This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R1482
Commission Regulation (EU) 2023/1482 of 13 July 2023 establishing a fisheries closure for other species in Norwegian waters of 1 and 2 for vessels flying the flag of a Member State of the European Union
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1482 tat-13 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għal speċijiet oħra fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/1482 tat-13 ta’ Lulju 2023 li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għal speċijiet oħra fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
C/2023/4729
ĠU L 182, 19.7.2023, p. 94–96
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2023
19.7.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/94 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1482
tat-13 ta’ Lulju 2023
li jistabbilixxi l-għeluq tas-sajd għal speċijiet oħra fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2023. |
(2) |
Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk ta’ speċijiet oħra fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2023. |
(3) |
Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Eżawriment tal-kwota
Il-kwota tas-sajd allokata għall-2023 lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-istokk ta’ speċijiet oħra fl-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 imsemmija fl-Anness għandha titqies eżawrita mid-data stabbilita f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Projbizzjonijiet
L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1 mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fih, għandhom jiġu pprojbiti mid-data stabbilita fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li jinżamm abbord il-ħut ta’ dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi rrilokat, trażbordat jew li jinħatt l-art.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President
Virginijus SINKEVIČIUS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond (ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1).
ANNESS
Nru |
04/TQ194 |
Stat Membru |
L-Unjoni Ewropea (l-Istati Membri kollha) |
Stokk |
OTH/1N2AB. |
Speċi |
Speċijiet oħra |
Żona |
L-ilmijiet Norveġiżi taż-żoni 1 u 2 |
Data tal-għeluq |
Is-26 ta’ Ġunju 2023 |