EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D2447

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 tal-24 ta’ Ottubru 2023 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (notifikata bid-dokument C(2023) 7450)

C/2023/7336

ĠU L, 2023/2447, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 08/05/2024

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2447

30.10.2023

DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/2447

tal-24 ta’ Ottubru 2023

li tikkonċerna ċerti miżuri protettivi marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri

(notifikata bid-dokument C(2023) 7450)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1), il-punt (c), tiegħu,

Billi:

(1)

L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) hija marda virali infettiva tal-għasafar u tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam li jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u tfixkil fl-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. Il-viruses tal-HPAI jistgħu jinfettaw lill-għasafar migratorji, li mbagħad jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal waqt il-migrazzjonijiet tagħhom fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Għalhekk, il-preżenza tal-viruses HPAI fl-għasafar selvaġġi toħloq theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses f’azjendi fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI, hemm riskju li l-aġent tal-marda jista’ jinxtered f’azjendi oħra fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq.

(2)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv ġdid għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-mard li jiġi trażmess lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI hija msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (a)(iv), ta’ dak ir-Regolament u għaldaqstant taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata fl-Artikolu 4, il-punt 18, dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fl-Artikolu 9 tiegħu. Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (2) jiddefinixxi l-mard elenkat fil-kategoriji A sa E, u l-Anness tiegħu jelenka l-HPAI bħala marda tal-kategoriji A, D u E.

(3)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (3) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard tal-Kategoriji A, B u C stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/429, inklużi l-miżuri ta’ kontroll tal-mard għall-HPAI. Dak ir-Regolament Delegat jipprevedi l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, u fejn meħtieġ żoni ristretti ulterjuri, fil-każ ta’ tifqigħa tal-mard tal-kategorija A, inkluż l-HPAI. Dik ir-reġjonalizzazzjoni hija applikata b’mod partikolari biex tippreserva l-istatus tas-saħħa tal-għasafar fil-bqija tat-territorju tal-Istat Membru kkonċernat minn dik il-marda (l-Istat Membru kkonċernat), billi tipprevjeni l-introduzzjoni tal-aġent patoġeniku u tiżgura d-detezzjoni bikrija tal-marda.

(4)

Għaldaqstant, iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fl-Istat Membru kkonċernat, fejn qed jiġu applikati l-miżuri ta’ kontroll tal-mard stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, jenħtieġ li jiġu elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u li tiġi ffissata d-durata ta’ dik ir-reġjonalizzazzjoni.

(5)

Barra minn hekk, l-Artikolu 23, il-punt (a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedi li l-awtorità kompetenti tista’ tagħti derogi mill-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ristretti ulterjuri, sa fejn ikun meħtieġ u wara li ssir valutazzjoni tar-riskju. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jistgħu jippermettu l-movimenti ta’ kunsinni ta’ pollam, għasafar miżmuma fil-magħluq, bajd għat-tifqis u bajd speċifiku ħieles minn patoġeni minn tali żoni. Dawn il-kunsinni jistgħu jinġarru lejn Stati Membri oħra jekk ikunu akkumpanjati miċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jew miċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali meħtieġa għal dawn il-kunsinni stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 (4). Għalhekk jenħtieġ li tiżdied attestazzjoni ma’ dawn iċ-ċertifikati li tiddikjara li l-kunsinni jikkonformaw mar-restrizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

(6)

Mill-2020, il-virus tal-HPAI ġie identifikat fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi ġirien f’ħafna għasafar selvaġġi migratorji, b’mod partikolari matul l-istaġuni tal-migrazzjoni tagħhom tal-ħarifa u tar-rebbiegħa, u f’ċerti żoni wkoll matul is-sajf. Konsegwentement, il-virus tal-HPAI ġie identifikat ukoll fi stabbilimenti tal-pollam u tal-għasafar miżmuma fil-magħluq fi kważi l-Istati Membri kollha.

(7)

Is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-HPAI tjiebet minn Lulju sa Settembru 2023, meta ma ġiet identifikata l-ebda tifqigħa fil-pollam jew fl-għasafar miżmuma fil-magħluq fl-Unjoni matul dak iż-żmien u għadd limitat ħafna biss fit-tjur tal-ilma selvaġġi fil-parti tat-Tramuntana tal-Unjoni.

(8)

Wara l-bidu tal-migrazzjoni tal-ħarifa tal-għasafar migratorji selvaġġi fl-2023, il-virus tal-HPAI reġa’ nfirex u nstab f’għasafar selvaġġi f’għadd dejjem akbar ta’ Stati Membri. Barra minn hekk, id-Danimarka u l-Polonja kkonfermaw tifqigħat tal-HPAI fi stabbilimenti fit-territorju tagħhom fejn kienu jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq, li jinsabu fil-muniċipalità ta’ Guldborgsund fid-Danimarka u fil-provinċji ta’ Łódź u tal-Punent tal-Pomeranja fil-Polonja.

(9)

L-awtoritajiet kompetenti tad-Danimarka u tal-Polonja wettqu l-miżuri meħtieġa għall-kontroll tal-mard meħtieġa f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ sorveljanza u ta’ protezzjoni madwar it-tifqigħat.

(10)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ttieħdu mid-Danimarka u mill-Polonja f’kollaborazzjoni ma’ dawk l-Istati Membri, u tinsab sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tad-Danimarka u tal-Polonja jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbilimenti fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat tal-HPAI.

(11)

Biex ikun evitat kwalunkwe tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fi ħdan l-Unjoni u biex tkun evitata l-impożizzjoni ta’ ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ min-naħa tal-pajjiżi terzi, jeħtieġ issir deskrizzjoni mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mad-Danimarka u mal-Polonja, taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti kif dovut minn dawk l-Istati Membri f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687.

(12)

Għalhekk, jenħtieġ li jiġu elenkati ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għad-Danimarka u għall-Polonja fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni u d-durata tal-miżuri applikabbli fihom.

(13)

Minħabba s-sitwazzjoni epidemjoloġika li qed tevolvi fl-Unjoni u filwaqt li titqies l-istaġjonalità taċ-ċirkolazzjoni tal-virus fl-għasafar selvaġġi, hemm riskju li fix-xhur ta’ wara jseħħu aktar tifqigħat tal-HPAI fl-Unjoni, li jistgħu jirrikjedu d-deskrizzjoni ta’ żoni addizzjonali ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, u, fejn meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri, fil-livell tal-Unjoni f’din id-Deċiżjoni.

(14)

Għaldaqstant il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, qiegħda kontinwament tevalwa s-sitwazzjoni epidemjoloġika u tirrieżamina l-miżuri.

(15)

Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tapplika mit-30 ta’ Settembru 2024.

(16)

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun.

(17)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi fil-livell tal-Unjoni:

(a)

iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-livell tal-Unjoni li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni (l-Istati Membri kkonċernati), wara tifqigħa jew tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-pollam jew fl-għasafar miżmuma fil-magħluq f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u d-durata tal-miżuri tal-kontroll tal-mard li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni f’konformità mal-Artikolu 39, u fiż-żoni ta’ sorveljanza f’konformità mal-Artikolu 55 ta’ dak ir-Regolament Delegat.

(b)

iż-żoni ristretti ulterjuri li jridu jiġu stabbiliti mill-Istati Membri kkonċernati, wara tifqigħa jew tifqigħat tal-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja fil-pollam jew fl-għasafar miżmuma fil-magħluq, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ristretti ulterjuri.

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi wkoll ir-regoli dwar il-movimenti ta’ kunsinni ta’ pollam, għasafar miżmuma fil-magħluq, bajd għat-tifqis u bajd speċifiku ħieles minn patoġeni miż-żoni ristretti ulterjuri, meta tkun ingħatat deroga, f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, li tippermetti tali movimenti.

Artikolu 2

Iż-żona ta’ protezzjoni

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li:

(a)

iż-żoni ta’ protezzjoni stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 21(1), il-punt (a) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni fil-Parti A tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

il-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni, kif previst fl-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, jinżammu mill-inqas sad-dati għaż-żoni ta’ protezzjoni stabbiliti fil-Parti A tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Iż-żona ta’ sorveljanza

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li:

(a)

iż-żoni ta’ sorveljanza stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 21(1)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ sorveljanza fil-Parti B tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

il-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta’ sorveljanza, kif previst fl-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, jinżammu mill-inqas sad-dati għaż-żoni ta’ sorveljanza stabbiliti fil-Parti B tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Iż-żona ristretta ulterjuri

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li:

(a)

iż-żoni ristretti ulterjuri stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, f’konformità mal-Artikolu 21(1), il-punt (c) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati bħala żoni ristretti ulterjuri fil-Parti C tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(b)

il-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ristretti ulterjuri, kif previst fl-Artikolu 21(1), il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, jinżammu mill-inqas sad-dati għaż-żoni ristretti ulterjuri stabbiliti fil-Parti C tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni;

(c)

fejn wara valutazzjoni tar-riskju b’eżitu pożittiv tkun ingħatat deroga mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru kkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, li tippermetti l-moviment lejn Stati Membri oħra ta’ kunsinni tal-pollam, għasafar miżmuma fil-magħluq, bajd għat-tifqis u bajd speċifiku ħieles minn patoġeni miż-żoni ristretti ulterjuri elenkati fil-Parti C tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li dawk il-kunsinni jkunu akkumpanjati miċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali jew miċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali meħtieġa stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 li jrid ikun fihom l-attestazzjoni li ġejja:

“Il-kunsinna tikkonforma mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023) 7450.”

Artikolu 5

Applikazzjoni

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta’ Settembru 2024.

Artikolu 6

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2023.

Għall-Kummissjoni

Stella KYRIAKIDES

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

(3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1).


ANNESS

Parti A

Żoni ta’ protezzjoni fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 2:

Stat Membru: Id-Danimarka

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

DK-HPAI(P)-2023-00005

The parts of Guldborgsund municipality are contained within a circle of radius 3 km, centered on GPS coordinates

N 54.8360; E 11.6452

19.10.2023

Stat Membru: Il-Polonja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

PL-HPAI(P)-2023-00070

W województwie łódzkim:

1.

powiat piotrkowski:

a.

gmina Wolbórz: Bogusławice, Kol. Żywocin, Komorniki, Krzykowice, Noworybie, Bogusławice, Żywocin, Dąbrowa,

2.

powiat tomaszowski:

a.

gmina Tomaszów Mazowiecki: Chorzęcin, Godaszewice, Kwiatkówka, Świńsko-Łagiewniki

b.

gmina Będków: Łaknarz

c.

gmina Ujazd: Wólka Krzykowska

zawierające się w promieniu 3 km od współrzędnych GPS: 51.53744/19.86792

29.10.2023

PL-HPAI(P)-2023-00071

W województwie zachodniopomorskim:

1.

Część gminy Gryfice i część gminy Płoty w powiecie gryfickim

2.

Część gminy Golczewo w powiecie kamieńskim zawierające się w promieniu 3 km od współrzędnych 53.827482/15.126153

9.11.2023

Parti B

Żoni ta’ sorveljanza fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 3:

Stat Membru: Id-Danimarka

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

DK-HPAI(P)-2023-00005

The parts of Guldborgsund and Lolland municipalities beyond the area described in the protection zone are within the circle of radius 10 kilometres, centred on GPS coordinates N 54.8360; E 11.6452

28.10.2023

The parts of Guldborgsund municipality are contained within a circle of radius 3 km, centered on GPS coordinates N 54.8360; E 11.6452

20.10.2023 – 28.10.2023

Stat Membru: Il-Polonja

Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa

Żona li tinkludi:

Data sa meta applikabbli f’konformità mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687

PL-HPAI(P)-2023-00070

W województwie łódzkim:

1.

powiat piotrkowski:

a.

gmina Wolbórz: Adamów, Apolonka, Bronisławów, Brudaki, Dębsko, Golesze, Golesze Duże, Janów, Kaleń, Kuznocin, Leonów, Lubiaszów Stary, Lubiatów, Marianów, Młoszów, Młynary, Modrzewek, Polichno, Proszenie, Psary Stare, Psary Witowskie, Psary-Lechawa, Stanisławów, Studzianki, Swolszewice Duże, Świątniki, Żarnowica Duża, Żarnowica Mała, Miasto Wolbórz

b.

gmina Moszczenica: Baby, Białkowice, Gazomia Nowa, Gazomia Stara, Kiełczówka, Pomyków, Raciborowice, wschodnia część Moszczenicy ograniczona częścią ulicy Wolborskiej od miejscowości Białkowice do Pomyków

c.

gmina Czarnocin: Kalska Wola

2.

powiat tomaszowski:

a.

gmina Będków: Będków, Brzustów, Ceniawy, Drzazgowa Wola, Ewcin, Gutków, Kalinów, Nowiny, Rosocha, Rudnik, Rzeczków, Sługocice, Zacharz, Wykno

b.

gmina Ujazd: Bielina, Bronisławów, Buków, Ciosny i Józefów, Józefin, Lipianki, Łominy, Maksymów, Niewiadów-Szymanów, Olszowa, PGR Niewiadów-Mącznik, Przesiadłów, Sangrodz, Skrzynki, Stasiolas, Tobiasze Ojrzanów, Ujazd, Konstancin, Kolonia Dębniak, Buków-Parcel, Kolonia Ujazd, Teklów, Wygoda,

c.

gmina Tomaszów Mazowiecki (gm. wiejska): Cekanów, Jadwigów, Kol. Zawada -Dąbrowa, Komorów, Łazisko, Swolszewice Małe, Wiaderno, Zaborów, Zawada, Niebrów, Zaborów Pierwszy, Zaborów Drugi, Nagórzyce, Józefów, Pudło

d.

gmina Rokiciny: Popielawy

e.

gmina Lubochnia: Lubochnia Górki (od zachodu ograniczona torami kolejowymi biegnącymi od ulicy Warszawskiej na północny zachód do drogi ekspresowej S8, następnie do granicy z miastem Cekanów. Ulicą Władysława Jagiełły od granicy miejscowości Cekanów drogą na północny zachód do granicy miejscowości Skrzynki). Małecz (ograniczona drogą łączącą miejscowości Skrzynki i Ujazd)

f.

gmina Tomaszów Mazowiecki (gm. miejska): Od północnego wschodu ograniczone ulicami: Ujezdzka, Warszawska, Brukowa, Cegielniana, Ugaj, Grota Roweckiego, Nowowiejska, Mościckiego, Bohaterów 14 Brygady, Seweryna, Świętego Antoniego, Modrzewskiego, Smardzewicka, do granicy rzeki Pilica i Raicha. Wola Wiaderno, Nagórzyce Duże, Józefów, Nagórzyce, Babi Dół

zawierające się w promieniu 10 km od współrzędnych GPS: 51.53744/19.86792

7.11.2023

W województwie łódzkim:

1.

powiat piotrkowski:

a.

gmina Wolbórz: Bogusławice, Kol. Żywocin, Komorniki, Krzykowice, Noworybie, Bogusławice, Żywocin, Dąbrowa,

2.

powiat tomaszowski:

a.

gmina Tomaszów Mazowiecki: Chorzęcin, Godaszewice, Kwiatkówka, Świńsko-Łagiewniki

b.

gmina Będków: Łaknarz

c.

gmina Ujazd: Wólka Krzykowska

zawierające się w promieniu 3 km od współrzędnych GPS: 51.53744/19.86792

30.10.2023 - 7.11.2023

PL-HPAI(P)-2023-00071

W województwie zachodniopomorskim:

1.

Część gminy Gryfice i część gminy Płoty w powiecie gryfickim

2.

Część gminy Golczewo w powiecie kamieńskim

3.

Część gminy Nowogard w powiecie goleniowskim

zawierające się w promieniu 10 km od współrzędnych

53.82748/15.12615

18.11.2023

W województwie zachodniopomorskim:

1.

Część gminy Gryfice i część gminy Płoty w powiecie gryfickim

2.

Część gminy Golczewo w powiecie kamieńskim

zawierające się w promieniu 3 km od współrzędnych

53.82748/15.12615

10.11.2023 – 18.11.2023

Parti C

Żoni ristretti ulterjuri fl-Istati Membri kkonċernati* kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (b), u fl-Artikolu 4:

Stat Membru: L-ebda

 

 

 

 

*

F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top