Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2400

Regolament (UE) 2022/2400 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

PE/39/2022/REV/1

ĠU L 317, 9.12.2022, p. 24–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2400/oj

9.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/24


REGOLAMENT (UE) 2022/2400 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta’ Novembru 2022

li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 dwar il-pollutanti organiċi persistenti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) dwar il-pollutanti organiċi persistenti jimplimenta fil-livell tal-Unjoni l-impenji stabbiliti fil-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (“il-Konvenzjoni”), approvata f’isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE (4), u fil-Protokoll għall-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Fuq Distanza Twila rigward Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes, approvat f’isem il-Komunità bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/259/KE (5).

(2)

Fis-seba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, li saret bejn l-4 u l-15 ta’ Mejju 2015, kien hemm qbil li l-pentaklorofenol, l-imlieħ u l-esteri tiegħu (“pentaklorofenol”) jiġu inklużi fl-Anness A tal-Konvenzjoni. Fid-disa’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, li saret mid-29 ta’ April sal-10 ta’ Mejju 2019, ġie miftiehem li d-dikofol kif ukoll l-aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA jiġu inklużi fl-Anness A tal-Konvenzjoni. Fl-għaxar laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni, li saret mis-6 sas-17 ta’ Ġunju 2022, ġie miftiehem li aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS jiġu inklużi fl-Anness A għall-Konvenzjoni. Fid-dawl ta’ dawk l-emendi għall-Konvenzjoni u biex jiġi żgurat li l-iskart li jkun fih dawk is-sustanzi jiġi ġestit f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, huwa neċessarju wkoll li jiġu emendati l-Annessi IV u V għar-Regolament (UE) 2019/1021 billi jiġu inklużi l-pentaklorofenol, id-dikofol u l-PFOA, l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA, kif ukoll il-PFHxS, l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS fl-Annessi u li jindikaw il-limiti ta’ konċentrazzjoni korrispondenti tagħhom.

(3)

Il-pentaklorofenol kien preċedentement elenkat fl-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/636 (7), b’valur tal-Anness IV ta’ 100 mg/kg u b’valur tal-Anness V ta’ 1 000 mg/kg. Ir-Regolament (UE) 2019/1021, li ħassar ir-Regolament (KE) Nru 850/2004, ħalla barra b’mod mhux intenzjonat il-pentaklorofenol. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu emendati l-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 biex jinkludu l-pentaklorofenol.

(4)

L-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 diġà fihom limiti ta’ konċentrazzjoni għas-sustanzi jew għall-gruppi ta’ sustanzi li ġejjin: (a) is-somma tal-konċentrazzjonijiet ta’ etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil (bl-eċċezzjoni tal-aħħar, li ma huwiex elenkat fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament); (b) Eżabromoċiklododekan; (c) Alkani C10-C13, kloro (paraffini klorurati ta’ katina qasira) (SCCPs); u (d) Dibenżo-p-diossini u dibenżofurani poliklorurati (PCDD/PCDF). Skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) 2019/1021, huwa xieraq li jiġu emendati l-limiti ta’ konċentrazzjoni fl-Anness IV għal dawk is-sustanzi biex jadattaw il-valuri limitu tagħhom għall-progress xjentifiku u tekniku. Sabiex ikun hemm konsistenza mal-lista tal-eteri tad-difenil polibromurati (PBDEs) stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1021, is-sustanza etere tad-dekabromodifenil jenħtieġ li tiġi inkluża fost il-PBDEs elenkati fit-tielet kolonna tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament.

(5)

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jiġbru data dwar l-ammont attwali ta’ PCDD/PCDF u ta’ bifenili poliklorurati simili għad-diossini (dl-PCBs) fl-irmied u n-nugrufun minn djar privati, kif ukoll fl-irmied li jtir minn unitajiet tal-bijomassa għall-produzzjoni tas-sħana u tal-enerġija, u biex l-Istati Membri jingħataw biżżejjed żmien biex jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimplimentaw ir-Regolament (UE) 2019/1021, il-limitu ta’ konċentrazzjoni emendat għas-somma ta’ PCDD/PCDF u dl-PCBs jenħtieġ li, fir-rigward tal-irmied u n-nugrufun minn djar privati u għall-irmied li jtir minn unitajiet tal-bijomassa, japplika fi stadju aktar tard wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Sabiex jippermettu t-tfassil ta’ politiki xierqa għall-ġbir u t-trattament ta’ dawk l-irmied u n-nugrufun u biex jappoġġaw ir-rieżami msemmi fl-Anness IV u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/1021, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġbru informazzjoni dwar il-preżenza ta’ PCDD/PCDF u dl-PCBs fir-rmied u n-nugrufun minn djar privati u fl-irmied li jtir minn unitajiet tal-bijomassa għall-produzzjoni tas-sħana u l-enerġija. Dik l-informazzjoni jenħtieġ li tkun disponibbli mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2026.

(6)

Fir-rigward tal-PBDEs elenkati fir-Regolament (UE) 2019/1021, il-limitu ta’ konċentrazzjoni għas-somma ta’ dawk is-sustanzi fl-iskart jenħtieġ li jiġi stabbilit għal 500 mg/kg. Filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-konċentrazzjonijiet tal-PBDEs li qed jonqsu f’ċertu skart, li jirriżultaw mil-limitazzjonijiet eżistenti dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-PBDEs, u fid-dawl tal-evoluzzjoni possibbli tal-metodi ta’ separazzjoni u analitiċi rilevanti, jenħtieġ li l-valur limitu jitnaqqas għal 350 mg/kg 3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għal 200 mg/kg 5 snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu.

(7)

Meta jitqies li sottogrupp ta’ 12-il konġeneru tal-PCB, jiġifieri l-PCB-77, PCB-81, PCB-105, PCB-114, PCB-118, PCB-123, PCB-126, PCB-156, PCB-157, PCB-167, PCB-169 u PCB 189, magħrufa bħala dl-PCBs, għandhom proprjetajiet tossikoloġiċi li jixbhu mill-qrib dawk tal-PCDD/PCDF, u sabiex jitqies l-effett aggregat tal-komposti kollha simili għad-diossini elenkati fir-Regolament (UE) 2019/1021, huwa xieraq li d-dl-PCBs jiġu inklużi fl-entrata eżistenti tal-grupp għall-PCDD/PCDF fl-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021. Il-lista tal-valuri tal-fattur ta’ ekwivalenza tossika fil-Parti 2 tal-Anness V ta’ dak ir-Regolament jenħtieġ li tiġi emendata wkoll biex jiġu introdotti l-valuri korrispondenti għall-konġeneri individwali tad-dl-PCB.

(8)

Il-limiti ta’ konċentrazzjoni proposti fl-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 ġew stabbiliti bl-applikazzjoni tal-istess metodoloġija li ntużat biex jiġu stabbiliti l-limiti ta’ konċentrazzjoni fl-emendi preċedenti tal-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004. Il-limiti ta’ konċentrazzjoni proposti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u jenħtieġ li jkollhom l-għan li jeliminaw, fejn fattibbli, ir-rilaxx ta’ pollutanti organiċi persistenti fl-ambjent, sabiex jilħqu l-objettiv ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent assoċjat mal-qerda jew mat-trasformazzjoni irriversibbli tas-sustanzi kkonċernati. Dawk il-limiti jenħtieġ li jqisu wkoll l-objettiv ta’ politika usa’ li tinkiseb l-ambizzjoni ta’ tniġġis żero għal ambjent ħieles mis-sustanzi tossiċi, żieda fir-riċiklaġġ, tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, l-iżvilupp ta’ ċikli ta’ materjal mhux tossiku u ekonomija ċirkolari mhux tossika, minqux fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 intitolata “Patt Ekoloġiku Ewropew”.

(9)

Il-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifikati fl-Annessi IV u V tar-Regolament (UE) 2019/1021 jenħtieġ li jkunu koerenti u li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Strateġija dwar is-Sustanzi Kimiċi għas-Sostenibbiltà - Lejn Ambjent Ħieles mit-Tossiċità”.

(10)

Biex tiġi żgurata traċċabbiltà aħjar u trattament effettiv tal-iskart li jkun fih pollutanti organiċi persistenti, u biex jiġu evitati l-inkonsistenzi fil-liġi tal-Unjoni, huwa neċessarju li tiġi żgurata l-koerenza bejn id-dispożizzjonijiet relatati mal-iskart li jkun fih il-pollutanti organiċi persistenti, li oriġinalment kienu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 850/2004, u li issa tħassar bir-Regolament (UE) 2019/1021, u dawk stabbiliti wara. Il-Kummissjoni, għalhekk, jenħtieġ li tivvaluta jekk ikunx xieraq li l-iskart li fih kwalunkwe pollutant organiku persistenti li jaqbeż il-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifikati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1021 jiġi kklassifikat bħala perikoluż, u tressaq, jekk ikun xieraq, proposta leġiżlattiva biex temenda, b’konsegwenza, id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jew proposta biex temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE (9), jew it-tnejn li huma.

(11)

Skont l-objettivi tal-Istrateġija dwar it-Tessuti, stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Marzu 2022 intitolata “Strateġija tal-UE għal Tessuti Sostenibbli u Ċirkolari”, il-prodotti tat-tessuti mqiegħda fis-suq tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu fil-biċċa l-kbira magħmula minn fibri riċiklati li jkunu ħielsa minn sustanzi perikolużi. Sabiex jiġi żgurat li t-tessuti riċiklati jkunu ħielsa minn sustanzi kimiċi perikolużi bħall-PFOA mill-bidu nett, jeħtieġ li jissaħħu l-valuri ta’ limitu għall-PFOA, l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA fl-iskart peress li l-preżenza tagħhom jista’ jkollha impatt fuq il-ġbir u t-trattament tal-iskart tat-tessuti. Il-Kummissjoni jenħtieġ li għalhekk tirrevedi l-limitu ta’ konċentrazzjoni bil-ħsieb li tnaqqas il-valur, fejn tali tnaqqis ikun fattibbli skont il-progress xjentifiku u tekniku.

(12)

Għalhekk ir-Regolament (UE) 2019/1021 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(13)

Huwa xieraq li jiġi previst perjodu suffiċjenti ta’ żmien li jippermetti lill-kumpaniji u lill-awtoritajiet kompetenti jadattaw ruħhom għar-rekwiżiti l-ġodda.

(14)

Minħabba li l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem mill-pollutanti organiċi persistenti, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba l-effetti transkonfini ta’ dawk il-pollutanti, iżda jista’ pjuttost jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb dak l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2019/1021 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 21a

Dispożizzjoni tranżizzjonali

1.   Valur ta’ 10 μg/kg għandu japplika għall-irmied li jtir minn unitajiet tal-bijomassa għall-produzzjoni tas-sħana u l-enerġija li fihom jew li huma kkontaminati minn dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD/PCDF) u bifenili poliklorurati simili għad-diossini (dl-PCBs) kif elenkat fl-Anness IV sat-30 ta’ Diċembru 2023. Il-valur ta’ 5 μg/kg previst fl-Anness IV għandu japplika għall-irmied li jtir minn unitajiet tal-bijomassa għall-produzzjoni tas-sħana u l-enerġija mill-31 ta’ Diċembru 2023.

2.   Valur ta’ 15 μg/kg għandu jibqa’ japplika għall-irmied u n-nugrufun minn djar privati li jkun fih jew li jkun ikkontaminat minn dibenżo-p-diossini poliklorurati u dibenżofurani (PCDD/PCDF), kif elenkat fl-Anness IV sal-31 ta’ Diċembru 2024. Għall-irmied u n-nugrufun minn djar privati li jkun fih jew li jkun ikkontaminat minn dibenżo-p-diossini poliklorinati u dibenżofurani (PCDD/PCDF) u bifenili poliklorurati simili għad-diossini (dl-PCBs), il-valur ta’ 5 μg/kg previst fl-Anness IV għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2025.”;

(2)

L-Annessi IV u V għandhom jiġu emendati skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ikunx xieraq li temenda d-Direttiva 2008/98/KE jew id-Deċiżjoni 2000/532/KE, jew it-tnejn li huma, biex jiġi rikonoxxut li l-iskart li jkun fih kwalunkwe pollutant organiku persistenti li jaqbeż il-limiti ta’ konċentrazzjoni speċifikati fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/1021 għandu jiġi kklassifikat bħala perikoluż, u, jekk xieraq, abbażi ta’ dik il-valutazzjoni u mhux aktar tard minn 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, għandha tressaq proposta leġiżlattiva biex temenda, b’konsegwenza, id-Direttiva 2008/98/KE jew proposta biex temenda d-Deċiżjoni 2000/532/KE, jew it-tnejn li huma.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-10 ta’ Ġunju 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, it-23 ta’ Novembru 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)   ĠU C 152, 6.4.2022, p. 197.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Ottubru 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2019/1021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 45).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/507/KE tal-14 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Materjal Organiku Persistenti li Jniġġes (ĠU L 209, 31.7.2006, p. 1).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/259/KE tad-19 ta’ Frar 2004 li għandha x’taqsam mal-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll tal-Konvenzjoni tal-1979 dwar it-Tniġġis Transkonfini tal-Arja Li Jwassal Ħafna dwar Pollutanti Organiċi Persistenti (ĠU L 81, 19.3.2004, p. 35).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7).

(7)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/636 tat-23 ta’ April 2019 li jemenda l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti (ĠU L 109, 24.4.2019, p. 6).

(8)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).


ANNESS

L-Annessi IV u V huma emendati kif ġej:

(1)

l-Anness IV huwa emendat kif ġej:

(a)

jinżdiedu r-ringieli li ġejjin fit-tabella:

“Pentaklorofenol u l-imlieħ u l-esteri tiegħu

87-86-5 u oħrajn

201-778-6 u oħrajn

100 mg/kg

Dikofol

115-32-2

204-082-0

50 mg/kg

Aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA, kif stabbilit fl-Anness I

335-67-1 u oħrajn

206-397-9 u oħrajn

1 mg/kg

(PFOA u l-imlieħ tiegħu),

40 mg/kg

(is-somma tal-komposti relatati mal-PFOA)

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta’ konċentrazzjoni u, meta xieraq, għandha tadotta proposta leġiżlattiva biex tbaxxi dak il-valur, fejn dan it-tnaqqis ikun fattibbli u f’konformità mal-progress xjentifiku u tekniku, mhux aktar tard mit-30 ta’ Diċembru 2027.

Aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS

355-46-4 u oħrajn

355-46-4 u oħrajn

1 mg/kg

(PFHxS u l-imlieħ tiegħu), 40 mg/kg

(is-somma tal-komposti relatati mal-PFHxS)

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta’ konċentrazzjoni u, meta xieraq, għandha tadotta proposta leġiżlattiva biex tbaxxi dak il-valur, fejn dan it-tnaqqis ikun fattibbli u f’konformità mal-progress xjentifiku u tekniku, mhux aktar tard mit-30 ta’ Diċembru 2027.”;

(b)

ir-ringieli għas-sustanza Alkani C10-C13, kloro (paraffini klorurati ta’ katina qasira) (SCCPs) hija sostitwita b’dan li ġej:

“Alkani C10-C13, kloro (paraffini klorurati ta’ katina qasira) (SCCPs)

85535-84-8

287-476-5

1 500  mg/kg

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta’ konċentrazzjoni u, meta jkun xieraq, għandha tadotta proposta leġislattiva biex dak il-valur jitbaxxa mhux aktar tard mit-30 ta’ Diċembru 2027.”;

(c)

ir-ringieli għas-sustanzi Etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O, Etere tal-pentabromodifenil C12H5Br5O, Etere tal-eżabromodifenil C12H4Br6O, Etere tal-ettabromodifenil C12H3Br7O u Etere tad-dekabromodifenil; C12Br10O huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O

40088-47-9

u oħrajn

254-787-2

u oħrajn

Is-somma tal-konċentrazzjonijiet ta’ etere tat-tetrabromodifenil C12H6Br4O, etere tal-pentabromodifenil C12H5Br5O, etere tal-eżabromodifenil C12H4Br6O, etere tal-ettabromodifenil C12H3Br7O u etere tad-dekabromodifenil C12Br10O:

(a)

sad-29 ta’ Diċembru 2027, 500 mg/kg;

(b)

mit-30 ta’ Diċembru 2025 sat-28 ta’ Diċembru 2027, 350 mg/kg jew, jekk ogħla, is-somma tal-konċentrazzjoni ta’ dawk is-sustanzi fejn ikunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti, kif stabbilit fir-raba’ kolonna, punt 2, tal-Anness I għas-sustanzi etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil;

(c)

mit-30 ta’ Diċembru 2027, 200 mg/kg jew, jekk ogħla, is-somma tal-konċentrazzjoni ta’ dawk is-sustanzi fejn ikunu preżenti f’taħlitiet jew f’oġġetti, kif stabbilit fir-raba’ kolonna, punt 2, tal-Anness I għas-sustanzi etere tat-tetrabromodifenil, etere tal-pentabromodifenil, etere tal-eżabromodifenil, etere tal-ettabromodifenil u etere tad-dekabromodifenil.”

Etere tal-pentabromodifenil C12H5Br5O

32534-81-9

u oħrajn

251-084-2

u oħrajn

Etere tal-ezabromodifenil C12H4Br6O

36483-60-0

u oħrajn

253-058-6

u oħrajn

Etere tal-ettabromodifenil C12H3Br7O

68928-80-3

u oħrajn

273-031-2

u oħrajn

Etere tal-bis(pentabromofenil) (etere tad-dekabromodifenil; decaBDE) C12Br10O

1163-19-5

u oħrajn

214-604-9

u oħrajn

(d)

ir-ringiela għas-sustanzi Dibenżo-p-diossini u dibenżofurani poliklorurati (PCDD/PCDF) hija sostitwita b’dan li ġej:

“Dibenżo-p-diossini u dibenżofurani poliklorurati (PCDD/PCDF) u bifenili poliklorurati simili għad-diossini (dl-PCBs)

 

 

5 μg/kg (1)

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta’ konċentrazzjoni u, meta xieraq, għandha tadotta proposta leġiżlattiva biex tbaxxi dak il-valur, fejn dan it-tnaqqis ikun fattibbli u f’konformità mal-progress xjentifiku u tekniku, mhux aktar tard mit-30 ta’ Diċembru 2027.

(e)

ir-ringiela għas-sustanza eżabromoċiklododekan hija sostitwita b’dan li ġej:

“Eżabromoċiklododekan (2)

25637-99-4, 3194-55-6, 134237-50-6, 134237-51-7, 134237-52-8

247-148-4 221-695-9

500 mg/kg

Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina dak il-limitu ta’ konċentrazzjoni u, meta jkun xieraq, għandha tadotta proposta leġislattiva biex tbaxxi dak il-valur għal mhux aktar tard minn 200 mg/kg mhux aktar tard mit-30 ta’ Diċembru 2027.

(2)

il-Parti 2 tal-Anness V hija emendata kif ġej:

(a)

fit-tieni paragrafu, l-ewwel kolonna tat-tabella, intestata “Skart kif klassifikat fid-Deċiżjoni 2000/532/KE”, hija emendata kif ġej:

(i)

it-test li ġej jiddaħħal wara “10.01 Skart minn impjanti tal-enerġija u impjanti oħra ta’ kombustjoni (minbarra 19)”:

“10 01 03: rmied li jtir tal-pit u tal-injam mhux trattat”;

(ii)

it-test li ġej jiddaħħal wara “17 05 03* Ħamrija u ġebel li fihom sustanzi perikolużi”:

“17 05 04: ħamrija u ġebel għajr għal dawk imsemmija f’17 05 03”;

(iii)

it-test li ġej jiddaħħal wara “19 04 03* Fażi solida mhux vitrifikata”:

“20 SKART MUNIĊIPALI (SKART MID-DJAR U SKART SIMILI KUMMERĊJALI, INDUSTRIJALI U ISTITUZZJONALI) INKLUŻI FRAZZJONIJIET MIĠBURA SEPARATAMENT

20 01: frazzjonijiet miġbura separatament (għajr għal 15 01)

20 01 41: skart mit-tindif taċ-ċmieni”;

(b)

fit-tieni paragrafu, it-tieni kolonna tat-tabella, intestata “Limiti massimi ta’ konċentrazzjoni tas-sustanzi elenkati fl-Anness IV”, hija emendata kif ġej:

(i)

it-test “Polychlorinated dibenzo-p-dioxins and dibenzofurans: 5 mg/kg;” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Dibenżo-p-diossini u dibenżofurani poliklorurati u bifenili poliklorurati simili għad-diossini (dl-PCBs): 5 mg/kg;”;

(ii)

it-test “Sum of the concentrations of tetrabromodiphenyl ether C12H6Br4O), pentabromodiphenyl ether (C12H5Br5O), hexabromodiphenyl ether (C12H4Br6O) and heptabromodiphenyl ether (C12H3Br7O): 10 000 mg/kg;” huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Is-somma tal-konċentrazzjonijiet ta’ etere tat-tetrabromodifenil (C12H6Br4O), Etere tal-pentabromodifenil (C12H5Br5O), Etere tal-eżabromodifenil (C12H4Br6O) u Etere tal-ettabromodifenil (C12H3Br7O) u Etere tad-dekabromodifenil (C12Br10O): 10 000 mg/kg;”;

(iii)

it-test li ġej jinżdied wara “Toxaphene: 5 000 mg/kg.”:

“Pentaklorofenol u l-imlieħ u l-esteri tiegħu: 1 000 mg/kg;

Dikofol: 5 000 mg/kg;

Aċidu perfluworoottanojku (PFOA), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFOA: 50 mg/kg (PFOA u l-imlieħ tiegħu), 2 000 mg/kg (komposti relatati mal-PFOA);

Aċidu perfluworoeżan sulfoniku (PFHxS), l-imlieħ tiegħu u l-komposti relatati mal-PFHxS:

50 mg/kg (PFHxS u l-imlieħ tiegħu), 2 000 mg/kg (komposti relatati mal-PFHxS).”;

(c)

it-tielet paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-limitu massimu ta’ konċentrazzjoni tad-dibenżo-p-diossini u d-dibenżofurani poliklorurati (PCDD u PCDF) u tal-bifenili poliklorurati (dl-PCBs) għandu jiġi kkalkulat skont il-fatturi ta’ ekwivalenza tossika (TEFs) li ġejjin:

Fatturi ta’ ekwivalenza tat-tossiċità (TEFs) għal PCDD, PCDF u dl-PCBs

PCDD

TEF

2,3,7,8-TeCDD

1

1,2,3,7,8-PeCDD

1

1,2,3,4,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDD

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDD

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDD

0,01

OCDD

0,0003

PCDF

TEF

2,3,7,8-TeCDF

0,1

1,2,3,7,8-PeCDF

0,03

2,3,4,7,8-PeCDF

0,3

1,2,3,4,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,7,8,9-HxCDF

0,1

2,3,4,6,7,8-HxCDF

0,1

1,2,3,4,6,7,8-HpCDF

0,01

1,2,3,4,7,8,9-HpCDF

0,01

OCDF

0,0003

dl-PCBs

TEF

PCB 77

0,0001

PCB 81

0,0003

PCB 105

0,00003

PCB 114

0,00003

PCB 118

0,00003

PCB 123

0,00003

PCB 126

0,1

PCB 169

0,03

PCB 156

0,00003

PCB 157

0,00003

PCB 167

0,00003

PCB 189

0,00003 ”.


(1)  Il-limitu huwa kkalkulat bħala s-somma ta’ PCDD, PCDF u dl-PCBs skont il-fatturi ta’ ekwivalenza tossika (TEFs) stabbiliti fil-Parti 2, fit-tielet paragrafu, fit-tabella, tal-Anness V.”;

(2)   “Eżabromoċiklododekan” tfisser eżabromoċiklododekan, 1,2,5,6,9,10-eżabromoċiklododekan u d-diasterjoisomeri prinċipali tiegħu: alfa-eżabromoċiklodekan, beta-eżabromoċiklodekan u gamma-eżabromoċiklodekan.”;


Top