Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D1592

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1592 tat-3 ta’ Awwissu 2023 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

    ST/11883/2023/REV/1

    ĠU L 195I, 3.8.2023, p. 31–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/1592/oj

    3.8.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 195/31


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/1592

    tat-3 ta’ Awwissu 2023

    li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-15 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

    (2)

    Minħabba l-gravità tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tagħha fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, jenħtieġ li jiġu inklużi 38 individwu u tliet entitajiet fil-lista tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa b’dan emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Awwissu 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    P. NAVARRO RÍOS


    (1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.


    ANNESS

    L-Anness I għad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa emendat kif ġej:

    (1)

    il-persuni fiżiċi li ġejjin jiżdiedu fit-tabella “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikoli 3(1) u 4(1)":

     

    Ismijiet

    (Traslitterazzjoni tal-ortografija Belarussa)

    (Traslitterazzjoni tal-ortografija Russa)

    Ismijiet

    (ortografija Belarussa)

    (ortografija Russa)

    Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni

    Raġunijiet għall-elenkar

    Data tal-elenkar

    “196.

    Aliaksandr Uladzimirovich KARNIENKA

    Alexander Vladimirovich KORNIENKO

    Аляксандр Уладзiмiравiч КАРНIЕНКА

    Александр Владимирович КОРНИЕНКО

    Pożizzjoni(jiet): Eks kap tal-kolonja penali IK-17 Shklov, Logutenent Kurunell tas-Servizz Intern.

    Pożizzjoni attwali: Spettur Distrettwali, Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv Distrettwali ta’ Slutsk

    Data tat-twelid: 9.1.1979

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Belarussa

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala eks kap tal-kolonja penali IK-17 f’Shklov, Aliaksandr Karnienka huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż it-tortura, ikkawżat lill-priġunieri politiċi u lil ċittadini oħra detenuti f’dik il-kolonja penali wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u fil-protesti paċifiċi sussegwenti. Kien il-kap tal-kolonja penali fil-perjodu tal-mewt tal-priġunier politiku Vitold Ashurak fil-21 ta’ Mejju 2021 f’dik il-kolonja penali, f’ċirkostanzi mhux spjegabbli.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja.

    3.8.2023

    197.

    Andrei Siarheevich PALCHIK

    Andrei Sergeevich PALCHIK

    Андрэй Сяргеевiч ПАЛЬЧЫК

    Андрей Сергеевич ПАЛЬЧИК

    Pożizzjoni(jiet): eks kap tal-kolonja korrettiva Nru 1 f’Novopolotsk

    Data tat-twelid: 3.3.1981

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Belarussa

    Fil-pożizzjoni preċedenti tiegħu bħala kap tal-kolonja korrettiva Nru.-1 f’Novopolotsk, Andrei Palchik kien responsabbli għal u pparteċipa fi prattika sistematika ta’ tortura, ta’ trattament ħażin u pieni abbużivi, inkluż l-użu dewwiemi u ripetut ta’ reklużjoni solitarja, kontra l-priġunieri politiċi u ċittadini oħra detenuti f’dik il-kolonja penali, b’mod partikolari wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u l-protesti paċifiċi sussegwenti. Bħala kap ta’ dik il-kolonja penali, Andrei Palchik mhux biss huwa responsabbli milli jordna u jissorvelja dawn l-abbużi, iżda għandu rekord dokumentat ta’ involviment personali f’atti ta’ tortura u vjolenza kontra l-priġunieri. Matul l-amministrazzjoni ta’ Andrei Palchik mill-2017 sa Marzu 2023, il-kolonja korrettiva Nru. 1 f’Novopolotsk saret magħrufa għall-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni estremament ħorox tagħha u t-trattament ħażin applikat lill-priġunieri, ħafna minnhom attivisti politiċi ewlenin u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, detenuti għall-oppożizzjoni tagħhom għar-reġim tal-President Lukashenka. Wara t-trasferiment tiegħu mill-kolonja penali Nru. 1, Palchik għadu jokkupa pożizzjoni għolja attiva f’faċilità oħra ta’ detenzjoni u għalhekk ikompli jaqdi s-sistema ripressiva.

    Huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja.

    3.8.2023

    198.

    Aliaksandr Uladzimiravich KAROL

    Aleksandr Vladimirovich KAROL

    Аляксандр Уладзiмiравiч КАРОЛЬ

    Александр Владимирович КОРОЛЬ

    Pożizzjoni(jiet): Prosekutur Anzjan tad-Dipartiment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali

    Data tat-twelid: 28.6.1992

    Post tat-twelid: Bobruisk, Mogilev region, Republic of Belarus

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Belarussa

    ID personali: 3280692M019PB8

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala Prosekutur Għoli fid-Dipartiment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Belarussja, Aliaksandar Karol huwa responsabbli għal diversi każijiet kriminali politikament motivati kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Belarussja. B’mod partikolari, huwa involut fil-prosekuzzjoni politikament motivata ta’ rappreżentanti mill-organizzazzjoni Belarussa tad-drittijiet tal-bniedem Viasna, inkluż il-president ta’ Viasna Ales Bialiatski, il-Viċi President Valiantsin Stefanovic, l-avukat Uladzimir Labkovich, il-koordinatriċi tan-network ta’ voluntiera ta’ Viasna Marfa Rabkova, il-kap tal-uffiċċju ta’ Viasna f’Gomel Leanid Sudalenka u l-voluntier Andrei Chapiuk, kif ukoll il-voluntiera Tatsiana Lasitsa li nħelset mill-kolonja penali ta’ Gomel fl-24 ta’ Settembru 2022.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika.

    3.8.2023

    199.

    Mikhail Mikhailavich MURASHKIN

    Mikhail Mikhailovich MURASHKIN

    Мiхаiл Мiхайлавiч МУРАШКIН

    Михаил Михайлович МУРАШКИН

    Pożizzjoni(jiet): L-Ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Muniċipali tal-Affarijiet Interni f’Zhodino - Kap tal-Pulizija tas-Sikurezza Pubblika L-ewwel Viċi Kap tad-Dipartiment Distrettwali tal-Affarijiet Interni f’Borisov - Kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika mid-29.10.2021

    Data tat-twelid: 8.9.1989

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Belarussa

    Fil-kapaċità tiegħu bħala eks kap tal-Pulizija tas-Sigurtà Pubblika f’Zhodino, Mikhail Murashkin ordna lit-truppi tal-pulizija u lill-pulizija tal-irvellijiet OMON biex irażżnu b’mod brutali l-protesti paċifiċi wara l-elezzjonijiet presidenzjali fl-2020, billi sawtu lid-dimostranti u użaw il-vjolenza kontrihom. Huwa involut ukoll fid-detenzjoni illegali ripetuta ta’ ġurnalisti indipendenti li jkopru l-protesti fit-tħejjija għall-elezzjonijiet presidenzjali.

    Huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja. Huwa jkompli jokkupa pożizzjoni għolja simili fid-Dipartiment tal-Affarijiet Interni.

    3.8.2023

    200.

    Mikalai Vasilievich MAKSIMAVICH

    Nikolai Vasilievich MAKSIMOVICH

    Мiкалай Васiльевiч МАКСIМАВIЧ

    Николай Васильевич МАКСИМОВИЧ

    Pożizzjoni(jiet): Viċi Kap tal-Milizzja tas-Sigurtà Pubblika, Direttorat għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta’ Minsk

    Data tat-twelid: 25.2.1977

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Belarussa

    Indirizz: Minsk, st. Yankee Brylya 21, apt. 224;

    Minsk, st. Kolesnikova 32, apt. 3

    ID personali: 3250277M077PB2

    Fil-kapaċità tiegħu bħala Viċi Kap tal-Milizzja tas-Sigurtà Pubblika, id-Direttorat għall-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv Reġjonali ta’ Minsk, Mikalai Maksimavich huwa responsabbli għar-repressjoni brutali tal-protesti paċifiċi qabel l-elezzjonijiet presidenzjali f’Awwissu 2020 u wara. Huwa personalment ta ordnijiet lill-pulizija tal-irvellijiet OMON biex b’mod vjolenti jrażżnu d-dimostrazzjonijiet, iżommu lid-dimostranti u lill-ġurnalisti indipendenti li jkopru dawn l-avvenimenti, u jissottomettuhom għal kundizzjonijiet ħorox ta’ detenzjoni.

    Huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja.

    3.8.2023

    201.

    Piotr Aleksandrovich ARLOU

    Petr Aleksandrovich ORLOV

    Пётр Александровiч АРЛОЎ

    Петр Александрович ОРЛОВ

    Pożizzjoni(jiet): Imħallef fil-Qorti Reġjonali ta’ Minsk

    Data tat-twelid: 6.4.1967

    Post tat-twelid: Minsk, Belarussja

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Belarussa

    ID personali: 3040667A088PB0

    Indirizz: Minsk, st. Sharangovicha 78, apt. 60

    Fil-pożizzjoni ta’ mħallef fil-Qorti tal-Belt ta’ Minsk, Piotr Arlou rrappreżenta lir-reġim ta’ Lukashenka f’bosta proċessi politikament motivati u huwa responsabbli għall-verdetti twal in absentia kontra diversi membri tal-oppożizzjoni demokratika; Sviatlana Tsikhanouskaya (15-il sena), Pavel Latushka (18-il sena), u Volha Kavalkova, Maryia Maroz u Siarhei Dyleuski (12-il sena kull wieħed).

    Piotr Arlou huwa responsabbli wkoll għat-tmexxija tal-proċess u l-verdetti politikament motivati kontra l-blogger Eduard Palchys (13-il sena ħabs) u l-ġurnalista Katsiaryna Andreyeva (sentejn). Dawn il-verdetti huma parti minn ċaħda u kastig sistematiku għall-eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni mill-awtoritajiet Belarussi. Il-verdetti ta’ Piotr Arlou huma eżempji tar-repressjoni sistemika tad-dissens.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Belarussja.

    3.8.2023

    202.

    Ruslan Khikmetavich MASHADZEOU

    Ruslan Khikmetovich MASHADIYEV

    Руслан Хiкметовiч МАШАДЗЕЎ

    Руслан Хикметович МАШАДИЕВ

    Pożizzjoni(jiet): Ex-Viċi Kap tal-Kolonja Penali Nru 1 Kap attwali tal-Kolonja Penali Nru 1

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Belarussa

    Fil-pożizzjoni tiegħu ta’ Kap u eks Viċi Kap tal-Kolonja Penali Nru 1, Ruslan Mashadzeou huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż it-tortura, ikkawżat lill-priġunieri politiċi u lil ċittadini oħra detenuti f’dik il-kolonja penali wara l-elezzjoni presidenzjali tal-2020 u fil-protesti paċifiċi sussegwenti. Kien il-kap tal-kolonja penali fil-perjodu tal-mewt tal-priġunier politiku Vitold Ashurak fil-21 ta’ Mejju 2021 fil-kolonja penali, f’ċirkostanzi mhux spjegabbli.

    Huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja.

    3.8.2023

    203.

    Siarhei Uladzimiravich KARCHEUSKY

    Sergey Vladimirovitch KARCHEVSKIY

    Сяргей Уладзiмiравiч КАРЧЭЎСКI

    Сергей Владимирович КАРЧЕВСКИЙ

    Pożizzjoni(jiet): Maġġur kap tad-dipartiment tar-reġim tal-Kolonja penali Nru 17 Shklow

    Data tat-twelid: 15.6.1983

    Indirizz: 6 Fatina str, apt. 100, Mogilev, Belarus

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Belarussa

    ID personali: 3150683MO74PB5

    Bħala kap tad-dipartiment tar-reġim tal-Kolonja Penali Nru 17 fi Shklow, Siarhei Kharcheusky huwa direttament responsabbli għall-kundizzjonijiet inumani ta’ detenzjoni fil-kolonja, għall-prattiki vjolenti u t-trattamenti ħżiena imposti fuq il-priġunieri, b’mod partikolari fuq il-priġunieri politiċi. Huwa kien involut personalment fit-twettiq ta’ swat u atti oħra ta’ vjolenza estrema kontra l-priġunieri u huwa direttament involut u responsabbli għall-mewt tal-priġunier politiku Vitold Ashurak f’dik il-kolonja penali, fil-21 ta’ Mejju 2021.

    Huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja.

    3.8.2023

    204.

    Siarhei Vasilyevich MASLIUKOU

    Sergey Vasilyevich MASLIUKOV

    Сяргей Васiльевiч МАСЛЮКОЎ

    Сергей Васильевич МАСЛЮКОВ

    Pożizzjoni(jiet): Kap Kurunell tas-servizz intern tal-Kolonja Edukattiva Nru 2 f’Bobruysk

    Post tat-twelid: Shklov, il-Belarussja

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Belarussa

    Indirizz issuspettat: Bobruysk

    Fil-pożizzjoni tiegħu ta’ Kap Kurunell tas-servizz intern tal-Kolonja Edukattiva Nru 2 f’Bobruysk, Siarhei Masliukou huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti ta’ minuri. Huwa responsabbli milli ssoġġetta tfal għall-ġuħ, it-tortura, ix-xogħol furzat, u diversi forom ta’ vjolenza fiżika u psikoloġika. Huwa responsabbli wkoll milli ċaħħad lil ħabsin taħt l-età mill-aċċess għall-kura medika.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja.

    3.8.2023

    205.

    Sviatlana Aliaksandrauna BANDARENKA

    Svetlana Aleksandrovna BONDARENKO

    Святлана Аляксандраўна БАНДАРЭНКА

    Светлана Александровна БОНДАРЕНКО

    Pożizzjoni(jiet): Imħallef fil-qorti tad-distrett ta’ Moskovsky ta’ Minsk

    Sess: mara

    Nazzjonalità: Belarussa

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala Mħallef tad-distrett ta’ Moskovsky ta’ Minsk, Sviatlana Bandarenka hija responsabbli għal bosta deċiżjonijiet motivati politikament. Hija kkundannat diversi ċittadini Belarussi talli pparteċipaw fi protesti u ppubblikaw kummenti kontra l-gvern fuq Telegram. Hija kkundannat ukoll lill-ġurnalista Ekaterina Borisevich u lit-tabib tal-isptar ta’ emerġenza Artyom Sorokin talli żvelaw sigrieti mediċi dwar Roman Bondarenko, li ġie msawwat għall-mewt mill-forzi tas-sigurtà.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    206.

    Sviatlana Paulauna PAKHODAVA

    Svetlana Pavlovna POKHODOVA

    Святлана Паўлаўна ПАХОДАВА

    Светлана Павловна ПОХОДОВА

    Pożizzjoni(jiet): Kap tal-Kolonja Penali Nru 4 għan-nisa f’Gomel

    Sess: mara

    Nazzjonalità: Belarussa

    Post suspettat: Gomel

    Fil-pożizzjoni tagħha ta’ Kap tal-Kolonja Penali Nru 4 għan-nisa f’Gomel, Sviatlana Pakhodava hija responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż it-tortura, imposta fuq il-priġunieri politiċi u ċittadini oħra detenuti f’dik il-kolonja penali femminili. Hija kienet diġà l-kap tal-kolonja penali fiż-żmien tal-prosekuzzjoni ta’ Maria Kalesnikava, priġuniera politika li ngħatat sentenza ta’ 11-il sena priġunerija għall-parteċipazzjoni tagħha fil-protesti kontra l-ħakma awtoritarja ta’ Aliaksander Lukashenko fil-kolonja penali. Hija ġiet imċaħħda mid-drittijiet kollha tal-priġunieri, inkluż id-dritt li tikkonsulta avukat.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja.

    3.8.2023

    207.

    Tatsiana Valerieuna PIROZHNIKAVA

    Tatiana Valeryevna PIROZHNIKOVA

    Таццяна Валер’еўна ПIРОЖНIКАВА

    Татьяна Валерьевна ПИРОЖНИКОВА

    Pożizzjoni(jiet): Imħallef fil-qorti tad-distrett ta’ Moscovsky ta’ Minsk

    Data tat-twelid: 8.1.1987

    Sess: mara

    Nazzjonalità: Belarussa

    ID personali: 4010887M019PB2

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala Mħallef tad-distrett ta’ Moskovsky ta’ Minsk, Tatsiana Pirozhnikava kkundannat diversi ċittadini Belarussi għal raġunijiet politiċi, inkluż għall-parteċipazzjoni tagħhom fi protesti u għall-pubblikazzjoni ta’ kummenti kontra l-gvern fuq Telegram. Huwa ddokumentat li xi kultant qed tagħti sentenzi aktar iebsa minn dawk mitluba mill-prosekutur.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    208.

    Tatsiana Aliaksandrauna GRAKUN

    Tatyana Alexandrovna GRAKUN

    Таццяна Аляксандраўна ГРАКУН

    Татьяна Александровна ГРАКУН

    Pożizzjoni(jiet): Prosekutur Anzjan fl-Uffiċċju tal-Prosekutur tar-Reġjun ta’ Minsk għas-Superviżjoni tal-Konformità mal-Liġi tad-Deċiżjonijiet tal-Qorti f’Kawżi Kriminali, Kunsillier Superjuri tal-Ġustizzja

    Sess: mara

    Nazzjonalità: Belarussa

    Tatsiana Grakun hija prosekutur Belarussu li sservi fl-Uffiċċju tal-Prosekutur tar-Reġjun ta’ Minsk. F’din il-pożizzjoni hija rrappreżentat lir-reġim ta’ Lukashenka f’każijiet politikament motivati kontra ġurnalisti. B’mod partikolari, hija ħarrket lil Maryna Zolatava, kap editur ta’ TUT.BY, li kienet ikkundannata għal 12-il sena ħabs, u Liudmila Chekina, direttur ġenerali ta’ TUT.BY, li kienet ikkundannata għal 12-il sena ħabs f’Marzu 2023, abbażi tal-akkużi infondati ta’ “ħsara għas-sigurtà nazzjonali tar-Repubblika tal-Belarussja”.

    Għalhekk Tatsiana Grakun hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    209.

    Valyantsina Mikalaeuna ZIANKEVICH

    Valentina Nikolaevna ZENKEVICH

    Валянцiна Мiкалаеўна ЗЯНКЕВIЧ

    Валентина Николаевна ЗЕНЬКЕВИЧ

    Pożizzjoni(jiet): Kulleġġ Ġudizzjarju għall-Kawżi Kriminali tal-Qorti tal-Belt ta’ Minsk, Imħallef

    Data tat-twelid: 8.1.1969

    Sess: mara

    Nazzjonalità: Belarussa

    Valyantsina Ziankevich hija mħallef Belarussu li sservi f’Collegium Ġudizzjarju għal Każijiet Kriminali tal-Qorti tal-Belt ta’ Minsk. Hija ħarġet deċiżjonijiet motivati politikament kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Hija kkundannat mill-inqas seba’ ċittadini Belarussi għal raġunijiet politiċi, inkluż Maryna Zolatava, il-kap editur ta’ TUT.BY, li kienet ikkundannata għal 12-il sena ħabs, u Liudmila Chekina, direttur ġenerali ta’ TUT.BY, li kienet ikkundannata għal 12-il sena ħabs f’Marzu 2023. Mill-2022, hija għandha storja dokumentata ta’ ħruġ ta’ deċiżjonijiet politikament motivati kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    210.

    Yauhen Valerievich BUBICH

    Yevgeniy Valerievich BUBICH

    Яўген Валер’евiч БУБIЧ

    Евгений Валерьевич БУБИЧ

    Pożizzjoni(jiet): Kap tal-kolonja Penali Nru 2; Logutenent Kurunell tas-servizz intern

    Data tat-twelid: 3.6.1979

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Belarussa

    Indirizz: Bobruysk, st. Kovzana 60, apartment 42;

    Bobruysk, st. Kovzana 5/485;

    Bobruysk, st. Internationalnaya 66B, apartment 31

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala kap tal-Kolonja Penali Nru 2 f’Bobruysk, Yauhen Bubich huwa responsabbli għat-trattament inuman u degradanti, inkluż it-tortura, ix-xogħol furzat, il-vjolenza fiżika u psikoloġika, imwettqa fuq il-priġunieri.

    Huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja.

    3.8.2023

    211.

    Yuri Ivanavich VASILEVICH

    Yuriy Ivanovich VASILEVICH

    Юры Iванавiч ВАСIЛЕВIЧ

    Юрий Иванович ВАСИЛЕВИЧ

    Pożizzjoni(jiet): Kap tal-Kolonja Penali Nru 14 f’Novosady

    Sess: raġel

    Nazzjonalità: Belarussa

    Fil-pożizzjoni tiegħu ta’ Kap tal-Kolonja Penali Nru 14, Yuri Vasilevich huwa responsabbli għat-trattament ħażin tad-detenuti miżmuma taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu u għat-trattament inuman u degradanti, inkluż it-tortura, imposta fuq il-priġunieri politiċi u ċittadini oħra detenuti f’dik il-kolonja penali.

    Huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja.

    3.8.2023

    212.

    Raman Ivanavich BIZIUK

    Roman Ivanovich BIZYUK

    Раман Iванавiч БIЗЮК

    Роман Иванович БИЗЮК

    Pożizzjoni(jiet): Prosekutur

    Data tat-twelid: 25.3.1986

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    ID personali: 3250386H012PB7

    Indirizz: Minsk, 30 Masherova Ave., apt. 25

    Fil-pożizzjoni ta’ prosekutur fil-Qorti Muniċipali ta’ Minsk, Raman Biziuk irrappreżenta lir-reġim ta’ Lukashenka f’bosta kawżi politikament motivati, b’mod partikolari kontra Marfa Rabkova u Andrei Chapiuk, li rċievew verdetti eċċezzjonalment twal ta’ 15 u sitt snin ħabs rispettivament, u t-tmien kokonvenuti tagħhom li rċevew verdetti tal-ħabs ta’ bejn ħamsa u 17-il sena.

    Marfa Rabkova ntbagħtet il-ħabs fuq akkużi politikament motivati ta’ “taħriġ ta’ persuni biex jipparteċipaw f’irvellijiet tal-massa jew il-finanzjament ta’ attivitajiet bħal dawn” għall-koordinazzjoni tas-servizz ta’ volontarjat fil-grupp tad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxut internazzjonalment Viasna u l-organizzazzjoni tal-monitoraġġ tal-elezzjoni f’Awwissu 2020. Hija ddokumentat ukoll każijiet ta’ tortura u trattament ħażin ieħor kontra dimostranti detenuti. Marfa Rabkova kienet waħda mill-ewwel membri ta’ Viasna li kienet fil-mira tal-awtoritajiet b’akkużi kriminali politikament motivati wara l-protesti f’Awwissu 2020.

    Andrei Chapiuk ġie akkużat għall-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali u l-inċitament ta’ mibegħda fost affarijiet oħra, għall-impenn tiegħu bħala voluntier fi Viasna.

    Il-proċess tagħhom inżamm bil-bibien magħluqa fuq talba tal-prosekutur Raman Biziuk u l-approvazzjoni mill-imħallef Siarhei Khrypach minħabba l-eżistenza allegata ta’ “materjal ta’ natura estremista” fil-każ.

    Raman Biziuk huwa responsabbli wkoll għall-prosekuzzjoni politikament motivata kontra l-kokonvenuti fl-istess proċess, jiġifieri, Akihiro Haeuski-Hanada, Alyaksandr Frantaskevich, Alykaksei Galauko, Alyaksandr Kazlyanka, Pavel Shpteny, Mikita Dranets, Andrei Marach u Daniil Chul. Huwa responsabbli wkoll għall-akkużi politikament motivati kontra Andrei Linnik u Anton Bialenski kif ukoll kontra Dzmitry Kanapelka, Vitalii Kavalenka, Tsimur Pipiya, Dzianis Boltuts, Vital Shyshlou u Emil Huseinau.

    Għalhekk Raman Biziuk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Belarussja.

    3.8.2023

    213.

    Siarhei Fiodaravich KHRYPACH

    Sergey Fedorovich KHRIPACH

    Сяргей Фёдаравiч ХРЫПАЧ

    Сергей Федорович ХРИПАЧ

    Pożizzjoni(jiet): Imħallef fil-Qorti Muniċipali ta’ Minsk

    Data tat-twelid: 16.4.1966

    Post tat-twelid: Minsk, Belarussja

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    ID personali: 3160466A077PB2

    Indirizz: Minsk, st. Odintsova 105, apt. 206

    Fil-pożizzjoni ta’ mħallef fil-Qorti Muniċipali ta’ Minsk, Siarhei Khrypach irrappreżenta lir-reġim ta’ Lukashenka f’bosta kawżi politikament motivati, b’mod partikolari kontra Marfa Rabkova, Andrei Chapiuk li rċievew sentenzi eċċezzjonalment twal ta’ 15 u sitt snin ħabs, rispettivament, u t-tmien kokonvenuti tagħhom li rċevew sentenzi ta’ kustodja ta’ bejn ħamsa sa 17-il sena.

    Marfa Rabkova ntbagħtet il-ħabs fuq akkużi politikament motivati ta’ “taħriġ ta’ persuni biex jipparteċipaw f’irvellijiet tal-massa jew il-finanzjament ta’ attivitajiet bħal dawn” għall-koordinazzjoni tas-servizz ta’ volontarjat fil-grupp tad-drittijiet tal-bniedem rikonoxxut internazzjonalment Viasna u l-organizzazzjoni ta’ monitoraġġ tal-elezzjoni f’Awwissu 2020. Hija ddokumentat ukoll każijiet ta’ tortura u trattament ħażin ieħor kontra dimostranti detenuti. Marfa Rabkova kienet waħda mill-ewwel membri ta’ Viasna li kienet fil-mira tal-awtoritajiet b’akkużi kriminali politikament motivati wara l-protesti f’Awwissu 2020.

    Andrei Chapiuk ġie akkużat għall-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali u l-inċitament għall-mibegħda fost affarijiet oħra, għall-impenn tiegħu bħala voluntier fi Viasna.

    Il-proċess tagħhom inżamm bil-bibien magħluqa fuq talba tal-prosekutur Raman Biziuk u bl-approvazzjoni tal-imħallef Siarhei Khrypach minħabba l-eżistenza allegata ta’ “materjali ta’ natura estremista” fil-każ.

    Siarhei Khrypach huwa responsabbli wkoll għat-tmexxija tal-proċess u l-verdetti politikament motivati kontra l-kokonvenuti fl-istess proċess, jiġifieri, Akihiro Haeuski-Hanada, Alyaksandr Frantaskevich, Alykaksei Galauko, Alyaksandr Kazlyanka, Pavel Shpteny, Mikita Dranets, Andrei Marach u Daniil Chul.

    Siarhei Khrypach huwa responsabbli wkoll għall-verdett politikament motivat kontra Yegor Dudnikov f’Mejju 2021.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija jew l-istat tad-dritt fil-Belarussja.

    3.8.2023

    214.

    Vadzim Frantzavich GIGIN

    Vadim Franzevich GIGIN

    Vadzim HIHIN

    Вадзiм Францавiч ГIГIН

    Вадим Францевич ГИГИН

    Pożizzjoni(jiet): Direttur tal-Librerija Nazzjonali tal-Belarussja, eks Kap tas-soċjetà governattiva tal-Belarussja “Knowledge” u Dekan tal-Fakultà tal-Filosofija u x-Xjenzi Soċjali tal-Università tal-Istat tal-Belarussja, kandidat għax-Xjenza Storika.

    Data tat-twelid: 21.10.1977

    Post tat-twelid: Minsk, qabel Belarussian SSR (issa Belarussja)

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Vadzim Gigin huwa wieħed mill-aktar membri vokali u influwenti tas-sistema tal-propaganda tal-istat Belarussu. Huwa jappoġġa sistematikament ir-reġim ta’ Lukashenka u spiss jippreżenta l-fehmiet tiegħu fuq l-istazzjonijiet televiżivi tal-istat ONT u l-Belarus 1. Vadzim Gigin appoġġa u ġġustifika r-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u tas-soċjetà ċivili u tal-media indipendenti, b’mod partikolari wara l-elezzjonijiet presidenzjali f’Awwissu 2020. Vadzim Gigin ixerred in-narrattivi ta’ propaganda tiegħu dwar “‘reġim nazista fl-Ukrajna”, u jiddiskredita lill-Punent u jiġġustifika l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

    Sa Ġunju 2023, Vadzim Gigin kien il-kap tas-soċjetà Belarussa “Knowledge”, li hija magħrufa bħala organizzazzjoni mhux governattiva sponsorjata mill-istat li tippromwovi lil Lukashenka u r-reġim tiegħu. Il-kontribut ta’ Gigin għar-reġim ġie rikonoxxut minn Lukashenka f’Settembru 2021 meta Gigin irċieva l-midalja “For Labor Merits”. Barra minn hekk, fi Frar 2023 inħatar bħala membru tal-Kummissjoni biex jikkunsidra l-appelli taċ-ċittadini Belarussi barra mill-pajjiż dwar reati mwettqa minnhom, immexxija mill-Prosekutur Ġenerali tal-Belarussja Andrei SHVED.

    Għalhekk, Vadzim Gigin qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.

    3.8.2023

    215.

    Ksenia Piatrouna LEBEDZEVA

    Ksenia Petrovna LEBEDEVA

    Ксенiя Пятроўна ЛЕБЕДЗЕВА

    Ксения Петровна ЛЕБЕДЕВА

    Pożizzjoni(jiet): Propagandista u impjegata tal-istazzjon tal-istat “Belarus 1” u Belarus News Agency

    Data tat-twelid: 12.12.1987

    Post tat-twelid: Mogilev, qabel Belarussian SSR (issa Belarus)

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: mara

    Ksenia Lebedzeva hija waħda mill-propagandisti ewlenin tar-reġim ta’ Lukashenka u hija assoċjata mill-qrib mal-media tar-reġim. Hija preżentatriċi tat-TV Belarussu fl-istazzjon tal-Istat “Belarus 1”. Minn Lulju 2021, hija ospitat il-programm ta’ informazzjoni u analiżi “This is different” fl-istazzjon televiżiv proprjetà tal-Istat “Belarus 1”. Fil-kolonna u r-rapporti tagħha għall-istazzjon televiżiv Belarus 1, hija tippromwovi propaganda Russa rigward il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u propaganda tal-istat tal-Belarussja diretta kontra l-oppożizzjoni u l-pajjiżi ġirien. Ksenia Lebedzeva qed tippromwovi l-idea li l-Ukrajna, flimkien man-NATO, ilha tniedi operazzjonijiet speċjali ta’ informazzjoni u psikoloġiċi kontra l-Belarussja mill-2020 u n-narrattiva ta’ Lukashenka li r-rappreżentanti tal-oppożizzjoni huma ffinanzjati mill-pajjiżi tal-Punent.

    Fis-16.1.2021, Ksenia Lebedzeva ngħatat bi gratitudni mill-President Lukashenka għal “kontribut sinifikanti għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ informazzjoni tal-istat, professjonaliżmu għoli, kopertura oġġettiva u komprensiva tal-avvenimenti tal-ħajja soċjopolitika u soċjokulturali tal-pajjiż”.

    Għalhekk, Ksenia Lebedeva qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah.

    3.8.2023

    216.

    Zinaida Vasilieuna BALABALAVA

    Zinaida Vasilievna BALABALAVA

    Зiнаiда Васiльеўна БАЛАБАЛАВА

    Зинаида Васильевна БАЛАБОЛАВА

    Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti tal-Belt ta’ Navapolatsk

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti tal-Belt ta’ Navapolatsk, Zinaida Balabalava hija responsabbli għal bosta sentenzi politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b’mod partikolari l-kundanna tal-mexxej tat-trade unions Volha Bytsikava, u tal-attivisti Hanna Tukava u Andrei Halavyryn. Hija ssoġġettat persuni għal multi u arresti talli ppubblikaw sinjali li jgħidu “le għall-gwerra” jew għar-rappurtar indipendenti ta’ proċessi kriminali.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    217.

    Halina KNIZHONAK

    Galina KNIZHONAK

    Галiна КНIЖОНАК

    Галина КНИЖОНАК

    Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Mazyr

    Sess: mara

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-qorti distrettwali ta’ Mazyr, Halina Knizhonak hija responsabbli għal bosta sentenzi politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b’mod partikolari l-kundanna ta’ Hleb Koipish, Uladzislau Hancharou, Aliaksandr Tsimashenka u Daniil Skipalski. Hija kkundannat persuni għall-ħabs talli ħadu sehem fi protesti paċifiċi kontra r-reġim ta’ Lukashenka.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    218.

    Hanna Barisauna LIAVUSIK

    Anna Borisovna LEUSIK

    Ганна Барысаўна ЛЯВУСIК

    Анна Борисовна ЛЕУСИК

    Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-qorti distrettwali ta’ Leninsky ta’ Hrodna/Grodno

    Data tat-twelid: 7.10.1973

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: mara

    Indirizz: Grodno, st. Soviet Border Guards 120, apt. 47

    ID personali: 4071073K000PB2

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-qorti distrettwali ta’ Leninski ta’ Hrodna, Hanna Liavusik hija responsabbli għal bosta sentenzi politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b’mod partikolari l-kundanna ta’ Alexander Tyelega. Hija kkundannat persuni billi tat multi u sentenzi ta’ ħabs talli tkellmu kontra l-vjolenza u r-repressjoni.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    219.

    Henadz Ivanavich KUDLASEVICH

    Gennadiy Ivanovich KUDLASEVICH

    Генадзь Iванавiч КУДЛАСЕВIЧ

    Геннадий Иванович КУДЛАСЕВИЧ

    Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Ivanovsky

    Data tat-twelid: 5.5.1973

    Post tat-twelid: Tereblychi, Stolin District, qabel Belarussian SSR (issa Belarussja)

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Fil-pożizzjoni tiegħu bħala mħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Ivanovsky, Henadz Kudlasevich huwa responsabbli għal diversi sentenzi politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b’mod partikolari l-kundanna ta’ Yuryi Holik. Huwa kkundanna persuni billi ta sentenzi ta’ ħabs, detenzjoni domiċiljari u multi talli pprotestaw kontra l-gvern jew għal rappurtar indipendenti.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    220.

    Ina Leanidauna PAULOUSKAYA

    Inna Leonidovna PAVLOVSKAYA

    Iна Леанiдаўна ПАЎЛОЎСКАЯ

    Инна Леонидовна ПАВЛОВСКАЯ

    Pożizzjoni(jiet): Imħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Baranovichi

    Data tat-twelid: 29.7.1975

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: mara

    Indirizz: Baranovichi, st. Mikolskaya 32

    ID personali: 4290775C016PB9

    Fil-pożizzjoni tagħha bħala mħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Baranovichi, Ina Paulouskaya hija responsabbli għal bosta sentenzi politikament motivati kontra dimostranti paċifiċi, b’mod partikolari l-kundanna ta’ Vitaly Korsak u Anatoly Pugach. Hija kkundannat persuni billi tat sentenzi ta’ ħabs u multi talli kkritikaw lill-President Lukashenka u pprotestaw kontra l-eżitu tal-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    221.

    Aliaksandr Mikalaevich TARAKANAU

    Alexander Nikolaevich TARAKANOV

    Аляксандр Мiкалаевiч ТАРАКАНАЎ

    Александр Николаевич ТАРАКАНОВ

    Pożizzjoni(jiet): Qorti Distrettwali ta’ Shklov, Reġjun ta’ Mogilev, Imħallef

    Data tat-twelid: 19.5.1965

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Aliaksandr Tarakanau huwa mħallef Belarussu li jservi f’Qorti Distrettwali ta’ Shklov fir-Reġjun ta’ Mogilev. Huwa nħatar minn Aliaksandr Lukashenka b’mod indefinit fl-2017. Huwa ta prinċipalment sentenzi li żiedu l-pieni kontra l-avversarji politiċi tal-awtoritajiet Belarussi, speċjalment fil-kuntest tat-tibdil ta’ sentenzi imposti għal priġunerija assoluta jew reġim aktar strett għall-iskontar ta’ tali sentenzi. Deċiżjoni bħal din ittieħdet fil-każ tal-filosfu u l-ġurnalist Uladzimir Matskievich li huwa assoċjat mal-istazzjoni televiżiv indipendenti Belsat. Għalhekk Aliaksandr Tarakanau huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    222.

    Dzmitriy Vitalevich BUBENCHIK

    Dmitriy Vitalievich BUBENCHIK

    Дзмiтрый Вiтальевiч БУБЕНЧЫК

    Дмитрий Витальевич БУБЕНЧИК

    Pożizzjoni(jiet): Qorti Reġjonali ta’ Grodno, Imħallef

    Data tat-twelid: 15.7.1985

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Dzmitriy Bubenchik huwa mħallef Belarussu li jservi f’Qorti Distrettwali ta’ Grodno. Huwa nħatar minn Aliaksandr Lukashenka. Huwa ħareġ sentenzi motivati politikament kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Fit-8 ta’ Frar 2023 huwa kkundanna lil Andrzej Poczobut, ġurnalist indipendenti u attivist ta’ minoranza Pollakka li jikkritika lill-gvern tar-Repubblika tal-Belarussja, għal tmien snin ħabs.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    223.

    Aleg Uladzimiravich KHOROSHKA

    Oleg Vladimirovich KHOROSHKO

    Алег Уладзiмiравiч ХОРОШКА

    Олег Владимирович ХОРОШКО

    Pożizzjoni(jiet): Qorti Reġjonali ta’ Gomel, Imħallef

    Data tat-twelid: 22.5.1977

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Aleg Khoroshka huwa mħallef Belarussu li jservi f’Qorti Distrettwali ta’ Gomel. Huwa nħatar minn Aliaksandr Lukashenka. Huwa ħareġ sentenzi motivati politikament kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi, li jinkludu ġurnalist tal-istazzjon televiżiv indipendenti Belsat, Katsiaryna Andreyeva li rċeviet senenza ta’ tmien snin u tliet xhur f’kolonja penali.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u d-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    224.

    Anastasia Uladzimirouna BENEDZISIUK

    Anastasia Vladimirovna BENEDISYUK

    Анастасiя Уладзiмipаўна БЕНЕДЗIСЮК

    Анастасия Владимировна БЕНЕДИСЮК

    Pożizzjoni(jiet): Kap tad-Dipartiment tar-Reporters tal-Aġenzija tal-Aħbarijiet tat-TV fl-istazzjon televiżiv tal-Istat Nazzjonali Belarus 1 TV

    Data tat-twelid: 31.10.1992

    Post tat-twelid: Oshmyan, Belarussja

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: mara

    Anastasia Benedzisiuk hija waħda mill-propagandisti ewlenin tar-reġim ta’ Lukashenka u l-Kap tad-Dipartiment tar-Reporters fl-Aġenzija tal-Aħbarijiet tat-TV, li tħejji rapporti għall-istazzjon televiżiv Belarus 1.

    Hija tospita l-programm ta’ informazzjoni “Plan B” fl-istazzjon televiżiv “Belarus 1” li huwa proprjetà tal-istat. Fil-programm u r-rapporti tagħha għall-istazzjon televiżiv Belarus 1, hija qed ixxerred in-narrattivi tal-propaganda Russa dwar “reġim nazi fl-Ukrajna”, il-forzi armati Ukreni, kif ukoll l-propaganda tal-President Lukashenka kontra l-oppożizzjoni Belarussa u r-reġim ta’ Kalinousky. Hija qed ixxerred propaganda kontra s-sanzjonijiet tal-Punent.

    Fl-2023, Anastasia Benedzisiuk ingħatat premju uffiċċjali bi gratitudni minn Lukashenka għal “kontribut sinifikanti għall-implimentazzjoni tal-politika ta’ informazzjoni tal-istat, professjonaliżmu għoli, kopertura oġġettiva u komprensiva tal-avvenimenti tal-ħajja soċjopolitika u soċjokulturali tal-pajjiż”.

    Għaldaqstant hija qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah.

    3.8.2023

    225.

    Yauhen PUSTAVY

    Yevgeniy PUSTOVOY

    Яўген ПУСТАВЫ

    Евгений ПУСТОВОЙ

    Funzjoni: Propagandista u xandar Belarussu

    Data tat-twelid: 29.2.1984

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Yauhen Pustavy huwa propagandist Belarussu li jaħdem għal Stolichnoye Televideniye, wieħed mit-tliet stazzjonijiet televiżivi nazzjonali fil-Belarussja, u għal Minskaya Prauda, gazzetta tal-istat. Huwa responsabbli għat-tixrid tal-propaganda b’appoġġ għall-politiki ta’ Lukashenka u li tiġġustifika l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Huwa ngħata premju minn Lukashenka għall-merti tiegħu fl-iżvilupp tal-politika ta’ informazzjoni tal-Istat. Barra minn hekk, huwa membru tal-Kummissjoni tal-Istat bl-għan li jivverifika r-refuġjati politiċi li jixtiequ jirritornaw lejn il-Belarussja. Din il-kummissjoni nħolqot minn Lukashenka bl-għan politiku li turi r-refuġjati li jirritornaw lejn il-Belarussja bħala persuni li jiddispjaċihom dwar l-azzjonijiet tagħhom kontra r-reġim ta’ Lukashenka.

    Għaldaqstant huwa qed jibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed jappoġġah.

    3.8.2023

    226.

    Alena Stanislavauna HARMASH

    Alena Stanislavovna GORMASH

    Алена Станiславаўна ГОРМАШ

    Елена Станиславовна ГОРМАШ

    Funzjoni: Qorti tad-Distrett ta’ Bobruisk u ta’ Bobruisk, Imħallef

    Data tat-twelid: 10.9.1967

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: mara

    Alena Harmash hija mħallef Belarussa li sservi f’Qorti tad-Distrett ta’ Bobruisk u ta’ Bobruisk. Hija ħarġet sentenzi motivati politikament kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Hija kkundannat sitt sostenituri u attivist tal-oppożizzjoni għal raġunijiet politiċi. Hija għandha passat dokumentat sa mill-2020 ta’ ħruġ ta’ sentenzi politikament motivati kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    227.

    Andrei Ramanavich TARASEVICH

    Andrei Romanovich TARASEVICH

    Андрэй Раманавiч ТАРАСЕВIЧ

    Андрей Романович ТАРАСЕВИЧ

    Funzjoni: Qorti Distrettwali ta’ Glubokoye, Imħallef

    Data tat-twelid: 10.11.1974

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Andrei Tarasevich huwa mħallef Belarussu li jservi f’Qorti Distrettwali ta’ Glubokoye. Huwa ħareġ sentenzi motivati politikament kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Huwa kkundanna mill-inqas 13-il ċittadin Belarussu għal raġunijiet politiċi. Huwa għandu passat dokumentat mill-2017 sal-2023 ta’ ħruġ ta’ sentenzi politikament motivati kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    228.

    Hanna Mikhailauna ASIPENKA

    Anna Mikhailovna OSIPENKO

    Ганна Мiхайлаўна АСIПЕНКА

    Анна Михайловна ОСИПЕНКО

    Funzjoni: Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta’ Bobruisk u ta’ Bobruisk

    Data tat-twelid: 7.12.1982

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: mara

    Hanna Asipenka hija mħallef Belarussa li sservi f’Qorti tad-Distrett ta’ Bobruisk u ta’ Bobruisk. Hija ħarġet sentenzi motivati politikament kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Bejn l-2020 u l-2023, ħadet sehem attiv fis-sentenzi ta’ avversarji politiċi tar-reġim. Matul dak il-perjodu, hija tat mill-inqas 13-il sentenza, inkluż fil-każijiet ta’ żewġ ġurnalisti tal-media indipendenti.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    229.

    Iryna Uladzimirauna PADKAVYRAVA

    Irina Vladimirovna PODKOVYROVA

    Iрына Уладзiмiраўна ПАДКАВЫРАВА

    Ирина Владимировна ПОДКОВЫРОВА

    Funzjoni: Prosekutur

    Data tat-twelid: 22.9.1972

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: mara

    Iryna Padkavyrava hija prosekutur Belarussa. Hija ilha assoċjata mal-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni mill-inqas mill-2009, meta serviet bħala prosekutur anzjan fir-reġjun ta’ Gomel. Fl-2022, hija aġixxiet bħala prosekutur fil-proċess ta’ ġurnalist indipendenti affiljat ma’ TVP u Belsat TV. Dak iż-żmien, hija talbet sentenza ta’ erba’ snin ħabs għall-ġurnalista. Hija ħadet sehem ukoll fil-kunsiderazzjoni ta’ appelli kontra sentenzi mogħtija għal interventi fuq il-media soċjali Belarussa li ma kinux favorevoli għall-gvern u għall-uffiċjali tiegħu. Bħala prosekutur, hija appoġġat il-penali, filwaqt li kkunsidrathom adegwati u ġusti.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    230.

    Ludmila Stsiapanauna VASHCHANKA

    Ludmila Stiepanovna VASHCHENKO

    Людмiла Сцяпанаўна ВАШЧАНКА

    Людмила Степановна ВАЩЕНКО

    Funzjoni: Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta’ Glubokoye

    Data tat-twelid: 22.9.1972

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: mara

    Liudmila Vashchanka hija mħallef Belarussa li sservi f’Qorti Distrettwali ta’ Glubokoye. Hija ħarġet sentenzi motivati politikament kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Hija għandha passat dokumentat mill-2007 sal-2023 ta’ ħruġ ta’ sentenzi politikament motivati kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Matul dan il-perjodu, hija kkundannat mill-inqas disa’ ċittadini Belarussi, inkluż partitarji u attivisti tal-oppożizzjoni, għal raġunijiet politiċi.

    Għalhekk hija responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    231.

    Uladzimir Aliaksandravich DAVYDAU

    Vladimir Alexandrovich DAVYDOV

    Уладзiмiр Аляксандравiч ДАВЫДАЎ

    Владимир Александрович ДАВЫДОВ

    Funzjoni: Imħallef tal-Qorti Suprema tal-Belarussja

    Data tat-twelid: 11.4.1967

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Uladzimir Davydau huwa mħallef Belarussu li jservi fil-Qorti Suprema tal-Belarussja. Huwa nħatar minn Aliaksandr Lukashenka b’mod indefinit fl-2014. L-imħallef Davydau qata’ sentenzi prinċipalment dwar appelli rigward sentenzi ta’ ħabs għal attivisti politiċi u ġurnalisti. Huwa ma bidel xejn minn dawk is-sentenzi. Tali deċiżjoni ttieħdet fil-każ tal-ġurnalist ta’ Belsat, Pavel Vinahradau.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    232.

    Viachaslau Uladzimiravich YELISEENKA

    Vyacheslav Vladimirovich ELISEENKO

    Вячаслаў Уладзiмiравiч ЕЛIСЕЕНКА

    Вячеслав Владимирович ЕЛИСЕЕНКО

    Funzjoni: Imħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Dokshitsy

    Data tat-twelid: 10.4.1979

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Viachaslau Yeliseenka huwa mħallef Belarussu li jservi f’Qorti Distrettwali ta’ Dokshitsy. Huwa ħareġ sentenzi motivati politikament kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi. Huwa kkundanna għaxar ċittadini Belarussi għal raġunijiet politiċi. Huwa għandu storja dokumentata mill-2018 ta’ ħruġ ta’ sentenzi politikament motivati kontra l-avversarji tal-awtoritajiet Belarussi.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023

    233.

    Anton Uladzimiravich KALYAGA

    Anton Vladimirovich KOLYAGO

    Антон Уладзiмiравiч КАЛЯГА

    Антон Владимирович КОЛЯГО

    Funzjoni: Investigatur prinċipali - investigatur għal każijiet partikolarment importanti tad-Direttorat Ewlieni għall-Investigazzjoni ta’ Reati fl-Isfera tal-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Kumitat Investigattiv, Maġġur tal-Ġustizzja

    Data tat-twelid: 2.10.1989

    Post tat-twelid: Minsk, Republic of Belarus

    Nazzjonalità: Belarussa

    Sess: raġel

    Anton Kalyaga huwa investigatur tad-Direttorat Ewlieni għall-Investigazzjoni ta’ Reati fl-Isfera tal-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni tal-Uffiċċju Ċentrali tal-Kumitat Investigattiv tar-Repubblika tal-Belarussja. Hu jmexxi l-kawża kriminali kontra l-membri ta’ Viasna. Il-proċedimenti ġudizzjarji kontra Ales Bialiatski, Valianstin Stefanovich u Uladzimir Labkovich jinkludu għadd kbir ta’ irregolaritajiet u l-perjodu ta’ investigazzjoni ġie estiż artifiċjalment mill-awtoritajiet f’tentattiv ta’ fabbrikazzjoni ta’ evidenza, li jaqbeż il-limitu ta’ żmien stabbilit mil-liġi tal-Belarus u l-istandards internazzjonali li jirregolaw id-dritt għal smiegħ xieraq. L-investigazzjoni u l-proċess tal-kawża ta’ Viasna ma kkonformawx mal-istat tad-dritt.

    Għalhekk huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għad-dgħajfien serju tal-istat tad-dritt, kif ukoll ir-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fil-Belarussja.

    3.8.2023”

    (2)

    l-entrati li ġejjin jiżdiedu mat-tabella “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 4(1)":

     

    Ismijiet

    (Translitterazzjoni tal-ortografija Belarussa)

    (Translitterazzjoni tal-ortografija Russa)

    Ismijiet

    (ortografija Belarussa)

    (ortografija Russa)

    Informazzjoni ta’ Identifikazzjoni

    Raġunijiet għall-elenkar

    Data tal-elenkar

    36.

    Open Joint Stock Company “MINSK ELECTROTECHNICAL PLANT NAMED AFTER V. I. KOZLOV”

    Адкрытае акцыянернае таварыства “МIНСКI ЭЛЕКТРАТЭХНIЧНЫ ЗАВОД IМЯ В.I.КАЗЛОВА”

    Открытое акционерное общество “МИНСКИЙ ЭЛЕКТРОТЕХНИЧЕСКИЙ ЗАВОД ИМЕНИ В.И.КОЗЛОВА”/ОАО “МЭТЗ ИМ. В.И.КОЗЛОВА”

    Indirizz: Room 502, 4, Uralskaya st., Minsk 220037, Republic of Belarus

    Tip ta’ entità:Kumpanija proprjetà tal-Istat

    Post tar-reġistrazzjoni: 4, Uralskaya st.,

    Minsk 220037,

    Republic of Belarus

    Data tar-reġistrazzjoni: 1.3.1994

    Numru tar-reġistrazzjoni: 100211261(УНП)

    Post prinċipali tan-negozju: Belarus

    Sit web tal-kumpanija: www.metz.by

    Posta elettronika tal-kumpanija: urist@metz.by

    Telefown tal-kumpanija: 8017 230 11 22

    OJSC “Minsk Electrotechnical Plant imsemmi għal V.I. Kozlov” hija intrapriża tal-istat, waħda mill-akbar produtturi ta’ tagħmir tal-elettriku fl-Ewropa u waħda mill-ġganti industrijali tal-Belarussja. Bħala tali, hija sors ewlieni ta’ dħul għar-reġim ta’ Lukashenka. L-impjegati ta’ OJSC “Minsk Electrotechnical Plant imsemmi għal V.I. Kozlov” li ħadu sehem fi protesti u strajkijiet paċifiċi wara l-elezzjonijiet frodulenti ta’ Awwissu 2020 fil-Belarussja ġew mhedda b’sensji u intimidati mill-maniġment tal-kumpanija. Aktar tard il-ħaddiema tkeċċew minħabba l-parteċipazzjoni tagħhom fl-istrajkijiet.

    Għalhekk, OJSC “Minsk Electrotechnical Plant imsemmi għal V.I. Kozlov” qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah. Barra minn hekk, OJSC “Minsk Electrotechnical Plant imsemmi għal V.I. Kozlov” hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja.

    3.8.2023

    37.

    Open joint stock company “Byelorussian Steel Works – management company of ‘Byelorusssian Metallurgical Company’ holding” a.k.a. OJSC “BSW (BMZ) - management company of ‘BMC’ holding”

    Адкрытае акцыянернае таварыства “Беларускi металургiчны завод - кiруючая кампанiя холдынгу “Беларуская металургiчная кампанiя” a.k.a. ААТ “БМЗ - кiруючая кампанiя холдынгу “БМК”

    Открытое акционерное общество “Белорусский металлургический завод- управляющая компания холдинга “Белорусская металлургическая компания” a.k.a. ОАО “БМЗ- управляющая компания холдинга “БМК”

    Indirizz: 37, Promyshlennaya Street, Zhlobin,Gomel region, Belarus, 247210

    Tip ta’ entità: Kumpanija b’ishma konġunti miftuħa

    Post tar-reġistrazzjoni: Zhlobin, Gomel region, Belarus

    Data tar-reġistrazzjoni: 24.4.1991 bħala “БЕЛОРУССКИЙ МЕТАЛЛУРГИЧЕСКИЙ ЗАВОД”,

    11.9.1996 bħala “Государственное предприятие - Белорусский металлургический завод”,

    1.12.1997 bħala “Белорусский металлургический завод”,

    3.11.1999 bħala “Республиканское унитарное предприятие “Белорусский металлургический завод”",

    1.1.2012 bħala “Открытое акционерное общество “Белорусский металлургический завод”".

    Numru tar-reġistrazzjoni: 400074854

    Post prinċipali tan-negozju: Zhlobin, Gomel region, Belarus

    OJSC BSW - kumpanija maniġerjali tal-intrapriża ‘BMC’ hija intrapriża statali unika fl-industrija metallurġika fil-Belarussja u fost l-akbar kumpaniji fil-pajjiż. Bħala tali, hija sors sostanzjali ta’ dħul għar-reġim ta’ Lukashenka. L-Istat Belarussu qed jagħmel profitt dirett mill-qligħ magħmul minn OJSC BSW - kumpanija maniġerjali tal-intrapriża ‘BMC’. Barra minn hekk, il-kumpanija tirċievi għotjiet kbar mill-gvern u appoġġ politiku mir-reġim ta’ Lukashenka. Id-direttur ġenerali ta’ OJSC BSW - kumpanija maniġerjali tal-intrapriża ‘BMC’ inħatar personalment mill-President Lukashenka.

    L-impjegati ta’ OJSC BSW - kumpanija maniġerjali tal-azjenda ‘BMC’ li pprotestaw u bdew strajk wara l-elezzjonijiet presidenzjali tal-2020 fil-Belarussja tkeċċew. Minn dakinhar ’l hawn, l-intrapriża għadha tieħu miżuri kontra l-impjegati li qed jippruvaw jorganizzaw strajks permezz ta’ theddid u sensji. Għalhekk, OJSC BSW - kumpanija maniġerjali tal-intrapriża ‘BMC’ qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah. Għaldaqstant, hija responsabbli għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili fil-Belarussja.

    3.8.2023

    38.

    Belneftekhim -Belarusian State Concern for Oil and Chemistry

    Белнафтахiм — Беларускi дзяржаўны канцэрн па нафце i хiмii

    Белнефтехим, Белорусский государственный концерн по нефти и химии

    Indirizz: 73, Dzerzhinskogo Street, Minsk, 220116

    Tip ta’ entità: Entità statali

    Post tar-reġistrazzjoni: 73 Dzerzhinskogo Street, Minsk, 220116

    Data tar-reġistrazzjoni: 21.7.1997.

    Numru tar-reġistrazzjoni: 101272253

    Post prinċipali tan-negozju: Minsk, Belarus

    L-Entità Statali tal-Belarussja għaż-Żejt u l-Kimika (Belneftekhim) hija waħda mill-akbar kumplessi industrijali tar-Repubblika tal-Belarussja u tikkonsisti minn diversi kumpaniji oħra tal-Istat stabbiliti fl-1997. Aliaksandr Lukashenka jqis lil Belneftekhim hija waħda mill-aktar entitajiet importanti u strateġiċi fil-Belarussja. B’mod partikolari, Belneftekhim tirrappreżenta assi fundamentali għall-ekonomija u l-politika barranija tal-Belarussja, b’mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn ir-Russja u l-Belarussja fl-iżvilupp ta’ suq komuni taż-żejt. Isiru konsultazzjonijiet regolari bejn l-entità u l-President Lukashenka. Belneftekhim tibbenefika mill-appoġġ ipprovdut mir-reġim ta’ Lukashenka, speċjalment fir-rigward tal-effetti tas-sanzjonijiet tal-Punent. Għaldaqstant, Belneftekhim qed tibbenefika mir-reġim ta’ Lukashenka u qed tappoġġah.

    3.8.2023”


    Top