-karbonju evolut)’ (EN ISO 17556:2019);

    T10.

    ‘Plastics — Determination of the aerobic biodegradation of non-floating materials exposed to marine sediment — Method by analysis of evolved carbon dioxide (Plastiks — Determinazzjoni tal-bijodegradabilità aerobika tal-materjal li ma jżommx fil-wiċċ espost għal sediment tal-baħar — Metodu bl-analiżi tad-diossidu tal-karbonju evolut)’ (ISO 22404:2019).

    1.4.2.

    L-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fl-ISO 22403:2020 ‘Plastics — Assessment of the intrinsic biodegradability of materials exposed to marine inocula under mesophilic aerobic laboratory conditions — Test methods and requirements (Plastiks — Valutazzjoni tal-bijodegradabilità intrinsika tal-materjal espost għal inokuli tal-baħar f’kundizzjonijiet mesofiliċi aerobiċi tal-laboratorju — Metodi tat-test u rekwiżiti)’ għandhom jitqiesu meta jiġu applikati T7 u T8.

    1.4.3.

    Għall-metodi ta’ ttestjar tal-grupp 4, l-adattament minn qabel tal-inokulu ma għandux ikun permess. Ir-riżultat għandu jiġi rrapportat bħala l-livell massimu ta’ degradazzjoni ddeterminat mill-fażi ta’ livell kostanti tal-kurva ta’ degradazzjoni, jew bħala l-ogħla valur jekk il-livell kostanti ma jkunx intlaħaq. Il-forma, id-daqs u l-erja tas-superfiċje tal-materjal ta’ referenza għandhom ikunu komparabbli ma’ dawk tal-materjal tat-test. Il-materjali li ġejjin jistgħu jintużaw bħala materjali ta’ referenza:

    kontrolli pożittivi: materjali bijodegradabbli bħal trab taċ-ċelluloża mikrokristallina, filtri taċ-ċelluloża mingħajr irmied jew poly-β-hydroxybutyrate.

    kontrolli negattivi: polimeri mhux bijodegradabbli bħall-politilin jew il-polistiren.

    1.4.4.

    Kriterji ta’ suċċess: degradazzjoni aħħarija ta’ ≥ 90 % fir-rigward tad-degradazzjoni tal-materjal ta’ referenza fi ħdan:

    6 xhur f’testijiet akkwatiċi, jew,

    24 xahar fit-testijiet tal-ħamrija, tas-sediment jew tal-interfaċċa ilma/sediment.

    1.5.   Grupp 5. Metodi ta’ ttestjar ta’ simulazzjoni u kriterji ta’ suċċess biex tintwera d-degradazzjoni f’kundizzjonijiet ambjentali rilevanti

    1.5.1.

    Metodi ta’ ttestjar permessi fil-grupp 5:

    T11.

    ‘Aerobic and Anaerobic Transformation in Soil’ (OECD TG 307)

    T12.

    ‘Aerobic and Anaerobic Transformation in Aquatic Sediment Systems’ (OECD TG 308)

    T13.

    ‘Aerobic Mineralisation in Surface Water — Simulation Biodegradation Test’ (OECD TG 309)

    1.5.2.

    It-temperaturi meħtieġa tat-test għandhom ikunu ta’ 12 °C għall-ilma ħelu/estwarju, għas-sediment tal-ilma ħelu/estwarju u għall-ħamrija, u ta’ 9 °C għall-ilma baħar u għas-sediment tal-baħar minħabba li dawn huma t-temperaturi medji għal dawk il-kompartimenti fl-Unjoni.

    1.5.3.

    Kriterji ta’ suċċess:

    in-nofs ħajja tad-degradazzjoni fl-ilma baħar, fl-ilma ħelu jew fl-ilma estwarju hija inqas minn 60 jum;

    in-nofs ħajja tad-degradazzjoni fl-ilma baħar, l-ilma ħelu jew l-ilma estwarju hija inqas minn 180 jum;

    in-nofs ħajja tad-degradazzjoni fil-ħamrija hija inqas minn 180 jum.

    2.   Rekwiżiti speċifiċi għad-dimostrazzjoni tad-degradabilità tal-polimeri fil-prodotti għall-applikazzjonijiet agrikoli u ortikulturali

    2.1.   Prodotti fertilizzanti li fihom polimeri li huma aġenti tal-kisi jew li jżidu l-kapaċità taż-żamma tal-ilma jew il-kapaċità ta’ tixrib tal-prodott

    Id-degradabilità tal-polimeri li huma aġenti tal-kisi jew iżidu l-kapaċità taż-żamma tal-ilma jew il-kapaċità ta’ tixrib fil-prodotti fertilizzanti, kif iddefiniti tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2019/1009, li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament għandhom jintwerew f’konformità mal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 42(6) ta’ dak ir-Regolament. Fil-każ tan-nuqqas ta’ tali atti delegati, tali polimeri ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq fi prodotti fertilizzanti li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1009 wara s-17 ta’ Ottubru 2028.

    2.2.   Prodotti agrikoli u ortikulturali minbarra l-prodotti fertilizzanti msemmija fil-paragrafu 2.1

    Meta jintużaw metodi ta’ ttestjar tal-grupp 4 jew tal-grupp 5, id-degradabilità tal-polimeri fi prodotti għal applikazzjonijiet agrikoli jew ortikulturali minbarra l-prodotti fertilizzanti msemmija fil-punt 2.1 għandha tintwera f’mill-inqas żewġ kompartimenti ambjentali magħżula kif ġej:

    Kompartiment 1: ilma ħelu, estwarju jew tal-baħar;

    Kompartiment 2: ħamrija.

    Biex jitqies degradabbli għall-ambitu tal-annotazzjoni 78, polimeru fi prodott għal applikazzjonijiet agrikoli jew ortikulturali minbarra prodott fertilizzanti msemmi fil-punt 2.1 għandu jikseb degradazzjoni ta’ 90 % f’:

    (a)

    ħamrija fi żmien 48 xahar wara t-tmiem ta’ dak il-perjodu ta’ funzjonalità tal-prodott; il-perjodu ta’ funzjonalità huwa ż-żmien wara l-applikazzjoni tal-prodott li matulu l-prodott jeżerċita l-funzjoni tiegħu.

    (b)

    ilma fi żmien:

    (i)

    12-il xahar flimkien mal-perjodu ta’ funzjonalità tal-prodott, fejn jintużaw metodi ta’ ttestjar tal-grupp 4; jew

    (ii)

    16-il xahar flimkien mal-perjodu ta’ funzjonalità tal-prodott, fejn jintużaw metodi ta’ ttestjar tal-grupp 5.

    Għal dan il-għan, il-kriterji ta’ suċċess għall-metodi ta’ ttestjar tal-gruppi 4 u 5 għandhom jiġu mmodifikati biex jindikaw il-perċentwal ta’ degradazzjoni (għall-grupp 4) jew in-nofs ħajja (għall-grupp 5) li jeħtieġ li tiġi osservata fi tmiem id-durata standard tat-test sabiex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu preċedenti.

    Il-kriterji ta’ suċċess modifikati tal-metodi ta’ ttestjar tal-gruppi 4 u 5 huma stabbiliti fit-Tabelli A u B, rispettivament.

    Tabella A

    Il-kriterji ta’ suċċess ta’ grupp 4 għall-polimeri fi prodotti għal applikazzjonijiet agrikoli jew ortikulturali, elenkati skont it-tul tal-perjodu ta’ funzjonalità (FP) u t-tip ta’ test

    Metodu ta’ ttestjar

    Kriterju vvalutat

    Kriterju ta’ suċċess (FP = 0)

    Kriterju ta’ suċċess (FP ta’ xahar)

    Kriterju ta’ suċċess (FP ta’ xahrejn)

    Kriterju ta’ suċċess (FP ta’ 3 xhur)

    Kriterju ta’ suċċess (FP ta’ 6 xhur)

    Kriterju ta’ suċċess (FP ta’ 9 xhur)

    T9 (ħamrija)

    Degradazzjoni fil-mira wara 24 xahar

    ≥ 68,4  %

    ≥ 67,6  %

    ≥ 66,9  %

    ≥ 66,2  %

    ≥ 64,1  %

    ≥ 62,1  %

    T5 u T6

    (ilma tal-wiċċ)

    Degradazzjoni fil-mira wara 6 xhur

    ≥ 68,4  %

    ≥ 65,4  %

    ≥ 62,7  %

    ≥ 60,2  %

    ≥ 53,6  %

    ≥ 48,2  %


    Tabella B

    Il-kriterji ta’ suċċess ta’ Grupp 5 għall-polimeri fi prodotti għal applikazzjonijiet agrikoli jew ortikulturali, elenkati skont id-durata tal-funzjonalità (FP) u t-tip ta’ test

    Metodu ta’ ttestjar

    Kriterju vvalutat

    Kriterju ta’ suċċess (FP = 0)

    Kriterju ta’ suċċess (FP ta’ xahar)

    Kriterju ta’ suċċess (FP ta’ xahrejn)

    Kriterju ta’ suċċess (FP ta’ 3 xhur)

    Kriterju ta’ suċċess (FP ta’ 6 xhur)

    Kriterju ta’ suċċess (FP ta’ 9 xhur)

    T11 (ħamrija, 48 xahar + FP)

    Nofs ħajja tad-degradazzjoni (DegT50)

    DegT50

    ≤ 440 jum

    DegT50

    ≤ 449 jum

    DegT50

    ≤ 458 jum

    DegT50

    ≤ 467 jum

    DegT50

    ≤ 495 jum

    DegT50

    ≤ 522 jum

    T13 (ilma tal-wiċċ, 16-il xahar + FP)

    Nofs ħajja tad-degradazzjoni (DegT50)

    DegT50

    ≤ 147 jum

    DegT50

    ≤ 156 jum

    DegT50

    ≤ 165 jum

    DegT50

    ≤ 174 jum

    DegT50

    ≤ 202 jum

    DegT50

    ≤ 229 jum

    Għall-perjodi ta’ funzjonalità mhux koperti fit-Tabelli A jew B, il-kriterji ta’ suċċess għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-formuli ta’ tnaqqis esponenzjali indikati hawn taħt.

    Grupp 4, T9 (ħamrija):

    Id-degradazzjoni fil-mira ta’ aktar minn 24 xahar (TD24 m) għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

    TD24 m = 1 - exp(-λ × c × 24)

    Grupp 4, T5 u T6 (ilma tal-wiċċ):

    Id-degradazzjoni fil-mira ta’ aktar minn 6 xahar (TD6 m) għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

    TD6 m = 1 - exp(-λ × c × 6)

    Grupp 5, T11 (ħamrija) u T13 (ilma tal-wiċċ):

    In-nofs ħajja tad-degradazzjoni (DegT50) osservata fi tmiem id-durata tat-test tal-grupp 5 għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

    DegT50 = ln(2)/λ

    fejn:

    c huwa n-numru medju ta’ jiem fix-xahar, ikkalkolat bħala:

    c = 365,25/12

    λ hija r-rata ta’ degradazzjoni, ikkalkolata bħala:

    għal T9 u T11:

    λΤ9/T11 = ln(0,1)/-t90,T9/T11

    għal T5 u T6:

    λΤ5/T6 = ln(0,1)/-t90,T5/T6

    għal T13:

    λΤ13 = ln(0,1)/-t90,T13

    t90 hija d-degradazzjoni ta’ ħin sa 90 %, ikkalkolata bħala:

    għal T9 u T11:

    t90,T9/T11 = c × (48 + FP)

    għal T5 u T6:

    t90,T5/T6 = c × (12 + FP)

    għal T13:

    t90,T13 = c × (16 + FP)

    L-FP huwa l-perjodu ta’ funzjonalità, espress f’xhur.

    3.   Rekwiżiti speċifiċi għall-materjal tat-test li għandu jintuża fit-testijiet ta’ degradazzjoni

    It-test għandu jsir fuq materjal tat-test li jikkonsisti f’polimeru jew f’polimeri li jkunu fi jew li jifformaw kisi kontinwu fuq partikoli (‘partikoli tal-polimeru’) komparabbli f’termini ta’ kompożizzjoni, forma, daqs u erja tas-superfiċje għall-partikoli tal-polimeru preżenti fil-prodott jew, jekk mhux teknikament fattibbli, għall-partikoli tal-polimeru li jintremew jew li jiġu rilaxxati fl-ambjent.

    B’deroga mill-ewwel paragrafu, il-polimeri użati għall-inkapsulament jistgħu jiġu ttestjati fi kwalunkwe waħda mill-forom li ġejjin:

    fil-forma mqiegħda fis-suq;

    fil-forma ta’ kisi iżolat;

    fil-forma mqiegħda fis-suq fejn il-qalba organika tal-materjal tiġi sostitwita b’materjal inerti bħall-ħġieġ.

    Il-materjal tat-test għandu jkun ta’ ħxuna komparabbli għall-kisi tal-polimeru solidu tal-partikola mqiegħda fis-suq. Meta d-degradazzjoni tiġi vvalutata fir-rigward ta’ materjal ta’ referenza, kif imsemmi fil-punt 1.4.3., il-forma, id-daqs u l-erja tal-superfiċje tal-materjal ta’ referenza għandhom ikunu komparabbli ma’ dawk tal-materjal tat-test.

    Fejn il-materjal tat-test ikun fih aktar minn polimeru wieħed u jintużaw il-metodi ta’ ttestjar mill-gruppi 1, 2 jew 3 biex tingħata prova tad-degradazzjoni, id-degradazzjoni ta’ kull waħda mill-polimeri għandha tintwera bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

    ittestjar separat tad-degradazzjoni tal-materjal tat-test u ta’ kull polimeru fil-materjal tat-test bl-użu tal-metodi tat-test permessi u l-kriterji ta’ suċċess stabbiliti f’dan l-Appendiċi,

    ittestjar tad-degradazzjoni tal-materjal tat-test bl-użu tal-metodi tat-test permessi u l-kriterji ta’ suċċess stabbiliti f’dan l-Appendiċi u, waqt l-ittestjar, jintwera, bi kwalunkwe mezz xieraq, li l-polimeri kollha fil-materjal tat-test jikkontribwixxu għad-degradazzjoni osservata waqt l-ittestjar u li kull polimeru jissodisfa l-kriterji ta’ suċċess fil-metodu ta’ ttestjar permess rilevanti stabbilit f’dan l-Appendiċi.

    Meta l-materjal tat-test ikun magħmul minn polimeru wieħed iżda jkun fih sustanzi organiċi mhux polimeriċi oħrajn f’konċentrazzjoni ogħla minn 10 % skont il-piż tal-materjal tat-test, u jintużaw metodi ta’ ttestjar mill-gruppi 1, 2 jew 3 biex tingħata prova tad-degradazzjoni, għandhom tapplika kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

    the degradation of the test material and of the polymer in the test material shall be tested separately using the permitted test methods and pass criteria set out in this Appendix;

    id-degradazzjoni tal-materjal għandha tiġi ttestjata bl-użu tal-metodi tat-test permessi u l-kriterji ta’ suċċess stabbiliti f’dan l-Appendiċi u, waqt l-ittestjar, għandu jintwera, bi kwalunkwe mezz xieraq, li l-polimeri kollha fil-materjal tat-test jikkontribwixxu għad-degradazzjoni osservata waqt l-ittestjar u li kull polimeru jissodisfa l-kriterji ta’ suċċess fil-metodu ta’ ttestjar permess rilevanti stabbilit f’dan l-Appendiċi.

    Appendiċi 16

    Annotazzjoni 78 — Regoli dwar il-prova tas-solubbilità:

    Dan l-appendiċi jistabbilixxi l-metodi ta’ ttestjar permessi u l-kundizzjonijiet tat-test biex tingħata prova li polimeru huwa solubbli għall-finijiet tal-annotazzjoni 78. It-testijiet għandhom jitwettqu minn laboratorji li jikkonformaw mal-prinċipji ta’ prattika tajba tal-laboratorju previsti fid-Direttiva 2004/10/KE jew standards internazzjonali oħrajn rikonoxxuti bħala ekwivalenti mill-Kummissjoni jew mill-Aġenzija jew akkreditati għall-ISO 17025.

    Metodi ta’ ttestjar permessi:

    1.

    Il-Linja Gwida 120 tal-OECD

    2.

    Il-Linja Gwida 105 tal-OECD

    It-test għandu jsir fuq materjal tat-test li jikkonsisti f’polimeru jew f’polimeri li jkunu fi jew li jifformaw kisi kontinwu fuq partikoli (‘partikoli tal-polimeru’) komparabbli f’termini ta’ kompożizzjoni, forma, daqs u erja tas-superfiċje għall-partikoli tal-polimeru preżenti fil-prodott jew, jekk mhux teknikament fattibbli, għall-partikoli tal-polimeru li jintremew jew li jiġu rilaxxati fl-ambjent.

    B’deroga mit-tielet paragrafu, għall-partikoli tal-polimeru li għandhom id-dimensjonijiet kollha akbar minn 0,25 mm jew li għandhom proporzjon ta’ tul/dijametru akbar minn 3 u li huma itwal minn 0,25 mm, id-daqs tal-partikoli tal-polimeru li għandhom jiġu ttestjati għandu jitnaqqas f’konformità mal-linja gwida 120 tal-OECD, sabiex mill-inqas dimensjoni waħda tal-partikoli tal-polimeru jew, għall-partikoli tal-polimeru li għandhom proporzjon ta’ tul/dijametru akbar minn 3 tat-tul tal-partikola tal-polimeru, tkun bejn 0,125 mm u 0,25 mm. Għall-partikoli tal-polimeru li fihom sustanzi inorganiċi flimkien ma’ polimeru jew polimeri, bħal partikoli tal-polimeru f’forma ta’ sustanzi inorganiċi jew partikoli tal-polimeru fejn polimeru jitlaqqam fuq trasportatur inorganiku, għandu jkun biżżejjed li jintwera li l-polimeru jissodisfa l-kriterju ta’ suċċess. Għal dan il-għan, huwa permess li tiġi ttestjata s-solubbilità tal-polimeru jew tal-polimeri qabel il-formazzjoni tal-partikoli tal-polimeru.

    Il-kundizzjonijiet għat-test tas-solubbilità għandhom ikunu dawn li ġejjin:

    Temperatura 20 0C

    pH 7

    Tagħbija: 10 g/1 000 mL

    Ħin tat-test: 24 siegħa

    Kriterju ta’ suċċess: solubbilità ta’ > 2 g/L.



    Top