EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0877

Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/877 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

ST/8661/2022/INIT

ĠU L 153, 3.6.2022, p. 11–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/877/oj

3.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 153/11


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/877

tat-3 ta’ Ġunju 2022

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 (2).

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/882 (3) tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sanzjonijiet biex jiġu implimentati aktar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2022 wara l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni militari mhux aċċettabbli u illegali Russa kontra l-Ukraina, li skont id-dritt internazzjonali tikkwalifika bħala att ta’ aggressjoni.

(4)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, jeħtieġ li jittieħdu miżuri addizzjonali. Konsegwentement, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/882 espandiet il-lista ta’ entitajiet soġġetti għal restrizzjonijiet fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju u oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tal-Belarussja, jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha. Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/882 tespandi wkoll il-lista ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu Belarussi u s-sussidjarji Belarussi tagħhom soġġetti għal miżuri restrittivi fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ messaġġi finanzjarji speċjalizzati.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1zb huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1zb

1.   Għandu jkun ipprojbit il-forniment ta' servizzi ta’ messaġġi finanzjarji speċjalizzati, li jintużaw għall-iskambju ta’ data finanzjarja, lill-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness XV jew lil kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fil-Belarussja li aktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji tagħhom huma direttament jew indirettament proprjetà ta' xi waħda mill-entitajiet elenkati fl-Anness XV.

2.   Għal kull persuna ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness XV, il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tapplika sa mid-data imsemmija għaliha f’dak l-Anness. Il-projbizzjoni għandha tapplika minn dik l-istess data għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fil-Belarussja li aktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji tagħhom huma direttament jew indirettament proprjetà ta' xi waħda mill-entitajiet elenkati fl-Anness XV.”;

(2)

fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni, inkluż fejn xieraq pieni kriminali, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll miżuri xierqa ta’ konfiska tar-rikavat ta’ tali ksur.”;

(3)

L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament.

(4)

L-Anness XV għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum eara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. COLONNA


(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/882 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022).


ANNESS I

“ANNESS V

LISTA TA’ PERSUNI FIŻIĊI JEW ĠURIDIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 1e(7), 1f(7) U 1fa(1)

Il-Ministeru tad-Difiża tal-Belarussja

140 Repair Plant JSC

558 Aircraft Repair Plant JSC

2566 Radioelectronic Armament Repair Plant JSC

AGAT - Control Systems - Il-Kumpanija Maniġerjali ta’ Geoinformation Control Systems Holding, JSC

AGAT - Electromechanical Plant OJSC

AGAT - SYSTEM

ATE - Engineering LLC

BelOMO Holding

Belspetsvneshtechnika SFTUE

Beltechexport, CJSC

BSVT-New Technologies

Id-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun ta’ Gomel

Truppi Interni tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni tar-Repubblika tal-Belarussja

KGB Alpha

Kidma Tech OJSC

Minotor-Service

Minsk Wheeled Tractor Plant

Oboronnye Initsiativy LLC

OJS KB Radar Managing Company

Peleng JSC

L-Awtorità tal-Istat għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja

Il-Kumitat għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika tal-Belarussja

Transaviaexport Airlines JSC

Volatavto OJSC

”.

ANNESS II

“ANNESS XV

LISTA TA’ PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1zb

Isem il-persuna ġuridika, entità jew korp

Data tal-applikazzjoni

Belagroprombank

20 ta’ Marzu 2022

Bank Dabrabyt

20 ta’ Marzu 2022

Development Bank of the Republic of Belarus (Bank għall-Iżvilupp tar-Repubblika tal-Belarussja)

20 ta’ Marzu 2022

Belinvestbank (Bank Belarussu għall-Iżvilupp u r-Rikostruzzjoni)

14 ta’ Ġunju 2022

”.

Top