Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0924

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/924 tal-24 ta’ April 2023 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emendi għall-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    ST/6888/2023/INIT

    ĠU L 123, 8.5.2023, p. 7–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/924/oj

    8.5.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 123/7


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/924

    tal-24 ta’ April 2023

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emendi għall-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (2) (“il-Ftehim ŻEE”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1994.

    (2)

    Skont l-Artikolu 98 tal-Ftehim ŻEE, il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE stabbilit bil-Ftehim ŻEE (il-‘Kumitat Konġunt taż-ŻEE’) jista’ jiddeċiedi li jemenda, fost l-oħrajn, l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (4)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jiġu emendati skont dan.

    (5)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f’isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emendi proposti għall-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ April 2023.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES


    (1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.

    (2)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1).


    ABBOZZ

    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru […]

    ta’ […]

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, testijiet u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (1), kif ikkoreġut minn ĠU L 83, 10.3.2022, p. 66 u ĠU L 161, 16.6.2022, p. 121, għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (2)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1768 tat-23 ta’ Ġunju 2021 li jemenda, għall-fini tal-adattament tiegħu għall-progress tekniku, l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE.

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1178 tas-27 ta’ Lulju 2020 dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali notifikati mir-Renju tad-Danimarka skont l-Artikolu 114(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward il-kontenut ta’ kadmju fil-fertilizzanti (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1184 tas-17 ta’ Lulju 2020 dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali notifikati mill-Ungerija skont l-Artikolu 114(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward il-kontenut ta’ kadmju fil-fertilizzanti (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (5)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1205 tas-6 ta’ Awwissu 2020 dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali notifikati mir-Repubblika Slovakka skont l-Artikolu 114(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward il-kontenut ta’ kadmju fil-fertilizzanti fosfatiċi (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (6)

    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dehra viżiva tat-tikketta fuq il-prodotti fertilizzanti tal-UE msemmija fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE.

    (7)

    Ir-Regolament (UE) 2019/1009 iħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7), li huwa inkorporat fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandu jitħassar skont il-Ftehim ŻEE.

    (8)

    Id-deroga li tippermetti lill-Istati taż-ŻEE-EFTA jillimitaw il-kummerċjalizzazzjoni ta’ fertilizzanti fis-swieq tagħhom minħabba l-kontenut ta’ kadmju ilha fis-seħħ fil-Ftehim ŻEE mid-dħul fis-seħħ tiegħu fl-1994. Fir-rigward tal-Istati Membri tal-UE li ngħataw l-istess derogi fir-rigward tal-kontenut ta’ kadmju fil-fertilizzanti, jibqgħu validi ċ-ċirkostanzi fattwali li jeħtieġu din id-deroga.

    (9)

    Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2076/2004 (8), (KE) Nru 162/2007 (9), (KE) Nru 1107/2008 (10), (KE) Nru 1020/2009 (11), (UE) Nru 137/2011 (12), (UE) Nru 223/2012 (13), (UE) Nru 463/2013 (14), (UE) Nru 1257/2014 (15), (UE) 2016/1618 (16), (UE) 2019/1102 (17), (UE) 2020/1666 (18) u (UE) 2021/862 (19), li huma inkorporati fil-Ftehim ŻEE, ma għadhomx validi u konsegwentement għandhom jitħassru skont il-Ftehim ŻEE.

    (10)

    Din id-Deċiżjoni fiha dispożizzjonijiet rigward kwistjonijiet veterinarji. Il-leġiżlazzjoni rigward kwistjonijiet veterinarji ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli jiġi estiż għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali tal-Anness I.

    (11)

    L-Annessi I u II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li għalhekk jiġu emendat skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 9b (ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 7.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:

    “-

    32019 R 1009: Ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1), kif ikkoreġut minn ĠU L 83, 10.3.2022, p. 66 u ĠU L 161, 16.6.2022, p. 121.”.

    Artikolu 2

    L-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    It-test tal-punt 1 (ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XIV għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    32019 R 1009: Ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003, (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1), kif ikkoreġut minn ĠU L 83, 10.3.2022, p. 66 u ĠU L 161, 16.6.2022, p. 121, kif emendat minn:

    32021 R 1768: Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1768 tat-23 ta’ Ġunju 2021 (ĠU L 356, 8.10.2021, p. 8).

    Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

    (a)

    L-Istati taż-ŻEE-EFTA għandhom ikunu liberi jkomplu japplikaw il-valuri ta’ limitu nazzjonali tagħhom għall-kadmju fil-fertilizzanti fosfatiċi li jeżisti fid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ [din id-deċiżjoni] sakemm isiru applikabbli fiż-Żona Ekonomika Ewropea l-valuri ta’ limitu armonizzati għall-kontenut ta’ kadmju fil-fertilizzanti fosfatiċi li huma ndaqs jew aktar baxxi minn dawk il-valuri ta’ limitu.

    (b)

    Fl-Artikolu 1(2), il-punti li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-punt (p):

    “(q)

    il-liġi nazzjonali dwar is-saħħa tal-pjanti tal-Istati tal-EFTA;

    (r)

    il-liġi nazzjonali dwar l-ispeċijiet aljeni invażivi tal-Istati tal-EFTA.”

    (c)

    Fl-Artikolu 52, fir-rigward tal-Istati EFTA, il-kliem “jew id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ [din id-deċiżjoni], skont liema data tkun l-iżjed tard” jiddaħħlu wara l-kliem “16 ta’ Lulju 2022”.”.

    2.

    Dan li ġej jiddaħħal wara l-punt 5 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/390/KE) tal-Kapitolu XIV:

    “6.

    32020 D 1178: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1178 tas-27 ta’ Lulju 2020 dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali notifikati mir-Renju tad-Danimarka skont l-Artikolu 114(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward il-kontenut ta’ kadmju fil-fertilizzanti (ĠU L 259, 10.8.2020, p. 14).

    7.

    32022 D 1184: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1184 tas-17 ta’ Lulju 2020 dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali notifikati mill-Ungerija skont l-Artikolu 114(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar il-kontenut ta’ kadmju fil-fertilizzanti fosfatiċi (ĠU L 261, 11.8.2020, p. 42).

    8.

    32020 D 1205: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1205 tas-6 ta’ Awwissu 2020 dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali notifikati mir-Repubblika Slovakka skont l-Artikolu 114(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea rigward il-kontenut ta’ kadmju fil-fertilizzanti fosfatiċi (ĠU L 270, 18.8.2020, p. 7).

    ATTI LI TAGĦHOM GĦANDHOM JIEĦDU NOTA L-PARTIJIET KONTRAENTI

    Il-Partijiet Kontraenti għandhom jieħdu nota tal-atti li ġejjin:

    1.

    52021XC0407(04): Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dehra viżiva tat-tikketta fuq il-prodotti fertilizzanti tal-UE msemmija fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 119, 7.4.2021, p. 1).”.

    3.

    Il-punt 13 (ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XV huwa emendat kif ġej:

    (i)

    jiżdied l-inċiż li ġej:

    “-

    32019 R 1009: Ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1), kif ikkoreġut minn ĠU L 83, 10.3.2022, p. 66 u ĠU L 161, 16.6.2022, p. 121.”.

    (ii)

    l-adattamenti (i) u (j) huma rinumerati bħala l-adattamenti (j) u (k), rispettivament.

    (iii)

    l-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (h):

    “(i)

    Fl-Artikolu 80(8), fir-rigward tal-Istati EFTA, il-kliem “15 ta’ Lulju 2019” għandhom jaqraw “id-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’ [din id-deċiżjoni]”.”.

    Artikolu 3

    It-testi tar-Regolament (UE) 2019/1009, kif ikkoreġuti minn ĠU L 83, 10.3.2022, p. 66 u ĠU L 161, 16.6.2022, p. 121, ir-Regolament Delegat (UE) 2021/1768, id-Deċiżjonijiet (UE) 2020/1178, (UE) 2020/1184 u (UE) 2020/1205, u tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar id-dehra viżiva tat-tikketta fuq il-prodotti fertilizzanti tal-UE msemmija fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*) .

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, […].

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Is-Segretarji

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


    (1)  ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1.

    (2)  ĠU L 356, 8.10.2021, p. 8.

    (3)  ĠU L 259, 10.8.2020, p. 14.

    (4)  ĠU L 261, 11.8.2020, p. 42.

    (5)  ĠU L 270, 18.8.2020, p. 7.

    (6)  ĠU C 119, 7.4.2021, p. 1.

    (7)  ĠU L 304, 21.11.2003, p. 1.

    (8)  ĠU L 359, 4.12.2004, p. 25.

    (9)  ĠU L 51, 20.2.2007, p. 7.

    (10)  ĠU L 299, 8.11.2008, p. 13.

    (11)  ĠU L 282, 29.10.2009, p. 7.

    (12)  ĠU L 43, 17.2.2011, p. 1.

    (13)  ĠU L 75, 15.3.2012, p. 12.

    (14)  ĠU L 134, 18.5.2013, p. 1.

    (15)  ĠU L 337, 25.11.2014, p. 53.

    (16)  ĠU L 242, 9.9.2016, p. 24.

    (17)  ĠU L 175, 28.6.2019, p. 25.

    (18)  ĠU L 377, 11.11.2020, p. 3.

    (19)  ĠU L 190, 31.5.2021, p. 74.

    (*)  [Mhuwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.] [Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.]


    Top