Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0854

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/854 tal-24 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

ST/8054/2023/INIT

ĠU L 110, 25.4.2023, pp. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/854/oj

25.4.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/28


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/854

tal-24 ta’ April 2023

li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-26 ta’ Lulju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (1) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 26(3) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK, il-Kunsill eżamina mill-ġdid il-lista ta’ persuni u entitajiet indikati li tinsab fl-Anness II ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Abbażi ta’ dak ir-rieżami, jenħtieġ li l-entrata li tikkonċerna persuna waħda elenkata fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK titneħħa minn dak l-Anness. Jenħtieġ li tiġi aġġornata entrata waħda inkluża fl-Anness II.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2010/413/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ April 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).


ANNESS

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK huwa emendat kif ġej:

(1)

l-entrata 10 (li tikkonċerna lil Rostam QASEMI) fil-lista bl-intestatura “II. Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC)”, taħt is-subintestatura “A. Persuni” titħassar;

(2)

taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti fl-attivitajiet nukleari jew tal-missili ballistiċi u persuni u entitajiet li jipprovdu appoġġ lill-Gvern tal-Iran”, l-entrata li ġejja tissostitwixxi l-entrata korrispondenti fil-lista li tinsab taħt is-subintestatura “B. Entitajiet”:

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“12.

Fajr Aviation Composite Industries

Mehrabad Airport, PO Box 13445-885, Tehran, Iran

Sussidjarja tal-IAIO fi ħdan il-MODAFL it-tnejn indikati mill-UE li primarjament tipproduċi materjali komposti għall-industrija tal-inġenji tal-ajru.

Fajr Aviation Composite Industries tipproduċi wkoll droni, li allegatament qed jintużaw għad-destabbilizzazzjoni reġjonali.

26.7.2010”


Top