Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R1103

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1103 tas-6 ta’ Ġunju 2023 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2023/3541

    ĠU L 147, 7.6.2023, p. 27–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1103/oj

    7.6.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 147/27


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/1103

    tas-6 ta’ Ġunju 2023

    li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li ma humiex membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u l-miżuri fis-seħħ

    (1)

    Wara investigazzjoni antisussidji, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1628/2004 (2), il-Kunsill impona dazji kompensatorji definittivi fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja. Il-Kunsill, wara investigazzjoni anti-dumping, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1629/2004 (3), impona wkoll dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja (“l-investigazzjoni oriġinali”)

    (2)

    Wara rieżami interim parzjali ex officio tal-miżuri kompensatorji, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1354/2008 (4) il-Kunsill emenda r-Regolamenti (KE) Nru 1628/2004 u (KE) Nru 1629/2004.

    (3)

    Wara rieżami tal-iskadenza tal-miżuri kompensatorji, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1185/2010 (5) il-Kunsill estenda l-miżuri kompensatorji.

    (4)

    Wara rieżami ta’ skadenza tal-miżuri kumpensatorji, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/421 (6) estendiet il-miżuri kumpensatorji.

    (5)

    Il-miżuri kumpensatorji ħadu l-forma ta’ rata ta’ dazju ad valorem ta’ 6,3 % u 7,0 % għall-importazzjonijiet minn esportaturi msemmija individwalment, u rata ta’ dazju ta’ 7,2 % fuq l-importazzjonijiet mill-kumpaniji l-oħrajn kollha fl-Indja.

    1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

    (6)

    Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (7), il-Kummissjoni rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

    (7)

    It-talba għal rieżami ġiet ippreżentata fid-9 ta’ Diċembru 2021 mill-produtturi tal-Unjoni, li jirrappreżentaw madwar 90 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita (“l-applikanti”). It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq il-bażi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal kontinwazzjoni ta’ sussidjar u/jew għal rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni. Xi wħud mill-allegati prattiki ta’ sussidjar diġà kienu ġew ikkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali filwaqt li oħrajn huma addizzjonali jew huma sussidji ġodda, li ma kinux ġew eżaminati fl-investigazzjoni oriġinali. Fid-dawl tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħejjiet memorandum dwar is-suffiċjenza tal-evidenza li fih il-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evidenza kollha għad-dispożizzjoni tagħha dwar il-pajjiż ikkonċernat u li abbażi tagħha l-Kummissjoni bdiet din l-investigazzjoni. Dan il-memorandum jista’ jinstab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati.

    (8)

    F’konformità mal-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni nnotifikat lill-Gvern tal-Indja (“GTI”) qabel il-bidu tal-proċediment li kienet irċeviet talba għal rieżami dokumentat kif xieraq. Il-Kummissjoni stiednet lill-Indja għal konsultazzjonijiet bl-għan li s-sitwazzjoni rigward il-kontenut tat-talba għal rieżami tiġi ċċarata u biex jaslu għal soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku. Il-GTI aċċetta l-offerta tal-konsultazzjonijiet li saru sussegwentement fit-3 ta’ Marzu 2022. Matul il-konsultazzjonijiet, ma setgħetx tinstab soluzzjoni miftiehma b’mod reċiproku.

    1.3.   Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

    (9)

    Hekk kif ġie ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fid-9 ta’ Marzu 2022, permezz ta’ Notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (8) (“in-Notifika ta’ Bidu”), bdiet rieżami ta’ skadenza rigward l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja (l-“Indja” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) fuq il-bażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

    1.4.   Investigazzjoni separata dwar il-miżuri anti-dumping imposti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami

    (10)

    Il-Kummissjoni, permezz ta’ notifika ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fid-9 ta’ Marzu 2022 (9), ħabbret ukoll il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), tal-miżuri anti-dumping definittivi fis-seħħ fir-rigward tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja

    1.5.   Perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

    (11)

    L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ sussidjar kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 (il-“perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew il-“PIR”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2018 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

    1.6.   Partijiet interessati

    (12)

    Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament informat lill-applikanti, lil produtturi tal-Unjoni magħrufa oħrajn, lill-produtturi esportaturi magħrufa u lill-awtoritajiet Indjani, lill-importaturi, fornituri u utenti magħrufa, lin-negozjanti, kif ukoll lil assoċjazzjonijiet li kienu magħrufa li kienu kkonċernati, dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jieħdu sehem.

    (13)

    Il-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

    1.7.   Kampjunar

    (14)

    Fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni ddikjarat li hija tista’ tieħu kampjun tal-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    1.7.1.   Kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

    (15)

    Fin-Notifika ta’ Bidu tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li hija kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-prodott simili fl-Unjoni. Dan il-kampjun kien magħmul minn tliet produtturi tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw madwar 61 % tal-produzzjoni totali stmata tal-Unjoni u 64 % tal-volum tal-bejgħ stmat tal-prodott simili fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw dwar il-kampjun provviżorju. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment. Il-kampjun b’hekk tqies li kien rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

    1.7.2.   Kampjunar tal-importaturi

    (16)

    Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu.

    (17)

    L-ebda importatur ma ppreżenta ruħu u pprovda l-informazzjoni mitluba.

    1.8.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u kontroverifiki mill-bogħod

    (18)

    Fil-bidu, il-kwestjonarji kienu għad-dispożizzjoni fil-fajl sabiex jiġu spezzjonati mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Trade (11).

    (19)

    Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, il-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (“GTI”) u produttur esportatur Indjan wieħed. L-ebda wieħed mill-utenti ma pprovda kwestjonarju jew ippreżenta ruħu matul l-investigazzjoni.

    (20)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ sussidjar u tad-dannu li jirriżulta u għad-determinazzjoni tal-imgħax tal-Unjoni. Iż-żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 26 tar-Regolament bażiku twettqu fil-bini tal-GTI u tal-kumpaniji li ġejjin:

    (a)

    Produtturi mill-Unjoni

    GrafTech Iberica S.L., Navarra, Spanja

    Showa Denko Carbon Spain S.A., A Coruna, Spanja

    Tokai Erftcarbon GmbH, Grevenbroich, il-Ġermanja

    (b)

    Produttur esportatur fl-Indja

    HEG Limited, Bhopal (“HEG”)

    2.   PRODOTT TAĦT RIEŻAMI U PRODOTT SIMILI

    2.1.   Prodott taħt rieżami

    (21)

    Il-prodott taħt rieżami huwa elettrodi tal-grafita ta’ tip użat għal fran tal-elettriku, b’densità apparenti ta’ 1,65 g/cm3 jew aktar u b’reżistenza elettrika ta’ 6,0 μ.Ω.m jew anqas, u konnetturi użati għal dawn l-elettrodi, kemm jekk importati flimkien kif ukoll jekk b’mod separat (“il-prodott taħt rieżami”), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 8545 11 00 u ex 8545 90 90 (kodiċi TARIC 8545110010 u 8545909010). “il-prodott taħt rieżami” jew “GES”).

    2.2.   Prodott simili

    (22)

    Kif ġie stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, kif ukoll fir-rieżami ta’ skadenza preċedenti, din l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza kkonfermat li dawn il-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

    il-prodott taħt rieżami;

    il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tal-pajjiż ikkonċernat; u

    l-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

    (23)

    Il-Kummissjoni ddeċidiet li dawk il-prodotti huma, għalhekk, prodotti simili skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    3.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TA’ SUSSIDJAR

    (24)

    F’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, u kif iddikjarat fin-Notifika ta’ Bidu, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti għandhiex il-probabbiltà li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar.

    3.1.   Is-sussidji u l-programmi ta’ sussidju fi ħdan l-ambitu tal-investigazzjoni

    (25)

    Abbażi tal-informazzjoni li tinsab fit-talba għal rieżami, kif ukoll l-informazzjoni sottomessa mill-GTI u mill-produttur esportatur li kkoopera, ġew investigati l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji:

     

    Skemi oriġinarjament investigati u kkonfermati matul l-aħħar rieżami ta’ skadenza

    (a)

    Skema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (Advance Authorisation Scheme, “AAS”);

    (b)

    Skema ta’ Esportazzjoni tal-Merkanzija mill-Indja (Merchandise Export from India Scheme, “MEIS”);

    (c)

    Skema ta’ Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta’ Oġġetti Kapitali (Export Promotion Capital Goods Scheme, “EPCGS”);

    (d)

    Skema ta’ Rifużjoni tad-Dazju (Duty Drawback Scheme, “DDS”)

    (e)

    Skemi Reġjonali: Eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku u assistenza fiskali;

     

    Skemi addizzjonali

    (f)

    Remissjoni tad-Dazji u t-Taxxi fuq il-Prodotti Esportati (Remission of Duties and Taxes on Exported Products, “RODTEP”);

    (g)

    Finanzjament tal-esportazzjoni ta’ qabel it-tagħbija u ta’ wara t-tagħbija, skema ta’ ekwalizzazzjoni tal-imgħax (Pre-shipment and Post-shipment Export Financing, Interest Equalization scheme, “IES”),

    (h)

    Skema ta’ Awtorizzazzjoni tal-Importazzjoni Mingħajr Dazju (Duty Free Import Authorisation Scheme, “DFIA”);

    (i)

    Skemi reġjonali: ribassi u rati mnaqqsa tal-elettriku;

    (j)

    Skema tal-Karta tad-Deheb, Skema tad-Detentur tal-Istatus;

    (k)

    Inizjattiva għall-Aċċess għas-Suq (Market Access Initiative, “MAI”).

    3.2.   L-iskemi oriġinarjament investigati u kkonfermati fl-aħħar rieżami ta’ skadenza

    3.2.1.   Eżenzjoni mid-dazju u skemi ta’ remissjoni

    (26)

    L-iskemi AAS, EPCGS u MEIS huma bbażati fuq il-Foreign Trade (Development and Regulation) Act 1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (“l-Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-GTI joħroġ notifiki dwar il-politika tal-esportazzjoni u tal-importazzjoni. Dawn huma miġburin fil-qosor fid-dokumenti tal-“Politika tal-Kummerċ Barrani”, li normalment jinħarġu mill-Ministeru għall-Kummerċ kull ħames snin u jiġu aġġornati b’mod regolari.

    (27)

    Id-dokument tal-Politika tal-Kummerċ Barrani rilevanti għall-PIR huwa l-Politika dwar il-Kummerċ Barrani 2015–2020 (“FTP 2015–2020”). L-FTP 2015–2020 daħlet fis-seħħ f’April 2015 u oriġinarjament kienet se tiskadi fil-31 ta’ Marzu 2020. Madankollu, minħabba l-pandemija COVID-19 l-FTP 2015–2020 ġiet estiża diversi drabi, l-aħħar estensjoni kienet sal-31 ta’ Marzu 2023. Il-GTI jistabbilixxi wkoll il-proċeduri li jirregolaw l-FTP 2015–2020 f’“Handbook of Procedures, 2015–2020” (“HOP 2015–2020”).

    3.2.2.   Skema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem (Advanced Authorisation Scheme, “AAS”)

    (28)

    Il-Kummissjoni stabbiliet li HEG użat l-AAS matul il-PIR.

    3.2.2.1.   Bażi ġuridika

    (29)

    Id-deskrizzjoni dettaljata tal-iskema tinsab fil-paragrafi 4.03 sa 4.24 tal-FTP 2015–2020 u fil-kapitoli 4.04 sa 4.52 tal-HOP 2015–2020 u tal-HOP 2015–2020 aġġornata.

    3.2.2.2.   Eliġibbiltà

    (30)

    L-AAS tikkonsisti f’sitt sottoskemi, jiġifieri l-esportazzjonijiet fiżiċi, ir-rekwiżit annwali, il-provvisti intermedji, l-esportazzjonijiet meqjusa, l-ordni għar-rilaxx bil-quddiem, jew ittra ta’ kreditu interna wara l-oħra. Dawn is-sottoskemi jvarjaw, inter alia, fl-ambitu tal-eliġibilità. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” manifatturi ta’ sostenn huma eliġibbli għall-esportazzjonijiet fiżiċi tal-AAS u għas-sottoskemi ta’ rekwiżiti annwali tal-AAS. Il-manifatturi-esportaturi li jfornu lill-esportatur finali huma eliġibbli għall-AAS għall-provvisti intermedji. Kuntratturi ewlenin li jfornu lill-kategoriji ta’ “esportazzjoni meqjusa” msemmija fil-paragrafu 7.02 tal-FTP 2015–2020, bħal fornituri ta’ Unità Orjentata lejn l-Esportazzjoni (“EOU”), huma eliġibbli għas-sottoskema tal-esportazzjoni meqjusa tal-AAS. Eventwalment, fornituri intermedji għall-manifatturi-esportaturi huma eliġibbi għal benefiċċji ta’ “esportazzjoni meqjusa” skont is-sottoskemi tal-Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem u tal-Ittra ta’ kreditu interna wara l-oħra.

    3.2.2.3.   Implimentazzjoni prattika

    (31)

    L-AAS tista’ tinħareġ għal:

    (a)

    Esportazzjonijiet fiżiċi: Din hija s-sottoskema ewlenija. Din tippermetti l-importazzjoni bla dazju ta’ materjali ta’ input għall-produzzjoni li tirriżulta fi prodott speċifiku għall-esportazzjoni. “Fiżiku” f’dan il-kuntest tfisser li l-prodott għall-esportazzjoni jrid iħalli t-territorju Indjan. Fil-liċenzja jkunu speċifikati l-permess għall-importazzjoni u l-obbligu għall-esportazzjoni, inkluż it-tip ta’ prodott għall-esportazzjoni;

    (b)

    Rekwiżit annwali: Din l-awtorizzazzjoni ma hijiex marbuta ma’ prodott speċifiku għall-esportazzjoni, iżda ma’ grupp ta’ prodotti usa’ (pereżempju, prodotti kimiċi u dawk relatati). Id-detentur tal-liċenzja jista’ — sa ċertu limitu tal-valur stabbilit mill-prestazzjoni tal-esportazzjoni preċedenti tiegħu — jimporta mingħajr dazju kwalunkwe input li jkun se jintuża fil-manifattura ta’ kwalunkwe wieħed mill-oġġetti li jaqgħu taħt dan il-grupp ta’ prodotti. Dan jista’ jagħżel li jesporta kwalunkwe prodott li jirriżulta li jaqa’ taħt il-grupp ta’ prodotti billi juża tali materjal eżentat mid-dazju;

    (c)

    Provvisti intermedji: Din is-sottoskema tkopri l-każijiet meta żewġ manifatturi jkunu beħsiebhom jipproduċu prodott wieħed għall-esportazzjoni u jaqsmu l-proċess tal-produzzjoni. Il-manifattur-esportatur li jipproduċi l-prodott intermedju jista’ jimporta materjali ta’ input mingħajr dazju u jista’ jikseb għal dan l-għan AAS għal provvisti intermedji. L-esportatur aħħari jiffinalizza l-produzzjoni u huwa obbligat li jesporta l-prodott lest;

    (d)

    Esportazzjonijiet meqjusa: Din is-sottoskema tippermetti lil kuntrattur prinċipali jimporta, bla ħlas ta’ dazju, inputs meħtieġa fil-produzzjoni ta’ prodotti li se jinbiegħu bħala “esportazzjonijiet meqjusa” lill-kategoriji ta’ klijenti msemmija fil-paragrafu 8.2(b) sa (f), (g), (i) u (j) tal-FTP 15-20. Skont il-GTI, l-esportazzonijiet meqjusa jirreferu għal dawk it-tranżazzjonijiet li fihom l-oġġetti fornuti ma jħallux il-pajjiż. Għadd ta’ kategoriji ta’ forniment huma kkunsidrati bħala esportazzjonijiet meqjusa sakemm l-oġġetti jkunu manifatturati fl-Indja, eż. il-forniment ta’ prodotti lil unità orjentata lejn l-esportazzjoni (export-oriented unit, “EOU”) jew lil kumpanija li tinsab f’żona ekonomika speċjali (special economic zone, “SEZ”);

    (e)

    Ordni għar-Rilaxx bil-Quddiem (Advance Release Order, “ARO”): Id-detentur tal-AAS li jkun beħsiebu jġib l-inputs minn sorsi indiġeni, minflok b’importazzjoni diretta, għandu l-għażla li jġibhom permezz ta’ AROs. F’tali każijiet, l-Awtorizzazzjonijiet bil-Quddiem jiġu vvalidati bħala AROs u jiġu approvati lill-fornitur indiġenu mal-wasla tal-oġġetti speċifikati fihom. L-approvazzjoni tal-ARO tintitola lill-fornitur domestiku għall-benefiċċji ta’ esportazzjonijiet meqjusa kif stabbilit fil-paragrafu 8.3 tal-FTP 15-20 (jiġifieri AAS għal provvisti intermedji/esportazzjoni meqjusa, restituzzjoni ta’ dazju mħallas fuq esportazzjonijiet meqjusin u rifużjoni tad-dazju tas-sisa terminali). Il-mekkaniżmu ARO jirrifondi t-taxxi u d-dazji lill-fornitur minflok ma jirrifondihom lill-esportatur finali fil-forma ta’ restituzzjoni/rifużjoni tad-dazji. Ir-rifużjoni tat-taxxi/dazji hija disponibbli kemm għall-inputs indiġeni kif ukoll għall-inputs importati;

    (f)

    Ittra ta’ kreditu interna wara l-oħra: Din is-subskema tkopri għal darb’oħra l-provvisti indiġeni lil detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem. Id-detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem jista’ javviċina bank biex jiftaħ ittra ta’ kreditu interna favur fornitur indiġenu. L-awtorizzazzjoni tiġi vvalidata mill-bank għall-importazzjoni diretta, b’konnessjoni biss mal-valur u mal-volum tal-oġġetti miġjuba minn sorsi indiġeni minflok ma jkunu importati. Il-fornitur domestiku jkun intitolat għall-benefiċċji tal-esportazzjoni meqjusa kif stabbilit fil-paragrafu 8.3 tal-FTP 15-20 (jiġifieri AAS għal provvisti intermedji/esportazzjoni meqjusa, restituzzjoni tad-dazju mħallas fuq esportazzjonijiet meqjusa u rifużjoni tad-dazju tas-sisa terminali).

    (32)

    Matul il-PIR irriżulta li HEG kisbet konċessjonijiet taħt l-ewwel sottoskema, jiġifieri l-esportazzjonijiet fiżiċi tal-AAS. Għalhekk, ma huwiex meħtieġ li tiġi stabbilita l-kumpensabilità tas-sottoskemi li jifdal li ma ntużawx. Din hija s-sottoskema ewlenija. Din tippermetti l-importazzjoni bla dazju ta’ materjali ta’ input għall-produzzjoni li tirriżulta fi prodott speċifiku għall-esportazzjoni. “Fiżiku” f’dan il-kuntest tfisser li l-prodott għall-esportazzjoni jrid iħalli t-territorju Indjan. Fil-liċenzja jkunu speċifikati l-permess għall-importazzjoni u l-obbligu għall-esportazzjoni, inkluż it-tip ta’ prodott għall-esportazzjoni.

    (33)

    Għal skopijiet ta’ verifika mill-awtoritajiet Indjani, detentur ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem huwa legalment obbligat iżomm “kont veru u propju tal-konsum u tal-utilizzazzjoni ta’ oġġetti importati mingħajr dazju/akkwistati domestikament” f’format speċifikat (il-kapitolu 4.51 u l-Appendiċi 4H jew 4I HOP I 15-2020 (12)), jiġifieri reġistru tal-konsum attwali. Dan ir-reġistru jrid jiġi verifikat minn kontabilist estern awtorizzat/kontabilist tal-kostijiet u x-xogħlijiet li joħroġ ċertifikat li jiddikjara li r-reġistri stabbiliti u r-rekords rilevanti ġew eżaminati u li l-informazzjoni fornita skont l-Appendiċi 4H hija vera u korretta f’kull aspett.

    (34)

    Fir-rigward tas-sottoskema użata matul il-PIR mill-kumpanija kkonċernata, jiġifieri l-esportazzjonijiet fiżiċi, il-konċessjoni għall-importazzjoni u l-obbligu għall-esportazzjoni huma ffissati fil-volum u fil-valur mill-GTI u huma ddokumentati fuq l-Awtorizzazzjoni. Barra minn hekk, fil-mument tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni, it-tranżazzjonijiet korrispondenti għandhom jiġu ddokumentati mill-uffiċjali tal-Gvern fuq l-Awtorizzazzjoni. Il-volum tal-importazzjonijiet permessi skont l-AAS huwa ddeterminat mill-GTI fuq il-bażi ta’ Regoli Standard ta’ Input Output (“SIONs”) li jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott taħt rieżami.

    (35)

    Il-materjali importati ta’ input ma humiex trasferibbli u għandhom jintużaw sabiex jipproduċu l-prodott għall-esportazzjoni li jirriżulta. L-obbligu għall-esportazzjoni jrid jiġi ssodisfat fil-limitu ta’ żmien stipulat wara l-ħruġ tal-liċenzja (18-il xahar b’żewġ estensjonijiet possibbli ta’ 6 xhur kull wieħed).

    (36)

    L-SION applikabbli għall-prodott taħt rieżami ġiet stabbilita mill-GTI fl-1998 u ma ġietx riveduta jew aġġustata sal-PIR. Għalhekk, l-SION ma hijiex biżżejjed biex timmonitorja b’mod effettiv il-konsum attwali. Il-GTI lanqas ma għamel eżami ulterjuri bbażat fuq l-input attwali. Għall-materja prima ewlenija, il-Kokk aċikulari (Needle coke) (imsejjaħ ukoll “kokk petroliferu kalċinat” jew “CPC”), il-Kummissjoni sabet diskrepanza importanti bejn l-SION u l-konsum attwali tal-materja prima tal-kumpanija. L-SION tippermetti proporzjon ta’ 1,3 ta’ Kokk aċikulari għal kull tunnellata esportata, filwaqt li l-proporzjon attwali meħtieġ għall-produzzjoni huwa sostanzjalment aktar baxx.

    (37)

    Għalhekk, l-investigazzjoni stabbiliet li r-rekwiżiti ta’ verifika stipulati mill-awtoritajiet Indjani ma kinux biżżejjed biex jipprevjenu benefiċċju.

    (38)

    Il-produttur esportatur li kkoopera żamm ċertu reġistru ta’ produzzjoni u ta’ konsum. Madankollu, ma kienx possibbli li jiġu vverifikati liema inputs (inkluż l-oriġini tagħhom) ġew ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f’liema ammonti. B’mod partikolari bis-sistema stabbilita ma kienx possibbli li jiġi identifikat u mkejjel bi preċiżjoni jekk kienx hemm remissjoni żejda minħabba li l-materja prima tinħażen f’sajlos, liema sajlos ikun fihom il-kokk aċikulari importat mingħajr dazju flimkien mal-kokk aċikulari importat bid-dazji, mingħajr separazzjoni lokali. Malli l-kokk aċikulari importat jinħażen, l-imposta speċifika tal-importazzjonijiet ma tibqax traċċabbli.

    (39)

    HEG ikkonfermat li r-reġistru tal-konsum tagħha ma jippermettix li jiġi stabbilit il-konsum attwali tal-materja prima importata mingħajr dazju u li dan il-konsum jintrabat mal-prodotti finali manifatturati u esportati. B’riżultat ta’ dan, is-sottoskema użata fil-każ preżenti ma tistax titqies bħala sistema ta’ rifużjoni tad-dazju permissibbli.

    3.2.2.4.   Konklużjoni dwar l-AAS

    (40)

    L-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni hija sussidju skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku, jiġifieri din tikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja tal-GTI peress li tnaqqas id-dħul mid-dazju li kieku kien ikun dovut u tagħti benefiċċju lill-esportatur investigat peress li ttejjeb il-likwidità tiegħu.

    (41)

    Barra minn hekk, l-esportazzjonijiet fiżiċi tal-AAS huma kontinġenti, fil-liġi, fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għalhekk meqjusa bħala speċifiċi u kumpensabbli skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament bażiku. Mingħajr impenn ta’ esportazzjoni, kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji taħt din l-iskema.

    (42)

    Is-sottoskema li ntużat f’dan il-każ ma tistax titqies bħala sistema ta’ restituzzjoni tad-dazju jew sistema ta’ restituzzjoni b’sostituzzjoni permissibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma tikkonformax mar-regoli stabbiliti fl-entrata (i) tal-Anness I, fl-Anness II (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni b’sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Il-GTI ma applikax sistema jew proċedura ta’ verifika b’mod effettiv sabiex jikkonferma jekk l-inputs ġewx ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f’liema ammonti (l-Anness II(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi ta’ restituzzjoni b’sostituzzjoni, l-Anness III(II)(2) tar-Regolament bażiku). Huwa meqjus ukoll li l-SIONs għall-prodott taħt rieżami ma kinux preċiżi biżżejjed u li fihom infushom, dawk l-SIONs ma jistgħux jikkostitwixxu sistema ta’ verifika ta’ konsum attwali peress li t-tfassil ta’ dawk in-normi standard ma jippermettix li l-GTI jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti x’ammonti ta’ inputs ġew ikkunsmati fil-produzzjoni tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, il-GTI ma għamilx eżami ulterjuri bbażat fuq l-inputs attwali involuti, għalkemm dan ikollu jsir fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b’mod effettiv (l-Anness II(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku). Dan irriżulta wkoll fil-fatt li sa mill-istabbiliment tagħha fl-1998, l-SION qatt ma ġiet riveduta.

    (43)

    Għalhekk, is-sottoskema hija kumpensabbli.

    (44)

    Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTI kkummenta li hemm mekkaniżmu ta’ verifika fis-seħħ u li l-proċess ta’ verifika wara l-istess ħaġa kif dovut.

    (45)

    Il-Kummissjoni rrifjutatu dan l-argument. Kif spjegat fil-premessa (36), il-SION li tiddetermina l-ammont ta’ materja prima importata mingħajr taxxa qatt ma ġiet riveduta minn mindu ġew imposti u l-Kummissjoni sabet diskrepanza importanti bejn is-SION u l-konsum attwali. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-monitoraġġ tal-applikazzjoni tas-SION ma jistax jiżgura li ma jingħatawx benefiċċji f’eċċess, jekk is-SION sottostanti, li tiddetermina l-ammont ta’ materja prima importata mingħajr taxxa, ma tkunx preċiża biżżejjed u dan il-fatt ma jiġix issorveljat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li f’HEG ma kienx possibbli li tiġi traċċata l-materja prima importata għall-prodotti lesti.

    (46)

    Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTI kkummenta li mill-Paragrafu 2 tat-Taqsima I skont l-Anness II tal-Ftehim SCM tad-WTO (“ASCM”) isegwi li l-iskemi ta’ ribass tat-taxxi indiretti huma kumpensabbli biss jekk jipprovdu rimissjonijiet lil hinn mid-dazju tal-importazzjoni fuq l-inputs ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat.

    (47)

    Il-GTI argumenta wkoll li l-AAS mhijiex programm kumpensabbli peress li ma tipprovdix remissjoni żejda tad-dazji tal-importazzjoni fuq l-għadd ta’ dazji dovuti fuq l-inputs importati. Dan segwa mit-Taqsima II tal-Anness II tal-ASCM, li tipprovdi linji gwida għad-determinazzjoni ta’ jekk l-inputs humiex ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat. Barra minn hekk, ir-rapport tal-bord fl-Unjoni Ewropea — Miżuri kumpensatorji dwar Ċerti Polietilen Tereftalat mill-Pakistan (WT/DS/486) jgħid li “il-prinċipju tar-remissjoni żejda” jipprovdi standard legali li jiddetermina jekk ir-remissjonijiet tad-dazji tal-importazzjoni miksuba taħt l-iskema ta’ rifużjoni tad-dazju jikkostitwixxux kontribuzzjoni finanzjarja.

    (48)

    Il-Kummissjoni spjegat fil-premessa (36) li l-Kummissjoni sabet diskrepanza sostanzjali bejn is-SION u l-konsum attwali. Kif spjegat fil-Premessa (38) il-produttur esportatur li kkoopera żamm ċertu reġistru ta’ produzzjoni u ta’ konsum. Madankollu, ma kienx possibbli li jiġu vverifikati liema inputs (inkluż l-oriġini tagħhom) ġew ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f’liema ammonti. B’mod partikolari, bis-sistema stabbilita ma kienx possibbli li jiġi identifikat u mkejjel bi preċiżjoni jekk kienx hemm remissjoni żejda. Instab ukoll li l-ebda rekord miżmum mill-kumpaniji ma jippermetti l-kalkolu tar-remissjoni żejda, u għalhekk kwalunkwe ċertifikazzjoni futura minn kontabilist estern awtorizzat/kontabilist tal-kostijiet u x-xogħlijiet saret impossibbli. Il-GTI ma elaborax f’liema aspett dan in-nuqqas ta’ possibbiltà ta’ verifika ma jilħaqx l-istandard tat-Taqsimiet ikkwotati tal-ASCM.

    (49)

    Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat din l-affermazzjoni.

    3.2.2.5.   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

    (50)

    Fin-nuqqas ta’ sistemi permessi ta’ restituzzjoni tad-dazji u fin-nuqqas tal-possibbiltà ta’ verifika tar-rata tal-konsum attwali tal-inputs rilevanti, u minħabba li ma hemmx evidenza affidabbli li turi mod ieħor, l-ammont totali ta’ dazji doganali mitluf (dazju doganali bażiku u ċess doganali) jitqies bħala remissjoni żejda li tkun tikkostitwixxi sussidju kumpensabbli f’konformità mal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. It-tariffi tal-applikazzjoni mħallsa mill-kumpanija tnaqqsu.

    (51)

    F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni allokat dawn l-ammonti ta’ sussidju fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni tal-kumpanija matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, minħabbba li s-sussidju huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

    (52)

    Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema ammontat għal 1,66 % għal HEG matul il-PIR.

    (53)

    Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTI sostna li, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tikkumpensa għall-AAS, l-ammont biss, li jaqbeż id-dazji, li jkun ġie rimess, jista’ jiġi kkumpensat. Il-GTI ddikjara li dan isegwi mir-Rapport tal-Bord tad-WTO dwar il-Miżuri Relatati mal-Esportazzjoni mill-Indja [WT/DS541/R], li jgħid li kwalunkwe eżenzjoni ta’ taxxi indiretti li ma jaqbżux id-dazji imposti fuq inputs importati kkunsmati fil-produzzjoni ta’ prodott esportat ma għandhiex titqiex bħala kumpensabbli. Il-GTI jargumenta wkoll li r-rapport tal-bord (WT/DS/486) ipprovda l-istandard legali biex tiġi appoġġata din id-determinazzjoni.

    (54)

    Kif spejgat fil-premess (50), fin-nuqqas ta’ sistemi permessi ta’ restituzzjoni tad-dazji u fin-nuqqas tal-possibbiltà ta’ verifika tar-rata tal-konsum attwali tal-inputs rilevanti, u minħabba li ma hemmx evidenza affidabbli li turi mod ieħor, l-ammont totali ta’ dazji doganali mitluf (dazju doganali bażiku u ċess doganali) jitqies bħala remissjoni żejda. Ir-rapport tal-Bord tad-WTO dwar Miżuri Relatati mal-Esportazzjoni mill-Indja [WT/DS541/R] ma fihx definizzjoni li tikkontradixxi din il-kunsiderazzjoni.

    (55)

    Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat din l-affermazzjoni.

    3.2.3.   L-Iskema ta’ Esportazzjoni tal-Merkanzija mill-Indja (Merchandise Export from India Scheme, “MEIS”)

    (56)

    Il-Kummissjoni stabbiliet li HEG użat l-MEIS matul il-PIR.

    3.2.3.1.   Bażi ġuridika

    (57)

    Id-deskrizzjoni dettaljata tal-MEIS tinsab fil-kapitolu 3 tal-FTP 2015–2020 u tal-FTP 2015–2020 aġġornata u fil-kapitolu 3 tal-HOP 2015–2020 aġġornat (13).

    3.2.3.2.   Eliġibbiltà

    (58)

    Kwalunkwe manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

    3.2.3.3.   Implimentazzjoni prattika

    (59)

    Il-kumpaniji eliġibbli jistgħu jibbenefikaw mill-MEIS billi jesportaw prodotti speċifiċi lejn pajjiżi speċifiċi li huma kkategorizzati fil-Grupp A (“Swieq Tradizzjonali” inklużi l-Istati Membri kollha tal-UE), fil-Grupp B (“Swieq Emerġenti u Fokus”) u l-Grupp C (“Swieq Oħrajn”). Il-pajjiżi li jaqgħu taħt kull grupp u l-lista ta’ prodotti bir-rati korrispondenti ta’ benefiċċju huma elenkati fl-Appendiċi 3B tal-HOP 2015–2020 aġġornat.

    (60)

    Il-benefiċċju jieħu l-forma ta’ kreditu ta’ dazju ekwivalenti għal perċentwal tal-valur FOB tal-esportazzjoni. Ir-rata tal-MEIS għall-esportazzjoni tal-GES lejn il-pajjiżi tal-Grupp A matul il-PIR ammontat għal 2 %.

    (61)

    Skont il-paragrafu 3.06 tal-FTP 2015–2020, ċerti tipi ta’ esportazzjonijiet huma esklużi mill-iskema, eż., l-esportazzjonijiet ta’ oġġetti importati jew ta’ oġġetti trasbordati, l-esportazzjonijiet meqjusa, l-esportazzjonijiet ta’ servizzi u l-fatturat tal-esportazzjoni ta’ unitajiet li joperaw taħt żoni ekonomiċi speċjali/unitajiet li joperaw fl-esportazzjoni.

    (62)

    Il-krediti tad-dazju skont il-MEIS jistgħu jiġu ttrasferiti liberament u huma validi għal perjodu ta’ 18-il xahar mid-data tal-ħruġ filwaqt li ċ-ċertifikati tal-krediti tad-dazju li nħarġu fl-1 ta’ Jannar 2016 jew wara din id-data għandhom ikunu validi għal perjodu ta’ 24 xahar mid-data tal-ħruġ skont il-paragrafu 3.13 tal-HOP 2015–2020 aġġornat.

    (63)

    Jistgħu jintużaw għal: (i) ħlas tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet ta’ inputs jew ta’ oġġetti inklużi oġġetti kapitali, (ii) ħlas ta’ dazji tas-sisa fuq l-akkwist domestiku ta’ inputs jew ta’ oġġetti inklużi oġġetti kapitali u ħlas, (iii) ħlas tat-taxxa tas-servizzi fuq l-akkwist ta’ servizzi.

    (64)

    Trid timtela applikazzjoni online fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummerċ Barrani biex jitalbu l-benefiċċji skont il-MEIS. Id-dokumentazzjoni rilevanti (poloz ta’ kargu, ċertifikat ta’ realizzazzjoni bankarja u ċertifikat tal-iżbark) trid tkun mehmuża mal-applikazzjoni online. L-Awtorità Reġjonali (“RA”) rilevanti tal-GTI toħroġ il-kreditu tad-dazju wara li tagħmel skrutinju tad-dokumenti. Sakemm l-esportatur jipprovdi d-dokumentazzjoni rilevanti, l-RA ma għandha l-ebda diskrezzjoni fuq l-għoti tal-krediti tad-dazji.

    (65)

    L-iskema MEIS intemmet mill-1 ta’ Jannar 2021. Madankollu, instab li HEG ngħatat benefiċċji skont l-iskema MEIS matul il-PIR, peress li l-iskema ppermettiet li jintalbu benefiċċji b’mod retroattiv għal perjodi preċedenti sa tmiem l-2021.

    3.2.3.4.   Konklużjoni dwar l-MEIS

    (66)

    L-MEIS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta’ dazju tal-MEIS huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi l-kreditu eventwalment jintuża sabiex ipatti għad-dazji fuq l-importazzjoni mħallsa fuq oġġetti kapitali, u b’hekk inaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI li kieku kien ikun dovut. Barra minn hekk, il-kreditu ta’ dazju tal-MEIS jagħti benefiċċju lill-esportatur, li ma huwiex soġġett għal ħlas ta’ dawk id-dazji fuq l-importazzjoni.

    (67)

    Barra dan, l-MEIS hija kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont l-Artikolu 4(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tar-Regolament bażiku.

    (68)

    Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ restituzzjoni tad-dazji jew sistema ta’ restituzzjoni tad-dazji b’sostituzzjoni permissibbli fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma tikkonformax mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I il-punt (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni b’sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Esportatur ma jaqa’ taћt l-ebda obbligu li jikkonsma attwalment l-oġġetti importati bla dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont ta’ kreditu ma huwiex ikkalkolat skont l-inputs attwali użati. Ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta’ dazji tal-importazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Esportatur huwa eliġibbli għall-benefiċċji tal-MEIS irrispettivament minn jekk jimportax xi inputs jew le. Biex jinkiseb il-benefiċċju, huwa biżżejjed li esportatur sempliċiment jesporta l-prodotti mingħajr ma jkollu juri li kien importat xi materjal ta’ input. Għalhekk, anke l-esportaturi li jakkwistaw l-inputs tagħhom kollha lokalment u ma jimportaw l-ebda oġġett li jista’ jintuża bħala input, xorta huma intitolati li jibbenefikaw mill-MEIS. Barra minn hekk, esportatur jista’ juża l-krediti ta’ dazju tal-MEIS biex jimporta oġġetti kapitali għalkemm l-oġġetti kapitali ma humiex koperti mill-ambitu tas-sistemi permissibbli ta’ rifużjoni tad-dazji, kif stabbilit fl-Anness I il-punt (i) tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati. Barra minn hekk, ma sar l-ebda studju ulterjuri mill-GTI fuq il-bażi tal-inputs u t-tranżazzjonijiet attwali sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm ħlas eċċessiv.

    (69)

    Huwa nnotat li l-MEIS skadiet fl-1 ta’ Jannar 2021 (14). Madankollu, sa tmiem l-2021, il-kumpaniji xorta setgħu japplikaw għall-iskripts tal-MEIS għat-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni li saru fl-2020. Barra minn hekk, il-kumpaniji xorta jistgħu jużaw l-iskript tal-MEIS miksub fl-2021 sabiex jibbilanċjaw id-dazji tal-importazzjoni dovuti, sal-15 ta’ Settembru 2023. Għalhekk, il-benefiċċji fl-ambitu ta’ din l-iskema ġew riċevuti matul il-PIR u se jkomplu anke wara t-tmiem tal-investigazzjoni.

    (70)

    Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI kkummenta li l-MEIS mhuwiex programm kumpensabbli peress li huwa maħsub biss biex jirrimborża t-taxxi indiretti mħallsa fuq l-inputs ikkonsmati fil-produzzjoni ta’ oġġetti esportati. Barra minn hekk, il-valur tal-iskritti tal-kreditu tad-dazju (li jingħataw bħala benefiċċji taħt l-MEIS) ma jaqbiżx it-taxxi indiretti mġarrba mill-esportatur. Għalhekk, il-programm MEIS huwa konformi mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi (g) u (h) tal-Anness I moqrija man-Nota ta’ qiegħ il-paġna 1 tal-ASCM tad-WTO.

    (71)

    Għall-kuntrarju ta’ dak li jargumenta l-GOI, il-MEIS tipprovdi remissjoni eċċessiva tad-dazji. Kif muri fil-premessa (68) esportatur ma jaqa’ taћt l-ebda obbligi li jikkonsma attwalment l-oġġetti importati bla dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont ta’ kreditu ma huwiex ikkalkolat skont l-inputs attwali użati. Ma hemmx sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema inputs huma kkonsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni. Is-sempliċi intenzjoni li jitħallsu lura t-taxxi indiretti mħallsa fuq l-inputs ikkunsmati ma tissostitwixxix il-ħtieġa għall-monitoraġġ ta’ jekk dawn fil-fatt jiġux ikkunsmati.

    (72)

    Il-GTI kkummenta wkoll li l-MEIS ġiet itterminata mill-GTI b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021 u l-estensjoni tad-dazju tirriżulta f’kumpens għal programm li taħtu mhu se tingħata assistenza lill-ebda esportatur. Il-GTI indika l-fatt li f’investigazzjonijiet preċedenti l-Kummissjoni żammet lura milli tikkompensa għal skemi li jkunu ġew revokati mill-GTI.

    (73)

    Fil-premessa (69), il-Kummissjoni wriet li minkejja t-terminazzjoni tal-iskema, HEG irċeviet benefiċċji matul il-PIR, wara t-terminazzjoni tal-iskema. Il-Kummissjoni wriet ukoll li dawn il-benefiċċji qed ikomplu anki wara t-tmiem tal-investigazzjoni. L-ebda fatt minn dawn ma ġie kkontestat mill-GTI.

    (74)

    Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat din l-affermazzjoni.

    3.2.3.5.   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

    (75)

    F’konformità mal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tas-sussidji kumpensabbli f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-reċevitur, liema benefiċċju nstab li jeżisti matul il-PIR. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbiliet li l-benefiċċju jingħata lir-riċevitur fil-mument meta l-kumpanija tirċievi l-benefiċċju fl-ambitu ta’ din l-iskema, wara li l-kumpanija tkun applikat. F’dan il-mument, il-GTI joħroġ kreditu ta’ dazju li jitniżżel fil-kotba mill-produttur esportatur bħala kont riċevibbli li jista’ jiġi paċut mill-produttur esportatur fi kwalunkwe mument. Dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza ta’ kargu tal-esportazzjoni, il-GTI ma jkollux diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju jew le. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u minħabba li ma hemm l-ebda evidenza kredibbli li turi mod ieħor, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li l-benefiċċju skont il-MEIS jiġi vvalutat bħala t-total tal-ammonti miksuba fl-ambitu ta’ din l-iskema matul il-PIR. Il-Kummissjoni qieset l-ammonti tal-MEIS miksuba fuq it-tranżazzjonijiet kollha tal-esportazzjoni ta’ HEG, peress li l-kumpanija tesporta biss il-prodott taħt rieżami.

    (76)

    F’konformità mal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, it-tariffi mġarrba mill-kumpanija sabiex tikseb is-sussidju tnaqqsu mill-ammont totali tas-sussidju kull meta ġie mitlub.

    (77)

    F’konformità mal-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni allokat dan l-ammont tas-sussidju fuq il-fatturat mill-esportazzjoni ta’ HEG matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

    (78)

    Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema ammontat għal 0,87 % għal HEG matul il-PIR.

    3.2.4.   L-Iskema ta’ Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta’ Oġġetti Kapitali (Export Promotion Capital Goods Scheme, “EPCGS”)

    (79)

    Bħal fl-investigazzjoni oriġinali u fl-aħħar rieżami, il-Kummissjoni stabbiliet li HEG irċeviet konċessjonijiet fl-ambitu tal-EPCGS li setgħu jiġu allokati għall-prodott taħt rieżami li oriġina mill-Indja matul il-PIR.

    3.2.4.1.   Bażi ġuridika

    (80)

    Id-deskrizzjoni dettaljata tal-EPCGS tinsab fil-kapitolu 5 tal-FTP 2015–2020 kif ukoll fil-kapitolu 5 tal-HOP 2015–2020.

    3.2.4.2.   Eliġibbiltà

    (81)

    Il-manifatturi-esportaturi, in-negozjanti-esportaturi “marbuta ma’” manifatturi ta’ appoġġ u fornituri ta’ servizzi huma eliġibbli għal din l-iskema.

    3.2.4.3.   Implimentazzjoni prattika

    (82)

    Bil-kundizzjoni ta’ obbligu għall-esportazzjoni, kumpanija hija permessa timporta oġġetti kapitali (oġġetti kapitali ġodda jew użati li ma għandhomx aktar minn 10 snin) b’rata ta’ dazju mnaqqsa. Gћal dan l-gћan, wara li ssir applikazzjoni u titħallas tariffa l-GTI joћroġ liċenzja tal-EPCGS. L-iskema tipprevedi rata tad-dazju mnaqqsa fuq l-importazzjoni, applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati skont din l-iskema. Sabiex jiġi ssodisfat l-obbligu tal-esportazzjoni, l-oġġetti kapitali importati jridu jintużaw biex jiġi prodott ċertu ammont ta’ oġġetti meqjusa għall-esportazzjoni matul perjodu partikolari. Skont l-FTP 2015–2020 u l-FTP 2015–2020 aġġornata, l-oġġetti kapitali jistgħu jiġu importati b’rata ta’ dazju ta’ 0 % taħt l-EPCGS. L-obbligu għall-esportazzjoni, li jammonta għal sitt darbiet id-dazju ffrankat, irid jiġi ssodisfat fi ħdan perjodu massimu ta’ sitt snin.

    (83)

    Id-detentur ta’ liċenzja tal-EPCGS jista’ wkoll jikseb l-oġġetti kapitali lokalment. F’dan il-każ, il-manifattur indiġenu ta’ oġġetti kapitali jista’ japprofitta huwa stess mill-benefiċċju ta’ importazzjoni mingħajr dazju tal-komponenti meħtieġa għall-manifattura ta’ dawn l-oġġetti kapitali. Alternattivament, il-manifattur indiġenu jista’ jitlob il-benefiċċju ta’ esportazzjoni preżunta fir-rigward tal-provvista ta’ oġġetti kapitali lil detentur tal-liċenzja tal-EPCGS.

    3.2.4.4.   Konklużjoni dwar id-EPCGS

    (84)

    L-EPCGS tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. It-tnaqqis tad-dazju jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi din il-konċessjoni tnaqqas id-dħul tal-GTI mid-dazju li kien ikun dovut lilu. Barra minn hekk, it-tnaqqis tad-dazju jagħti benefiċċju lill-esportatur, minħabba li d-dazji ffrankati mill-importazzjoni jtejbu l-likwidità tal-kumpanija.

    (85)

    Barra minn dan, l-EPCGS hija kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, billi tali liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta’ esportazzjoni. Għalhekk, hija meqjusa speċifika u kumpensatorja skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament bażiku.

    (86)

    L-EPCGS ma tistax titqies bħala sistema ta’ restituzzjoni tad-dazji jew sistema ta’ restituzzjoni tad-dazji b’sostituzzjoni permissibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali ma humiex koperti mill-ambitu ta’ dawn is-sistemi permissibbli, kif stabbilit fil-punt (I) tal-Anness I tar-Regolament bażiku, minħabba li ma jiġux ikkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti esportati.

    3.2.4.5.   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

    (87)

    L-ammont ta’ sussidji kumpensabbli ġie kkalkolat, f’konformità mal-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tad-dazju doganali mhux imħallas fuq oġġetti kapitali importati mifruxin fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu normali ta’ deprezzament ta’ dawn l-oġġetti kapitali fl-industrija kkonċernata. L-ammont ikkalkolat b’dan il-mod, li huwa attribwibbli għall-PIR, ġie aġġustat biż-żieda tal-imgħax matul dan il-perjodu sabiex ikun rifless il-valur taż-żmien globali tal-flus. Ir-rata kummerċjali tal-imgħax matul il-perjodu tal-investigazzjoni fl-Indja kienet meqjusa xierqa għal dan il-għan.

    (88)

    F’konformità mal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, it-tariffi mġarrba minn HEG sabiex tikseb is-sussidju tnaqqsu mill-ammont totali tas-sussidju kull meta ġie mitlub.

    (89)

    F’konformità mal-Artikoli 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku, dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fatturat mill-esportazzjoni tal-prodott taħt rieżami matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq peress li l-kumpanija użat magni mixtrija fl-ambitu tal-EPCGS biex tipproduċi biss il-prodott taħt rieżami, minħabba li s-sussidju huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati.

    (90)

    Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema ammontat għal 0,31 % għal HEG matul il-PIR.

    3.2.5.   Trasferiment dirett tal-fondi

    (91)

    Il-Kummissjoni analizzat trasferiment dirett ta’ fondi fi ħdan l-iskema DDS. L-iskema DDS hija bbażata fuq it-taqsima 75 tal-Att Doganali tal-1962, fuq it-taqsima 37 tal-Att dwar is-Sisa Ċentrali tal-1944, fuq it-taqsimiet 93 A u 94 tal-Att dwar il-Finanzi tal-1994 u fuq ir-Regoli ta’ Restituzzjoni tad-Dazji tad-Dwana, tas-Sisa Ċentrali u tat-Taxxa tas-Servizzi tal-1995. Ir-rati ta’ restituzzjoni huma ppubblikati fuq bażi regolari.

    3.2.6.   Skema ta’ Rifużjoni tad-Dazju (Duty Drawback Scheme, “DDS”)

    (92)

    Il-Kummissjoni stabbiliet li HEG użat id-DDS matul il-PIR.

    3.2.6.1.   Bażi Ġuridika

    (93)

    Il-bażi ġuridika applikabbli matul il-PIR kienet ir-Regoli ta’ Restituzzjoni tad-Dazji tad-Dwana u tas-Sisa Ċentrali tal-1995 (“ir-Regoli tad-DDS tal-1995”), kif emendati fl-2006 (15) u mbagħad sostitwiti mir-Regoli ta’ Restituzzjoni tad-Dazji tad-Dwana u tas-Sisa Ċentrali tal-2017 (16) (“ir-Regoli tal-2017”) li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2017. Ir-Regola 3(2) tar-Regoli tad-DDS tal-1995 tirregola l-metodu ta’ kalkolu ta’ din l-iskema tar-restituzzjoni tad-dazju. L-Artikolu 12(1)(a)(ii) tar-Regoli tad-DDS imsemmija jirregola d-Dikjarazzjoni li l-produtturi esportaturi jeħtieġ jippreżentaw sabiex jibbenefikaw mill-iskema. Dawn ir-Regoli baqgħu identiċi fir-Regoli tad-DDS tal-2017 u jikkorrispondu mal-Artikolu 3(2) u mal-Artikolu 13(1)(a)(ii) rispettivament.

    (94)

    Barra minn hekk, iċ-Ċirkolari Nru 24/2001 (17) fiha struzzjonijiet speċifiċi dwar kif għandhom jiġu implimentati r-Regola 3(2) u d-Dikjarazzjoni li l-esportaturi jeħtieġ jipproduċu skont ir-Regola 12(1)(a)(ii).

    (95)

    Ir-Regola 4 tar-Regoli tad-DDS tal-1995 tistipula li l-Gvern Ċentrali jista’ jirrevedi l-ammont jew ir-rati iddeterminati skont ir-regola 3. Il-Gvern għamel numru ta’ modifiki, bl-aħħar ikunu dawk li rrevedew ir-rati li huma n-Notifika Nru 95/2018 — DWANA u n-Notifika Nru 07/2020 — DWANA. Bħala riżultat ir-rata tad-DDS għall-prodott taħt rieżami kienet ta’ 1,6 % tal-valur FOB tal-prodotti esportati. L-istess rata tad-DDS hija applikata għal GES esportat minn HEG.

    3.2.6.2.   Eliġibbiltà

    (96)

    Kwalunkwe manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

    3.2.6.3.   Implimentazzjoni prattika

    (97)

    Skont din l-iskema, kwalunkwe kumpanija attiva fl-esportazzjoni ta’ prodotti eliġibbli hija intitolata li tirċievi ammont li jikkorrispondi għal perċentwal tal-valur FOB iddikjarat tal-prodott esportat. Skont ir-Regola 3(2) tar-Regoli ta’ Restituzzjoni tad-Dazji tad-Dwana u tas-Sisa Ċentrali, il-GTI jibbaża l-ammont rimborżabbli fuq il-valuri medji tal-industrija kollha ta’ dazji doganali rilevanti mħallsa fuq materja prima importata u proporzjon ta’ konsum medju tal-industrija miġbur minn dak li l-GTI jqis bħala manifatturi rappreżentattivi tal-prodotti eliġibbli għall-esportazzjoni. Imbagħad, il-GTI jesprimi l-ammont li għandu jiġi rimborżat bħala perċentwal tal-valur medju ta’ esportazzjoni ta’ prodotti esportati eliġibbli.

    (98)

    Sabiex tkun eliġibbli biex tibbenifika minn din l-iskema, kumpanija trid tesporta. Fil-mument meta d-dettalji tal-konsenja jiddaħħlu fis-server Doganali (ICEGATE),jiġi indikat li l-esportazzjoni qed issir fl-ambitu tad-DDS u l-ammont tad-DDS huwa ffissat irrevokabbilment. Wara li l-kumpanija tat-trasport marittimu tkun ippreżentat Manifest Ġenerali tal-Esportazzjoni u l-uffiċċju doganali jkun qabbel b’mod sodisfaċenti dak id-dokument mad-data tal-polza ta’ esportazzjoni, ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha biex jiġi awtorizzat il-ħlas tal-ammont ta’ restituzzjoni jew bi ħlas dirett fil-kont bankarju tal-esportatur jew b’ċekk.

    (99)

    L-esportatur irid jipproduċi wkoll evidenza ta’ realizzazzjoni ta’ rikavati mill-esportazzjoni permezz ta’ Ċertifikat ta’ Realizzazzjoni Bankarja (“Bank Realisation Certificate — BRC”). Dan id-dokument jista’ jiġi pprovdut wara li jkun tħallas l-ammont ta’ restituzzjoni iżda l-GTI jirkupra l-ammont imħallas jekk l-esportatur jonqos milli jissottometti l-BRC fl-iskadenza mogħtija.

    (100)

    L-ammont tar-restituzzjoni jista’ jintuża għal kwalunkwe skop u, f’konformità mal-istandards Indjani tal-kontabbiltà, l-ammont jista’ jitniżżel fuq bażi tad-dovuti bħala dħul fil-kontijiet kummerċjali, mat-twettiq tal-obbligu għall-esportazzjoni.

    (101)

    Il-leġiżlazzjoni u l-istruzzjonijiet amministrattivi rilevanti jistipulaw li l-amministrazzjoni doganali Indjana jenħtieġ li ma tirrikjedi evidenza li l-esportatur li jitlob ir-restituzzjoni tad-dazji kellu jġarrab jew se jkollu jġarrab obbligazzjoni ta’ dazju doganali għall-importazzjonijiet tal-materja prima meħtieġa għall-manifattura tal-prodott esportat. Barra minn hekk, matul iż-żjara ta’ verifika, il-GTI kkonferma li l-kumpaniji li jiksbu l-materja prima kollha domestikament xorta jibbenefikaw mir-rata sħiħa kkalkolata skont l-Artikolu 3(2) imsemmi hawn. HEG eżerċitat id-DDS bir-Rata għall-Industrija Kollha, fejn ma tkunx meħtieġa prova ta’ dazji attwalment imħallsa.

    3.2.6.4.   Konklużjoni dwar id-DDS

    (102)

    Id-DDS tipprovdi sussidji fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(i) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. L-hekk imsejjaħ ammont ta’ restituzzjoni tad-dazji huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI minħabba li jieħu l-forma ta’ trasferiment dirett tal-fondi mill-GTI. Ma hemm l-ebda restrizzjoni fuq l-użu ta’ dawn il-fondi. Barra minn hekk, l-ammont tar-restituzzjoni tad-dazji jagħti benefiċċju lill-esportatur, peress li jtejjeb il-likwidità tiegħu.

    (103)

    Ir-rata tar-restituzzjoni tad-dazji għall-esportazzjonijiet hija ddeterminata mill-GTI fuq bażi skont il-prodott. Madankollu, għalkemm is-sussidju huwa msejjaħ restituzzjoni tad-dazji, l-iskema ma għandhiex il-karatteristiċi kollha ta’ sistema ta’ restituzzjoni tad-dazji jew ta’ sistema ta’ restituzzjoni b’sostituzzjoni permessibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku; l-iskema lanqas ma tikkonforma mar-regoli stabbiliti fl-Anness I, l-entrata (I), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni b’sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Il-ħlas fi flus lill-esportatur ma huwiex neċessarjament marbut ma’ ħlasijiet attwali ta’ dazji fuq l-importazzjoni fuq il-materja prima, u ma huwiex kreditu ta’ dazju sabiex ipaċi d-dazji fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima fil-passat jew fil-futur. Barra minn hekk, ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ sabiex tikkonferma liema inputs huma kkonsmati fil-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni u b’liema ammonti. Barra minn hekk, il-GTI ma għamilx eżami ulterjuri bbażat fuq l-inputs attwali involuti, għalkemm dan ikollu jsir fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika applikata b’mod effettiv (l-Anness II(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku). Ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza tal-eżistenza ta’ rabta bejn ir-rati ta’ rifużjoni u d-dazji mħallsa fuq il-materja prima.

    (104)

    Konsegwentement, il-ħlas li jieħu l-forma ta’ trasferiment dirett ta’ fondi mill-GTI wara l-esportazzjonijiet magħmula mill-esportaturi huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u, għalhekk, din l-iskema hija meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli fl-ambitu tal-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament bażiku.

    (105)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ġie konkluż li d-DDS hija kumpensabbli.

    (106)

    Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTI sostna li d-DDS mhijiex kumpensabbli peress li hija maħsuba biex timplimenta l-prinċipju li t-taxxi jenħtieġ li ma jiġux esportati. L-iskemi msemmija huma skont il-Paragrafu 2 tat-Taqsima I fl-Anness II tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta’ Kumpens (“il-Ftehim SCM”). L-irtirar ta’ taxxi indiretti jew imposti fuq l-importazzjoni ma jaqbiżx l-ammont ta’ dawn it-taxxi jew l-imposti attwalment imposti fuq inputs li huma kkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat. Id-DDS hija biss programm li jirrimborża t-taxxi mħallsa fuq l-importazzjoni ta’ inputs użati fil-produzzjoni ta’ oġġetti esportati. Ir-redditu tal-valuri jiġi kkalkulat minn perċentwal tal-valur FOB esportat, varjabbli skont l-oġġetti esportati.

    (107)

    Il-GTI argumenta wkoll li l-bażijiet tad-data tiegħu jintużaw għal kontroverifiki xierqa. Kumitat iżur ukoll l-unitajiet tal-esportazzjoni tal-manifattur biex jikseb għarfien dirett tal-proċess tal-manifattura u josserva n-natura tal-inputs li normalment jintużaw u l-ammont ta’ ħela. Il-Kumitat iqis ukoll l-esperjenza tal-industrija u fatturi tekniċi wiesgħa, kif xieraq. Ir-rifużjoni hija l-ammont medju ta’ dazju mħallas fuq materjali ta’ kwalunkwe klassi partikolari jew deskrizzjoni ta’ oġġetti użati fil-manifattura ta’ oġġetti għall-esportazzjoni ta’ oġġetti speċifikati.

    (108)

    Il-Kummissjoni, madankollu, ma kkunsidratx li r-rabta allegata bejn ir-rati ta’ rifużjoni u d-dazji mħallsa fuq il-materja prima hija biżżejjed sabiex l-iskema tikkonforma mar-regoli stabbiliti fl-Anness I il-punt (I), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għar-rifużjoni) u l-Anness III (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni b’sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. B’mod partikolari, l-ammont ta’ kreditu ma ġiex ikkalkulat b’rabta mal-inputs attwali użati. Aktar minn hekk, ma hemmx sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema inputs (inkluż l-ammonti u l-oriġini) ġew ikkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta’ dazji tal-importazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-punt (I) tal-Anness I u tal-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, ma sar l-ebda studju ulterjuri mill-GTI fuq il-bażi tal-inputs u t-tranżazzjonijiet attwali sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm ħlas eċċessiv.

    (109)

    Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat din l-affermazzjoni.

    3.2.6.5.   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

    (110)

    F’konformità mal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni stabbiliet li l-benefiċċju jingħata lir-riċevitur fil-mument meta ssir tranżazzjoni ta’ esportazzjoni taħt din l-iskema. F’dan il-mument, il-GTI jkun obbligat iħallas l-ammont tar-restituzzjoni, li jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(I) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu polza ta’ kargu tal-esportazzjoni li turi, inter alia, l-ammont tar-restituzzjoni li għandu jingħata għal dik it-tranżazzjoni ta’ esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju jew le.

    (111)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u minħabba li ma hemm l-ebda evidenza kredibbli li turi mod ieħor, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li l-benefiċċju skont id-DDS jiġi vvalutat bħala t-total tal-ammonti ta’ rifużjoni miksuba fuq it-tranżazzjonijiet tal-esportazzjoni li jkunu saru taħt din l-iskema matul il-PIR. Il-Kummissjoni qieset l-ammonti ta’ rifużjoni tad-dazju miksuba fuq it-tranżazzjonijiet kollha ta’ esportazzjoni ta’ HEG peress li l-kumpanija tesporta biss il-prodott taħt rieżami.

    (112)

    F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni allokat dawn l-ammonti tas-sussidju fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni tal-kumpanija matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, minħabbba li s-sussidju huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

    (113)

    Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema ammontat għal 1,27 % għal HEG matul il-PIR.

    (114)

    Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTI argumenta li, jekk ikun hemm xi rifużjoni żejda, ir-rifużjoni żejda biss tista’ tiġi kkumpensata. Il-GTI argumenta li dan huwa appoġġat mir-Rapport tal-Bord, European Union -Countervailing Measures on Certain Polyethylene Terephthalate from Pakistan, WT/DS486/R. Il-GTI kkwota taqsima minn dan ir-rapport tal-Bord li fiha din id-dikjarazzjoni: “Consistent with this observation, Annex III (II) provides guidance for investigating authorities that are designed to allow investigating authorities to identify excess remissions.”

    (115)

    Ir-Rapport tal-Bord ma fihx sejbiet li jikkontradixxu l-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar kif id-definizzjoni tal-benefiċċju eċċessiv f’dan il-każ. Kif deskritt fil-premessa (111), peress li ma kienx hemm evidenza ta’ proċess ta’ verifika attwali li juri mod ieħor, iżda deskrizzjonijiet ġenerali biss ta’ kif il-Kumitat jaħdem u jistabbilixxi l-proporzjon tad-DDS, il-Kummissjoni qieset xieraq li tivvaluta l-benefiċċju taħt id-DDS bħala s-somma tal-ammonti ta’ rifużjoni miksuba fuq tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni li saru taħt din l-iskema matul il-PIR.

    (116)

    Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat din l-affermazzjoni.

    3.3.   Skemi addizzjonali użati biex tiġi ddeterminata l-kontinwazzjoni tas-sussidjar

    3.3.1.   Eżenzjoni mid-dazju u skemi ta’ remissjoni

    (117)

    B’mod simili għall-MEIS, l-iskema RODTEP hija bbażata fuq l-Att tal-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolamentazzjoni) tal-1992 (Nru 22 tal-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (“l-Att dwar il-Kummerċ Barrani”). L-RODTEP tfasslet bħala suċċessur tal-iskema MEIS, iżda minħabba d-differenzi bejn dawn l-iskemi dwar kif jingħataw il-benefiċċji, hemm koinċidenza fil-perjodu li fih ġew applikati ż-żewġ skemi.

    3.3.2.   Ir-Remissjoni tad-Dazji u t-Taxxi fuq il-Prodotti Esportati (“RODTEP”)

    (118)

    Il-Kummissjoni stabbiliet li HEG użat l-RODTEP matul il-PIR.

    3.3.2.1.   Bażi ġuridika

    (119)

    Deskrizzjoni dettaljata tal-RODTEP tinsab fil-kapitolu 4 tal-FTP 2015–2020 u tal-FTP 2015–2020 aġġornata u fil-kapitolu 4 tal-HOP 2015–2020 aġġornat. Tinsab ukoll fin-Notifika li tintroduċi l-RODTEP fl-FTP 2015–2020 (18).

    3.3.2.2.   Eliġibbiltà

    (120)

    Kwalunkwe manifattur-esportatur jew negozjant-esportatur huwa eliġibbli għal din l-iskema.

    3.3.2.3.   Implimentazzjoni prattika

    (121)

    Il-kumpaniji eliġibbli jistgħu jibbenefikaw mill-RODTEP billi jesportaw prodotti, li ma humiex esklużi skont il-lista tat-taqsima 4.55 tal-FTP 2015–2020 bħala Provvisti/Oġġetti/Kategoriji Ineliġibbli skont l-Iskema. Il-GES ma kienx eskluż skont din il-lista.

    (122)

    Skont l-Iskema, jingħata ribass f’perċentwal innotifikat tal-valur FOB b’limitu massimu tal-valur għal kull unità tal-prodott esportat. L-Iskema hija implimentata permezz tal-ħruġ ta’ ammont ta’ ribass fil-forma ta’ kreditu ta’ dazju trasferibbli/skript elettroniku (e-scrip), li jinżamm f’reġistru elettroniku mill-Bord Ċentrali tat-Taxxi Indiretti u d-Dwana (CBIC).

    (123)

    L-iskripts elettroniċi jistgħu jintużaw għall-ħlas tad-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet ta’ inputs jew ta’ oġġetti inklużi oġġetti kapitali taħt l-Ewwel Skeda għall-Att dwar it-Tariffi Doganali, 1975 viz. Dazju Doganali Bażiku.

    3.3.2.4.   Konklużjoni dwar l-RODTEP

    (124)

    L-RODTEP tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Kreditu ta’ dazju tar-RODTEP huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-GTI, billi l-kreditu eventwalment jintuża sabiex ipaċi d-dazji fuq l-importazzjoni mħallsin fuq l-oġġetti kapitali, u b’hekk inaqqas id-dħul mid-dazju tal-GTI li kieku kien irid jitħallas. Barra minn hekk, il-kreditu ta’ dazju tal-RODTEP jagħti benefiċċju lill-esportatur, li ma huwiex soġġett għal ħlas ta’ dawk id-dazji fuq l-importazzjoni.

    (125)

    Barra dan, l-RODTEP hija kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, u għalhekk hija meqjusa bħala speċifika u kumpensabbli skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament bażiku.

    (126)

    Din l-iskema ma tistax titqies bħala sistema ta’ restituzzjoni tad-dazji jew sistema ta’ restituzzjoni tad-dazji b’sostituzzjoni permissibbli fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Din ma tikkonformax mar-regoli stretti stabbiliti fl-Anness I, il-punt (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għar-restituzzjoni b’sostituzzjoni) tar-Regolament bażiku. Esportatur ma jaqa’ taћt l-ebda obbligu li jikkonsma attwalment kwalunkwe oġġett importat bla dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont ta’ kreditu ma huwiex ikkalkolat skont l-inputs attwali użati. Ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta’ dazji tal-importazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, ma sar l-ebda studju ulterjuri mill-GTI fuq il-bażi tal-inputs u t-tranżazzjonijiet reali sabiex jiġi ddeterminat jekk kienx hemm ħlas eċċessiv.

    (127)

    Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTI argumenta li rieżami ta’ skadenza huwa limitat għall-estensjoni tad-dazju li diġà huwa fis-seħħ. Għalhekk, skemi ġodda ta’ sussidju bħal RODTEP iridu jibqgħu barra mill-ambitu ta’ dan ir-rieżami.

    (128)

    Il-fatt li rieżami ta’ skadenza huwa limitat għall-estensjoni ta’ dazju diġà fis-seħħ, ma jillimitax lill-Kummissjoni biex tinvestiga biss skemi ta’ sussidju li kienu jeżistu fil-perjodu tal-investigazzjoni oriġinali. Għall-fini li jiġi ddeterminat jekk kompliex sussidjar ’il fuq mil-livell de minimis matul il-PIR, il-Kummissjoni qieset r-RODTEP peress li kienet inkluża fit-talba għal rieżami u kienet skema ta’ segwitu għall-MEIS.

    (129)

    Il-GTI kompla jafferma li r-RODTEP mhijiex kumpensabbli peress li hija maħsuba biex timplimenta l-prinċipju li t-taxxi jenħtieġ li ma jiġux esportati. L-iskemi msemmija huma skont il-Paragrafu 2 tat-Taqsima I fl-Anness II tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri ta’ Kumpens (“il-Ftehim SCM”). L-irtirar ta’ taxxi indiretti jew imposti fuq l-importazzjoni ma jaqbiżx l-ammont ta’ dawn it-taxxi jew l-imposti attwalment imposti fuq inputs li huma kkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat. Id-DDS hija biss programm li jirrimborża t-taxxi mħallsa fuq l-importazzjoni ta’ inputs użati fil-produzzjoni ta’ oġġetti esportati. Il-valuri rimborżati jiġi kkalkulat minn perċentwal tal-valur FOB esportat, varjabbli skont l-oġġetti esportati.

    (130)

    Il-GTI juża l-bażijiet tad-data tiegħu għal kontroverifiki xierqa. Kumitat iżur ukoll l-unitajiet tal-esportazzjoni tal-manifattur biex jikseb għarfien dirett tal-proċess tal-manifattura u josserva n-natura tal-inputs li normalment jintużaw u l-ammont ta’ ħela. Il-Kumitat iqis ukoll l-esperjenza tal-industrija u fatturi tekniċi wiesgħa, kif xieraq. Ir-rifużjoni hija l-ammont medju ta’ dazju mħallas fuq materjali ta’ kwalunkwe klassi partikolari jew deskrizzjoni ta’ oġġetti użati fil-manifattura ta’ oġġetti għall-esportazzjoni ta’ oġġetti speċifikati.

    (131)

    Għall-kuntrarju ta’ dak li argumenta l-GTI, ir-RODTEP hija biss programm li jirrimborża t-taxxi mħallsa fuq l-importazzjoni ta’ inputs użati fil-produzzjoni ta’ oġġetti esportati. Kif deskritt fil-premessa (126) esportatur ma jaqa’ taћt l-ebda obbligi li jikkonsma attwalment xi oġġetti importati bla dazju fil-proċess tal-produzzjoni u l-ammont ta’ kreditu ma huwiex ikkalkolat skont l-inputs attwali użati. Ma hemm l-ebda sistema jew proċedura fis-seħħ biex tikkonferma liema inputs jiġu kkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni tal-prodott esportat jew jekk sarx ħlas żejjed ta’ dazji tal-importazzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-punt (i) tal-Anness I u l-Annessi II u III tar-Regolament bażiku. Għalhekk, id-dettalji li l-GTI ddeskriva dwar kif ir-rata għall-iskema RODTEP hija ddeterminata mill-Kumitat u mill-kontroverifiki mal-banek tad-data tiegħu mhumiex rilevanti peress li dan ma jipprevjenix il-benefiċċju eċċessiv.

    (132)

    Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat din l-affermazzjoni.

    3.3.2.5.   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

    (133)

    F’konformità mal-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkalkolat l-ammont tas-sussidji kumpensabbli f’termini tal-benefiċċju mogħti lir-reċevitur, li nstab li kien jeżisti matul il-PIR. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbiliet li l-benefiċċju huwa mogħti lir-riċevitur fil-mument meta l-kumpanija tirċievi l-benefiċċju fl-ambitu ta’ din l-iskema. Attwalment, il-GTI joħroġ kreditu ta’ dazju, li jitniżżel fil-kotba minn HEG bħala dejn pendenti li jista’ jiġi kkumpensat minn HEG fi kwalunkwe mument. Dan jikkostitwixxi kontribuzzjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Ladarba l-awtoritajiet doganali joħorġu l-polza ta’ kargu tal-esportazzjoni, il-GTI ma jkollu l-ebda diskrezzjoni dwar jekk jagħtix is-sussidju. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, u minħabba li ma hemm l-ebda evidenza kredibbli li turi mod ieħor, il-Kummissjoni qieset li huwa xieraq li l-benefiċċju skont ir-RODTEP jiġi vvalutat bħala t-total tal-ammonti miksuba minn tranżazzjonijiet li jkunu saru taħt din l-iskema matul il-PIR mill-produttyr esportatur li jikkoopera HEG. Il-Kummissjoni qieset l-ammonti tar-RODTEP miksuba fuq it-tranżazzjonijiet kollha tal-esportazzjoni ta’ HEG, peress li l-kumpanija tesporta biss prodott taħt rieżami.

    (134)

    F’konformità mal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, it-tariffi mġarrba mill-produttur esportatur li jikkoopera HEG sabiex jikseb is-sussidju tnaqqsu mill-ammont totali tas-sussidju meta ġie mitlub.

    (135)

    F’konformità mal-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni allokat dan l-ammont tas-sussidju fuq il-fatturat mill-esportazzjoni ta’ HEG matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

    (136)

    Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema ammontat għal 0,59 % għal HEG matul il-PIR.

    (137)

    Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTI argumenta li, jekk ikun hemm xi rifużjoni żejda, ir-rifużjoni żejda biss tista’ tiġi kkumpensata. Il-GTI argumenta li dan huwa appoġġat mir-Rapport tal-Bord, l-Unjoni Ewropea — Miżuri Kumpensatorji dwar Ċertu Polietilentereftalat mill-Pakistan, WT/DS486/R. Il-GTI kkwota taqsima minn dan ir-rapport tal-Bord li fiha din id-dikjarazzjoni: “Consistent with this observation, Annex III (II) provides guidance for investigating authorities that are designed to allow investigating authorities to identify excess remissions.”

    (138)

    Ir-Rapport tal-Bord ma fihx sejbiet li jikkontradixxu l-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar kif jiġi ddefinit il-benefiċċju eċċessiv f’dan il-każ. Kif deskritt fil-premessa (133), peress li ma hemmx evidenza ta’ proċess ta’ verifika attwali li juri mod ieħor, iżda deskrizzjonijiet ġenerali biss ta’ kif il-Kumitat jaħdem u jistabbilixxi l-proporzjon tar-RODTEP, il-Kummissjoni qieset xieraq li tivvaluta l-benefiċċju taħt ir-RODTEP bħala s-somma tal-ammonti ta’ rifużjoni miksuba fuq tranżazzjonijiet ta’ esportazzjoni li saru taħt din l-iskema matul il-PIR.

    (139)

    Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrifjutat din l-affermazzjoni.

    3.3.3.   Finanzjament preferenzjali: Skema ta’ Ekwalizzazzjoni tal-Imgħax (“IES”)

    (140)

    Il-Kummissjoni stabbiliet li HEG irċeviet benefiċċji skont l-IES li setgħu jiġu allokati lill-prodott taħt rieżami matul il-PIR.

    3.3.3.1.   Bażi ġuridika

    (141)

    Il-Bank ta’ Riżerva tal-Indja (Reserve Bank of India, “RBI”) ħabbar l-“Interest Equalisation Scheme on Pre and Post Shipment Rupee Export Credit” fiċ-Ċirkolari Prinċipali DBR.Dir.BC.Nru 62/04.02.001/2015-16 datata l-4 ta’ Diċembru 2015. L-IES oriġinarjament kienet se tiskadi f’Settembru 2021. Madankollu, f’Marzu 2022, l-RBI innotifika lill-banek dwar l-estensjoni retroattiva tal-iskema sal-2024, iżda bir-rata aktar baxxa ta’ 2 %.

    3.3.3.2.   Eliġibbiltà

    (142)

    L-IES hija disponibbli għal esportazzjonijiet ta’ firxa wiesgħa ta’ prodotti, inkluż il-GES, irrispettivament mid-daqs tal-produttur esportatur u għal kwalunkwe esportazzjoni minn Intrapriżi Mikro, Żgħar u Medji.

    3.3.3.3.   Implimentazzjoni prattika

    (143)

    L-IES hija skema amministrata mid-DGFT. Oriġinarjament din kienet tipprovdi kumpens ta’ 3–5 % għall-imgħax għas-self mogħti fir-rigward tal-esportazzjonijiet taħt 416-il linja tariffarja skont Anness A u l-esportazzjonijiet magħmula minn Intrapriżi Mikro, Żgħar u Medji (MSMEs) fil-kodiċijiet kollha tal-ITC(HS).

    (144)

    Iċ-Ċirkolari Prinċipali datata l-4 ta’ Diċembru 2015 stipulat li mix-xahar ta’ Diċembru 2015 ’il quddiem, il-banek kellhom inaqqsu r-rata tal-imgħax imposta fuq l-esportaturi eliġibbli skont il-linji gwida dwar ir-rati tal-imgħax fuq l-avvanzi permezz tal-ugwalizzazzjoni tar-rata tal-imgħax ipprovduta mill-Gvern tal-Indja. Il-banek lokali rċevew kumpens mill-Bank ta’ Riżerva tal-Indja sabiex l-imgħaxijiet aktar baxxi jingħataw lill-kumpaniji eliġibbli. Il-benefiċċju ta’ ugwalizzazzjoni tal-imgħax huwa disponibbli mid-data tal-iżborż sad-data tar-ripagament jew sad-data li warajha l-kreditu tal-esportazzjoni pendenti jsir dovut. Madankollu, l-ugwalizzazzjoni tal-imgħax hija disponibbli għall-esportaturi eliġibbli biss matul il-perjodu li fih l-iskema tkun fis-seħħ.

    (145)

    Meta f’Marzu 2022, ir-RBI innotifika lill-banek dwar l-estensjoni retroattiva tal-iskema sal-2024 bir-rata aktar baxxa ta’ 2 %, dan ippermetta wkoll lill-banek privati jirrimborżaw b’mod retroattiv lill-produtturi esportaturi eliġibbli l-ammont ta’ kumpens rispettiv għall-perjodu bejn Ottubru 2021 u Marzu 2022.

    3.3.3.4.   Konklużjoni dwar l-IES

    (146)

    L-IES tipprovdi sussidji skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(a)(iv) u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku. Il-banek privati huma marbuta direttament bil-liġi biex jipprovdu kumpens għall-imgħax lill-kumpaniji eliġibbli.

    (147)

    Barra minn dan, l-IES hija kontinġenti fil-liġi fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni, minħabba li dawn il-kumpensi għall-imgħax tas-self ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn ta’ esportazzjoni. Għalhekk, hija meqjusa speċifika u kumpensabbli skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament bażiku.

    3.3.3.5.   Kalkolu tal-ammont ta’ sussidju

    (148)

    Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju mogħti lir-riċevitur huwa d-differenza bejn l-ammont tal-imgħax li l-kumpanija tħallas fuq is-self preferenzjali u l-ammont li l-kumpanija kieku tħallas għal self kummerċjali komparabbli li jista’ jinkiseb fis-suq finanzjarju Indjan (jiġifieri, il-kumpens għall-imgħax previst mil-liġi). Għalhekk, l-ammont ta’ sussidji kumpensabbli tqies li huwa ugwali għall-ammont ta’ imgħax relatat mal-PIR paċut mill-RBI u b’hekk iffrankat minn HEG. Dan jinkludi wkoll l-ammonti li ġew rimborżati b’mod retroattiv mill-banek fir-rigward tal-PIR, minħabba l-estensjoni retroattiva tal-iskema f’Marzu 2022.

    (149)

    F’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni allokat dan l-ammont tas-sussidju fuq il-fatturat mill-esportazzjoni ta’ HEG matul il-PIR bħala d-denominatur xieraq, minħabba li s-sussidju huwa kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati.

    (150)

    Ir-rata ta’ sussidju stabbilita fir-rigward ta’ din l-iskema ammontat għal 0,71 % għal HEG matul il-PIR.

    3.4.   Skemi addizzjonali oħrajn

    3.4.1.   Skemi nazzjonali

    (151)

    L-Iskema ta’ Awtorizzazzjoni tal-Importazzjoni Mingħajr Dazju (“DFIA”) hija skema ta’ eżenzjoni mid-dazju għall-importazzjonijiet li huma inkorporati fl-esportazzjonijiet, regolati skont il-Kapitolu 4 tal-FTP 2015–2020. L-iskema kompliet taħt l-FTP 2015–2020 aġġornata. Għall-esportazzjonijiet li jibbenefikaw mill-AAS, kumpanija ma tistax titlob benefiċċji skont id-DFIA fl-istess ħin. Ma nstab l-ebda benefiċċju għal HEG matul il-PIR.

    (152)

    Skont l-Artikolu 8.1.3 taċ-Ċirkolari Prinċipali, l-esportaturi b’affidabbiltà kreditizja b’rekord tajjeb jingħataw aċċess faċli għall-kreditu għall-esportazzjoni fuq l-aħjar termini permezz tal-Iskema tal-Karta tad-Deheb. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda benefiċċju speċifiku għal HEG matul il-PIR li jista’ jkun marbut mal-Iskema tal-Karta tad-Deheb.

    (153)

    L-iskema tad-Detentur tal-Istatus tagħti benefiċċji lill-mexxejja tan-negozju li jkunu eċċellaw fil-kummerċ internazzjonali u li jkunu kkontribwew b’suċċess għall-kummerċ barrani tal-pajjiż. L-esportaturi kollha b’numru ta’ kodiċi tal-importazzjoni-esportazzjoni huma eliġibbli għall-iskema dment li jilħqu livell limitu definit ta’ livelli ta’ prestazzjoni tal-esportazzjoni fit-tliet snin finanzjarji kurrenti u preċedenti. Il-Kummissjoni ma sabet l-ebda benefiċċju speċifiku għal HEG matul il-PIR li jista’ jkun marbut mal-iskema tad-Detentur tal-Istatus.

    (154)

    Matul il-PIR, HEG approfittat ruħha minn Finanzjament tal-Esportazzjoni ta’ Qabel u ta’ Wara l-Vjeġġ. Madankollu, minbarra r-ribass tal-imgħax taħt l-Iskema ta’ Ekwalizzazzjoni tal-Imgħax diġà diskussa fit-taqsima 3.3 hawn fuq, il-Kummissjoni ma sabet l-ebda benefiċċju speċifiku għal HEG marbut mal-finanzjament tal-esportazzjoni ta’ qabel u ta’ wara l-vjeġġ.

    (155)

    L-Inizjattiva għall-Aċċess għas-Suq (“Market Access Initiative — MAI”) hija skema ġenerali għall-promozzjoni tal-esportazzjoni, li madankollu timmira biss lejn l-aġenziji ta’ implimentazzjoni biex tippromwovi l-esportazzjonijiet u tiffaċilita l-Aċċess għas-Suq. Din ma tinvolvi l-ebda interazzjoni diretta mal-Produtturi esportaturi iżda mal-Kunsill għall-Promozzjoni tal-Esportazzjoni taħt is-superviżjoni tal-Ministeru għall-Kummerċ. Il-produtturi esportaturi jistgħu jibbenefikaw indirettament mir-rimborż tal-kostijiet għal attivitajiet marbuta mal-promozzjoni tal-esportazzjoni. Madankollu, ma nstab l-ebda benefiċċju għal HEG matul il-PIR.

    3.4.2.   Skemi reġjonali

    (156)

    F’din l-investigazzjoni ma kkoopera l-ebda esportatur bi produzzjoni f’Karnataka u Maharashtra. Għalhekk, il-Kummissjoni jkollha bżonn tibbaża l-konklużjonijiet tagħha fuq il-fatti disponibbli.

    (157)

    Wara d-divulgazzjoni finali, il-GOI kkummenta li l-Kummissjoni kkumpensat għal programmi minn Karnataka u Maharashtra u sostna li ma hemm l-ebda produttur tal-prodott taħt rieżami f’Maharashtra.

    (158)

    Għall-kuntrarju tal-fehim tal-GTI, għall-fini ta’ din l-investigazzjoni, il-Kummissjoni ma għamlet l-ebda sejba dwar skemi reġjonali f’Karnataka u Maharashtra.

    (159)

    Matul l-aħħar rieżami ta’ skadenza, HEG ibbenifikat minn eżenzjoni mid-dazju fuq l-elettriku pprovduta mill-Istat ta’ Madhya Pradesh lill-kumpaniji industrijali li jinvestu fil-ġenerazzjoni tal-elettriku għall-konsum ristrett. L-eliġibbiltà ta’ HEG li tibbenefika minn din l-iskema skadiet fl-2016.

    (160)

    Fir-rigward tal-elettriku mixtri, l-ilment semma’ ribass ta’ 2 RS bħala benefiċċju possibbli taħt skemi reġjonali. Il-fatturi tal-elettriku rieżaminati fil-kumpanija wrew differenzi mat-tariffa industrijali regolari tal-elettriku, inkluż ribass imsemmi fil-fatturi. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ġabret dokumenti mill-kumpanija u mill-GTI relatati mat-tariffi tal-enerġija applikabbli għal HEG f’Madhya Pradesh.

    (161)

    Id-dokumenti u informazzjoni oħra disponibbli wrew li l-Kummissjoni Regolatorja tal-Elettriku ta’ Madhya Pradesh kienet ikkostitwita mill-Gvern ta’ Madhya Pradesh permezz tan-Notifika fil-Gazzetta tal-20 ta’ Awwissu 1998. L-Att dwar l-Elettriku tal-2003 (Nru 36 tal-2003) ippromulgat mill-Parlament reġjonali daħal fis-seħħ b’effett mill- 10 ta’ Ġunju 2003 u l-Kummissjoni issa hija meqjusa li ġiet ikkostitwita u qed tiffunzjona skont id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar l-Elettriku tal-2003. It-Taqsima 86 tal-Att dwar l-Elettriku tal-2003 ippreskrivit il-funzjonijiet ta’ dik il-Kummissjoni tal-Istat li jinkludu:

    “(a)

    li tiddetermina t-tariffa għall-ġenerazzjoni, għall-provvista, għat-trażmissjoni u għat-twaħħil tal-elettriku, bl-ingrossa jew bl-imnut, skont il-każ, fl-Istat:

    Dment li fejn l-aċċess miftuħ ikun ġie permess għal kategorija ta’ konsumaturi skont it-Taqsima 42, il-Kummissjoni tal-Istat għandha tiddetermina biss l-imposti tal-mili tal-elettriku u l-imposta miżjuda fuqhom, jekk ikun hemm, għall-kategorija msemmija ta’ konsumaturi;

    (b)

    li tirregola l-proċess tax-xiri u tal-akkwist tal-elettriku tad-detenturi tal-liċenzja tad-distribuzzjoni inkluż il-prezz li bih għandu jiġi akkwistat l-elettriku mill-kumpaniji tal-ġenerazzjoni jew mid-detenturi tal-liċenzja jew minn sorsi oħrajn permezz ta’ ftehimiet għax-xiri tal-enerġija għad-distribuzzjoni u għall-provvista fl-Istat;”

    (162)

    Fl-Ordnijiet tagħha tat-Tariffi tal-Provvista bl-Imnut, il-Kummissjoni Regolatorja tal-Elettriku ta’ Madhya Pradesh stabbiliet ribass għall-konsumaturi industrijali b’impjanti tal-enerġija ristretta. Ir-ribass inħoloq inizjalment għal perjodu ta’ 5 snin li jibda mis-sena finanzjarja 2016/2017, iżda ġie estiż biex ikun applikabbli sas-sena finanzjarja 2022/2023. Matul il-PIR, l-Ordni tat-Tariffa tal-Provvista bl-Imnut għas-sena finanzjarja 2020-21 indikat li għandu jkun applikabbli ribass ta’ RS 2 għal kull unità fuq il-prezz regolari tal-unitajiet tal-elettriku inkrementali mixtrija mill-konsumatur mill-grilja, soġġett għal tnaqqis fil-konsum tiegħu tal-enerġija ġġenerata b’mod ristrett.

    (163)

    Barra minn hekk, l-Ordnijiet tat-Tariffi tal-Provvista bl-Imnut ikomplu jindikaw Tariffa speċjali għal kategorija speċifika ta’ utenti industrijali, imsejħa “Industriji Intensivi fl-Enerġija”, li hija taħt ir-rata regolari għall-utenti industrijali (ir-“rata mnaqqsa tal-elettriku”).

    (164)

    Ir-ribass għal impjant tal-enerġija għall-awtokonsum hija disponibbli għal kumpaniji li jinsabu fl-Istat ta’ Madhya Pradesh li ssodisfaw bis-sħiħ jew parzjalment id-domanda għall-enerġija tagħhom f’sena finanzjarja waħda bejn l-2016 u l-2020 permezz ta’ impjanti tal-enerġija għall-awtokonsum u issa qed ibigħu l-enerġija tagħhom stess lill-grilja u sussegwentement jixtru mill-ġdid id-domanda għall-enerġija tagħhom mill-grilja.

    (165)

    Ir-rati mnaqqsa tal-elettriku għall-industriji intensivi fl-enerġija huma disponibbli biss għal kumpaniji li jinsabu fl-Istat ta’ Madhya Pradesh li huma attivi bħala Impjanti Żgħar tal-Azzar (“Mini Steel Plants — MSP”), MSP b’magni tar-romblu/impjanti tal-isponge iron fl-istess bini, l-industrija elettrokimika/elettrotermali, jew l-industrija tal-liga tal-ħadid.

    (166)

    It-tnaqqis u r-rati mnaqqsa tal-elettriku huma stabbiliti mill-Kummissjoni Regolatorja tal-Elettriku ta’ Madhya Pradesh fl-Ordni annwali tagħha tat-Tariffi tal-Provvista bl-Imnut. L-operatur tal-grilja kompletament proprjetà tal-gvern, Madhya Pradesh Madhya Kshetra Vidyut Vitaran Co. Ltd (wieħed mill-erba’ fornituri tal-elettriku li huma proprjetà pubblika fl-Istat), imbagħad tapplika dawn l-ordnijiet fil-kontijiet tal-enerġija rispettivi tagħha. Minbarra l-impjanti tal-enerġija ristretta, ma hemm l-ebda attur privat li jopera fis-suq tal-elettriku f’Madhya Pradesh.

    (167)

    Minħabba s-sejbiet dwar l-iskemi deskritti fit-taqsimiet 3.2 u 3.3, li diġà jikkonfermaw il-kontinwazzjoni tas-sussidjar f’livell ferm ogħla mil-limitu de minimis, il-Kummissjoni kkonkludiet li fil-kuntest ta’ dan ir-rieżami ta’ skadenza ma kienx meħtieġ li ż-żewġ skemi jiġu analizzati ulterjorment (ir-ribass fl-elettriku u r-rata mnaqqsa tal-elettriku għal ċerti setturi industrijali) biex issir determinazzjoni dwar il-kontinwazzjoni tas-sussidjar, li kien diġà stabbilit.

    (168)

    Madankollu, abbażi tad-dokumenti miġbura, u fid-dawl tal-fatt li l-applikazzjoni kemm tar-ribass fl-elettriku kif ukoll tar-rata bi tnaqqis tal-elettriku twassal għal tnaqqis tal-prezz b’50 % meta mqabbel mar-rata regolari tal-elettriku għall-utenti industrijali kbar fl-Istat ta’ Madhya Pradesh, ma jistax jiġi eskluż li l-produttur esportatur li kkoopera rċieva benefiċċju sinifikanti taħt dawn l-iskemi.

    (169)

    Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTI kkummenta li investigazzjoni f’din l-iskema ma kinitx koperta la fin-Notifika ta’ Bidu, u lanqas fil-konsultazzjonijiet mal-GTI kif meħtieġ skont l-ASCM.

    (170)

    F’konformità mal-premessi (159) u (160) il-Kummissjoni qieset li l-iskema kienet koperta mit-talba għal rieżami u possibbilment kienet tikkostitwixxi kontinwazzjoni tal-iskema tal-elettriku preċedenti. Madankollu, il-Kummissjoni kkonfermat ukoll il-pożizzjoni tagħha deskritta fil-premessa (168) li għall-fini ta’ dan ir-rieżami ta’ skadenza mhuwiex meħtieġ li jiġu analizzati bis-sħiħ iż-żewġ skemi. Għalhekk, ma ġiex iddeterminat jekk kienx hemm sussidju fir-rigward ta’ dawn l-iskemi.

    3.5.   L-ammont ta’ sussidji kumpensabbli

    (171)

    L-ammonti ta’ sussidji kumpensabbli f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espressi ad valorem, għall-produttur esportatur li kkoopera kienu kif ġej:

    Skemi

    DDS

    AAS

    MEIS

    RODTEP

    EPCGS

    IES

    Total

    HEG

    1,27  %

    1,66  %

    0,87  %

    0,59  %

    0,31  %

    0,71  %

    5,41  %

    (172)

    L-ammont totali ta’ sussidjar jaqbeż il-limitu de minimis imsemmi fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.

    3.6.   Konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni tas-sussidjar

    (173)

    Ġie stabbilit li l-produttur esportatur li kkoopera kompla jibbenefika mis-sussidjar kumpensabbli mill-awtoritajiet Indjani matul il-PIR. Ġie stabbilit li s-sussidjar kompla fil-livell tal-pajjiż ukoll, peress li l-biċċa l-kbira tal-iskemi huma disponibbli fin-nazzjon kollu għall-esportaturi tal-GES.

    (174)

    L-iskemi ta’ sussidju kumpensabbli jagħtu benefiċċji rikorrenti u ma hemmx indikazzjoni li dawn l-iskemi se jitneħħew gradwalment fil-futur prevedibbli jew li HEG mhux se tkompli tieħu benefiċċji taħt dawn l-iskemi. Għall-kuntrarju, l-iskemi nazzjonali relatati mat-taxxa ġġeddu matul il-PIR bħala parti mill-Politika tal-Kummerċ Barrani 2015–202020 li se tibqa’ fis-seħħ sa Marzu 2023. Barra minn hekk, huwa mfakkar li l-applikazzjoni tal-Politika tal-Kummerċ Barrani 2015–202020 ġiet estiża diversi drabi, li jindika li l-Politika tal-Kummerċ Barrani li jmiss x’aktarx se tkompli s-sussidjar. Barra minn hekk, kull esportatur huwa eliġibbli għal diversi skemi ta’ sussidju. L-unika eċċezzjoni tikkonċerna l-MEIS, li skadiet f’Jannar 2021. Madankollu, din l-iskema ġiet issostitwita bi skema simili, ir-RODTEP, li għaliha l-kumpanija akkumulat benefiċċji, kif enfasizzat fit-taqsima 3.2.5 hawn fuq.

    (175)

    Bl-istess mod, il-Kummissjoni sabet li l-finanzjament preferenzjali fl-ambitu tal-iskema IES ġie estiż mill-anqas sal-2024.

    (176)

    L-investigazzjoni wriet ukoll li matul il-PIR l-importazzjonijiet Indjani komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni u żammew il-kwantitajiet u l-ishma mis-suq tagħhom bħal fl-aħħar żewġ investigazzjonijiet ta’ rieżami. Barra minn hekk, l-analiżi tal-volum tal-produzzjoni u tal-kapaċità ta’ riżerva fl-Indja, tal-volumi tal-esportazzjoni u l-prezzijiet mill-Indja lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn, tal-miżuri eżistenti fil-pajjiżi terzi l-oħrajn, u tal-attraenza tas-suq tal-Unjoni li tinsab fil-premessi (250) sa (270) turi wkoll li huwa probabbli li l-esportazzjonijiet sussidjati jkomplu jżidu l-preżenza diġà sostanzjali tagħhom fis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri kurrenti jitħallew jiskadu.

    (177)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, f’konformità mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kkonkludiet li hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ sussidjar jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

    4.   DANNU

    4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

    (178)

    Il-prodott simili kien manifatturat minn seba’ produtturi fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Huma jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

    (179)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami kienet stabbilita għal 219 330 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet iċ-ċifra abbażi tat-tweġibiet verifikati għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u d-data provduta mill-produtturi mhux inklużi fil-kampjun u mill-applikanti (19). Kif indikat fil-premessa (15), it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun kienu jirrappreżentaw aktar minn 61 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

    4.2.   Konsum tal-Unjoni

    (180)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-volumi ta’ bejgħ tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni stess maħsuba għas-suq tal-Unjoni u abbażi tal-volumi tal-importazzjonijiet miksuba mill-istatistika tal-Eurostat.

    (181)

    Abbażi ta’ dan, il-konsum mill-Unjoni żviluppa kif ġej:

    Tabella 1

    Konsum tal-Unjoni (tunnellati)  (20)

     

    2018

    2019

    2020

    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    Konsum totali tal-Unjoni

    152 612

    120 169

    99 873

    137 279

    Indiċi

    100

    79

    65

    90

    Sors:

    Eurostat, informazzjoni provduta mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mhux inklużi fil-kampjun, informazzjoni provduta mill-applikanti.

    (182)

    Il-konsum tal-Unjoni tal-GES naqas b’10 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Is-sena 2018 wriet konsum għoli xprunat minn domanda għolja tal-industrija tal-azzar tal-UE, li kienet fil-proċess tal-irkupru mill-kriżi tal-azzar. Barra minn hekk, f’sitwazzjoni ta’ żieda f’daqqa fil-prezzijiet tal-GES, il-produtturi tal-azzar kienu qed jibnu ħażniet ta’ GES għaliex stennew żieda addizzjonali.

    (183)

    Fl-2019, il-produzzjoni tal-azzar minn fran bl-ark elettriku naqset, meta mqabbla mal-2018 (b’6,6 % skont iċ-ċifri tal-Eurofer). Konsegwentement, id-domanda għall-GES naqset. Peress li l-prezz tal-GES naqas b’mod sinifikanti, ż-żieda fl-istokkijiet ma baqgħetx meqjusa meħtieġa għall-industrija downstream peress li l-utenti ma kinux għadhom imħassba dwar żieda ulterjuri fil-prezz. B’konsegwenza ta’ dan, il-produtturi tal-azzar kienu qegħdin inaqqsu l-istokk mill-inventarji tal-GES tagħhom. Barra minn hekk, id-domanda kompliet tonqos — iżda din id-darba fuq bażi temporanja fl-2020, wara t-tifqigħa tal-COVID-19.

    4.3.   Importazzjonijiet mill-Indja

    4.3.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja

    (184)

    Kif imsemmi fil-premessa (180), il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet mill-Indja abbażi tal-istatistika tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq kien stabbilit fuq il-bażi tal-konsum tal-Unjoni kif stabbilit fil-premessa (181).

    (185)

    L-importazzjonijiet mill-Indja żviluppaw kif ġej:

    Tabella 2

    Volum tal-importazzjonijiet (tunnellati) u sehem mis-suq

     

    2018

    2019

    2020

    Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    Il-volum ta’ importazzjonijiet mill-Indja (tunnellati)

    5 802

    3 369

    2 154

    6 540

    Indiċi

    100

    58

    37

    113

    Sehem mis-suq (%)

    4

    3

    2

    5

    Indiċi

    100

    74

    57

    125

    Sors:

    Il-Eurostat u l-bażi tad-data 14.6.

    (186)

    L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat naqsu fl-2019 u fl-2020, wara t-tnaqqis fil-konsum tal-UE, u rkupraw matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-importazzjonijiet żdied minn 5 802 tunnellati fl-2018 għal 6 540 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, jiġifieri bi 13 %. L-importazzjonijiet ta’ GES mill-Indja kienu jirrappreżentaw madwar 16 % tal-importazzjonijiet totali ta’ GES lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami li jikkorrispondu għal sehem mis-suq ta’ 5 %.

    (187)

    B’mod ġenerali, l-importazzjonijiet mill-Indja u s-sehem mis-suq tagħhom żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Minkejja t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, il-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u ssussidjati mill-Indja baqa’ jiżdied matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (bi 13 %), filwaqt li l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas.

    4.3.2.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

    (188)

    Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-Indja żviluppa kif ġej:

    Tabella 3

    Prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/tunnellata)

     

    2018

    2019

    2020

    Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    Il-prezzijiet tal-importazzjoni mill-Indja

    13 756

    10 211

    4 120

    2 747

    Indiċi

    100

    74

    30

    20

    Sors:

    Eurostat.

    (189)

    Il-prezz medju tal-importazzjoni (21) ta’ GES mill-Indja naqas bi 80 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, minn EUR 13 756/tunnellata fl-2018 għal EUR 2 747/tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    (190)

    Minħabba d-domanda globali għolja għall-GES, il-prezzijiet tal-Indja qabżu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fl-ewwel nofs tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni, iżda mbagħad naqsu b’60 % bejn l-2018 u l-2020 u baqgħu konsistentement aktar baxxi mill-prezzijiet tal-Unjoni fl-2020 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    (191)

    Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:

    (a)

    il-prezz medju ponderat tal-bejgħ tal-produtturi tal-Unjoni li jintalab lil klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustat għal livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika; u

    (b)

    l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti tal-importazzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-Indja mill-produttur esportatur Indjan li kkoopera, stabbiliti fuq bażi tas-CIF, inkluż id-dazju anti-dumping u dak kumpensatorju, b’aġġustamenti xierqa għad-dazji doganali u l-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni. Fin-nuqqas ta’ aktar informazzjoni, dawn il-kostijiet ġew stmati għal 1 % tal-valur CIF.

    (192)

    Dan irriżulta f’marġni ta’ twaqqigħ tal-prezz medju ta’ 41,1 %.

    (193)

    Wara d-divulgazzjoni, il-Gvern tal-Indja (GTI), argumenta li l-marġni tat-twaqqigħ tal-prezz ikkalkulat mill-Kummissjoni mhuwiex rappreżentattiv peress li mhuwiex ibbażat fuq il-prezzijiet attwali tas-suq fl-Unjoni. Fil-fehma tal-GTI, il-fatt li l-bejgħ miksub minn GrafTech Iberica sar skont kuntratti fit-tul (“LTAs”) wassal għal prezz tal-bejgħ artifiċjalment għoli li mhuwiex indikattiv tal-prezz tas-suq tal-GES fl-Unjoni.

    (194)

    Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ din il-valutazzjoni. Il-LTAs mhumiex prattika kummerċjali mhux komuni u deċiżjoni kummerċjali li fiha klijent jaċċetta li jorbot lilu nnifsu b’livell ta’ prezz partikolari bi skambju għal sigurtà tal-provvista. Meta wieħed iqis li l-LTAs kienu qed jintużaw f’negozjati fis-suq rilevanti, il-preżenza tagħhom fil-kampjun ma tirrendix il-kampjun mhux rappreżentattiv. Barra minn hekk, parti biss mill-bejgħ li sar minn GrafTech kien kopert minn LTAs filwaqt li l-bejgħ taż-żewġ produtturi l-oħra tal-Unjoni fil-kampjun fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma kienx kopert minn LTAs simili. Għalhekk, fil-fehma tal-Kummissjoni, filwaqt li jirrappreżentaw parti mis-suq, b’mod ġenerali l-LTAs użati minn GrafTech Iberica ma affettwawx b’mod sinifikanti l-kalkolu tat-twaqqigħ tal-prezz. Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma ntlaqgħetx.

    4.3.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr l-Indja

    (195)

    L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami minn pajjiżi terzi oħrajn primarjament kienu miċ-Ċina, mill-Messiku u mir-Russja.

    (196)

    Il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn, kif ukoll is-sehem mis-suq u x-xejriet tal-prezzijiet żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 4

    Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr l-Indja

    Pajjiż

     

    2018

    2019

    2020

    Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    RPĊ

    Volum (tunnellati)

    22 054

    19 284

    20 074

    26 065

    Indiċi

    100

    87

    91

    118

    Sehem mis-suq (%)

    14

    16

    20

    19

    Indiċi

    100

    111

    139

    131

    Prezz medju

    10 875

    5 253

    2 337

    2 614

    Indiċi

    100

    48

    21

    24

    Ir-Russja

    Volum (tunnellati)

    1 076

    3 229

    780

    3 371

    Indiċi

    100

    300

    72

    313

    Is-sehem mis-suq (%)

    1

    3

    1

    2

    Indiċi

    100

    381

    111

    348

    Prezz medju

    9 623

    5 771

    4 898

    2 851

    Indiċi

    100

    60

    51

    30

    Il-Messiku

    Volum (tunnellati)

    1 374

    12

    896

    1 437

    Indiċi

    100

    1

    65

    105

    Sehem mis-suq (%)

    1

    0

    1

    1

    Indiċi

    100

    1

    100

    116

    Prezz medju

    2 530

    3 264

    3 976

    3 435

    Indiċi

    100

    129

    157

    136

    Il-kumplament tad-dinja

    Volum (tunnellati)

    4 482

    2 471

    2 616

    3 621

    Indiċi

    100

    55

    58

    81

    Sehem mis-suq (%)

    3

    2

    3

    3

    Indiċi

    100

    70

    89

    90

    Prezz medju

    8 253

    10 648

    5 737

    3 979

    Indiċi

    100

    129

    70

    48

    Total ta’ pajjiżi terzi għajr l-Indja

    Volum (tunnellati)

    28 987

    24 996

    24 366

    34 494

    Indiċi

    100

    86

    84

    119

    Sehem mis-suq (%)

    19

    21

    24

    25

    Indiċi

    100

    110

    128

    132

    Prezz medju

    10 027

    5 852

    2 844

    2 814

    Indiċi

    100

    58

    28

    28

    Sors:

    Eurostat.

    (197)

    L-impatt tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn ġie analizzat minħabba li dawn kienu jirrappreżentaw madwar 84 % tal-importazzjonijiet totali ta’ GES lejn l-Unjoni matul il-PIR. Minkejja t-tnaqqis fil-konsum, il-volum tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żdied bi 19 % minn kważi 29 000 tunnellata fl-2018 għal madwar 35 000 tunnellata fil-PIR.

    (198)

    L-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi segwew parzjalment it-tnaqqis fil-konsum fl-2019 u fl-2020 iżda malajr irkupraw u laħqu l-ogħla livell fil-PIR, b’żieda ta’ 19 % meta mqabbla mal-2018. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn segwa x-xejra globali, u naqas bi 72 % bejn l-2018 u l-PIR.

    (199)

    Il-maġġoranza l-kbira ta’ dawn l-importazzjonijiet fil-PIR, 76 %, kienu importazzjonijiet miċ-Ċina. Il-volumi tal-importazzjoni mill-pajjiżi terzi l-oħrajn minbarra ċ-Ċina u l-Indja żdiedu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni b’22 %. Il-volum tal-importazzjoni ta’ GES mill-Indja żdied minn 5 800 tunnellata fl-2018 għal 6 500 tunnellata matul il-PIR, filwaqt li taċ-Ċina żdied minn 22 054 tunnellata fl-2018 għal 26 065 tunnellata matul il-PIR, b’żieda fis-sehem mis-suq ta’ 25 % u 31 %, rispettivament.

    (200)

    Matul l-istess perjodu, il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina kienu aktar baxxi mill-prezzijiet kemm tal-esportaturi Indjani kif ukoll mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni (ħlief fl-2018).

    (201)

    Barra minn hekk, mis-7 ta’ April 2022 (22) il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet ta’ GES miċ-Ċina soġġetti għal dazju anti-dumping (li jvarja minn 23 % sa 74,9 %) (23).

    4.4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    4.4.1.   Kummenti ġenerali

    (202)

    Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (203)

    Kif imsemmi fil-premessa (15), il-kampjunar intuża għall-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    (204)

    Sabiex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi tad-data li tinsab fit-tweġibiet għall-kwestjonarju dwar l-anti-dumping mill-produtturi inklużi fil-kampjun, kif ukoll tad-data makroekonomika provduta mill-produtturi mhux inklużi fil-kampjun u mill-applikanti, kontroverifikata mad-data fit-talba għal rieżami. Id-data kienet relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi abbażi ta’ datainkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    (205)

    L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, id-daqs tal-marġni tad-dumping u l-irkupru minn dumping tal-passat.

    (206)

    L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji tal-bejgħ, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità li jiġi ġġenerat il-kapital.

    4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

    4.4.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

    (207)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 5

    Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

     

    2018

    2019

    2020

    Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    Volum tal-produzzjoni (tunnellati)

    251 009

    219 744

    164 413

    219 330

    Indiċi

    100

    88

    66

    87

    Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

    283 500

    294 900

    294 900

    285 235

    Indiċi

    100

    104

    104

    101

    Użu tal-kapaċità (%)

    89

    75

    56

    77

    Indiċi

    100

    84

    63

    87

    Sors:

    informazzjoni provduta mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u mhux inklużi fil-kampjun, informazzjoni provduta mill-applikanti.

    (208)

    Wara t-tnaqqis fil-konsum, il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas b’34 % bejn l-2018 u l-2020, u rkupra parzjalment fil-PIR, filwaqt li baqa’ taħt il-livell tal-2018. B’mod ġenerali, tul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-produzzjoni naqas b’13 %.

    (209)

    It-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni huwa dovut għat-tnaqqis fil-konsum flimkien mat-telf fil-kwantità tal-bejgħ imġarrab mill-industrija tal-Unjoni, kif spjegat hawn taħt fil-premessa (211).

    4.4.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

    (210)

    Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 6

    Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

     

    2018

    2019

    2020

    Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    Volum tal-bejgħ totali fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

    117 824

    91 804

    73 352

    96 245

    Indiċi

    100

    78

    62

    82

    Sehem mis-suq (%)

    77

    76

    73

    70

    Indiċi

    100

    99

    95

    91

    Sors:

    Informazzjoni provduta mill-applikanti, informazzjoni provduta mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u dawk mhux inklużi fil-kampjun.

    (211)

    Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas b’18 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan naqas b’mod stabbli sal-2020 (bi 38 %) u rkupra parzjalment biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Madankollu, din iż-żieda ma kinitx f’konformità max-xejra simili segwita mill-konsum tal-Unjoni li b’mod ġenerali rriżulta f’telf tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni minn 77 % fl-2018 għal 70 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (bi tnaqqis ta’ 9 %), filwaqt li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja żdied b’25 % matul l-istess perjodu.

    (212)

    Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum tal-UE ta’ GES naqas b’10 %. Dan it-tnaqqis ta’ 15 000 tunnellata fil-konsum affettwa biss lill-industrija tal-Unjoni, li tilfet 21 000 tunnellata ta’ bejgħ. Matul l-istess perjodu, il-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Indja, miċ-Ċina u minn pajjiżi terzi oħrajn baqa’ jiżdied matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, b’13 %, 18 % u 19 % rispettivament.

    4.4.2.3.   Tkabbir

    (213)

    Kif spjegat hawn fuq, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tilef 21 000 tunnellata ta’ bejgħ filwaqt li l-importazzjonijiet żdiedu b’aktar minn 6 200 tunnellata. Dan irriżulta f’telf ta’ 9 % mis-sehem mis-suq għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Konsegwentement, ma kienx hemm tkabbir għall-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    4.4.2.4.   Impjiegi u produttività

    (214)

    L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 7

    Impjiegi u produttività

     

    2018

    2019

    2020

    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    Numru ta’ impjegati (FTE)

    1 165

    1 148

    1 102

    1 143

    Indiċi

    100

    99

    95

    98

    Produttività (unità/impjegat)

    215

    191

    149

    192

    Indiċi

    100

    89

    69

    89

    Sors:

    Informazzjoni provduta mill-applikanti, informazzjoni provduta mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u dawk mhux inklużi fil-kampjun.

    (215)

    L-għadd ta’ impjegati tal-industrija tal-Unjoni baqa’ relattivament stabbli matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni (naqas b’2 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni). Għalhekk, minħabba t-tnaqqis fil-produzzjoni spjegat fit-taqsima 4.4.2.1, il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala produzzjoni (tunnellati) għal kull impjegat, segwiet l-istess xejra bi tnaqqis ta’ 11 % matul l-istess perjodu.

    4.4.2.5.   Id-daqs tal-marġini tas-sussidju u l-irkupru minn sussidjar li sar fil-passat

    (216)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (177) li l-importazzjonijiet Indjani komplew jidħlu fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet sussidjati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ta’ rieżami. Il-Kummissjoni sabet ukoll evidenza li s-sussidjar x’aktarx li jkompli f’każ li l-miżuri jiskadu.

    (217)

    Minkejja l-miżuri kumpensatorji fis-seħħ mill-2009, l-industrija tal-Unjoni tilfet volum ta’ bejgħ sostanzjali li huwa rifless f’telf tas-sehem mis-suq ta’ disa’ punti perċentwali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għaldaqstant, ma seta’ jiġi stabbilit l-ebda rkupru sħiħ mis-sussidju tal-passat u l-industrija tal-Unjoni tibqa’ vulnerabbli ħafna għall-effetti dannużi minn kwalunkwe importazzjoni ssusidjata fis-suq tal-Unjoni.

    4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

    4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

    (218)

    Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 8

    Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

     

    2018

    2019

    2020

    Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    Prezz unitarju medju tal-bejgħ fl-Unjoni fis-suq totali (EUR/tunnellata)

    8 483

    9 578

    5 870

    4 682

    Indiċi

    100

    113

    69

    55

    Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

    3 696

    4 685

    4 864

    3 556

    Indiċi

    100

    127

    132

    96

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (219)

    Il-prezzijiet tal-bejgħ żdiedu bejn l-2018 u l-2019 bi 13 % qabel ma naqsu b’mod qawwi fl-2020 u fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami għal-livell ta’ 45 % anqas milli fl-2018.

    (220)

    Il-kost tal-produzzjoni żdied, laħaq l-ogħla punt tiegħu fl-2020 u beda jonqos matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Din ix-xejra hija dovuta għaż-żieda sostanzjali fil-prezz tal-materja prima ewlenija, jiġifieri l-kokk aċikulari. Il-prezz tal-kokk aċikulari, minħabba ż-żieda fid-domanda xprunata mill-industrija tal-batteriji tal-joni tal-litju, żdied b’mod stabbli u b’mod sinifikanti sal-2019 u beda jonqos biss mill-2020.

    (221)

    Meta wieħed iqis il-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni nnotat li parti mill-produzzjoni tal-Unjoni (b’mod partikolari prodotta minn GrafTech Iberica u minn GrafTech France) li tirrappreżenta madwar 50 % tal-bejgħ u tal-produzzjoni totali tal-Unjoni, kienet sa ċertu punt temporarjament protetta minn kompetizzjoni diretta fis-suq, filwaqt li l-parti l-oħra (iż-żewġ produtturi l-oħrajn tal-Unjoni inklużi fil-kampjun) kienet esposta direttament għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Indja.

    (222)

    Din is-sitwazzjoni kienet dovuta għall-eżistenza ta’ LTAs li jkopru l-bejgħ ta’ GES miksuba minn GrafTech Iberica. Dawn l-LTAs ġew konklużi wara perjodu ta’ prezzijiet għoljin aktar mis-soltu fis-snin 2017–2018. Dawn il-kuntratti huma kuntratti ta’ xiri “take or pay” b’livell ta’ provvisti ggarantiti bi prezzijiet stabbiliti u x-xerrej impenja ruħu li jixtri l-volumi miftiehma bil-prezz fiss stabbilit minn qabel, soġġett għal diversi drittijiet u obbligi kuntrattwali. Id-durata ta’ dawn il-kuntratti kienet ta’ bejn tlieta u ħames snin. Deher li porzjon kbir ħafna tal-bejgħ miksub minn GrafTech Iberica matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami sar skont dawn l-LTAs. L-investigazzjoni ma żvelatx li xi produttur ieħor tal-Unjoni kien se jkun kopert minn LTAs simili fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fid-dawl tad-durata limitata tal-LTAs, il-Kummissjoni nnotat li l-impatt tal-kuntratti huwa ta’ natura temporanja.

    (223)

    L-oriġini ta’ dawn l-LTAs tinstab fil-perjodu ta’ volatilità għolja tal-prezzijiet tas-snin 2017-2018 li baqgħet għaddejja sal-2019. F’dawn is-snin, il-prezzijiet globali tal-elettrodi tal-grafita żdiedu b’mod sinifikanti. Dan kien dovut għal ħafna fatturi, inkluża żieda fid-domanda globali. Ir-raġuni ewlenija għaż-żieda fid-domanda msemmija mill-industrija tal-Unjoni kienet il-bidla globali fl-industrija tal-azzar, mill-fran tal-blast għall-fran tal-ark elettriku, li jużaw l-elettrodi tal-grafita. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (220), il-kompetizzjoni l-ġdida għall-kokk aċikulari (il-materja prima ewlenija użata fil-produzzjoni tal-elettrodi tal-grafita) mal-industrija tal-batteriji tal-joni tal-litju wasslet għal żieda fil-kost tal-materja prima li kkontribwixxiet għall-volatilità tal-prezzijiet. Biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni tal-volatilità tal-prezzijiet, il-LTAs għall-provvista tal-prodott taħt rieżami li nkiseb mingħand GrafTech Iberica ġew innegozjati b’durata ta’ bejn tlieta u ħames snin. Il-prinċipju kien li jinkisbu prezzijiet aktar stabbli bi skambju għal provvista stabbli kif mitlub mill-klijenti.

    (224)

    Għalhekk, bis-saħħa tal-LTAs eżistenti, il-bejgħ ta’ GrafTech Iberica seta’ żżomm livell stabbli ta’ prezz ([25-50] % ogħla mill-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami minkejja t-tnaqqis ġenerali fil-prezzijiet li minnu l-bqija tal-industrija tal-Unjoni ma kinitx protetta b’LTA. Abbażi tal-informazzjoni disponibbli, bħall-volumi tal-bejgħ tal-prodott taħt rieżami mhux soġġetti għal LTAs u miksubin mingħand b’mod partikolari l-volumi tal-bejgħ ta’ GraftTech kif ukoll il-bejgħ taż-żewġ produtturi l-oħrajn tal-Unjoni fil-kampjun, il-Kummissjoni stmat li l-prezz medju fis-suq mhux protett mit-termini tal-LTAs kien madwar [25–50] % anqas mill-prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni fis-suq totali. Għaldaqstant, il-prezz medju tal-bejgħ tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami ma jirriflettix b’mod akkurat is-sitwazzjoni tal-prezzijiet kompetittivi fis-suq tal-Unjoni, li kien affettwat b’mod sinifikanti minn importazzjonijiet bi prezz baxx u li huma l-oġġett ta’ dumping kemm mill-Indja kif ukoll miċ-Ċina.

    4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

    (225)

    Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 9

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

     

    2018

    2019

    2020

    Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

    91 856

    87 714

    84 993

    87 519

    Indiċi

    100

    95

    93

    95

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (226)

    Il-kost lavorattiv medju naqas ftit matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B’mod ġenerali, il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat naqas b’5 %. Din ix-xejra kienet influwenzata l-aktar mit-tnaqqis limitat fiċ-ċifri tal-impjiegi kif spjegat fil-premessa (215).

    4.4.3.3.   Inventarji

    (227)

    Il-livelli tal-istokks tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 10

    Inventarji

     

    2018

    2019

    2020

    Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    Stokks tal-għeluq (tunnellati)

    7 026

    9 447

    8 172

    8 812

    Indiċi

    100

    134

    116

    125

    Stokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni (%)

    3

    4

    5

    4

    Indiċi

    100

    154

    178

    144

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (228)

    L-inventarji ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala indikatur rilevanti ta’ ħsara f’dan is-settur peress li l-produzzjoni u l-bejgħ huma bbażati prinċipalment fuq ordnijiet u, għalhekk, il-produtturi għandhom it-tendenza li jżommu stokks limitati. Għalhekk, ix-xejriet fl-inventarji qegħdin jingħataw biss għall-fini ta’ informazzjoni.

    (229)

    B’mod ġenerali, l-inventarji kienu influwenzati mix-xejriet ta’ tnaqqis tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni. L-istokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni żdiedu b’mod sinifikanti fl-2019 u fl-2020 (b’54 % u 78 % rispettivament) u naqsu parzjalment matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. B’mod ġenerali, matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-istokks tal-għeluq f’tunnellati żdiedu b’25 %.

    (230)

    Madankollu, meta wieħed iħares lejn id-data taż-żewġ produtturi tal-Unjoni li ma kkonkludewx LTAs. Matul l-istess perjodu, l-istokks tagħhom żdiedu b’[35–45] %.

    4.4.3.4.   Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

    (231)

    Il-profittabilità, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 11

    Profittabilità, fluss ta’ flus, investimenti u redditu fuq l-investimenti

     

    2018

    2019

    2020

    Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami

    Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ) (%)

    75

    62

    2

    31

    Indiċi

    100

    82

    2

    42

    Fluss tal-flus (EUR)

    659 909 270

    475 537 375

    120 592 009

    210 732 326

    Indiċi

    100

    72

    18

    32

    Investimenti (EUR)

    23 523 042

    28 065 231

    21 574 327

    29 396 885

    Indiċi

    100

    119

    92

    125

    Redditu fuq l-investimenti (%)

    722

    467

    35

    154

    Indiċi

    100

    65

    5

    21

    Sors:

    Tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

    (232)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabilità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

    (233)

    Wara l-investigazzjoni għar-rieżami ta’ skadenza preċedenti msemmija fil-premessa (1), fejn ġew imposti l-miżuri kumpensatorji, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni tjiebet u l-marġni ta’ profitt tagħha, minħabba ż-żieda fil-prezzijiet imsemmija hawn fuq fit-taqsima 4.4.3.1, laħaq il-75 % fl-2018. Madankollu, is-sitwazzjoni marret għall-agħar sussegwentement u l-marġnijiet ta’ profitt naqsu mill-2018 u laħqu l-aktar punt baxx fl-2020 (2 %) u rkupraw parzjalment fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (31 %), li jikkorrispondi għal tnaqqis ta’ 58 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (234)

    Il-kawża għal din ix-xejra ta’ tnaqqis hija t-tnaqqis sinifikanti fil-konsum tal-Unjoni u fil-volum tal-bejgħ li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni b’vantaġġ għall-importazzjonijiet Indjani oġġett ta’ dumping u ssussidjati u importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping li għamlu pressjoni sinifikanti fuq il-prezzijiet meta daħlu fl-Unjoni u waqqgħu dawk tal-industrija tal-Unjoni u li l-parti tal-industrija tal-Unjoni mhux protetta mil-LTAs ġiet sforzata tnaqqas il-livelli tal-prezzijiet tagħha, kif spjegat hawn fuq fil-premessa(224).

    (235)

    Kif imsemmi hawn fuq, wieħed mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, GrafTech Iberica, biegħ il-maġġoranza tal-volumi tiegħu bis-saħħa tal-LTAs. Għalhekk, il-prodotti nbigħu bi prezzijiet stabbli u matul il-PIR (sal-iskadenza tal-LTAs; parti sinifikanti skadiet sa tmiem l-2021, parti oħra sa tmiem l-2022), dan il-bejgħ kien għadu meqjus parzjalment protett mill-fatturi esterni bħat-tnaqqis ġenerali fil-prezz.

    (236)

    Madankollu, is-sitwazzjoni hija kompletament differenti għaż-żewġ produtturi l-oħrajn tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Bl-esklużjoni ta’ GrafTech Iberica l-mikroindikaturi juru stampa differenti, bil-profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni tonqos minn [+ 70–+80] % fl-2018 għal [0–+10] % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    (237)

    Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiffinanzja hija stess l-attivitajiet tagħha. Minħabba x-xejra ta’ tnaqqis fil-profitt tal-industrija tal-Unjoni, il-fluss tal-flus naqas b’68 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (238)

    L-investimenti, grazzi għal fluss ta’ flus li għadu pożittiv, żdiedu b’25 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li huwa prinċipalment dovut għall-isforzi li saru mill-industrija tal-Unjoni sabiex tissimplifika l-produzzjoni tagħha u żżid l-effiċjenza u l-produttività sabiex tiffaċċja ż-żieda fl-importazzjonijiet bi prezz baxx. Madankollu, matul l-istess perjodu, ir-redditu fuq l-investimenti, li huwa espress bħala l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti naqas b’79 % u għalhekk segwa l-istess xejra bħall-profittabbiltà.

    (239)

    Stampa simili għal dik spjegata hawn fuq tista’ tiġi osservata meta wieħed iħares lejn id-data taż-żewġ produtturi tal-Unjoni li ma bigħux taħt LTAs matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Matul l-istess perjodu, ir-redditu fuq l-investiment u l-fluss tal-flus naqas għal [0 + 10]%.

    (240)

    It-tnaqqis fil-profittabbiltà u fir-redditu fuq l-investiment se jagħmluha dejjem aktar diffiċli għall-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun sabiex jiġbru l-kapital għall-investiment futur. Hekk kif ir-redditu fuq l-investimenti naqas daqshekk malajr, il-kapaċità tal-produtturi inklużi fil-kampjun li jiġbru l-kapital fil-futur hija f’periklu akbar.

    4.4.4.   Konklużjoni dwar id-dannu

    (241)

    L-investigazzjoni wriet li l-miżuri ppermettew lill-industrija tal-Unjoni żżomm, tal-anqas parzjalment, sehem sinifikanti mis-suq matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu wrew li s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet diffiċli. Kif spjegat hawn fuq, dawn l-iżviluppi negattivi huma spjegati mit-tnaqqis fil-konsum flimkien mal-konsegwenza tat-tifqigħa tal-COVID-19 u l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u ssussidjati mill-Indja li matul l-istess perjodu kisbu sehem mis-suq għad-detriment tal-industrija tal-Unjoni li s-sehem mis-suq tagħha naqas. Is-sitwazzjoni kompliet taggrava biż-żieda qawwija tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping miċ-Ċina u mill-Indja. L-industrija tal-Unjoni wieġbet għal dawn l-isfidi billi naqqset il-prezzijiet tagħha u naqqset il-profitt, li, madankollu, baqa’ pożittiv matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    (242)

    B’mod partikolari, il-produzzjoni, il-volumi tal-bejgħ u l-ishma mis-suq naqsu, kif ukoll il-prezzijiet tal-bejgħ li kellhom effett negattiv fuq il-produttività kif ukoll fuq il-profittabbiltà. Iż-żieda fil-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping li ġejjin mill-Indja u miċ-Ċina ġiegħlet lill-industrija tal-Unjoni tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha b’effetti negattivi fuq il-profittabbiltà tagħha li naqset sostanzjalment matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fl-aħħar, ir-redditi, li qegħdin jonqsu b’rata mgħaġġla, fuq l-investimenti għandhom impatt negattiv fuq il-kapaċità tal-industrija tal-Unjoni li tiġbor il-kapital u l-investimenti.

    (243)

    Min-naħa l-oħra, minkejja x-xejriet ta’ tnaqqis, l-industrija tal-Unjoni xorta rnexxielha żżomm volum kbir ta’ bejgħ u sehem konsiderevoli mis-suq. Bl-istess mod, minkejja x-xejra negattiva, il-profittabbiltà baqgħet pożittiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni kienet soġġetta għal xi xejriet negattivi matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni li rriżultaw f’sitwazzjoni vulnerabbli ġenerali fl-2021 iżda ma ġarrbitx dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    (244)

    Wara d-divulgazzjoni, il-GTI sostna li ż-żieda fil-prezzijiet tal-materja prima, wara l-aggressjoni militari mill-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna, hija waħda mill-fatturi ewlenin għat-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni.

    (245)

    Din l-affermazzjoni mhix sostnuta b’evidenza. L-aggressjoni militari u s-sitwazzjoni ġeopolitika sottostanti żviluppaw wara l-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, minn Frar 2022, u għalhekk ma kellhomx influwenza fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, din l-affermazzjoni tqieset bħala bla bażi.

    5.   PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

    (246)

    Fil-premessa (243), il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u ssussidjati mill-Indja f’każ li l-miżuri jitħallew jiskadu.

    (247)

    Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u ssussidjati mill-Indja, il-Kummissjoni qieset l-elementi li ġejjin: (i) il-volum tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fl-Indja, (ii) il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Indja lejn swieq ta’ pajjiżi terzi oħrajn, (iii) il-miżuri eżistenti fil-pajjiżi terzi l-oħrajn, (iv) l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, u, (v) il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja u l-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    5.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva

    (248)

    Abbażi tal-informazzjoni pprovduta fit-talba għal rieżami ta’ skadenza (24), il-kapaċità totali tal-produzzjoni tal-Indja tal-GES ġiet stmata għal madwar 160 000 tunnellata, il-produzzjoni għal madwar 121 000 tunnellata u l-kapaċità ta’ riżerva għal madwar 39 000 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Il-kapaċità ta’ riżerva stmata kienet tirrappreżenta madwar 29 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    (249)

    Barra minn hekk, l-informazzjoni pprovduta fit-talba (25) indikat li produttur Indjan wieħed huwa mistenni jkompli jżid il-kapaċità tiegħu b’20 000 tunnellata addizzjonali sal-bidu tal-2023, u b’hekk tiżdied il-kapaċità ta’ riżerva għal 59 000 tunnellata (43 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami). Għalhekk, il-kapaċità li jiżdiedu b’mod sinifikanti l-kwantitajiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni teżisti, b’mod partikolari għaliex ma hemmx indikazzjonijiet li s-swieq ta’ pajjiżi terzi jew is-suq domestiku jistgħu jassorbu xi produzzjoni addizzjonali.

    5.2.   Il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Indja lejn swieq oħrajn ta’ pajjiżi terzi

    (250)

    Fin-nuqqas ta’ kooperazzjoni u konsegwentement ta’ kwalunkwe sors ieħor aktar affidabbli għall-istabbiliment tal-esportazzjonijiet Indjani ta’ GES mill-Indja lejn pajjiżi terzi oħrajn għajr l-Unjoni, l-analiżi kienet ibbażata fuq id-data tal-GTA tal-kodiċi HS 8545 11. Dan il-kodiċi HS kopra madwar 82 % tal-esportazzjonijiet Indjani lejn l-Unjoni (meta mqabbel mad-data TARIC tal-Eurostat), filwaqt li kważi l-ebda importazzjoni fl-Unjoni mill-Indja ma saret taħt il-kodiċi HS 8545 90. Għalhekk, id-data tal-GTA għall-HS 8545 11 tqieset bħala l-aktar sors affidabbli għall-analiżi tas-suq ta’ pajjiżi terzi.

    (251)

    Kemm GIL kif ukoll HEG, iż-żewġ produtturi magħrufa tal-GES fl-Indja, kienu nstabu li huma orjentati ħafna lejn l-esportazzjoni, u li esportaw aktar minn 60 % tal-produzzjoni tagħhom fl-2021. It-Turkija, l-Istati Uniti, l-Unjoni u l-Eġittu kienu s-swieq ewlenin tal-esportazzjoni tagħhom. B’mod ġenerali, il-volumi tal-esportazzjoni madwar id-dinja mill-Indja naqsu b’14 % mill-2018 sal-PIR, filwaqt li żdiedu b’16 % għall-aqwa tliet swieq tal-esportazzjoni (it-Turkija, l-Istati Uniti u l-Eġittu).

    (252)

    L-analiżi tal-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-aqwa għaxar pajjiżi tal-esportazzjoni tal-Indja matul il-PIR indikat li l-prezz tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni fil-livell tal-fruntiera tal-Indja FOB (EUR 2 727/tunnellata) kien ogħla mill-Eġittu, mill-Korea t’Isfel, mill-Afrika t’Isfel, mill-Messiku u mill-Emirati Għarab Magħquda, filwaqt li kien aktar baxx mit-Turkija, mill-Istati Uniti, mill-Arabja Sawdija u mill-Indoneżja. Madankollu, minħabba r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni li qiegħda tiffaċċja l-industrija tal-Indja, kif spjegat hawn taħt fit-taqsima 5.3, u filwaqt li titqies il-kapaċità ta’ riżerva kurrenti tal-Indja, tqies li, l-esportaturi Indjani jkollhom inċentiv li jittrasferixxu kwantitajiet sinifikanti ta’ esportazzjonijiet minn pajjiżi terzi lejn is-suq tal-Unjoni, li huwa aktar attraenti, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    5.3.   Miżuri eżistenti fil-pajjiżi terzi l-oħrajn

    (253)

    Wara s-sanzjonijiet tal-Istati Uniti kontra l-Iran f’Awwissu 2018, l-Indja tilfet l-akbar destinazzjoni ta’ esportazzjoni tagħha għal GES (26). Qabel is-sanzjonijiet, l-Iran kien fost l-ewwel tliet destinazzjonijiet ta’ esportazzjoni ta’ GES għall-Indja b’volumi ta’ esportazzjoni ta’ madwar 9 000 tunnellata/sena. Fl-2019, wara s-sanzjonijiet, il-volumi tal-esportazzjoni mill-Indja lejn l-Iran naqsu għal kważi żero tunnellati u baqgħu hekk fis-snin ta’ wara.

    (254)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ekonomika Ewrasjatika estendiet il-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ GES mill-Indja sa Settembru 2023 bir-rata ta’ 16,04 % għal HEG u ta’ 32,83 % għal GIL u manifatturi Indjani oħrajn. Il-Federazzjoni Russa, waħda mill-membri tal-Unjoni Ekonomika Ewrasjatika, kienet konsumatur importanti ta’ GES bil-produzzjoni tal-fran tal-azzar b’ark elettriku annwali tagħha li ammontat għal 24 miljun tunnellata fl-2019. L-esportazzjonijiet ta’ GES tal-Indja lejn ir-Russja naqsu minn madwar 840 tunnellata fl-2018 għal żero tunnellati fl-2020 u fl-2021. Għalhekk, bil-kapaċità ta’ riżerva diġà disponibbli, dan se jirrestrinġi s-swieq tal-esportazzjoni potenzjalment disponibbli għall-produtturi Indjani, u jżid saħansitra aktar l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    5.4.   Attraenza tas-suq tal-Unjoni

    (255)

    L-attraenza tas-suq tal-Unjoni ntweriet mill-fatt li minkejja d-dazji anti-dumping u kumpensatorji fis-seħħ, il-GES mill-Indja baqa’ jidħol fis-suq tal-Unjoni. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-Indja baqgħet it-tieni l-akbar pajjiż esportatur għall-Unjoni wara ċ-Ċina. Minkejja tnaqqis bejn l-2019 u l-2020 minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-Indja żammet u żiedet l-esportazzjonijiet tagħha lejn l-Unjoni, bejn 5 800 tunnellata fl-2018 sa 6 500 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, u l-ishma mis-suq, bejn 4 % fl-2018 u 5 % fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Dan huwa fl-istess firxa tal-volumi tal-esportazzjoni u tal-ishma mis-suq osservati fl-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami taż-żewġ rieżamijiet ta’ skadenza preċedenti. Kif previst fil-premessa (192), il-prezz tal-esportazzjoni Indjan lejn l-Unjoni kien qed iwaqqa’ b’mod sinifikanti l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    (256)

    Barra minn hekk, skont id-dikjarazzjonijiet pubbliċi ta’ HEG, il-produttur iqis lill-Unjoni suq importanti tal-esportazzjoni biex iżid il-preżenza tagħhom jekk jitneħħew il-miżuri anti-dumping/ta’ sussidju (27).

    5.5.   Il-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja u l-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, jekk il-miżuri jiskadu.

    (257)

    Sabiex tivvaluta l-impatt tal-importazzjonijiet futuri fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni qieset li l-livelli tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet Indjani mingħajr dazji anti-dumping ikunu indikatur raġonevoli tal-livelli futuri tal-prezzijiet għas-suq tal-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-marġni medju tat-twaqqigħ tal-prezz għall-prodott taħt rieżami nstab li kien, mingħajr dazji anti-dumping u kumpensatorji, 41,1 %, għalhekk jitqies bħala l-aħjar indikatur tal-livelli tal-prezzijiet probabbli fin-nuqqas ta’ miżuri antisussidji.

    (258)

    Minħabba l-użu intensiv u s-sostituzzjoni rapida tiegħu, l-utenti tal-prodott taħt rieżami għandhom it-tendenza jżommu ħażniet sostanzjali bħala komoditajiet. Għalhekk, il-prodott taħt rieżami huwa sensittiv għall-prezzijiet. Żieda fl-importazzjonijiet bi prezzijiet baxxi ġġiegħel lill-industrija tal-Unjoni tkompli tnaqqas il-prezzijiet tagħhom hekk kif diġà sar sabiex tikkompeti mal-importazzjonijiet mill-Indja u miċ-Ċina, kif spjegat hawn fuq fit-taqsima 4.4.3.1.

    (259)

    Barra minn hekk, minn April 2022 l-importazzjonijiet ta’ ċerti GES miċ-Ċina huma soġġetti għad-dazju anti-dumping imsemmi fil-premessa (199). Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott ikkonċernat minn dawn id-dazji jkopri, fil-biċċa l-kbira, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni, jiġifieri l-kodiċijiet TARIC 8545110010. Għalhekk huwa mistenni li s-sehem mis-suq Ċiniż se jonqos (minn 20 %, fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami). Dan se jkompli jżid l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping/sussidjati mill-Indja. Biż-żieda kurrenti jew saħansitra probabbli fil-kapaċità ta’ riżerva msemmija hawn fuq fil-premessa (249), u mingħajr il-kompetizzjoni tal-produtturi esportaturi Ċiniżi, hemm probabbiltà kbira li l-produtturi esportaturi Indjani jżidu b’mod sinifikanti l-importazzjonijiet tagħhom tal-prodott taħt rieżami lejn is-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    (260)

    Barra minn hekk, kif spjegat hawn fuq fil-premessi (221) sa (224), is-sitwazzjoni globali tal-industrija tal-Unjoni hija affettwata ħafna mis-sitwazzjoni partikolari imma temporanja ta’ GrafTech Iberica. L-LTAs waslu fi tmiem (fil-biċċa l-kbira l-LTAs fis-seħħ diġà skadew fl-2022). Xi wħud mil-LTAs eżistenti miksuba mingħand GrafTech Iberica ġew estiżi għal sena jew sentejn wara l-2022. Madankollu, l-LTAs estiżi koprew biss parti żgħira mill-bejgħ totali miksub mingħand GrafTech Iberica. Anke jekk jiġu inklużi l-LTAs estiżi, il-maġġoranza l-kbira tal-volum tal-bejgħ miksuba mingħand GrafTech Iberica, fi tmiem l-2023 mhux se tibqa’ koperta mil-LTAs attwali. Dan il-proporzjon se jkompli jiżdied fi tmiem l-2024. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-prezzijiet medji tal-bejgħ tal-prodotti miksuba mingħand GrafTech Iberica matul il-PIR naqsu meta mqabbla mal-2020 (anke jekk ikun inkluż il-bejgħ taħt l-LTAs), li indika li GrafTech Iberica kienet affettwata mill-importazzjonijiet tal-elettrodi tal-grafita mill-Indja u miċ-Ċina bi prezzijiet baxxi. Għalhekk, sa mhux aktar tard mill-aħħar tal-2023, GrafTech Iberica se tkun fl-istess sitwazzjoni bħall-produtturi l-oħrajn u se tkun esposta bis-sħiħ għall-impatt ta’ żieda fil-volumi ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u ssussidjati mill-Indja. Dan ifisser li s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni tkompli tiddeterjora jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    (261)

    B’telf ta’ profittabbiltà, l-industrija tal-Unjoni ma tkunx tista’ twettaq l-investimenti meħtieġa. Fl-aħħar mill-aħħar, dan iwassal ukoll għal telf ta’ impjiegi u riskju ta’ għeluq ta’ linji tal-produzzjoni.

    (262)

    Wara d-divulgazzjoni, il-GTI argumenta li ma hemm l-ebda probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu f’dan il-każ, primarjament minħabba li s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-Indja lejn l-Unjoni huwa biss ta’ 5 % u li kwalunkwe dannu lill-industrija tal-Unjoni huwa minħabba l-importazzjonijiet miċ-Ċina u mhux l-importazzjonijiet mill-Indja. Barra minn hekk, il-GTI argumenta li l-prezzijiet baxxi tal-importazzjoni mill-Indja huma reazzjoni għall-importazzjonijiet bi prezz baxx miċ-Ċina.

    (263)

    Meta stabbiliet jekk hemmx probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indja, kif spjegat fil-premessa (247), il-Kummissjoni qieset diversi elementi bħall-volum tal-produzzjoni u l-kapaċità żejda fl-Indja, il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjoni mill-Indja lejn is-swieq ta’ pajjiżi terzi oħra, il-miżuri eżistenti fil-pajjiżi terzi l-oħra, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, u l-livelli probabbli tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja u l-impatt tagħhom fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fil-kummenti tiegħu, il-GTI ma kkontesta l-analiżi jew il-konklużjoni tal-Kummissjoni dwar l-ebda minn dawn l-elementi għajr dak indirizzat fil-premessa (127). Għall-kuntrarju ta’ dak li ssuġġerixxa l-GTI fil-kummenti tiegħu, il-Kummissjoni ma bbażatx is-sejba tagħha fir-rigward tal-probabbiltà ta’ rikorrenza tad-dannu fuq is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet tal-GES mill-Indja lejn l-Unjoni osservati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    (264)

    L-affermazzjoni kienet għalhekk miċħuda.

    (265)

    Barra minn hekk, il-GTI ddikjara li s-suq tal-Unjoni mhuwiex suq attraenti fil-prezz għall-produtturi esportaturi Indjani peress li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tiegħu lejn l-Unjoni huma aktar baxxi mill-prezz tal-esportazzjoni tal-GES lejn pajjiżi terzi oħra.

    (266)

    Il-Kummissjoni rrikonoxxiet, fil-premessa (252) ta’ hawn fuq, li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Indjani lejn xi pajjiżi terzi huma ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Madankollu, il-prezzijiet lejn xi swieq oħra tal-esportazzjoni, li huma importanti għall-produtturi esportaturi Indjani, huma aktar baxxi mill-prezzijiet lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, kif spjegat fit-taqsima 4.3.1 hawn fuq, l-esportazzjonijiet Indjani kisbu sehem mis-suq fl-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Għalhekk, għar-raġunijiet stabbiliti hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li din l-affermazzjoni ma kinitx fondata.

    5.6.   Konklużjoni

    (267)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-iskadenza tal-miżuri wisq probabbli se tirriżulta f’żieda sinifikanti ta’ importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u ssussidjati mill-Indja bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, u b’hekk tkompli taggrava s-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni. Huwa probabbli ħafna li dan iwassal għal rikorrenza ta’ dannu materjali u b’konsegwenza ta’ dan, il-vijabbiltà tal-industrija tal-Unjoni tkun f’riskju serju.

    6.   L-INTERESS TAL-UNJONI

    (268)

    F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Unjoni b’mod ġenerali. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tad-diversi interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi, tad-distributuri u tal-utenti.

    (269)

    Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

    6.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

    (270)

    L-industrija tal-Unjoni hija magħmula minn ħames gruppi li jipproduċu l-elettrodi tal-grafita fl-Unjoni. Il-gruppi kollha kkooperaw bis-sħiħ fl-investigazzjoni. Kif imsemmi fil-premessa (15), il-Kummissjoni għażlet kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Il-kampjun kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni li provdew tweġiba għall-kwestjonarju. Il-kampjun tqies li kien rappreżentattiv għall-industrija tal-Unjoni.

    (271)

    Kif huwa stabbilit hawn fuq, l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx ħsara materjali matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni iżda tinsab f’sitwazzjoni fraġli, kif huwa konfermat mix-xejriet negattivi tal-indikaturi tad-dannu. It-tneħħija tad-dazji anti-dumping twassal għal rikorrenza probabbli ta’ ħsara materjali li tiġi kkonkretizzata f’telf fil-volum tal-bejgħ u tal-produzzjoni, kif ukoll f’sehem mis-suq li jwassal għal telf fil-profittabbiltà u fl-impjiegi.

    (272)

    Min-naħa l-oħra, l-industrija tal-Unjoni wriet li hija industrija vijabbli. Wara l-aħħar rieżami ta’ skadenza, hija rnexxielha ttejjeb is-sitwazzjoni tagħha fil-kundizzjonijiet ġusti fis-suq tal-Unjoni, tinvesti u topera bi profitt ogħla mill-profitt fil-mira stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali. Il-kontinwazzjoni tal-miżuri tipprevjeni l-importazzjonijiet bi prezz baxx mill-Indja milli jimlew is-suq tal-Unjoni, u għalhekk tippermetti lill-industrija tal-Unjoni żżomm prezzijiet sostenibbli u livelli ta’ profittabbiltà meħtieġa għal investimenti futuri.

    (273)

    Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni b’hekk ikkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri kumpensatorji hija fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

    (274)

    Wara d-divulgazzjoni finali, il-GTI kkummenta li peress li d-dazji antisussidji diġà kienu fis-seħħ għal kważi 20 snin, il-kontinwazzjoni ulterjuri tad-dazji twassal għal protezzjoni żejda u toħnoq il-kompetizzjoni fis-suq tal-UE. Ma kienx hemm ġustifikazzjoni għall-kontinwazzjoni tad-dazji għal aktar minn 20 snin.

    (275)

    Il-Kummissjoni sabet evidenza li s-sussidjar tal-esportazzjonijiet Indjani kompla fil-PIR. Għalhekk, anki jekk il-miżuri ilhom fis-seħħ għal żmien twil, l-estensjoni tad-dazji hija konformi mar-regola għall-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet sussidjati. Lanqas ma hemm riskju ta’ influwenza negattiva fuq il-kompetizzjoni fis-suq tal-UE peress li d-dazji jikkontrobilanċjaw biss is-sussidjar u jirrestawraw kompetizzjoni internazzjonali ġusta.

    6.2.   L-interess ta’ importaturi, negozjanti u utenti mhux relatati

    (276)

    Il-Kummissjoni kkuntattjat lill-importaturi, lin-negozjanti u lill-utenti mhux relatati magħrufa kollha. L-ebda parti interessata ma ppreżentat ruħha.

    (277)

    Minħabba li l-ebda importatur, negozjant jew utent ma kkoopera, ma kien hemm l-ebda informazzjoni disponibbli dwar l-impatt tad-dazji fuq dawn il-partijiet. Madankollu, l-investigazzjoni oriġinali żvelat li kwalunkwe impatt fuq partijiet interessati oħrajn ma kienx tali li l-miżuri kellhom jitqiesu li huma kontra l-interess tal-Unjoni u bl-istess mod, l-investigazzjoni tar-rieżami ta’ skadenza preċedenti stabbiliet li ż-żamma tal-miżuri ma jkollhiex impatt negattiv sinifikanti fuq is-sitwazzjoni ta’ dawn il-partijiet.

    (278)

    Fuq il-bażi ta’ dan, il-Kummissjoni kkonkludiet li ż-żamma tal-miżuri kumpensatorji fis-seħħ ma jkollhiex impatt negattiv sinifikanti fuq l-importaturi, in-negozjanti jew l-utenti.

    (279)

    Wara d-divulgazzjoni, il-GTI sostna li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ mhijiex fl-interess tal-Unjoni. Il-GTI argumenta li l-fatt li l-bejgħ miksub mingħand GrafTech Iberica sar skont LTA wassal għal prezz tal-bejgħ artifiċjalment għoli u mhux kompetittiv li mhuwiex indikattiv tal-prezz tas-suq tal-GES fl-Unjoni. Il-konsegwenzi ta’ dan il-bejgħ bi prezz artifiċjalment għoli jiġu ffaċċjati mill-utenti downstream fl-Unjoni.

    (280)

    Kif spjegat hawn fuq fil-premessa (194), l-LTAs huma prattika kummerċjali li mhux rari tintuża fil-prassi kummerċjali fejn iż-żewġ partijiet jaqblu dwar it-termini peress li jassumu li se jkunu ta’ benefiċċju. Għalhekk, fil-fehma tal-Kummissjoni l-LTAs u l-prezzijiet li jirriżultaw ma jistgħux jitqiesu bħala antikompetittivi. Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (235) sa tmiem l-2023, il-maġġoranza tal-LTAs iffirmati minn GrafTech Iberica se jintemmu u GrafTech Iberica se tkun fl-istess sitwazzjoni bħall-produtturi l-oħra u se tkun esposta bis-sħiħ għall-impatt tal-volumi dejjem akbar ta’ importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-Indja.

    (281)

    Għaldaqstant, din l-affermazzjoni ma ntlaqgħetx.

    (282)

    Barra minn hekk, il-GTI argumenta li l-kontinwazzjoni tad-dazji ma tkunx fl-interess tal-Unjoni peress li l-impatt ta’ dawn id-dazji se jingħadda fuq il-klijenti.

    (283)

    Dan l-argument tqies bħala bla bażi. L-interess tal-utenti ġie vvalutat, mill-Kummissjoni, fil-premessi (276) sa (278) u ġie konkluż li ż-żamma tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ ma jkollha l-ebda effett negattiv sinifikanti fuq l-utenti.

    6.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

    (284)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti tal-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mill-Indja.

    7.   MIŻURI ANTISUSSIDJI

    (285)

    Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tas-sussidjar mill-Indja, il-possibbiltà tar-rikorrenza tad-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet issussidjati mill-Indja, u l-interess tal-Unjoni, il-Kummissjoni ssib li jenħtieġ li jinżammu l-miżuri kumpensatorji fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja.

    (286)

    Ir-rati tad-dazju kumpensatorju tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami li joriġina mill-Indja u li jiġi mmanifatturat mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mmanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jkunux soġġetti għal xi rati individwali ta’ dazju kumpensatorju.

    (287)

    Kumpanija tista’ titlob li jiġu applikati dawn ir-rati tad-dazju kumpensatorju individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (28). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (288)

    Il-partijiet interessati kollha ġew informati bil-fatti u bil-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom kien maħsub li jiġi rrakkomandat li jinżammu l-miżuri eżistenti. Ingħataw ukoll perjodu biex jagħmlu rappreżentazzjonijiet wara dan l-iżvelar.

    (289)

    Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29), meta ammont għandu jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ir-rata tal-imgħax li trid titħallas jenħtieġ li tkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament prinċipali tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

    (290)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Dazju kumpensatorju definittiv għalhekk huwa impost fuq importazzjonijiet ta’ elettrodi tal-grafita tat-tip użat għal fran tal-elettriku, b’densità apparenti ta’ 1,65 g/cm3 jew aktar u b’reżistenza elettrika ta’ 6,0 μ.Ω.m jew anqas, u konnetturi użati għal dawn l-elettrodi, kemm jekk importati flimkien kif ukoll jekk b’mod separat, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 8545 11 00 u ex 8545 90 90 (kodiċijiet TARIC 8545110010 u 8545909010) u li joriġinaw mill-Indja.

    2.   Ir-rati tad-dazju kumpensatorju definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġej:

    Kumpanija

    Dazju kumpensatorju (%)

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    Graphite India Limited (GIL), 31 Chowringhee Road, Kolkatta — 700016, West Bengal

    6,3

    A530

    HEG Limited, Bhilwara Towers, A-12, Sector-1, Noida — 201301, Uttar Pradesh

    7,0

    A531

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    7,2

    A999

    3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz il-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi [pajjiż ikkonċernat]. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

    4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ġunju 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1628/2004 tat-13 ta’ Settembru 2004 li jimponi taxxa kompensatorja definittiva u li jiġbor definittivament it-taxxa provviżorja imposta fuq l-importazzjoni ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 295, 18.9.2004, p. 4).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1629/2004 tat-13 ta’ Settembru 2004 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 295, 18.9.2004, p. 10).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1354/2008 tat-18 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1628/2004 li jimponi dazju definittiv ta’ kumpens fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja u r-Regolament (KE) Nru 1629/2004 li jimponi dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw fl-Indja (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 24).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1185/2010 tat-13 ta’ Diċembru 2010 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 (ĠU L 332, 16.12.2010, p. 1).

    (6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/421 tad-9 ta’ Marzu 2017 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 64, 10.3.2017, p. 10).

    (7)   ĠU C 222, 11.6.2021, p. 24.

    (8)  In-Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antisussidji applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja (ĠU C 113, 9.3.2022, p. 13).

    (9)  In-Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mill-Indja (ĠU C 113, 9.3.2022, p. 3).

    (10)  Ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21).

    (11)  https://tron.trade.ec.europa.eu/investigations/case-view?caseId=2586.

    (12)  Il-Manwal tal-Proċeduri (Handbook of Procedures) (1 ta’ April 2015 — 31 ta’ Marzu 2020) Aġġornat sal-4.8.2015: https://www.mofpi.gov.in/sites/default/files/updated_hbp_2015–202020.pdf

    (13)  https://www.mofpi.gov.in/sites/default/files/updated_hbp_2015–202020.pdf

    (14)  Ta’ min jinnota li din l-iskema ġiet issostitwita bi skema ġdida, l-RODTEP, li hija deskritta fit-taqsima 3.2.5 hawn taħt.

    (15)  http://www.cbic.gov.in/htdocs-cbec/customs/cs-act/formatted-htmls/cs-rulee

    (16)  In-Notifika Nru 88/2017-CUSTOMS (N.T.) New Delhi, il-21 ta’ Settembru 2017. http://www.cbic.gov.in/resources//htdocs-cbec/customs/cs-act/notifications/notfns-2017/cs-nt2017/csnt88-2017.pdf

    (17)  Cus. l-20 ta’ April 2001, F.NO.605/47/2001-DBK, il-Gvern tal-Indja, il-Ministeru għall-Finanzi, id-Dipartiment tad-Dħul, id-Dikjarazzjoni skont ir-Regola 12(1)(a)(ii) tal-Artikolu sabiex tagħmel użu minn AIR ta’ Rifużjoni tad-Dazji. Ara b’mod partikolari it-Taqsimiet 2 u 3 tad-Dikjarazzjoni skont ir-Regola 12(1)(a)(ii) tal-Artikolu sabiex tagħmel użu minn AIR ta’ Rifużjoni tad-Dazji; disponibbli fuq: http://www.cbic.gov.in/htdocs-cbec/customs/cs- circulars/cscirculars-2001/24-2001-cus

    (18)  https://content.dgft.gov.in/Website/dgftprod/8c25b521-147e-40e4-afa4-416eafdf3df6/RoDTEP%20Scheme%20Guidelines%20Notification%2019%20dated%2017%20Aug%202021.pdf

    (19)  Il-volum tal-produzzjoni huwa bbażat fuq id-data tal-EU-27 peress li r-Renju Unit ma baqax jagħmel parti mill-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Frar 2020 u l-perjodu ta’ tranżizzjoni għall-ħruġ tar-Renju Unit intemm fil-31 ta’ Diċembru 2020.

    (20)  Il-konsum huwa bbażat fuq data tal-EU-27, minbarra data relatata mar-Renju Unit.

    (21)  Il-prezz tal-importazzjoni mingħajr id-dazji doganali u AD/AS. Sors: Eurostat.

    (22)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/558 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti sistemi ta’ elettrodi tal-grafita li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 108, 7.4.2022, p. 20).

    (23)  Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament Ċiniż huwa kemxejn differenti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, peress li ma jinkludix il-konnetturi u jinkludi wkoll elettrodi tal-grafita ta’ tip użat għall-fran elettriċi, b’densità apparenti ta’ 1,5 g/cm3 jew aktar iżda ta’ anqas minn 1,65 g/cm3 u b’reżistenza elettrika ta’ 6,0 μΩ.m jew anqas, jew b’densità apparenti ta’ 1,5 g/cm3 jew aktar u reżistenza elettrika ta’ aktar minn 6,0 μΩ.m iżda ta’ mhux aktar minn 7,0 μΩ.m, (kodiċijiet TARIC 8545110010 u 8545110015).

    (24)  Rapport annwali disponibbli għall-pubbliku ta’ HEG fl-2021 u Preżentazzjoni Korporattiva ta’ GIL tal-2021.

    (25)  Ir-Rapport Annwali ta’ HEG 2021, p. 2, 11.

    (26)  Kumpaniji mhux tal-Istati Uniti ma jistgħux jibqgħu jużaw id-dollaru Amerikan għal tranżazzjonijiet mal-Iran. Barra minn hekk, jekk jiġu ssanzjonati għall-ksur tas-sanzjonijiet tal-Istati Uniti, dan jista’ jirriżulta f’li kumpaniji barranin ma jitħallewx jiftħu kontijiet bankarji ġodda tal-Istati Uniti u jiffaċċjaw restrizzjonijiet fuq self, liċenzji u kreditu Ex-Im.

    (27)  Traskrizzjoni ta’ Konferenza Telefonika tal-2021 ta’ HEG, disponibbli pubblikament, ipprovduta mill-applikanti. https://hegltd.com/wp-content/uploads/2021/06/ConferenceCallTranscript08062021.pdf;

    (28)  European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate G, Rue de la Loi 170, 1040 Brussels, Belgium.

    (29)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


    Top