This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D2788
Council Decision (CFSP) 2023/2788 of 11 December 2023 amending Decision 2013/184/CFSP concerning restrictive measures in view of the situation in Myanmar/Burma
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2788 tal-11 ta’ Diċembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2788 tal-11 ta’ Diċembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma
ST/15643/2023/INIT
ĠU L, 2023/2788, 11.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2788/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32013D0184 | Żieda | anness taqsima A punt 100 | 11/12/2023 | |
| Modifies | 32013D0184 | Żieda | anness taqsima A punt 101 | 11/12/2023 | |
| Modifies | 32013D0184 | Żieda | anness taqsima A punt 102 | 11/12/2023 | |
| Modifies | 32013D0184 | Żieda | anness taqsima A punt 103 | 11/12/2023 | |
| Modifies | 32013D0184 | Żieda | anness taqsima B punt 20 | 11/12/2023 | |
| Modifies | 32013D0184 | Żieda | anness taqsima B punt 21 | 11/12/2023 |
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2023/2788 |
11.12.2023 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/2788
tal-11 ta’ Diċembru 2023
li temenda d-Deċiżjoni 2013/184/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/184/PESK (1). |
|
(2) |
Fil-31 ta’ Jannar 2023, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna bil-qawwa t-twaqqigħ tal-gvern tal-Myanmar elett demokratikament mill-forzi militari tal-Myanmar bi ksur sfaċċat tar-rieda tal-poplu kif espressa fl-elezzjoni ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2020. Dak l-att illeġittimu reġġa’ lura t-tranżizzjoni demokratika tal-pajjiż u wassal għal konsegwenzi umanitarji, soċjali, ta’ sigurtà, ekonomiċi u tad-drittijiet tal-bniedem diżastrużi. |
|
(3) |
L-Unjoni tibqa’ mħassba ħafna dwar l-eskalazzjoni kontinwa tal-vjolenza fil-Myanmar/Burma u l-evoluzzjoni lejn kunflitt fit-tul b’implikazzjonijiet reġjonali. L-Unjoni tikkundanna l-ksur gravi u kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem mill-forzi armati tal-Myanmar, inkluż it-tortura, il-vjolenza sesswali u dik abbażi tal-ġeneru, il-persekuzzjoni tal-atturi tas-soċjetà ċivili, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġurnalisti, u l-attakki fuq il-popolazzjoni ċivili, inkluż il-minoranzi etniċi u reliġjużi. |
|
(4) |
Fin-nuqqas ta’ progress rapidu fis-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma, l-Unjoni esprimiet diversi drabi li hija tinsab lesta tadotta miżuri restrittivi ulterjuri kontra dawk responsabbli għad-dgħajfien tad-demokrazija u l-istat tad-dritt u għall-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedemli qed iseħħu f’dak il-pajjiż. |
|
(5) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni gravi li qed tippersisti fil-Myanmar/Burma, jenħtieġ li jiżdiedu erba’ persuni u żewġ entitajiet fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK. |
|
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2013/184/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK tat-22 ta’ April 2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma (ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75).
ANNESS
L-Anness għad-Deċiżjoni 2013/184/PESK huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista stabbilita fit-“Taqsima A (Persuni fiżiċi msemmijin fl-Artikoli 5(1) u 6(1)):
|
|
(2) |
L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista stabbilita fit-“Taqsima B (Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 6(1)):
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2788/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)