This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R1496
Council Implementing Regulation (EU) 2023/1496 of 20 July 2023 implementing Regulation (EU) No 269/2014 concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1496 tal-20 ta’ Lulju 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1496 tal-20 ta’ Lulju 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ĠU L 183I, 20.7.2023, p. 15–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014R0269 | Żieda | anness I Test | 20/07/2023 |
20.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
LI 183/15 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/1496
tal-20 ta’ Lulju 2023
li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(2) |
L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna. |
(3) |
Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2023, il-Kunsill Ewropew tenna l-kundanna qawwija tiegħu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, li tikkostitwixxi ksur ċar tal-Karta tan-NU. Il-Kunsill Ewropew tenna wkoll li l-Unjoni tibqa’ impenjata li żżomm u żżid il-pressjoni kollettiva fuq ir-Russja, inkluż permezz ta’ aktar miżuri restrittivi possibbli. |
(4) |
L-Iran jipprovdi appoġġ militari għall-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata u mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li ħames individwi involuti fl-iżvilupp u l-kunsinna ta’ Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord lir-Russja jenħtieġ li jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014. |
(5) |
Għalhekk l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
ANNESS
Il-persuni li ġejjin jinżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 269/2014:
“Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
1573. |
Hamid Reza SHARIFI TEHRANI حمید رضا شریفی تهرانی magħruf ukoll bħala Hamidreza SHARIFI TEHRANI |
Funzjoni: Membru tal-Bord tad-Diretturi ta’ Qods Aviation Industries Data tat-twelid: 6.7.1974 Post tat-Twelid: Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel |
Hamid Reza Sharifi Tehrani huwa membru primarju tal-Bord tad-Diretturi ta’ Qods Aviation Industries (QAI), entità li qed tbigħ droni Mohajer-6 lir-Russja sabiex jintużaw fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Fil-kariga tiegħu, huwa b’hekk responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
20.7.2023 |
1574. |
Ali Reza TANGSIRI علیرضا تنگسیری |
Funzjoni: Kmandant tal-Flotta Navali tal-IRGC u president tal-Bord tad-Diretturi u membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company Data tat-twelid: 27.8.1963 Post tat-Twelid: Arvandkenar, Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel |
Ali Reza Tangsiri huwa l-kmandant tal-Flotta Navali tal-IRGC u president tal-Bord tad-Diretturi u membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company, li pproduċiet Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) għall-Forza Ajruspazjali (IRGC AF) tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u ttestjat UAVs għall-Flotta Navali tal-IRGC. B’mod partikolari, Paravar Pars Company kienet involuta fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-UAVs Shahed-171 Iranjani żviluppati mill-Forza Ajruspazjali tal-IRGC. L-UAVs Shahed-171 prodotti fl-Iran jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Fil-kariga tiegħu, huwa b’hekk responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
20.7.2023 |
1575. |
Mohsen ASADI محسن اسدی |
Funzjoni: Membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company Data tat-twelid: 16.9.1971 Post tat-Twelid: Kerman, Iran Sess: raġel |
Mohsen Asadi huwa membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company, li pproduċiet Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) għall-Forza Ajruspazjali (IRGC AF) tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u ttestjat UAVs għall-Flotta Navali tal-IRGC. B’mod partikolari, Paravar Pars Company kienet involuta fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-UAVs Shahed-171 Iranjani żviluppati mill-Forza Ajruspazjali tal-IRGC. L-UAVs Shahed-171 prodotti fl-Iran jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Fil-kariga tiegħu, huwa b’hekk responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
20.7.2023 |
1576. |
Mohammad Reza MOHAMMADI محمد رضا محمدی |
Funzjoni: Membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company Data tat-twelid: 16.4.1971 Post tat-Twelid: Tehran, Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel |
Mohammad Reza Mohammadi huwa membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company, li pproduċiet Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) għall-Forza Ajruspazjali (IRGC AF) tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u ttestjat UAVs għall-Flotta Navali tal-IRGC. B’mod partikolari, Paravar Pars Company kienet involuta fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-UAVs Shahed-171 Iranjani żviluppati mill-Forza Ajruspazjali tal-IRGC. L-UAVs Shahed-171 prodotti fl-Iran jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Fil-kariga tiegħu, huwa b’hekk responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
20.7.2023 |
1577. |
Mohammad Sadegh Heidari MOUSA محمد صادق حیدری موسی |
Funzjoni: Membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company Data tat-twelid: 24.9.1977 Post tat-Twelid: Shahrebabak, Iran Nazzjonalità: Iranjana Sess: raġel |
Mohammad Sadegh Heidari Mousa huwa membru tal-Bord ta’ Paravar Pars Company, li pproduċiet Vetturi tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord (UAVs) għall-Forza Ajruspazjali (IRGC AF) tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) u ttestjat UAVs għall-Flotta Navali tal-IRGC. B’mod partikolari, Paravar Pars Company kienet involuta fir-riċerka, l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-UAVs Shahed-171 Iranjani żviluppati mill-Forza Ajruspazjali tal-IRGC. L-UAVs Shahed-171 prodotti fl-Iran jintużaw mill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Fil-kariga tiegħu, huwa b’hekk responsabbli għal azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
20.7.2023” |