EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0862

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/862 tal-1 ta’ Ġunju 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/3658

ĠU L 151, 2.6.2022, p. 45–61 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/862/oj

2.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/45


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/862

tal-1 ta’ Ġunju 2022

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tat-trasportatur tal-ajru li jopera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) jistabbilixxi l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni.

(2)

Ċerti Stati Membri u l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) għaddew lill-Kummissjoni informazzjoni li hija rilevanti għall-aġġornament ta’ dik il-lista, skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali wkoll ipprovdew informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta.

(3)

Il-Kummissjoni infurmat lit-trasportaturi tal-ajru kollha kkonċernati, direttament jew permezz tal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tagħhom, dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi ta’ deċiżjoni li timponilhom projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni jew li timmodifika l-kundizzjonijiet ta’ projbizzjoni fuq l-operat imposta fuq trasportatur tal-ajru li jkun inkluż fil-lista stabbilita fl-Annessi A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(4)

Il-Kummissjoni tat l-opportunità lit-trasportaturi tal-ajru kkonċernati biex jikkonsultaw id-dokumentazzjoni rilevanti kollha, jissottomettu kummenti bil-miktub u jagħmlu preżentazzjoni orali lill-Kummissjoni u lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 (il-“Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE”).

(5)

Il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 (3), mal-awtoritajiet kompetenti u mat-trasportaturi tal-ajru tal-Armenja, tal-Iraq, tal-Każakistan, tal-Moldova, tal-Pakistan, tar-Russja u tas-Sudan t’Isfel. Il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar is-sitwazzjoni tal-avjazzjoni fil-Kongo (Brazzaville), fil-Guinea Ekwatorjali, f’Madagascar u fis-Suriname.

(6)

L-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-valutazzjonijiet tekniċi mwettqa għall-evalwazzjoni inizjali u l-monitoraġġ kontinwu tal-awtorizzazzjonijiet minn operaturi ta’ pajjiżi terzi (“TCO”), maħruġa skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 (4).

(7)

L-Aġenzija infurmat ukoll lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar ir-riżultati tal-analiżi tal-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fil-kuntest tal-programm tal-Valutazzjoni tas-Sikurezza tal-Inġenji tal-Ajru Barranin (“SAFA”), f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (5).

(8)

Barra minn hekk, l-Aġenzija infurmat lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-proġetti ta’ assistenza teknika li saru fil-pajjiżi terzi milqutin minn projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament (KE) Nru 474/2006. Barra minn hekk, l-Aġenzija pprovdiet informazzjoni dwar il-pjanijiet u t-talbiet għal iktar assistenza teknika u kooperazzjoni biex tittejjeb il-kapaċità amministrattiva u teknika potenzjali tal-awtoritajiet tal-avjazzjoni ċivili fil-pajjiżi terzi, bl-għan li dawn jiġu megħjuna jsolvu n-nuqqas ta’ konformità mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili applikabbli. L-Istati Membri ġew mistiedna jirrispondu għal tali talbiet fuq bażi bilaterali, b’koordinazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Aġenzija. F’dak ir-rigward, il-Kummissjoni saħqet mill-ġdid fuq is-siwi tal-għoti ta’ informazzjoni lill-komunità internazzjonali tal-avjazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-għodda ta’ Sħubija tal-Assistenza għall-Implimentazzjoni tas-Sikurezza fl-Avjazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”), dwar l-assistenza teknika lil pajjiżi terzi pprovduta mill-Unjoni u mill-Istati Membri sabiex tittejjeb is-sikurezza tal-avjazzjoni mad-dinja kollha.

(9)

Il-Eurocontrol ipprovdiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE b’aġġornament dwar l-istatus tal-funzjonijiet ta’ allarm tas-SAFA u tat-TCO, inkluż l-istatistika dwar il-messaġġi ta’ allert għat-trasportaturi tal-ajru pprojbiti.

Trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni

(10)

Wara l-analiżi mill-Aġenzija tal-informazzjoni li ħarġet mill-ispezzjonijiet fir-rampa li twettqu fuq l-inġenji tal-ajru tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni, kif ukoll mill-ispezzjonijiet ta’ standardizzazzjoni li twettqu mill-Aġenzija, ikkomplementata wkoll bl-informazzjoni li rriżultat minn spezzjonijiet u awditi speċifiċi li twettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-avjazzjoni, diversi Stati Membri u l-Aġenzija, fir-rwol ta’ awtoritajiet kompetenti, ħadu ċerti miżuri korrettivi u ta’ infurzar u infurmaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar dawk il-miżuri.

(11)

L-Istati Membri u l-Aġenzija, fir-rwol ta’ awtoritajiet kompetenti, saħqu mill-ġdid li lesti jaġixxu kif meħtieġ f’każ li informazzjoni pertinenti dwar is-sikurezza tkun tindika li jkun hemm riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità min-naħa tat-trasportaturi tal-ajru tal-Unjoni ma’ standards tas-sikurezza rilevanti.

Trasportaturi tal-ajru mill-Armenja

(12)

F’Ġunju 2020, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/736 (6).

(13)

Fid-29 ta’ April 2022, il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-Istati Membri u l-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Armenja (“CAC”) kellhom laqgħa teknika, li matulha s-CAC ipprovda aġġornament dwar il-miżuri li ttieħdu minn meta saret il-laqgħa teknika tat-3 ta’ Novembru 2021 biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-sikurezza identifikati. Il-miżuri ewlenin huma l-emendar tal-leġiżlazzjoni tiegħu dwar l-avjazzjoni ċivili u tar-regolamenti ta’ appoġġ, it-titjib relatat mal-istruttura u l-persunal tas-CAC, u l-aġġornament tas-sistema tas-CAC għall-ġestjoni tal-kwalifiki u tat-taħriġ tal-ispetturi tiegħu, inkluż taħriġ addizzjonali inizjali, rikorrenti u fuq il-post tax-xogħol. Barra minn hekk, is-CAC spjega li żviluppa proċeduri ta’ sorveljanza u listi ta’ kontroll addizzjonali f’diversi oqsma, u abbozza l-pjan nazzjonali għas-sikurezza tal-avjazzjoni u r-regolament dwar ir-rapportar tal-okkorrenzi tas-sikurezza, li t-tnejn li huma għandhom jiġu adottati fl-2022. Dan il-materjal kollu se jiġi skrutinizzat bir-reqqa mill-Kummissjoni u mill-Aġenzija.

(14)

Is-CAC ipprovda aġġornament tal-miżuri li ttieħdu b’rabta mal-pjan ta’ azzjoni korrettiva (“CAP”) tiegħu fir-rigward tal-osservazzjonijiet li saru matul iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni fl-2020. Dawn il-miżuri kienu jinkludu l-aġġornament tal-proċessi tal-ippjanar u tat-taħriġ tar-riżorsi umani, ta’ diversi proċeduri u listi ta’ kontroll biex itejbu l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza tiegħu, l-implimentazzjoni ta’ bażi tad-data elettronika b’appoġġ għall-attivitajiet ta’ sorveljanza tiegħu, u l-iżvilupp tas-sistema tiegħu ta’ rapportar tal-okkorrenzi tas-sikurezza.

(15)

Barra minn hekk, bħala parti mill-isforzi tal-Unjoni biex tassisti lis-CAC fl-indirizzar tal-ħtiġijiet tiegħu għat-titjib tas-sikurezza tal-avjazzjoni, f’Marzu 2022, l-Aġenzija nediet proġett tekniku ddedikat li għandu l-għan li jsaħħaħ is-sorveljanza tas-sikurezza tas-CAC fl-oqsma tal-Operazzjonijiet bl-Ajru u tal-Ajrunavigabbiltà.

(16)

Abbażi tal-informazzjoni kollha disponibbli, huwa meqjus li s-CAC għamel xi titjib notevoli fil-kapaċità tiegħu ta’ sorveljanza tas-sikurezza. Huwa rikonoxxut ukoll li s-CAC jidher impenjat li jkompli bl-isforzi tiegħu biex jiżviluppa aktar il-kapaċitajiet ta’ sorveljanza tiegħu u r-riżoluzzjoni tat-tħassib identifikat dwar is-sikurezza. Minkejja dawn l-iżviluppi pożittivi, bħalissa ma hemmx biżżejjed evidenza sostanzjata minħabba li s-CAC indirizza b’mod effettiv in-nuqqasijiet kollha li ġew identifikati matul iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post fi Frar 2020 li wasslet għad-deċiżjoni li tiġi imposta projbizzjoni fuq l-operat skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/736. L-informazzjoni pprovduta dwar it-titjib potenzjali teħtieġ verifika ulterjuri permezz ta’ laqgħat tekniċi addizzjonali, u possibbilment permezz ta’ konferma fuq il-post.

(17)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Armenja.

(18)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Armenja mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Trasportaturi tal-ajru mill-Iraq

(19)

F’Diċembru 2015, it-trasportatur tal-ajru Iraqi Airways ġie inkluż fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 (7).

(20)

Fi Frar 2022, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Iraq (“ICAA”) u l-Iraqi Airways ippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-azzjonijiet u l-miżuri li ttieħdu biex itejbu s-sistemi u l-kapaċitajiet tagħhom ta’ sorveljanza u ġestjoni tas-sikurezza. Abbażi tal-informazzjoni li rċeviet, il-Kummissjoni tinnota li sar xi progress biex jiġi indirizzat it-tħassib identifikat dwar is-sikurezza. Madankollu ġew identifikati ċerti nuqqasijiet, li jinkludu l-kwalità tal-listi ta’ kontroll użati mill-ispetturi tal-ICAA għall-proċessi taċ-ċertifikazzjoni u tas-sorveljanza, kif ukoll il-pjan ta’ taħriġ tal-ICAA u l-implimentazzjoni tiegħu. Il-valutazzjoni tar-riżultati tas-sorveljanza tal-ICAA identifikat diversi nuqqasijiet, b’mod partikolari fil-mod kif jiġu mfassla s-sejbiet tas-sorveljanza u kif jiġi żgurat is-segwitu tagħhom. F’dan ir-rigward, ġie nnotat ukoll li ma ttiħdux miżuri ta’ infurzar xierqa mill-ispetturi tal-ICAA, meta dan kien meħtieġ.

(21)

Il-valutazzjoni tal-informazzjoni pprovduta mill-Iraqi Airways uriet li t-trasportatur tal-ajru għamel progress sinifikanti f’oqsma differenti. Ġie nnotat li t-trasportatur tal-ajru kien kera s-servizzi ta’ konsulent estern għall-fini tal-awditjar tat-trasportatur tal-ajru u għall-iżvilupp ta’ CAP, li bħalissa qed jiġi implimentat.

(22)

Inbeda Programm ta’ Monitoraġġ tad-Data tat-Titjira biex ikompli jittejjeb l-ammont ta’ data li għandha tiġi analizzata u użata għall-iżvilupp ta’ miżuri għat-titjib tas-sikurezza. Barra minn hekk, ġiet stabbilita sistema ta’ rapportar intern, tnedew laqgħat dwar is-sikurezza fuq livelli strateġiċi differenti, u xi wħud mill-manwali tal-organizzazzjoni ġew rieżaminati.

(23)

Minkejja l-progress imsemmi hawn fuq, għad fadal għadd ta’ sfidi, inkluż li diversi applikazzjonijiet tas-software għall-manutenzjoni, għall-operazzjonijiet ta’ titjir u għall-ġestjoni tad-dokumenti għad iridu jiġu installati. It-trasportatur tal-ajru jeħtieġ ukoll li jtejjeb il-funzjonijiet u l-proċeduri tiegħu relatati mal-indirizzar tas-sejbiet tas-sorveljanza identifikati mill-ICAA. Barra minn hekk, filwaqt li l-Iraqi Airways żviluppa Sistema ta’ Ġestjoni tal-Kwalità (“QMS”), jidher li mhuwiex kapaċi jwettaq segwitu xieraq tas-sejbiet kollha indikati b’din is-sistema.

(24)

Fl-14 ta’ Diċembru 2021 u fl-4 ta’ Mejju 2022, fuq talba tal-Iraq u bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-ICAA u l-Iraqi Airways kellhom żewġ laqgħat tekniċi. Fiż-żewġ okkażjonijiet, l-ICAA ppreżentat il-progress li għamlet fl-indirizzar tat-tħassib dwar is-sikurezza fir-rigward tal-kapaċità tagħha li tiżgura s-sorveljanza effettiva tas-sikurezza fil-pajjiż, u b’mod partikolari fir-rigward tas-sorveljanza tal-Iraqi Airways. L-Iraqi Airways ippreżenta l-progress li sar sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-sikurezza identifikati preċedentement li eventwalment wasslu għal deċiżjoni negattiva tat-TCO li ġiet adottata mill-Aġenzija, kif ukoll żviluppi assoċjati oħra għat-titjib tas-sikurezza.

(25)

L-ICAA u l-Iraqi Airways urew viżjoni u ambizzjoni ċari biex itejbu l-konformità regolatorja u l-prestazzjoni tas-sikurezza tagħhom. Madankollu, għad hemm bżonn ta’ titjib addizzjonali. Il-Kummissjoni se tkompli tikkollabora mal-ICAA u l-Iraqi Airways biex timmonitorja u tikkontribwixxi għall-isforzi tagħhom biex itejbu s-sorveljanza tas-sikurezza u l-kapaċitajiet ta’ ġestjoni tagħhom. F’dan il-kuntest, ġie nnotat li l-Aġenzija se tniedi proġett ta’ assistenza teknika matul l-2022 biex tappoġġa lill-ICAA fl-isforzi tagħha biex ittejjeb is-sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni fl-Iraq.

(26)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru, li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Iraq.

(27)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fl-Iraq mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(28)

Meta kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, jista’ jkun li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Trasportaturi tal-ajru mill-Każakistan

(29)

F’Diċembru 2016, it-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan tneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2214 (8), bl-eċċezzjoni ta’ Air Astana, li kien tneħħa mill-Anness B fl-2015 permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2322.

(30)

F’Ottubru 2021, bħala parti mill-monitoraġġ kontinwu mill-Kummissjoni tas-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza fil-Każakistan, l-esperti mill-Kummissjoni, mill-Aġenzija u mill-Istati Membri (it-“tim ta’ valutazzjoni”) wettqu żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni fil-Każakistan għand l-uffiċċji tal-Kumitat tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Każakistan (“CAC KZ”), u għand l-Aviation Administration of Kazakhstan Joint Stock Company (“AAK”), kif ukoll għand l-uffiċċji ta’ tliet trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan, jiġifieri Air Astana, Jupiter Jet u Qazaq Air.

(31)

Fit-2 ta’ Frar 2022, l-AAK ippreżenta pjan ta’ azzjoni ta’ korrezzjoni (CAP - correction action plan) lill-Kummissjoni biex jindirizza n-nuqqasijiet osservati u rrapportati mit-tim ta’ valutazzjoni. Il-Kummissjoni, flimkien mal-Aġenzija, ivvalutat is-CAP u pprovdiet kummenti u suġġerimenti għal aġġustamenti lis-CAC KZ u lill-AAK.

(32)

Fis-27 u t-28 ta’ April 2022, il-Kummissjoni, l-Aġenzija, l-Istati Membri u r-rappreżentanti tas-CAC KZ u tal-AAK kellhom laqgħa teknika. L-iskop ta’ dik il-laqgħa kien li jiġu rieżaminati l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tas-CAP mis-CAC KZ u mill-AAK, kif ukoll l-azzjonijiet assoċjati mwettqa minnhom biex tiġi żgurata l-konformità effettiva tas-sistema ta’ sorveljanza tas-sikurezza tagħhom mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti.

(33)

Abbażi tas-CAP ippreżentat u tad-diskussjonijiet u l-evidenza pprovduti waqt il-laqgħa teknika, ġie nnotat li sar progress f’termini tal-indirizzar tal-osservazzjonijiet li saru matul iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post. Jidher li l-osservazzjonijiet kollha ġew indirizzati sa ċertu punt, u li xi wħud minnhom jistgħu jitqiesu magħluqa.

(34)

Mill-laqgħa rriżulta li s-CAC KZ u l-AAK għad iridu jipprovdu lill-Kummissjoni b’aktar kjarifiki u evidenza dwar ċerti azzjonijiet u miżuri li ttieħdu. Il-Kummissjoni talbet ukoll lis-CAC KZ u lill-AAK biex jirrieżaminaw is-CAP billi jkomplu jiżviluppaw l-analiżi tal-kawżi ewlenin tan-nuqqasijiet tas-sikurezza identifikati matul iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni, bil-għan li din tiġi diskussa fil-laqgħa teknika li jmiss.

(35)

Bħala segwitu għad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE ta’ Novembru 2021, ikkonfermati waqt il-laqgħa teknika ta’ April 2022, il-Kummissjoni stiednet lis-CAC KZ, lill-AAK u lit-trasportatur tal-ajru Air Astana għal seduta ta’ smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE fis-17 ta’ Mejju 2022.

(36)

F’dik is-seduta, is-CAC KZ u l-AAK ippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE b’ħarsa ġenerali tas-sistema fis-seħħ biex tiġi żgurata s-sorveljanza tas-sikurezza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan. Huma spjegaw il-pjan nazzjonali ta’ żvilupp tas-sikurezza tal-Każakistan, li jinkludi miżuri biex tittejjeb l-effettività tat-trasport bl-ajru tal-Każakistan, inkluż l-implimentazzjoni effettiva tal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti. Barra minn hekk, l-AAK irrapporta dwar l-aħħar żviluppi fir-rigward tal-istruttura organizzattiva tiegħu, id-daqs tal-industrija tal-avjazzjoni fil-Każakistan, kif ukoll ir-riżultati tal-Missjoni ta’ Validazzjoni Kkoordinata tal-ICAO li twettqet f’Awwissu 2021.

(37)

Filwaqt li enfasizzaw l-impenn tagħhom għal titjib kontinwu, is-CAC KZ u l-AAK ipprovdew lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE b’ħarsa ġenerali komprensiva u dettaljata tal-implimentazzjoni tas-CAP li ġie żviluppat abbażi tar-riżultati taż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni f’Ottubru 2021. Dan inkluda l-objettivi strateġiċi ddefiniti għall-futur, bħal emendi għall-qafas legali tal-Każakistan, il-manwali u l-proċeduri tal-AAK, il-kontinwazzjoni tat-titjib tal-QMS tiegħu, u l-implimentazzjoni effettiva ulterjuri tal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti.

(38)

Waqt is-seduta, is-CAC KZ u l-AAK impenjaw ruħhom li jżommu lill-Kummissjoni infurmata dwar l-azzjonijiet futuri li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-bqija tal-osservazzjonijiet li kienu saru matul iż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni fl-2021. Barra minn hekk, huma impenjaw ruħhom li jwettqu djalogu kontinwu dwar is-sikurezza, inkluż permezz tal-provvista ta’ informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza u permezz ta’ laqgħat addizzjonali, tal-anqas darbtejn fis-sena, jew meta l-Kummissjoni tqis li dan ikun meħtieġ.

(39)

L-evidenza tindika li l-miżuri li twettqu mis-CAC KZ u mill-AAK diġà jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħhom biex jissorveljaw l-attivitajiet tal-avjazzjoni fil-Każakistan. Madankollu, huwa meħtieġ aktar titjib fir-rigward tal-kapaċità tagħhom biex jissorveljaw li l-operazzjonijiet minn trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan jitwettqu f’konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, inkluż billi jiġi żgurat li dejjem ikun hemm ir-riżorsi xierqa għal tali attivitajiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza.

(40)

Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata, jidher li minn Ottubru 2021 is-CAC KZ u l-AAK għamlu progress notevoli fl-implimentazzjoni tal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija urew l-intenzjoni tagħhom li jkomplu jappoġġaw lis-CAC KZ u lill-AAK fl-isforzi tagħhom biex ikomplu jsaħħu s-sistema tas-sikurezza tal-avjazzjoni fil-Każakistan.

(41)

Waqt is-seduta, it-trasportatur tal-ajru Air Astana ppreżenta ħarsa ġenerali tal-flotta attwali tiegħu u tar-riżorsi u l-faċilitajiet disponibbli. Din iddeskriviet is-Sistema ta’ Ġestjoni tas-Sikurezza (“SMS”) u l-QMS robusti u ferm żviluppati tiegħu. It-trasportatur tal-ajru nnota li juża sett ta’ għodod tas-software sabiex jintegra d-data dwar is-sikurezza, il-kwalità u l-ġestjoni tar-riskju, inkluża s-sistema ta’ ġestjoni tar-riskju ta’ għeja.

(42)

Meta ġie mistoqsi mill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE, it-trasportatur tal-ajru ta informazzjoni wkoll dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza li l-AAK wettaq fuq Air Astana fl-2021-2022, u kkonferma titjib fl-interazzjoni tiegħu mas-CAC KZ u mal-AAK.

(43)

Abbażi tad-deliberazzjonijiet tiegħu, il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE wasal għall-konklużjoni li jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-monitoraġġ kontinwu tas-sitwazzjoni tas-sikurezza u tal-iżviluppi tagħha fil-Każakistan, inkluż permezz ta’ rapportar regolari dwar il-progress mis-CAC KZ u mill-AAK, u l-possibbiltà li jiġu mistiedna għal seduta oħra f’laqgħa futura tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE.

(44)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru, li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Iraq.

(45)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Każakistan mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru kollha, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(46)

Meta kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, jista’ jkun li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Trasportaturi tal-ajru mill-Moldova

(47)

F’Novembru 2021, it-trasportaturi tal-ajru mill-Moldova tneħħew mill-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2070 (9), bl-eċċezzjoni ta’ Air Moldova, Aerotranscargo u Fly One, li qatt ma ġew inklużi la fl-Anness A u lanqas fl-Anness B.

(48)

Permezz ta’ ittra tal-31 ta’ Marzu 2022, l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Moldova (“CAAM”) ipprovdiet informazzjoni u aġġornament dwar l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-sikurezza għall-perjodu minn Novembru 2021 sa Marzu 2022. Minbarra l-aġġornament dwar is-CAP żviluppat abbażi taż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni f’Settembru 2021, l-informazzjoni pprovduta mis-CAAM kienet tinkludi wkoll aġġornamenti fir-rigward tal-aħħar emendi għall-qafas leġiżlattiv nazzjonali tal-avjazzjoni tal-Moldova.

(49)

Il-Kummissjoni, wara li eżaminat l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni li rċeviet, tikkunsidra li l-osservazzjonijiet miftuħa kollha li fadal, li jirriżultaw miż-żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post ta’ Settembru 2021, ġew indirizzati b’suċċess u jistgħu jiġu magħluqa. Fid-dawl tal-progress li sar, il-Kummissjoni tqis li huwa biżżejjed li s-CAAM tibgħat aġġornament annwali sakemm ma jkunx il-każ li jiġi deċiż mod ieħor.

(50)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Moldova.

(51)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Moldova mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(52)

Meta kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, jista’ jkun li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Trasportaturi tal-ajru mill-Pakistan

(53)

F’Marzu 2007, Pakistan International Airlines ġie inkluż fl-Anness B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 235/2007 (10) u sussegwentement tneħħa f’Novembru 2007 permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2007 (11).

(54)

Fl-24 ta’ Ġunju 2020, dikjarazzjoni mill-Ministru Federali għall-Avjazzjoni tal-Pakistan żvelat li għadd kbir ta’ liċenzji ta’ bdoti, maħruġa mill-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Pakistan (“PCAA”), inkisbu permezz ta’ mezzi frodulenti.

(55)

Dak l-avveniment, u n-nuqqas apparenti ta’ sorveljanza tas-sikurezza effettiva mill-PCAA, wasslu biex l-Aġenzija tissospendi l-awtorizzazzjonijiet tat-TCO ta’ Pakistan International Airlines u ta’ Vision Air b’effett mill-1 ta’ Lulju 2020.

(56)

Fl-1 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni fetħet konsultazzjonijiet mal-PCAA skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006. F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Aġenzija u l-Istati Membri, organizzat għadd ta’ laqgħat tekniċi mal-PCAA fid-9 ta’ Lulju u l-25 ta’ Settembru 2020, fil-15 u s-16 ta’ Marzu 2021, fil-15 ta’ Ottubru 2021 u fis-16 ta’ Marzu 2022 rispettivament.

(57)

Matul dawk il-laqgħat ġew diskussi diversi kwistjonijiet, b’mod partikolari s-sorveljanza tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati mill-Pakistan, inkluż l-SMS tagħhom. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni u evidenza biex tivverifika jekk sitwazzjoni simili mhijiex prevalenti f’oqsma oħra, bħal-liċenzjar tal-ekwipaġġ tal-kabina, il-liċenzjar tal-inġiniera tal-manutenzjoni, jew iċ-ċertifikazzjoni tat-trasportaturi tal-ajru.

(58)

L-informazzjoni skambjata mal-PCAA fis-16 ta’ Marzu 2022 iffukat fuq l-eżitu taż-żjara reċenti tal-Programm Universali ta’ Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza (“USOAP”) tal-ICAO. Il-Kummissjoni enfasizzat li se tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-kontenut tar-rapport tal-awditjar sabiex jiġu ddeterminati l-passi li jmiss tal-proċess ta’ konsultazzjoni tal-Lista tas-Sikurezza tal-Ajru tagħha stess. Matul il-laqgħa, il-PCAA pprovdiet ħarsa ġenerali lejn l-aspetti ewlenin tar-rapport, u impenjat ruħha li tikkondividi r-rapport mal-Kummissjoni meta jiġi ffinalizzat.

(59)

Meta rċeviet ir-rapport, il-Kummissjoni setgħet tinnota li dan ma fih l-ebda indikazzjoni ta’ oqsma li jeħtieġu azzjoni ta’ rimedju immedjata. Madankollu, filwaqt li r-rapport jindika li l-biċċa l-kbira tal-elementi għall-eżekuzzjoni tar-responsabbiltajiet tal-PCAA jinsabu hemm, jinnota wkoll il-ħtieġa li l-PCAA temenda, tissupplimenta, jew ittejjeb il-gwida u l-proċeduri, b’mod partikolari fl-oqsma tal-liċenzjar tal-bdoti. Barra minn hekk, jinnota wkoll il-ħtieġa li l-leġislazzjoni nazzjonali tal-Pakistan tittejjeb billi jiġu inkorporati dispożizzjonijiet dwar il-politika ta’ infurzar u dwar l-aċċess mingħajr restrizzjonijiet tal-persunal ta’ spezzjoni biex tiġi żgurata sorveljanza effettiva.

(60)

Abbażi tal-informazzjoni disponibbli u l-iskambji mal-PCAA, il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-isforzi tal-PCAA b’rabta mal-adozzjoni ta’ CAP biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-sikurezza identifikati. Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Aġenzija u l-Istati Membri, tinnota li, wara ż-żjara tal-USOAP tal-ICAO, il-Pakistan għaddej minn proċess ta’ żvilupp kbir, li jinkludi bidliet fil-leġiżlazzjoni primarja tiegħu dwar l-avjazzjoni.

(61)

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni, għall-fini li tiddetermina jekk hijiex meħtieġa azzjoni ulterjuri skont ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005, se tkompli tikkollabora mal-PCAA, u timmonitorja l-progress li jsir biex tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tas-sorveljanza tas-sikurezza fil-Pakistan. Permezz ta’ dawn l-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu se jkun jista’ jiġi deċiż meta għandha titwettaq żjara ta’ valutazzjoni fuq il-post mill-Unjoni.

(62)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li bħalissa ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mill-Pakistan.

(63)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fil-Pakistan mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru, skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

(64)

Meta kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar is-sikurezza tiżvela riskji imminenti għas-sikurezza minħabba nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, jista’ jkun li tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

Trasportaturi tal-ajru mir-Russja

(65)

Fit-8 ta’ April 2022, it-trasportaturi tal-ajru mir-Russja, li kienu operaw inġenju tal-ajru wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-premessa 4 jew 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/594 (12), ġew inklużi fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/594.

(66)

Fit-28 ta’ April 2022, l-Aġenzija Federali Russa tat-Trasport bl-Ajru (“FATA”) infurmat lill-Kummissjoni li hija tqis bħala infondata kwalunkwe allegazzjoni ta’ ksur tal-istandards internazzjonali tal-avjazzjoni ċivili, kif ukoll kwalunkwe tħassib dwar is-sikurezza msemmi fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/594. Madankollu, il-FATA ma pprovdiet l-ebda informazzjoni biex issostni d-dikjarazzjoni tagħha.

(67)

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tagħha, il-Kummissjoni ddeterminat li hemm evidenza li t-trasportatur tal-ajru I Fly daħhal inġenji tal-ajru msemmija fil-premessa 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/594 fir-reġistru tal-inġenji tal-ajru tar-Russja, u li intenzjonalment opera dawn l-inġenji tal-ajru bi ksur tal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti. Id-dħul tal-inġenji tal-ajru fir-reġistru tar-Russja sar mingħajr il-kunsens tas-sidien, u mingħajr il-kollaborazzjoni sussegwenti relatata mas-sikurezza tal-Awtorità tal-Avjazzjoni Irlandiża, bħala l-Istat tar-Reġistru rikonoxxut għal dawn l-inġenji tal-ajru.

(68)

F’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/594 u mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tikkunsidra li fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mir-Russja, jenħtieġ li tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan l-Unjoni, biex I Fly tiġi inkluża fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(69)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tat-trasportaturi tal-ajru ċċertifikati mill-FATA mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk it-trasportaturi tal-ajru skont ir-Regolament (UE) Nru 965/2012.

Trasportaturi tal-ajru mis-Sudan t’Isfel

(70)

Qatt ma ġew inklużi trasportaturi tal-ajru ċċertifikati fis-Sudan t’Isfel fl-Anness A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(71)

F’dawn l-aħħar erba’ snin seħħew erba’ aċċidenti fatali, u diversi aċċidenti u inċidenti serji oħra fis-Sudan t’Isfel, li spiss kienu jinvolvu inġenji tal-ajru b’marki tar-reġistrazzjoni suspettużi.

(72)

Fis-26 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni fetħet konsultazzjonijiet formali mal-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili tas-Sudan t’Isfel (“SSCAA”) skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006.

(73)

Fl-iskambju ta’ korrispondenza li rriżulta, l-SSCAA kkomunikat li ċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) ta’ South Sudan Supreme Airlines, li l-inġenju tal-ajru tiegħu kien involut f’aċċident fatali, ġie sospiż, u li minħabba suspetti relatati mar-reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru involut f’dak l-aċċident, l-SSCAA kienet qed tirrieżamina l-operaturi tal-inġenji tal-ajru u l-AOCs kollha fil-pajjiż. Barra minn hekk, l-SSCAA ikkomunikat li kienu għaddejjin azzjonijiet ta’ titjib fl-iżvilupp u rieżami tar-Regolamenti, tal-Manwali u tat-Taħriġ. Fil-5 ta’ Novembru 2021 ġew ipprovduti dokumenti li jinkludu informazzjoni dwar il-Programm ta’ Spezzjoni, Sorveljanza u Verifika tal-SSCAA, kif ukoll rapporti dwar ir-rieżami ta’ ċerti trasportaturi tal-ajru u dwar inġenji tal-ajru rreġistrati barra mill-pajjiż li joperaw fis-Sudan t’Isfel.

(74)

Fit-28 ta’ Marzu 2022, l-SSCAA kkomunikat it-tweġibiet tagħha għall-kwestjonarju mibgħut mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Marzu 2021. Skont dan, l-SSCAA għad trid tiżviluppa u tniedi sistema ta’ sorveljanza effettiva. Barra minn hekk, l-SSCAA tinnota li, filwaqt li ma ħarġet l-ebda liċenzja jew AOC, u li ma hemm l-ebda inġenju tal-ajru rreġistrat fil-pajjiż, l-SSCAA ħarġet permessi tal-operat bl-ajru lil inġenji tal-ajru rreġistrati barra mill-pajjiż biex joperaw fis-Sudan t’Isfel. Ma hemm l-ebda evidenza ta’ xi attività ta’ sorveljanza li twassal għall-ħruġ ta’ tali permessi jew tal-monitoraġġ kontinwu rilevanti.

(75)

Fit-22 ta’ Frar 2022, il-Kummissjoni infurmat lill-SSCAA bl-intenzjoni tagħha li tqiegħed ir-rieżami tas-sitwazzjoni tas-sorveljanza tal-avjazzjoni ċivili fis-Sudan t’Isfel fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE, u stiednet lill-SSCAA għal seduta ta’ smigħ quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE fit-18 ta’ Mejju 2022.

(76)

Waqt is-seduta, l-SSCAA pprovdiet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE b’ħarsa ġenerali tal-istruttura organizzattiva tagħha, u informazzjoni dwar id-daqs tal-industrija tal-avjazzjoni fis-Sudan t’Isfel. Hija ddeskriviet il-funzjonijiet tad-Direttorati differenti tal-SSCAA u r-responsabbiltajiet tagħhom, u pprovdiet informazzjoni ġenerali dwar il-persunal tal-awtorità. Hija spjegat li l-SSCAA għadha dipendenti ħafna fuq l-appoġġ tal-Aġenzija għas-Sorveljanza tas-Sikurezza u s-Sigurtà tal-Avjazzjoni Ċivili tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant (EAC-CASSOA - East African Community Civil Aviation Safety and Security Oversight Agency) għall-istabbiliment ta’ regolamenti tal-avjazzjoni ċivili, u għall-iżvilupp ta’ proċess ta’ sorveljanza effettiva. F’dan ir-rigward, l-SSCAA nnotat li lesta tilqa’ tajjeb kwalunkwe assistenza u appoġġ għall-isforzi tagħha.

(77)

L-SSCAA kkonfermat li ma ħarġet l-ebda AOC, u għadha ma stabbilietx reġistru tal-inġenji tal-ajru. Madankollu, l-SSCAA għarrfet li, wara taħriġ li l-EAC-CASSOA se tipprovdi mit-23 ta’ Mejju 2022, hija tistenna li tilħaq l-objettiv li tistabbilixxi reġistru tal-inġenji tal-ajru, u li tikseb il-kapaċità li tiċċertifika t-trasportaturi tal-ajru permezz tal-proċess ta’ ċertifikazzjoni f’5 fażijiet skont il-gwida tal-ICAO.

(78)

L-SSCAA għarrfet lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE li ħarġet 24 permess tal-operat bl-ajru lil trasportaturi tal-ajru barranin, u li xi wħud minn dawn it-trasportaturi tal-ajru awtorizzati jwettqu titjiriet domestiċi fil-pajjiż. Jidher li din hija l-unika attività ta’ ċertifikazzjoni mwettqa mill-SSCAA. L-SSCAA ddeskriviet il-proċess għall-ħruġ ta’ tali permessi, permezz ta’ validazzjoni tal-AOCs, li jinkludi l-ispezzjoni tad-dokumentazzjoni u l-kontroll fiżiku tal-inġenji tal-ajru. Madankollu, din l-informazzjoni ġiet ipprovduta waqt is-seduta biss, u ma kienx possibbli li jiġi vverifikat kif jitwettaq il-proċess ta’ validazzjoni.

(79)

Waqt is-seduta, l-SSCAA pprovdiet ukoll eżempju ta’ azzjoni ta’ infurzar li ħadet kontra trasportatur tal-ajru barrani billi rrevokat il-permess tal-operat meta sabet li l-AOC tat-trasportatur tal-ajru kien ġie revokat mill-awtorità kompetenti tiegħu.

(80)

Il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE ħadu nota tal-fatt li ma hemm l-ebda trasportatur tal-ajru li l-SSCAA għandha responsabbiltajiet ta’ sorveljanza regolatorja għalih, peress li ma ħarġet l-ebda AOC, u li l-operazzjonijiet tal-ajru kollha fil-pajjiż jitwettqu minn trasportaturi tal-ajru li l-AOC tagħhom inħareġ minn awtoritajiet barranin. B’konsegwenza ta’ dan, filwaqt li jitqiesu l-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, ma hemm l-ebda trasportatur tal-ajru ċċertifikat mill-SSCAA li jista’ jikkwalifika għal azzjoni fil-livell tal-Unjoni.

(81)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE ħadu nota tad-dikjarazzjoni tal-SSCAA li ma għandhiex l-intenzjoni li toħroġ AOCs sakemm ikollha l-kapaċitajiet ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza, li jagħmluha kapaċi timplimenta u tinforza l-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti.

(82)

F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tqis li fir-rigward tat-trasportaturi tal-ajru mis-Sudan t’Isfel, ma hemm l-ebda raġuni biex tiġi emendata l-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni.

(83)

Bħala parti mill-attivitajiet ta’ monitoraġġ kontinwu tagħha, il-Kummissjoni se tkompli ssegwi mill-qrib is-sitwazzjoni tas-sikurezza fis-Sudan t’Isfel. Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE wasal għall-konklużjoni li jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni tas-sikurezza u tal-iżviluppi tagħha fis-Sudan t’Isfel, u l-SSCAA għandha tintalab tipprovdi rapporti regolari dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tal-istabbiliment ta’ regolamenti tal-avjazzjoni ċivili, l-iżvilupp ta’ proċess ta’ sorveljanza tas-sikurezza effettiva, u l-kapaċità li jinħarġu l-AOCs. Fil-każ li l-Kummissjoni ssir taf b’riskju imminenti għas-sikurezza li jirriżulta minn nuqqas ta’ konformità mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti, bħall-ħruġ ta’ AOC fin-nuqqas ta’ kapaċità adegwata ta’ ċertifikazzjoni u ta’ sorveljanza tal-SSCAA, tista’ tkun meħtieġa azzjoni ulterjuri mill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, bħall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni fuq l-operat tal-trasportaturi tal-ajru kkonċernati u l-inklużjoni tagħhom fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006.

(84)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

(85)

Minħabba l-implikazzjonijiet tas-sikurezza, l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jagħrfu l-bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet malajr u, meta jkun xieraq, b’urġenza. Għaldaqstant, huwa essenzjali li, sabiex jiġu mħarsa l-informazzjoni sensittiva kif ukoll il-pubbliku li jivvjaġġa, kwalunkwe deċiżjoni fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni tiġi ppubblikata u tidħol fis-seħħ minnufih wara l-adozzjoni tagħha.

(86)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE stabbilit bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-Anness A huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(2)

l-Anness B huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Adina VĂLEAN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 452/2014 tad-29 ta’ April 2014 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet tal-ajru ta' pajjiżi terzi skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 133, 6.5.2014, p. 12).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/736 tat-2 ta’ Ġunju 2020 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L 172, 3.6.2020, p. 7).

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2322 tal-10 ta’ Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità (ĠU L 328, 12.12.2015, p. 67).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2214 tat-8 ta’ Diċembru 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L 334, 9.12.2016, p. 6).

(9)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2070 tal-25 ta’ Novembru 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L 421, 26.11.2021, p. 31).

(10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 235/2007 tal-5 ta’ Marzu 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (ĠU L 66, 6.3.2007, p. 3).

(11)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1400/2007 tat-28 ta’ Novembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fi ħdan il-Komunità (ĠU L 311, 29.11.2007, p. 12).

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/594 tat-8 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L 114, 12.4.2022, p. 49).


ANNESS I

“ANNESS A

LISTA TA’ TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B’XI EĊĊEZZJONIJIET (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti)

Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) jew Numru tal-Liċenzja Operattiva

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

Stat tal-Operatur

AVIOR AIRLINES

ROI-RNR-011

ROI

Il-Venezwela

BLUE WING AIRLINES

SRBWA-01/2002

BWI

Is-Suriname

IRAN ASEMAN AIRLINES

FS-102

IRC

L-Iran

IRAQI AIRWAYS

001

IAW

L-Iraq

MED-VIEW AIRLINE

MVA/AOC/10-12/05

MEV

In-Niġerja

AIR ZIMBABWE (PVT)

177/04

AZW

Iż-Żimbabwe

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

L-Afganistan

ARIANA AFGHAN AIRLINES

AOC 009

AFG

L-Afganistan

KAM AIR

AOC 001

KMF

L-Afganistan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines u Heli Malongo, inkluż

 

 

L-Angola

AEROJET

AO-008/11-07/17 TEJ

TEJ

L-Angola

GUICANGO

AO-009/11-06/17 YYY

Mhux magħruf

L-Angola

AIR JET

AO-006/11-08/18 MBC

MBC

L-Angola

BESTFLYA AIRCRAFT MANAGEMENT

AO-015/15-06/17YYY

Mhux magħruf

L-Angola

HELIANG

AO 007/11-08/18 YYY

Mhux magħruf

L-Angola

SJL

AO-014/13-08/18YYY

Mhux magħruf

L-Angola

SONAIR

AO-002/11-08/17 SOR

SOR

L-Angola

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Armenja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

L-Armenja

AIRCOMPANY ARMENIA

AM AOC 065

NGT

L-Armenja

ARMENIA AIRWAYS

AM AOC 063

AMW

L-Armenja

ARMENIAN HELICOPTERS

AM AOC 067

KAV

L-Armenja

FLYONE ARMENIA

AM AOC 074

 

L-Armenja

NOVAIR

AM AOC 071

NAI

L-Armenja

SHIRAK AVIA

AM AOC 072

SHS

L-Armenja

SKYBALL

AM AOC 073

Mhux applikabbli

L-Armenja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kongo (Brazzaville) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Kongo (Brazzaville)

CANADIAN AIRWAYS CONGO

CG-CTA 006

TWC

Il-Kongo (Brazzaville)

EQUAFLIGHT SERVICES

CG-CTA 002

EKA

Il-Kongo (Brazzaville)

EQUAJET

RAC06-007

EKJ

Il-Kongo (Brazzaville)

TRANS AIR CONGO

CG-CTA 001

TSG

Il-Kongo (Brazzaville)

SOCIETE NOUVELLE AIR CONGO

CG-CTA 004

Mhux magħruf

Il-Kongo (Brazzaville)

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR FAST CONGO

AAC/DG/OPS-09/03

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

AIR KATANGA

AAC/DG/OPS-09/08

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

BUSY BEE CONGO

AAC/DG/OPS-09/04

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA)

AAC/DG/OPS-09/02

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

CONGO AIRWAYS

AAC/DG/OPS-09/01

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

KIN AVIA

AAC/DG/OPS-09/10

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

MALU AVIATION

AAC/DG/OPS-09/05

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SERVE AIR CARGO

AAC/DG/OPS-09/07

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

SWALA AVIATION

AAC/DG/OPS-09/06

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

MWANT JET

AAC/DG/OPS-09/09

Mhux magħruf

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Djibouti

DAALLO AIRLINES

Mhux magħruf

DAO

Il-Djibouti

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Guinea Ekwatorjali

CEIBA INTERCONTINENTAL

2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

CEL

Il-Guinea Ekwatorjali

CRONOS AIRLINES

2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

Mhux magħruf

Il-Guinea Ekwatorjali

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

L-Eritrea

ERITREAN AIRLINES

AOC Nru 004

ERT

L-Eritrea

NASAIR ERITREA

AOC Nru 005

NAS

L-Eritrea

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kirgistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Kirgistan

AEROSTAN

08

BSC

Il-Kirgistan

AIR COMPANY AIR KG

50

Mhux magħruf

Il-Kirgistan

AIR MANAS

17

MBB

Il-Kirgistan

AVIA TRAFFIC COMPANY

23

AVJ

Il-Kirgistan

FLYSKY AIRLINES

53

FSQ

Il-Kirgistan

HELI SKY

47

HAC

Il-Kirgistan

KAP.KG AIRCOMPANY

52

KGS

Il-Kirgistan

SKY KG AIRLINES

41

KGK

Il-Kirgistan

TEZ JET

46

TEZ

Il-Kirgistan

VALOR AIR

07

VAC

Il-Kirgistan

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja.

 

 

Il-Liberja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Il-Libja

AFRIQIYAH AIRWAYS

007/01

AAW

Il-Libja

AIR LIBYA

004/01

TLR

Il-Libja

AL MAHA AVIATION

030/18

Mhux magħruf

Il-Libja

BERNIQ AIRWAYS

032/21

BNL

Il-Libja

BURAQ AIR

002/01

BRQ

Il-Libja

GLOBAL AIR TRANSPORT

008/05

GAK

Il-Libja

HALA AIRLINES

033/21

HTP

Il-Libja

LIBYAN AIRLINES

001/01

LAA

Il-Libja

LIBYAN WINGS AIRLINES

029/15

LWA

Il-Libja

PETRO AIR

025/08

PEO

Il-Libja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

In-Nepal

AIR DYNASTY HELI. S.

035/2001

Mhux magħruf

In-Nepal

ALTITUDE AIR

085/2016

Mhux magħruf

In-Nepal

BUDDHA AIR

014/1996

BHA

In-Nepal

FISHTAIL AIR

017/2001

Mhux magħruf

In-Nepal

SUMMIT AIR

064/2010

Mhux magħruf

In-Nepal

HELI EVEREST

086/2016

Mhux magħruf

In-Nepal

HIMALAYA AIRLINES

084/2015

HIM

In-Nepal

KAILASH HELICOPTER SERVICES

087/2018

Mhux magħruf

In-Nepal

MAKALU AIR

057A/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

MANANG AIR PVT

082/2014

Mhux magħruf

In-Nepal

MOUNTAIN HELICOPTERS

055/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

PRABHU HELICOPTERS

081/2013

Mhux magħruf

In-Nepal

NEPAL AIRLINES CORPORATION

003/2000

RNA

In-Nepal

SAURYA AIRLINES

083/2014

Mhux magħruf

In-Nepal

SHREE AIRLINES

030/2002

SHA

In-Nepal

SIMRIK AIR

034/2000

Mhux magħruf

In-Nepal

SIMRIK AIRLINES

052/2009

RMK

In-Nepal

SITA AIR

033/2000

Mhux magħruf

In-Nepal

TARA AIR

053/2009

Mhux magħruf

In-Nepal

YETI AIRLINES

037/2004

NYT

In-Nepal

It-trasportaturi tal-ajru kollha li ġejjin iċċertifikati mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza regolatorja tar-Russja

 

 

Ir-Russja

AURORA AIRLINES

486

SHU

Ir-Russja

AVIACOMPANY "AVIASTAR-TU" CO. LTD

458

TUP

Ir-Russja

IZHAVIA

479

IZA

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY "AIR COMPANY "YAKUTIA"

464

SYL

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY "RUSJET"

498

RSJ

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY "UVT AERO"

567

UVT

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY SIBERIA AIRLINES

31

SBI

Ir-Russja

JOINT STOCK COMPANY SMARTAVIA AIRLINES

466

AUL

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY "IRAERO" AIRLINES

480

IAE

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY "URAL AIRLINES"

18

SVR

Ir-Russja

JOINT–STOCK COMPANY ALROSA AIR COMPANY

230

DRU

Ir-Russja

JOINT-STOCK COMPANY NORDSTAR AIRLINES

452

TYA

Ir-Russja

JS AVIATION COMPANY "RUSLINE"

225

RLU

Ir-Russja

JSC YAMAL AIRLINES

142

LLM

Ir-Russja

LLC "NORD WIND"

516

NWS

Ir-Russja

LLC “AIRCOMPANY IKAR”

36

KAR

Ir-Russja

LTD. I FLY

533

RSY

Ir-Russja

POBEDA AIRLINES LIMITED LIABILITY COMPANY

562

PBD

Ir-Russja

PUBLIC JOINT STOCK COMPANY "AEROFLOT - RUSSIAN AIRLINES"

1

AFL

Ir-Russja

ROSSIYA AIRLINES, JOINT STOCK COMPANY

2

SDM

Ir-Russja

SKOL AIRLINE LLC

228

CDV

Ir-Russja

UTAIR AVIATION, JOINT-STOCK COMPANY

6

UTA

Ir-Russja

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sao Tome u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

São Tomé u Príncipe

AFRICA'S CONNECTION

10/AOC/2008

ACH

São Tomé u Príncipe

STP AIRWAYS

03/AOC/2006

STP

São Tomé u Príncipe

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja

 

 

Sierra Leone

It-trasportaturi tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

 

 

Is-Sudan

ALFA AIRLINES SD

54

AAJ

Is-Sudan

BADR AIRLINES

35

BDR

Is-Sudan

BLUE BIRD AVIATION

11

BLB

Is-Sudan

ELDINDER AVIATION

8

DND

Is-Sudan

GREEN FLAG AVIATION

17

GNF

Is-Sudan

HELEJETIC AIR

57

HJT

Is-Sudan

KATA AIR TRANSPORT

9

KTV

Is-Sudan

KUSH AVIATION CO.

60

KUH

Is-Sudan

NOVA AIRWAYS

46

NOV

Is-Sudan

SUDAN AIRWAYS CO.

1

SUD

Is-Sudan

SUN AIR

51

SNR

Is-Sudan

TARCO AIR

56

TRQ

Is-Sudan


(1)  It-trasportaturi tal-ajru mniżżlin fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, diment li jkun hemm konformità mal-istandards tas-sikurezza rilevanti.


ANNESS II

“ANNESS B

LISTA TAT-TRASPORTATURI TAL-AJRU LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI (1)

Isem l-entità legali tat-trasportatur tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tiegħu (u l-isem kummerċjali tiegħu, jekk dan ikun differenti)

Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”)

Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

Stat tal-Operatur

Tip ta’ inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

Marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta jkun(u) disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

Stat tar-reġistrazzjoni

IRAN AIR

FS100

IRA

L-Iran

L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747

L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif imsemmi fl-AOC; l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif imsemmi fl-AOC

L-Iran

AIR KORYO

GAC-AOC/KOR-01

KOR

Il-Korea ta’ Fuq

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: żewġ inġenji tal-ajru tat-tip TU-204.

Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: P-632, P-633.

Il-Korea ta’ Fuq


(1)  It-trasportaturi tal-ajru mniżżlin fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand trasportatur tal-ajru li mhuwiex soġġett għal projbizzjoni fuq l-operat, diment li jkun hemm konformità mal-istandards tas-sikurezza rilevanti.


Top