This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R1111
Commission Implementing Regulation (EU) 2023/1111 of 6 June 2023 amending Regulation (EC) No 474/2006 as regards the list of air carriers banned from operating or subject to operational restrictions within the Union (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1111 tas-6 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1111 tas-6 ta’ Ġunju 2023 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2023/3766
ĠU L 147, 7.6.2023, p. 142–155
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32006R0474 | Sostituzzjoni | anness A | 08/06/2023 | |
Modifies | 32006R0474 | Sostituzzjoni | anness B | 08/06/2023 |
7.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 147/142 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1111
tas-6 ta’ Ġunju 2023
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tat-trasportatur tal-ajru li jopera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) jistabbilixxi l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni. |
(2) |
Ċerti Stati Membri u l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) għaddew lill-Kummissjoni informazzjoni li hija rilevanti għall-aġġornament ta’ dik il-lista, skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali wkoll ipprovdew informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ li dik il-lista tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta. |
(3) |
Il-Kummissjoni infurmat lit-trasportaturi tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi ta’ deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jew li timmodifika l-kundizzjonijiet ta’ projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq trasportatur tal-ajru li jkun inkluż fil-lista stabbilita fl-Annessi A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(4) |
Il-Kummissjoni tat l-opportunità lit-trasportaturi tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumentazzjoni rilevanti kollha, jissottomettu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE”). |
(5) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-konsultazzjonijiet li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/660 (3), mal-awtoritajiet kompetenti u mat-trasportaturi tal-ajru tal-Armenja, tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, tal-Iraq u tal-Kirgistan. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar is-sitwazzjoni tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Arġentina, fil-Kongo (Brazzaville), fl-Eġittu, fil-Każakistan, fil-Kenja, fil-Madagascar, fil-Moldova, fin-Nepal, fil-Pakistan u fis-Sudan t’Isfel. |
(6) |
L-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-valutazzjonijiet tekniċi mwettqa għall-evalwazzjoni inizjali u l-monitoraġġ kontinwu tal-awtorizzazzjonijiet minn operaturi ta’ pajjiżi terzi (“TCO”), maħruġa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (4). |
(7) |
L-Aġenzija infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fil-kuntest tal-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”), f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5). |
(8) |
Barra minn hekk, l-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-proġetti ta’ assistenza teknika li saru fil-pajjiżi terzi milqutin minn projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 474/2006. Barra minn hekk, l-Aġenzija pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal iktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva u teknika potenzjali tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-pajjiżi terzi, bl-għan li dawn jiġu megħjuna jiżguraw il-konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili applikabbli. L-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal tali talbiet fuq bażi bilaterali, b’koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Aġenzija. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni saħqet mill-ġdid fuq is-siwi tal-għoti ta’ informazzjoni lill-komunità internazzjonali tal-avjazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-għodda ta’ Sħubija tal-Assistenza għall-Implimentazzjoni tas-Sikurezza fl-Avjazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”), dwar l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi pprovduta mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni mad-dinja kollha. |
(9) |
Il-Eurocontrol ipprovdiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE b’aġġornament dwar l-istatus tal-funzjonijiet ta’ allarm tas-SAFA u tat-TCO, inkluż l-istatistika dwar il-messaġġi ta’ allert għat-trasportaturi tal-ajru pprojbiti. |
Trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni
(10) |
Wara l-analiżi mill-Aġenzija tal-informazzjoni li ħarġet mill-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq l-inġenji tal-ajru tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni, kif ukoll mill-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni li twettqu mill-Aġenzija, u kkomplementata bl-informazzjoni li rriżultat minn spezzjonijiet u awditi speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri u l-Aġenzija, fir-rwol ta’ awtoritajiet kompetenti, ħadu ċerti miżuri korrettivi u ta’ infurzar u infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar dawk il-miżuri. |
(11) |
L-Istati Membri u l-Aġenzija, fir-rwol ta’ awtoritajiet kompetenti, saħqu mill-ġdid li lesti jaġixxu kif meħtieġ f’każ li informazzjoni pertinenti dwar is-sikurezza tkun tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità min-naħa tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni ma’ standards tas-sikurezza rilevanti. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Armenja
(12) |
F’Ġunju 2020, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/736 (6). |
(13) |
Bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu, il-Kummissjoni identifikat li, f’Diċembru 2022, it-trasportatur tal-ajru l-ġdid Armenian Airlines ġie ċċertifikat mill-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Armenja (“CAC”). Peress li s-CAC ma pprovdiex lill-Kummissjoni bl-evidenza biex juri li għandu kapaċità suffiċjenti biex jimplimenta u jinforza l-istandards tas-sikurezza rilevanti, il-ħruġ ta’ ċertifikat tal-operatur tal-ajru (“AOC”) lil dan it-trasportatur tal-ajru ġdid ma jiggarantix konformità suffiċjenti mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti. |
(14) |
F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li, fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Armenja, il-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex it-trasportatur tal-ajru Armenian Airlines jiġi inkluż fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(15) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Trasportaturi tal-ajru mir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
(16) |
F’Marzu 2006, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo ġew inklużi fir-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(17) |
Fuq talba tal-Autorité de l’Aviation Civile tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (“AAC/RDC”), saret laqgħa teknika fid-19 ta’ April 2023. Matul dik il-laqgħa teknika, l-AAC/RDC ipprovdiet preżentazzjoni komprensiva tal-organizzazzjoni u tal-funzjonijiet tagħha, u l-miżuri meħuda biex tittejjeb is-sorveljanza tas-sikurezza fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. L-AAC/RDC infurmat ukoll lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati preliminari taż-żjara tal-Programm Universali ta’ Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (“USOAP”) tal-ICAO li saret f’Settembru 2022 u fi Frar 2023. |
(18) |
Il-laqgħa wriet li l-AAC/RDC għad trid tipprovdi lill-Kummissjoni b’aktar kjarifiki u evidenza dwar ċerti azzjonijiet u miżuri meħuda, b’mod partikolari fir-rigward taċ-ċertifikazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru u tat-tiġdid tal-validità tal-AOCs. |
(19) |
Matul dik il-laqgħa teknika, l-AAC/RDC infurmat lill-Kummissjoni li t-trasportaturi tal-ajru AB BUSINESS, AIR KASAI, GOMA EXPRESS u TRACEP CONGO AVIATION ġew iċċertifikati mill-aħħar aġġornament li pprovdiet lill-Kummissjoni fis-6 u t-13 ta’ Mejju 2020. |
(20) |
L-ICAO, permezz tal-Bullettin Elettroniku tagħha 2023/18 tal-1 ta’ Mejju 2023, innotifikat lill-Istati kontraenti tagħha bl-identifikazzjoni ta’ żewġ każijiet ta’ Tħassib Sinifikanti dwar is-Sikurezza (“SSC”) waqt l-awditu tagħha ta’ Frar 2023, li jappartjenu għaż-żona tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru b’rabta mal-proċeduri tat-titjir bl-istrumenti u mal-ispezzjonijiet tat-titjiriet għall-għajnuniet għan-navigazzjoni. |
(21) |
Abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-AAC/RDC u n-notifika ta’ żewġ SSCs mill-ICAO, il-Kummissjoni ġġustifikat riżervi dwar il-kapaċità tal-AAC/RDC li tiżgura li l-operazzjonijiet minn trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo jitwettqu f’konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza rilevanti. B’konsegwenza ta’ dan, se jsiru aktar laqgħat tekniċi biex jiġi mmonitorjat il-progress tal-kapaċità tal-AAC/RDC biex tiżgura li s-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni tagħha tikkonforma mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza. |
(22) |
Peress li l-AAC/RDC ma wrietx kapaċità suffiċjenti biex timplimenta u tinforza l-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, il-ħruġ ta’ AOC lit-trasportaturi tal-ajru AB BUSINESS, AIR KASAI, GOMA EXPRESS, u TRACEP CONGO AVIATION ma jiggarantix konformità suffiċjenti ma’ dawn l-istandards, u għalhekk dawn it-trasportaturi tal-ajru jenħtieġ li jiżdiedu fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(23) |
Fit-8 ta’ Mejju 2023, l-AAC/RDC ipprovdiet lill-Kummissjoni b’evidenza li t-trasportatur tal-ajru MWANT JET ma għadx għandu AOC validu. Għalhekk dan it-trasportatur tal-ajru jenħtieġ li jitneħħa mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(24) |
Skont il-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li l-lista Komunitarja tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex it-trasportatur tal-ajru MWANT JET jitneħħa mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 u t-trasportaturi tal-ajru AB BUSINESS, AIR KASAI, GOMA EXPRESS u TRACEP CONGO AVIATION jiġu miżjuda fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(25) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru kollha, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Iraq
(26) |
F’Diċembru 2015, it-trasportatur tal-ajru Iraqi Airways ġie inkluż fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 (7). |
(27) |
Bħala parti mill-konsultazzjonijiet li għaddejjin bħalissa dwar il-Lista tal-UE tas-Sikurezza tal-Ajru (“ASL”), il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Aġenzija u l-Istati Membri, organizzat għadd ta’ laqgħat tekniċi mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Iraq (“ICAA”) u mal-Iraqi Airways. Dawk id-diskussjonijiet iffukaw fuq l-isforzi mwettqa mill-ICAA fl-indirizzar tat-tħassib dwar is-sikurezza li kien ġie identifikat qabel mill-Kummissjoni u mill-esperti tal-Aġenzija, kif ukoll fir-rigward tas-sorveljanza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati tal-Iraq. |
(28) |
Fl-20 ta’ April 2023, bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tal-Kummissjoni, saret laqgħa teknika bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-Istati Membri u l-ICAA. Matul dik il-laqgħa, l-ICAA pprovdiet informazzjoni dwar diversi elementi ewlenin relatati mal-attivitajiet tagħhom ta’ sorveljanza tas-sikurezza, filwaqt li enfasizzat id-deċiżjoni tal-gvern Iraqi li jalloka riżorsi sostanzjali biex jappoġġa l-isforzi tal-ICAA biex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva tas-sikurezza fil-pajjiż, b’mod partikolari għat-taħriġ tal-ispetturi u faċilitajiet xierqa. |
(29) |
Fir-rigward tas-sorveljanza tas-sikurezza, l-ICAA ddivulgat li hemm sitt detenturi ta’ AOC, erba’ Organizzazzjonijiet ta’ Manutenzjoni Approvati u Organizzazzjoni waħda tat-Traffiku tal-Ajru bbażati fl-Iraq li għalihom hija responsabbli l-ICAA. |
(30) |
L-ICAA rrappurtat li kienet ġiet abbozzata Liġi tal-Avjazzjoni ġdida li tinsab għaddejja minn konsultazzjoni, u meta tgħaddi se twassal għal bidliet sinifikanti fir-regolamenti u proċeduri interni tal-ICAA. Barra minn hekk, l-ICAA bħalissa qed taħdem fuq l-aġġornament tal-Qafas On-Line tal-ICAO, sakemm issir ir-reviżjoni tal-ICAO tal-Pjan ta’ Azzjoni Korrettiva (“CAP”) propost mill-ICAA. |
(31) |
Matul dik il-laqgħa teknika, l-ICAA infurmat ukoll lill-Kummissjoni li l-Ispetturi tal-Operazzjonijiet ta’ Titjir (“FOI”) kienu ġestiti parzjalment permezz tad-deżinjazzjoni tal-bdoti tal-operaturi tal-ajru fuq bażi part-time. Barra minn hekk, huma ppreżentaw il-pjanijiet tagħhom biex jirreklutaw FOIs dedikati full-time. Deċiżjoni reċenti mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill tal-Ministri ppermettiet lill-ICAA tikkuntratta u tirrekluta esperti fl-oqsma tal-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru, tal-liċenzjar, tal-valutazzjoni medika, tal-ajrunavigabbiltà, tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u taċ-ċertifikazzjoni tal-ajrudromi. |
(32) |
Barra minn hekk, il-laqgħa teknika inkludiet skambju qasir dwar id-deċiżjoni riċenti li tiċħad id-domanda għal awtorizzazzjoni ta’ TCO li ttieħdet għal raġunijiet ta’ sikurezza. |
(33) |
Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isforzi li qed isiru mill-ICAA u l-fatt li l-ICAA hija impenjata li twettaq l-obbligi internazzjonali tagħha fir-rigward tas-sikurezza tal-avjazzjoni. Minkejja dawn l-iżviluppi, l-informazzjoni pprovduta sa issa teħtieġ aktar verifika permezz ta’ laqgħat tekniċi addizzjonali. |
(34) |
F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Iraq. |
(35) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Iraq mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(36) |
Meta kwalunkwe informazzjoni pertinenti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, jista’ jkun li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
Trasportaturi tal-ajru mill-Kirgiżistan
(37) |
F’Ottubru 2006, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kirgiżistan ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2006 (8). |
(38) |
Fit-12 ta’ Mejju 2023, bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tal-Kummissjoni, saret laqgħa teknika bejn il-Kummissjoni u r-rappreżentanti mill-Aġenzija tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Istat taħt il-patroċinju tal-Kabinett tal-Ministri tar-Repubblika tal-Kirgistan (“CAA KG”). |
(39) |
Matul dik il-laqgħa, is-CAA KG esprimiet l-impenn tagħha li tidħol fi djalogu dwar is-sikurezza mal-Kummissjoni bl-għan li eventwalment jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, u enfasizzat ir-rieda tagħha li torganizza laqgħat addizzjonali kif jitqies meħtieġ mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, is-CAA KG wiegħdet li taqsam kwalunkwe informazzjoni pertinenti dwar is-sikurezza mal-Kummissjoni bħala parti mill-konsultazzjonijiet uffiċjali li jinvolvu l-awtoritajiet regolatorji responsabbli għas-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kirgiżistan, inklużi r-riżultati miż-żjara tal-USOAP ippjanata għal Settembru 2023. |
(40) |
Barra minn hekk, is-CAA KG ipprovdiet ħarsa ġenerali komprensiva tal-istruttura organizzattiva tagħha u ddeskriviet il-pjanijiet tagħha għall-istabbiliment tal-entità l-ġdida li se tkun responsabbli għall-proċess tas-sorveljanza tas-sikurezza, u li tirraporta direttament lis-CAA KG. |
(41) |
Is-CAA KG semmiet l-istatus tal-implimentazzjoni tal-Programm tal-Istat għas-Sikurezza u enfasizzat l-emendi li saru fil-Kodiċi tal-Ajru tal-Kirgiżistan. Barra minn hekk, is-CAA KG spjegat li kienu qed jistinkaw b’mod attiv biex isiru istituzzjoni li tiffinanzja lilha nnifisha, li jippermettilhom iżidu r-riżorsi tagħhom u jallokaw fondi addizzjonali għat-taħriġ tal-ispetturi tagħhom. |
(42) |
Minkejja dawn l-iżviluppi pożittivi, bħalissa ma hemmx biżżejjed evidenza sostanzjata li s-CAA KG indirizzat b’mod effettiv it-tħassib kollu dwar is-sikurezza li wassal għall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2006. |
(43) |
Barra minn hekk, fis-16 ta’ Mejju 2023, is-CAA KG infurmat lill-Kummissjoni li l-AOCs tat-trasportaturi tal-ajru Air Manas u Valor Air kienu ġew revokati. Għalhekk dawn it-trasportaturi tal-ajru jenħtieġ li jitneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(44) |
Fl-istess ħin, is-CAA KG infurmat ukoll lill-Kummissjoni li t-trasportaturi tal-ajru l-ġodda Aero Nomad Airlines, CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES, Global 8 Airlines, Mac.KG Airlines, Aircompany Moalem Aviation, SAPSAN Airline, Sky Jet u TRANS CARAVAN KG kienu ġew iċċertifikati. Peress li s-CAA/KG ma wrietx kapaċità suffiċjenti biex timplimenta u tinforza l-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, il-ħruġ ta’ AOC lil dawn it-trasportaturi tal-ajru l-ġodda ma jiggarantix konformità suffiċjenti ma’ dawn l-istandards, u għalhekk dawn it-trasportaturi tal-ajru jenħtieġ li jiżdiedu fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006. |
(45) |
F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li, fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Kirgiżistan, il-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jenħtieġ li tiġi emendata biex it-trasportaturi tal-ajru Aero Nomad Airlines, CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES, Global 8 Airlines, Mac.KG Airlines, Aircompany Moalem Aviation, SAPSAN Airline, Sky Jet u TRANS CARAVAN KG jiġu inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, u biex Air Manas u Valor Air jitneħħew minn dak l-Anness. |
(46) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Kirgistan mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012. |
(47) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. |
(48) |
Minħabba l-implikazzjonijiet tas-sikurezza, l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jagħrfu l-bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet malajr u, meta jkun xieraq, b’urġenza. Għaldaqstant, huwa essenzjali li, sabiex jiġu mħarsa l-informazzjoni sensittiva kif ukoll il-pubbliku li jivvjaġġa, kwalunkwe deċiżjoni fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni tiġi ppubblikata u tidħol fis-seħħ minnufih wara l-adozzjoni tagħha. |
(49) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE stabbilit skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Anness A huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
(2) |
l-Anness B huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ġunju 2023.
Għall-Kummissjoni
F’isem il-President,
Adina VĂLEAN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/660 tat-2 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi regoli dettaljati għal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ operar fl-Unjoni msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 473/2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83 22.3.2023, p. 47).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/736 tat-2 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L 172, 3.6.2020, p. 7).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 tal-10 ta’ Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 328, 12.12.2015, p. 67).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1543/2006 tat-12 ta’ Ottubru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 filwaqt li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 910/2006 (ĠU L 283, 14.10.2006, p. 27).
ANNESS I
“Anness A
LISTA TA’ TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B’XI EĊĊEZZJONIJIET (1)
Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti) |
Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) jew Numru tal-Liċenzja Operattiva |
Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO |
Stat tal-Operatur |
AVIOR AIRLINES |
ROI-RNR-011 |
ROI |
Il-Venezwela |
BLUE WING AIRLINES |
SRBWA-01/2002 |
BWI |
Is-Suriname |
IRAN ASEMAN AIRLINES |
FS-102 |
IRC |
L-Iran |
IRAQI AIRWAYS |
001 |
IAW |
L-Iraq |
AIR ZIMBABWE (PVT) |
177/04 |
AZW |
Iż-Żimbabwe |
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
L-Afganistan |
ARIANA AFGHAN AIRLINES |
AOC 009 |
AFG |
L-Afganistan |
KAM AIR |
AOC 001 |
KMF |
L-Afganistan |
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines u Heli Malongo, inkluż |
|
|
L-Angola |
AEROJET |
AO-008/11-07/17 TEJ |
TEJ |
L-Angola |
GUICANGO |
AO-009/11-06/17 YYY |
Mhux magħruf |
L-Angola |
AIR JET |
AO-006/11-08/18 MBC |
MBC |
L-Angola |
BESTFLYA AIRCRAFT MANAGEMENT |
AO-015/15-06/17YYY |
Mhux magħruf |
L-Angola |
HELIANG |
007/11-08/18 YYY |
Mhux magħruf |
L-Angola |
SJL |
AO-014/13-08/18YYY |
Mhux magħruf |
L-Angola |
SONAIR |
AO-002/11-08/17 SOR |
SOR |
L-Angola |
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Armenja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
L-Armenja |
AIRCOMPANY ARMENIA |
AM AOC 065 |
NGT |
L-Armenja |
ARMENIAN AIRLINES |
AM AOC 076 |
AAG |
L-Armenja |
ARMENIA AIRWAYS |
AM AOC 063 |
AMW |
L-Armenja |
ARMENIAN HELICOPTERS |
AM AOC 067 |
KAV |
L-Armenja |
FLY ARNA |
AM AOC 075 |
ACY |
L-Armenja |
FLYONE ARMENIA |
AM AOC 074 |
FIE |
L-Armenja |
NOVAIR |
AM AOC 071 |
NAI |
L-Armenja |
SHIRAK AVIA |
AM AOC 072 |
SHS |
L-Armenja |
SKYBALL |
AM AOC 073 |
Mhux applikabbli |
L-Armenja |
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kongo (Brazzaville) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Kongo (Brazzaville) |
CANADIAN AIRWAYS CONGO |
CG-CTA 006 |
TWC |
Il-Kongo (Brazzaville) |
EQUAFLIGHT SERVICES |
CG-CTA 002 |
EKA |
Il-Kongo (Brazzaville) |
EQUAJET |
RAC06-007 |
EKJ |
Il-Kongo (Brazzaville) |
TRANS AIR CONGO |
CG-CTA 001 |
TSG |
Il-Kongo (Brazzaville) |
SOCIETE NOUVELLE AIR CONGO |
CG-CTA 004 |
Mhux magħruf |
Il-Kongo (Brazzaville) |
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC) |
AB BUSINESS |
AAC/DG/OPS-09/14 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC) |
AIR FAST CONGO |
AAC/DG/OPS-09/03 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC) |
AIR KASAI |
AAC/DG/OPS-09/11 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC) |
AIR KATANGA |
AAC/DG/OPS-09/08 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC) |
BUSY BEE CONGO |
AAC/DG/OPS-09/04 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC) |
COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA) |
AAC/DG/OPS-09/02 |
DBP |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC) |
CONGO AIRWAYS |
AAC/DG/OPS-09/01 |
COG |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC) |
GOMA EXPRESS |
AAC/DG/OPS-09/13 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC) |
KIN AVIA |
AAC/DG/OPS-09/10 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC) |
MALU AVIATION |
AAC/DG/OPS-09/05 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC) |
SERVE AIR CARGO |
AAC/DG/OPS-09/07 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC) |
SWALA AVIATION |
AAC/DG/OPS-09/06 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC) |
TRACEP CONGO AVIATION |
AAC/DG/OPS-09/15 |
Mhux magħruf |
Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (l-DRC) |
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Djibouti |
DAALLO AIRLINES |
Mhux magħruf |
DAO |
Il-Djibouti |
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Guinea Ekwatorjali |
CEIBA INTERCONTINENTAL |
2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS |
CEL |
Il-Guinea Ekwatorjali |
CRONOS AIRLINES |
2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS |
Mhux magħruf |
Il-Guinea Ekwatorjali |
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
L-Eritrea |
ERITREAN AIRLINES |
AOC Nru 004 |
ERT |
L-Eritrea |
NASAIR ERITREA |
AOC Nru 005 |
NAS |
L-Eritrea |
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kirgistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Kirgistan |
AERO NOMAD AIRLINES |
57 |
ANK |
Il-Kirgistan |
AEROSTAN |
08 |
BSC |
Il-Kirgistan |
AIR COMPANY AIR KG |
50 |
KGC |
Il-Kirgistan |
AIRCOMPANY MOALEM AVIATION |
56 |
AMA |
Il-Kirgistan |
AVIA TRAFFIC COMPANY |
23 |
AVJ |
Il-Kirgistan |
CENTRAL ASIAN AVIATION SERVICES |
58 |
KAS |
Il-Kirgistan |
FLYSKY AIRLINES |
53 |
FSQ |
Il-Kirgistan |
GLOBAL 8 AIRLINES |
59 |
Mhux magħruf |
Il-Kirgistan |
HELI SKY |
47 |
HAC |
Il-Kirgistan |
KAP.KG AIRCOMPANY |
52 |
KGS |
Il-Kirgistan |
MAC.KG AIRLINES |
61 |
MSK |
Il-Kirgistan |
SAPSAN AIRLINE |
54 |
KGB |
Il-Kirgistan |
SKY JET |
60 |
SJL |
Il-Kirgistan |
SKY KG AIRLINES |
41 |
KGK |
Il-Kirgistan |
TRANS CARAVAN KG |
55 |
TCK |
Il-Kirgistan |
TEZ JET |
46 |
TEZ |
Il-Kirgistan |
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja. |
|
|
Il-Liberja |
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Il-Libja |
AFRIQIYAH AIRWAYS |
007/01 |
AAW |
Il-Libja |
AIR LIBYA |
004/01 |
TLR |
Il-Libja |
AL MAHA AVIATION |
030/18 |
Mhux magħruf |
Il-Libja |
BERNIQ AIRWAYS |
032/21 |
BNL |
Il-Libja |
BURAQ AIR |
002/01 |
BRQ |
Il-Libja |
GLOBAL AIR TRANSPORT |
008/05 |
GAK |
Il-Libja |
HALA AIRLINES |
033/21 |
HTP |
Il-Libja |
LIBYAN AIRLINES |
001/01 |
LAA |
Il-Libja |
LIBYAN WINGS AIRLINES |
029/15 |
LWA |
Il-Libja |
PETRO AIR |
025/08 |
PEO |
Il-Libja |
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
In-Nepal |
AIR DYNASTY HELI. S. |
035/2001 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
ALTITUDE AIR |
085/2016 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
BUDDHA AIR |
014/1996 |
BHA |
In-Nepal |
FISHTAIL AIR |
017/2001 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
SUMMIT AIR |
064/2010 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
HELI EVEREST |
086/2016 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
HIMALAYA AIRLINES |
084/2015 |
HIM |
In-Nepal |
KAILASH HELICOPTER SERVICES |
087/2018 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
MAKALU AIR |
057 A/2009 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
MANANG AIR PVT |
082/2014 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
MOUNTAIN HELICOPTERS |
055/2009 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
PRABHU HELICOPTERS |
081/2013 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
NEPAL AIRLINES CORPORATION |
003/2000 |
RNA |
In-Nepal |
SAURYA AIRLINES |
083/2014 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
SHREE AIRLINES |
030/2002 |
SHA |
In-Nepal |
SIMRIK AIR |
034/2000 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
SIMRIK AIRLINES |
052/2009 |
RMK |
In-Nepal |
SITA AIR |
033/2000 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
TARA AIR |
053/2009 |
Mhux magħruf |
In-Nepal |
YETI AIRLINES |
037/2004 |
NYT |
In-Nepal |
It-trasportaturi tal-ajru kollha li ġejjin iċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tar-Russja |
|
|
Ir-Russja |
AURORA AIRLINES |
486 |
SHU |
Ir-Russja |
AVIACOMPANY "AVIASTAR-TU" CO. LTD |
458 |
TUP |
Ir-Russja |
IZHAVIA |
479 |
IZA |
Ir-Russja |
JOINT STOCK COMPANY "AIR COMPANY "YAKUTIA" |
464 |
SYL |
Ir-Russja |
JOINT STOCK COMPANY "RUSJET" |
498 |
RSJ |
Ir-Russja |
JOINT STOCK COMPANY "UVT AERO" |
567 |
UVT |
Ir-Russja |
JOINT STOCK COMPANY SIBERIA AIRLINES |
31 |
SBI |
Ir-Russja |
JOINT STOCK COMPANY SMARTAVIA AIRLINES |
466 |
AUL |
Ir-Russja |
JOINT-STOCK COMPANY "IRAERO" AIRLINES |
480 |
IAE |
Ir-Russja |
JOINT-STOCK COMPANY "URAL AIRLINES" |
18 |
SVR |
Ir-Russja |
JOINT-STOCK COMPANY ALROSA AIR COMPANY |
230 |
DRU |
Ir-Russja |
JOINT-STOCK COMPANY NORDSTAR AIRLINES |
452 |
TYA |
Ir-Russja |
JS AVIATION COMPANY "RUSLINE" |
225 |
RLU |
Ir-Russja |
JSC YAMAL AIRLINES |
142 |
LLM |
Ir-Russja |
LLC "NORD WIND" |
516 |
NWS |
Ir-Russja |
LLC “AIRCOMPANY IKAR” |
36 |
KAR |
Ir-Russja |
LTD. I FLY |
533 |
RSY |
Ir-Russja |
POBEDA AIRLINES LIMITED LIABILITY COMPANY |
562 |
PBD |
Ir-Russja |
PUBLIC JOINT STOCK COMPANY "AEROFLOT - RUSSIAN AIRLINES" |
1 |
AFL |
Ir-Russja |
ROSSIYA AIRLINES, JOINT STOCK COMPANY |
2 |
SDM |
Ir-Russja |
SKOL AIRLINE LLC |
228 |
CDV |
Ir-Russja |
UTAIR AVIATION, JOINT-STOCK COMPANY |
6 |
UTA |
Ir-Russja |
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ São Tomé u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
São Tomé u Príncipe |
AFRICA'S CONNECTION |
10/AOC/2008 |
ACH |
São Tomé u Príncipe |
STP AIRWAYS |
03/AOC/2006 |
STP |
São Tomé u Príncipe |
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja |
|
|
Sierra Leone |
It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż |
|
|
Is-Sudan |
ALFA AIRLINES SD |
54 |
AAJ |
Is-Sudan |
BADR AIRLINES |
35 |
BDR |
Is-Sudan |
BLUE BIRD AVIATION |
11 |
BLB |
Is-Sudan |
ELDINDER AVIATION |
8 |
DND |
Is-Sudan |
GREEN FLAG AVIATION |
17 |
GNF |
Is-Sudan |
HELEJETIC AIR |
57 |
HJT |
Is-Sudan |
KATA AIR TRANSPORT |
9 |
KTV |
Is-Sudan |
KUSH AVIATION CO. |
60 |
KUH |
Is-Sudan |
NOVA AIRWAYS |
46 |
NOV |
Is-Sudan |
SUDAN AIRWAYS CO. |
1 |
SUD |
Is-Sudan |
SUN AIR |
51 |
SNR |
Is-Sudan |
TARCO AIR |
56 |
TRQ |
Is-Sudan |
(1) It-trasportaturi tal-ajru mniżżlin fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, diment li jkun hemm konformità mal-istandards tas-sikurezza rilevanti.
ANNESS II
“ANNESS B
LISTA TAT-TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI (1)
Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti) |
Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) |
Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO |
Stat tal-Operatur |
Tip ta’ inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni |
Marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta jkun(u) disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni |
Stat tar-reġistrazzjoni |
IRAN AIR |
IR.AOC.100 |
IRA |
L-Iran |
L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747 |
L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif imsemmi fl-AOC; l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif imsemmi fl-AOC |
L-Iran |
AIR KORYO |
GAC-AOC/KOR-01 |
KOR |
Il-Korea ta’ Fuq |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: żewġ (2) inġenji tal-ajru tat-tip TU-204. |
Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: P-632, P-633. |
Il-Korea ta’ Fuq |
(1) It-trasportaturi tal-ajru mniżżlin fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, diment li jkun hemm konformità mal-istandards tas-sikurezza rilevanti.