EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0877
Council Regulation (EU) 2022/877 of 3 June 2022 amending Regulation (EC) No 765/2006 concerning restrictive measures in view of the situation in Belarus and the involvement of Belarus in the Russian aggression against Ukraine
Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/877 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/877 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
ST/8661/2022/INIT
OJ L 153, 3.6.2022, p. 11–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
3.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 153/11 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/877
tat-3 ta’ Ġunju 2022
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 765/2006 (2). |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK. |
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/882 (3) tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sanzjonijiet biex jiġu implimentati aktar il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2022 wara l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni militari mhux aċċettabbli u illegali Russa kontra l-Ukraina, li skont id-dritt internazzjonali tikkwalifika bħala att ta’ aggressjoni. |
(4) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, jeħtieġ li jittieħdu miżuri addizzjonali. Konsegwentement, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/882 espandiet il-lista ta’ entitajiet soġġetti għal restrizzjonijiet fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet għall-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ oġġetti u teknoloġija b’użu doppju u oġġetti u teknoloġija li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib militari u teknoloġiku tal-Belarussja, jew għall-iżvilupp tas-settur tad-difiża u s-sigurtà tagħha. Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/882 tespandi wkoll il-lista ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu Belarussi u s-sussidjarji Belarussi tagħhom soġġetti għal miżuri restrittivi fir-rigward tal-forniment ta’ servizzi ta’ messaġġi finanzjarji speċjalizzati. |
(5) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 1zb huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1zb 1. Għandu jkun ipprojbit il-forniment ta' servizzi ta’ messaġġi finanzjarji speċjalizzati, li jintużaw għall-iskambju ta’ data finanzjarja, lill-persuni ġuridiċi, entitajiet jew korpi elenkati fl-Anness XV jew lil kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fil-Belarussja li aktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji tagħhom huma direttament jew indirettament proprjetà ta' xi waħda mill-entitajiet elenkati fl-Anness XV. 2. Għal kull persuna ġuridika, entità jew korp elenkat fl-Anness XV, il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tapplika sa mid-data imsemmija għaliha f’dak l-Anness. Il-projbizzjoni għandha tapplika minn dik l-istess data għal kwalunkwe persuna ġuridika, entità jew korp stabbilit fil-Belarussja li aktar minn 50 % tad-drittijiet proprjetarji tagħhom huma direttament jew indirettament proprjetà ta' xi waħda mill-entitajiet elenkati fl-Anness XV.”; |
(2) |
fl-Artikolu 9, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar pieni, inkluż fejn xieraq pieni kriminali, applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll miżuri xierqa ta’ konfiska tar-rikavat ta’ tali ksur.”; |
(3) |
L-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I għal dan ir-Regolament. |
(4) |
L-Anness XV għar-Regolament (KE) Nru 765/2006 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness II għal dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum eara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
C. COLONNA
(1) ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta’ Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/882 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (ĠU L 153, 3.6.2022).
ANNESS I
“ANNESS V
LISTA TA’ PERSUNI FIŻIĊI JEW ĠURIDIĊI MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 1e(7), 1f(7) U 1fa(1)
Il-Ministeru tad-Difiża tal-Belarussja
140 Repair Plant JSC
558 Aircraft Repair Plant JSC
2566 Radioelectronic Armament Repair Plant JSC
AGAT - Control Systems - Il-Kumpanija Maniġerjali ta’ Geoinformation Control Systems Holding, JSC
AGAT - Electromechanical Plant OJSC
AGAT - SYSTEM
ATE - Engineering LLC
BelOMO Holding
Belspetsvneshtechnika SFTUE
Beltechexport, CJSC
BSVT-New Technologies
Id-Dipartiment tal-Affarijiet Interni tal-Kumitat Eżekuttiv tar-Reġjun ta’ Gomel
Truppi Interni tal-Ministeru tal-Affarijiet Interni tar-Repubblika tal-Belarussja
KGB Alpha
Kidma Tech OJSC
Minotor-Service
Minsk Wheeled Tractor Plant
Oboronnye Initsiativy LLC
OJS KB Radar Managing Company
Peleng JSC
L-Awtorità tal-Istat għall-Industrija Militari tar-Repubblika tal-Belarussja
Il-Kumitat għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika tal-Belarussja
Transaviaexport Airlines JSC
Volatavto OJSC
ANNESS II
“ANNESS XV
LISTA TA’ PERSUNI ĠURIDIĊI, ENTITAJIET JEW KORPI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1zb
Isem il-persuna ġuridika, entità jew korp |
Data tal-applikazzjoni |
Belagroprombank |
20 ta’ Marzu 2022 |
Bank Dabrabyt |
20 ta’ Marzu 2022 |
Development Bank of the Republic of Belarus (Bank għall-Iżvilupp tar-Repubblika tal-Belarussja) |
20 ta’ Marzu 2022 |
Belinvestbank (Bank Belarussu għall-Iżvilupp u r-Rikostruzzjoni) |
14 ta’ Ġunju 2022 |