EUR-Lex Acesso ao direito da União Europeia

Voltar à página inicial do EUR-Lex

Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex

Documento 32023D0145

Deċiżjoni (UE) 2023/145 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2023 li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/629/KEE

PE/67/2022/REV/1

ĠU L 21, 23.1.2023, p. 3—4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Estatuto jurídico do documento Já não está em vigor, Data do termo de validade: 12/02/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/145/oj

23.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 21/3


DEĊIŻJONI (UE) 2023/145 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Jannar 2023

li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/629/KEE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw mal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni kkonfermaw, fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (3), l-impenn konġunt tagħhom li jaġġornaw u jissimplifikaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 89/629/KEE (4) pprevediet li ajruplani li qabżu l-istandards rilevanti tal-emissjonijiet tal-istorbju skont dik id-Direttiva setgħu jkomplu joperaw, jekk kienu diġà ddaħħlu f’reġistru nazzjonali ta’ Stat Membru. Madankollu, din applikat regola li ma ssir l-ebda żieda: l-ebda reġistrazzjoni ġdida ta’ tali ajruplani ma kienet possibbli wara d-dħul fis-seħħ ta’ dik id-Direttiva.

(3)

Id-Direttiva 2006/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) introduċiet tneħħija gradwali sħiħa tal-ajruplani kollha li ma jilħqux l-istandards rilevanti tal-emissjonijiet tal-istorbju, inkluż ta’ dawk li qabel kienu koperti mid-Direttiva 89/629/KEE, irrispettivament minn jekk dawn kinux ġew irreġistrati jew le. Dan wassal għal sitwazzjoni fejn l-ajruplani kkonċernati ma tħallewx itiru fl-ajru tal-Unjoni u kellhom jitneħħew mir-reġistri nazzjonali tal-Istati Membri.

(4)

Konsegwentement, id-Direttiva 89/629/KEE ma għadhiex valida u għalhekk jenħtieġ li titħassar,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Direttiva 89/629/KEE hija mħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Strasburgu, it-18 ta’ Jannar 2023.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

J. ROSWALL


(1)  Opinjoni tas-26 ta’ Ottubru 2022 (għada ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Diċembru 2022. (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 2022.

(3)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/629/KEE tal-4 ta’ Diċembru 1989 dwar il-limitazzjoni tal-emissjoni ta’ ħsejjes minn ajruplani ċivili jet subsoniċi (ĠU L 363, 13.12.1989, p. 27).

(5)  Id-Direttiva 2006/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-regolament tal-operazzjoni tal-ajruplani koperta mill-Parti II, il-Kapitolu 3, il-Volum 1 tal-Anness 16 tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, it-tieni edizzjoni (1988) (ĠU L 374, 27.12.2006, p. 1).


Início