Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D2895

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2895 tad-19 ta’ Diċembru 2023 li tistabbilixxi l-lista ta’ gżejjer u portijiet imsemmija fl-Artikolu 12(3-d) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-lista ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku transnazzjonali jew obbligi ta’ servizz pubbliku transnazzjonali msemmija fl-Artikolu 12(3-c) ta’ dik id-Direttiva

C/2023/8582

ĠU L, 2023/2895, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2895/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/01/2025

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2895/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2895

22.12.2023

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2895

tad-19 ta’ Diċembru 2023

li tistabbilixxi l-lista ta’ gżejjer u portijiet imsemmija fl-Artikolu 12(3-d) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-lista ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku transnazzjonali jew obbligi ta’ servizz pubbliku transnazzjonali msemmija fl-Artikolu 12(3-c) ta’ dik id-Direttiva

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12(3-d) u (3-c) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2003/87/KE ġiet emendata aktar reċentement mid-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) biex tinkludi l-emissjonijiet tat-trasport marittimu fis-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (l-“EU ETS”).

(2)

Sabiex tiġi żgurata l-konnettività ta’ ċerti gżejjer, l-EU ETS tipprevedi żewġ tipi ta’ derogi temporanji mill-obbligu li jiġu ċeduti l-kwoti skont l-Artikolu 12(3-d) u (3-c) tad-Direttiva 2003/87/KE. Peress li dawk id-derogi temporanji t-tnejn jikkonċernaw il-konnettività, jenħtieġ li l-lista tal-gżejjer u l-portijiet u l-lista ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku tranżnazzjonali u l-obbligi tas-servizz pubbliku tranżnazzjonali jiġu stabbiliti fl-istess att.

(3)

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(3-d), tad-Direttiva 2003/87/KE, port li jrid jiġi identifikat bħala port ikkonċernat mid-deroga temporanja jrid ikun jinsab fi gżira mingħajr konnessjoni bit-triq jew bil-ferrovija mal-kontinent u b’popolazzjoni ta’ inqas minn 200 000 resident permanenti. Għalhekk, bħala segwitu tat-talbiet mid-Danimarka, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Malta u l-Iżvezja, jenħtieġ li bosta portijiet jiġu identifikati bħala portijiet ikkonċernati mid-deroga temporanja skont l-Artikolu 12(3-d) tad-Direttiva 2003/87/KE.

(4)

F’konformità mal-Artikolu 12(3-c) tad-Direttiva 2003/87/KE, il-kuntratti tas-servizz pubbliku tranżnazzjonali jew l-obbligi tas-servizz pubbliku tranżnazzjonali għandhom jgħaqqdu żewġ Stati Membri, fejn wieħed minnhom ma jkollux fruntiera tal-art ma’ Stat Membru ieħor u l-Istat Membru l-ieħor huwa l-eqreb Stat Membru ġeografikament għal dak l-Istat Membru mingħajr fruntiera tal-art. Ċipru ma għandu l-ebda fruntiera tal-art ma’ Stat Membru ieħor u l-Greċja hija ġeografikament l-eqreb Stat Membru għal Ċipru. Għalhekk, bħala segwitu tat-talba konġunta minn Ċipru u l-Greċja, il-kuntratt tas-servizz pubbliku li jgħaqqad lil Ċipru mal-Greċja jenħtieġ li jiġi identifikat bħala kuntratt ta’ servizz pubbliku tranżnazzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 12(3-c) tad-Direttiva 2003/87/KE.

(5)

Biex jiġi żgurat il-funzjonament effettiv tal-EU ETS, li għandha tkun tinkludi l-emissjonijiet mit-trasport marittimu rilaxxati mill-1 ta’ Jannar 2024, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika minn dik id-data,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Istati Membri għandhom iqisu r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 12(3) u fl-Artikolu 16, tad-Direttiva 2003/87/KE bħala ssodisfati u ma għandhom jieħdu l-ebda azzjoni kontra l-kumpaniji tat-tbaħħir fir-rigward tal-emissjonijiet rilaxxati sal-31 ta’ Diċembru 2030 minn:

(a)

vjaġġi mwettqa minn vapuri tal-passiġġieri, minbarra bastimenti tal-kruċieri, u minn vapuri ro-ro tal-passiġġieri, bejn port ta’ gżira kif elenkat fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni u port taħt il-ġuriżdizzjoni tal-istess Stat Membru, jew mill-attivitajiet, f’port, ta’ tali vapuri fir-rigward ta’ tali vjaġġi;

(b)

vjaġġi mwettqa minn vapuri tal-passiġġieri jew vapuri ro-ro fil-qafas ta’ kuntratt tas-servizz pubbliku tranżnazzjonali jew obbligu tas-servizz pubbliku tranżnazzjonali li jgħaqqdu żewġ Stati Membri, kif elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, jew mill-attivitajiet, f’port, ta’ tali vapuri fir-rigward ta’ tali vjaġġi.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2024.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2023.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2003/87/oj?locale=mt.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għas-sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2023/959/oj?locale=mt).


ANNESS I

Lista ta’ gżejjer u portijiet kif imsemmi fl-Artikolu 12(3-d), l-ewwel subparagrafu, tad-Direttiva 2003/87/KE

STAT

ISEM IL-GŻIRA

ISEM IL-PORT

ID-DANIMARKA

BORNHOLM

ROENNE

IL-GREĊJA

AEGINA

AEGINA

AGIA MARINA, AEGINA

SOUVALA

AGATHONISI

AGATHONISI

AGIOS EFSTRATIOS

AGIOS EFSTRATIOS

ALONNISOS

ALONNISOS

AMORGOS

AGIALI

KATAPOLA

ANAFI

ANAFI

ANDROS

GAVRIO

ANGISTRI

ANGISTRI

ANTIKYTLEA

POTAMOS, ANTIKYTLEA

ANTIPAROS

ANTIPAROS

ARKI

ARKI

ASTYPALAIA

ASTYPALAIA

CHIOS

CHIOS

MESTA

DONOUSA

DONOUSA

EREIKOUSA

EREIKOUSA

FOLEGANDROS

FOLEGANDROS

FOURNI KORSEON

FOURNI KORSEON

GAVDOS

GAVDOS

HALKI

HALKI

IKARIA

EVDILOS / AGIOS KYRIKOS

INOUSSES

INOUSSES

IOS

IOS

IRAKLEIA

IRAKLEIA

ITHAKI

FRIKES

PISAETOS

KALAMOS

KALAMOS

KALYMNOS

KALYMNOS

KARPATHOS

KARPATHOS

KASOS

KASOS

KASTOS

KASTOS

KEA

KEA

KEFALLONIA

ARGOSTOLI

POROS, KEFALLONIA

SAMI

KERKYRA

LEFKIMI

KIMOLOS

KIMOLOS

KOS

KOS

MASTICHARI

KOUFONISI

KOUFONISIA, CYCLADES

KYTLEA

AGIA PELAGIA

DIAKOFTI

KYTHNOS

KYTHNOS

LEROS

AGIA MARINA, LEROS

LAKKI, LEROS

LESVOS

MYTILINI

LIMNOS

MYRINA

LIPSI

LIPSI

MATHRAKI

MATHRAKI

MEGANISI

MEGANISI

MEGISTI

KASTELORIZO

MILOS

ADAMANTAS

MYKONOS

MYKONOS

NAXOS

NAXOS

NISYROS

NISYROS

OTHONI

OTHONI

PAROS

PAROS

PATMOS

PATMOS

PAXI

PAXI

POROS

POROS, TRIZINIA

PSARA

PSARA

RHODES

RHODES

SKALA KAMIROU, RHODES

SALAMINA

FANEROMENI

PALOUKIA

SAMOS

VATHY

KARLOVASI

PYTHAGOREIO

SAMOTHRAKI

SAMOTHRAKI

SCHINOUSSA

SCHINOUSSA

SERIFOS

SERIFOS

SIFNOS

KAMARES, SIFNOS

SIKINOS

SIKINOS

SKIATHOS

SKIATHOS

SKOPELOS

GLOSSA/AGNONTAS

SKYROS

LINARIA

SPETSES

SPETSES

SYMI

SYMI

SYROS

ERMOUPOLI

THASOS

PRINOS

THASOS

THIRA

THIRA

THYMAINA

THYMAINA

TILOS

TILOS

TINOS

TINOS

YDRA

YDRA

ZAKYNTHOS

ZAKYNTHOS

SPANJA

FORMENTERA

LA SAVINA

IBIZA

EIVISSA

SANT ANTONI DE PORTMANY

MENORCA

CIUDADELA

MAÓ

IL-KROAZJA

BIŠEVO

MEZUPORAT

PORAT

SALBUNARA

BRAČ

BOL

MILNA

SUMARTIN

SUPETAR

SUTIVAN

CRES

CRES

MARTINŠĆICA

MERAG

POROZINA

DRVENIK MALI

DRVENIK MALI

DRVENIK VELI

DRVENIK VELIKI

DUGI OTOK

BOŽAVA

BRBINJ

ZAGLAV

HVAR

HVAR

JELSA

STARI GRAD

SUĆURAJ

ILOVIK

ILOVIK

IST

KOSIRAČA

ŠIROKA

BRŠANJ

VELI IŽ

MALI IŽ

KAPRIJE

KAPRIJE

KOLOČEP

DONJE ČELO

KORČULA

DOMINČE

KORČULA

PRIGRADICA

VELA LUKA

KRAPANJ

KRAPANJ

LASTOVO

UBLI

LOPUD

LOPUD

LOŠINJ

MALI LOŠINJ

MRTVAŠKA

MLJET

POLAČE

SOBRA

MOLAT

BRGULJE

MOLAT (LUČINA)

ZAPUNTEL

OBONJAN

OBONJAN

OLIB

OLIB

OŠLJAK

OŠLJAK

PAŠMAN

TKON

PREMUDA

KRIJAL

PRVIĆ

PRVIĆ LUKA

ŠEPURINE

RAB

LOPAR

MIŠNJAK

RAB

RAVA

MALA RAVA

RAVA

RIVANJ

RIVANJ

SESTRUNJ

SESTRUNJ

SILBA

ŽALIĆ

ŠIPAN

ŠIPANSKA LUKA

SUĐURAĐ

ŠOLTA

ROGAČ

SUSAK

SUSAK

UGLJAN

PREKO

UNIJE

UNIJE

VELE SRAKANE

SRAKANE V.

VIS

KOMIŽA

VIS

VRGADA

VRGADA

ŽIRJE

MUNA

ZLARIN

ZLARIN

ZVERINAC

ZVERINAC

 

 

L-ITALJA

ALICUDI

ALICUDI

CAPRAIA

CAPRAIA

CAPRI

CAPRI

MARINA GRANDE

FAVIGNANA

FAVIGNANA

FILICUDI

FILICUDI

GIANNUTRI

GIANNUTRI

GORGONA

GORGONA

ISOLA ASINARA

ISOLA ASINARA

ISOLA D’ELBA

CAVO

MARCIANA MARINA

MARINA DI CAMPO

PORTO AZZURRO

PORTOFERRAIO

RIO MARINA

ISOLA DEL GIGLIO

ISOLA DEL GIGLIO

ISOLA DI ISCHIA

TERME TA’ CASAMICCIOLA

FORIO

ISCHIA

LACCO AMENO

PORTO D’ISCHIA

ISOLA DI SAN PIETRO

CARLOFORTE

ISOLA SANTO STEFANO

ISOLA SANTO STEFANO

ISOLE TREMITI

ISOLE TREMITI

ISOLOTTO FORMICA

ISOLOTTO FORMICA

LA MADDALENA

LA MADDALENA

LAMPEDUSA

LAMPEDUSA

LEVANZO

LEVANZO

LINOSA

LINOSA

LIPARI

LIPARI

MARETTIMO

MARETTIMO

PANAREA

PANAREA

PANTELLERIA

PANTELLERIA

SCAURI

PIANOSA

PIANOSA

PONZA

PONZA

PROCIDA

PROCIDA

SALINA

RINELLA

SANTA MARINA SALINA

STROMBOLI

STROMBOLI

USTICA

USTICA

VENTOTENE

VENTOTENE

VULCANO

VULCANO

MALTA

GĦAWDEX

MĠARR

L-IŻVEZJA

GOTLAND

VISBY


ANNESS II

Lista ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku tranżnazzjonali jew obbligi tas-servizz pubbliku tranżnazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 12(3-c) tad-Direttiva 2003/87/KE

—   

Il-kuntratt tas-servizz pubbliku għall-istabbiliment ta’ konnessjoni marittima tal-passiġġieri bejn Ċipru u l-Greċja li tgħaqqad il-portijiet ta’ Piraeus (il-Greċja), Larnaca (Ċipru) u Limassol (Ċipru).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2895/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top