Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0594

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/594 tal-8 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/2379

    ĠU L 114, 12.4.2022, p. 49–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/594/oj

    12.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 114/49


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/594

    tal-8 ta’ April 2022

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tal-kumpanija tal-ajru li topera, u li tħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 (2) jistabbilixxi l-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni.

    (2)

    Il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-Aġenzija Federali Russa tat-Trasport bl-Ajru (“FATA”) mhumiex inklużi fl-Anness A jew B tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, bl-eċċezzjoni tal-kumpanija tal-ajru SKOL Airline LLC li ġiet miżjuda mal-Anness A bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2070 (3).

    (3)

    Ċerti Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (“UE”) u l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”) għaddew lill-Kummissjoni informazzjoni li tista’ tkun rilevanti fil-kuntest tal-aġġornament ta’ dik il-lista, skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali wkoll ipprovdew informazzjoni rilevanti. L-informazzjoni pprovduta tqieset kif xieraq mill-Kummissjoni fid-determinazzjoni tagħha dwar jekk huwiex xieraq li l-lista tiġi aġġornata.

    (4)

    Skont il-Ftehim konkluż fl-1999 bejn Bermuda u r-Russja dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 83bis tal-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali ffirmata f’Chicago fis-7 ta’ Diċembru 1944 (“il-Konvenzjoni ta’ Chicago”) fir-rigward tal-inġenji tal-ajru fir-Reġistru ta’ Bermuda operati minn kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-FATA, li jikkonċerna t-trasferiment tal-funzjonijiet u d-dmirijiet ta’ sorveljanza regolatorja li jinsabu fl-Annessi 1, 2 u 6 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, fl-14 ta’ Marzu 2022 l-Awtorità tal-Avjazzjoni Ċivili ta’ Bermuda (“BCAA”), permezz tal-Avviż Ġenerali GEN-01-2022, tat parir lill-FATA li ċ-Ċertifikati tal-Ajrunavigabbiltà (“CtA”) tal-inġenji tal-ajru mikrija kollha rreġistrati f’Bermuda u operati minn kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-FATA jiġu sospiżi b’effett mit-12 ta’ Marzu 2022, fil-23.59 UTC, abbażi tad-determinazzjoni li l-ajrunavigabbiltà kontinwa ta’ dawn l-inġenji tal-ajru ma tistax tiġi żgurata iktar.

    (5)

    Skont il-Ftehim konkluż fl-2002 bejn l-Irlanda u r-Russja dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 83bis tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, li jikkonċerna t-trasferiment tal-funzjonijiet u tad-dmirijiet ta’ sorveljanza regolatorja li jinsabu fl-Annessi 1, 2 u 6 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, fir-rigward tal-inġenji tal-ajru fir-Reġistru Irlandiż operati minn kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-FATA, fil-15 ta’ Marzu 2022 l-Awtorità tal-Avjazzjoni Irlandiża (“IAA”) ħarġet l-Avviż Ajrunawtiku A.114 tagħha li fih iddikjarat il-waqfien tal-validità taċ-CtA kollha għall-inġenji tal-ajru operati minn kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-FATA, b’effett mid-data ta’ dak l-avviż, abbażi tad-determinazzjoni li l-ajrunavigabbiltà ta’ dawn l-inġenji tal-ajru ma tistax tiġi żgurata.

    (6)

    Minkejja dawn id-deċiżjonijiet tal-BCAA u tal-IAA, li jaġixxu fil-kapaċità tagħhom bħala awtoritajiet kompetenti tal-Istati tar-Reġistrazzjoni, għadd ta’ inġenji tal-ajru affettwati għadhom qed jiġu operati minn kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-FATA, kemm fir-Russja kif ukoll lejn ċerti pajjiżi terzi oħra. L-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (“ICAO”), permezz tal-Bullettin Elettroniku 2022/12 tagħha tal-11 ta’ Marzu 2022, fakkret li tali azzjoni kienet ksur dirett tal-Artikoli 29 u 31 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Skont dak il-Bullettin Elettroniku, il-FATA, fil-kapaċità tagħha bħala l-awtorità responsabbli biex tiżgura l-konformità tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati Russi mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, ma kellhiex tippermetti li jsiru tali operazzjonijiet. Barra minn hekk, il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-FATA li joperaw titjiriet bħal dawn bl-inġenji tal-ajru msemmija fil-premessi (4) u (5) għamlu dan konxjament bi ksur tal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza, b’mod partikolari l-Istandard 5.2.3 tal-Kapitolu 5 tal-Parti I tal-Anness 6 tal-ICAO “Ajruplan għandu jitħaddem f’konformità mat-termini taċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà tiegħu u fi ħdan il-limitazzjonijiet operattivi approvati li jinsabu fil-manwal tat-titjira tiegħu”, bil-fehim li tali CoA jinħareġ mill-Istat tar-Reġistrazzjoni.

    (7)

    Għadd kbir ta’ dawk l-inġenji tal-ajru ddaħħlu wkoll fir-reġistru tal-inġenji tal-ajru tar-Russja mingħajr il-kunsens tas-sidien u mingħajr il-kollaborazzjoni sussegwenti relatata mas-sikurezza mal-BCAA jew mal-IAA. Kif iddikjarat ukoll fil-Bullettin Elettroniku tal-ICAO imsemmi fil-premessa (6), tali azzjoni tikser l-Artikoli 17 u 18 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago.

    (8)

    Fit-18 ta’ Marzu 2022, l-ICAO ħarġet l-Ittra lill-Istati AN 3/1.1-22/41 tagħha li fiha tfakkar lill-Istati Kontraenti kollha tal-Konvenzjoni ta’ Chicago dwar ir-responsabbiltajiet u l-obbligi ta’ sorveljanza li jirriżultaw minn dik il-Konvenzjoni u l-Annessi tagħha fir-rigward tat-twettiq adegwat tas-sorveljanza tas-sikurezza.

    (9)

    Fit-18 ta’ Marzu 2022, ir-Russja ħabbret lil Bermuda li kienet qed tissospendi l-Ftehim tal-Artikolu 83bis, imsemmi fil-premessa (4), b’effett immedjat. B’riżultat ta’ dan, f’konformità mal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, kwalunkwe responsabbiltà ta’ sorveljanza regolatorja li qabel kienet ittrasferita lir-Russja skont dak il-Ftehim reġgħet lura għal Bermuda bħala l-Istat tar-Reġistrazzjoni.

    (10)

    Bi ksur tal-istandards internazzjonali applikabbli tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili, il-FATA żammet ir-responsabbiltajiet ittrasferiti ta’ sorveljanza regolatorja msemmija fil-premessi (4) u (5), u assumiet, mingħajr ebda koordinazzjoni ma’ Bermuda u mal-Irlanda bħala Stati tar-Reġistrazzjoni, il-funzjonijiet u d-dmirijiet regolatorji li jinsabu fl-Anness 8 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Ma hemm l-ebda evidenza verifikabbli li tikkonkludi li l-FATA żviluppat il-kapaċità ta’ sorveljanza tas-sikurezza meħtieġa biex twettaq b’mod adegwat tali responsabbiltà ta’ sorveljanza estiża fi żmien daqshekk qasir, u fuq għadd daqstant estensiv ta’ inġenji tal-ajru.

    (11)

    Fil-21 ta’ Marzu 2022, skont l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 473/2006 (4), il-Kummissjoni infurmat lill-FATA dwar it-tħassib serju tagħha rigward is-sitwazzjoni tas-sorveljanza tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-Russja, u infurmatha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali, li jistgħu jiffurmaw il-bażi ta’ deċiżjoni li timponi projbizzjoni fuq l-operat fuq il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-FATA fl-Unjoni.

    (12)

    Il-Kummissjoni tat lill-FATA l-opportunità biex tissottometti kummenti bil-miktub u tagħmel preżentazzjoni orali fil-5 ta’ April 2022 lill-Kummissjoni u lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE. Il-FATA ntalbet tindika sal-1 ta’ April 2022 jekk għandhiex l-intenzjoni li tuża d-dritt tad-difiża tagħha u riditx tidher quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE.

    (13)

    Fil-21 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni infurmat lill-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE dwar il-konsultazzjonijiet konġunti li għaddejjin mal-FATA, fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006.

    (14)

    Fil-31 ta’ Marzu 2022, il-FATA infurmat f’ittra indirizzata lill-Kummissjoni li tirrifjuta l-allegazzjonijiet relatati mal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-FATA, u li tqis li hija twettaq bis-sħiħ ir-responsabbiltajiet imposti fuq l-Istati Kontraenti tal-ICAO. Madankollu, il-FATA ma pprovdiet l-ebda evidenza jew informazzjoni biex issostni d-dikjarazzjonijiet tagħha, u ma wrietx kif twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha fir-rigward tal-funzjonijiet u d-dmirijiet regolatorji li jinsabu fl-Anness 8 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago, b’mod partikolari fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru li joperaw l-inġenji tal-ajru msemmija fil-premessi (4) u (5).

    (15)

    Fl-1 ta’ April 2022, il-Kummissjoni nnotat li l-FATA ma kinitx indikat, kif mitlub fl-ittra tal-Kummissjoni mibgħuta lill-FATA fil-21 ta’ Marzu 2022, l-intenzjoni tagħha li tuża d-dritt tad-difiża tagħha, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 2111/2005.

    (16)

    Fil-5 ta’ April 2022, il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE ltaqa’ biex jiddiskuti s-sitwazzjoni tal-prestazzjoni tas-sikurezza tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-FATA, kif ukoll l-abbiltà tal-FATA li tikkonforma mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni. Il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE nnota l-ksur tal-Konvenzjoni ta’ Chicago msemmi fil-premessi (6) u (7), kif ukoll il-ksur tal-istandards internazzjonali tas-sikurezza tal-avjazzjoni ċivili applikabbli msemmija fil-premessa (10). Innota wkoll in-nuqqas ta’ rieda li tikkoopera mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri tal-UE, fir-rigward tal-kwistjoni tal-kapaċità tal-FATA u tal-kumpaniji tal-ajru li ċċertifikat, li jiżguraw l-ajrunavigabbiltà kontinwa u s-sikurezza operattiva tal-flotta tal-kumpaniji tal-ajru, inkluż l-inġenji tal-ajru msemmija fil-premessi (4) u (5).

    (17)

    Ingħatat ukoll iktar kunsiderazzjoni lill-impatt konsegwenzjali tal-miżuri restrittivi li jirriżultaw mir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/328 (5) li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014, u b’mod partikolari l-impatt operattiv fuq perjodu qasir ta’ żmien ta’ aċċess limitat biss għall-aġġornamenti tal-bażijiet tad-data tan-Navigazzjoni, u tal-Bażijiet tad-Data tas-Sistemi ta’ Twissija ta’ Qrubija lejn l-Art, li b’hekk idgħajfu serjament il-kapaċitajiet ta’ navigazzjoni sikura tal-inġenji tal-ajru operati mill-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-FATA.

    (18)

    Ġie nnutat il-fatt li, bħala riżultat tal-miżuri restrittivi applikabbli, is-sostenn tekniku u tal-inġinerija għall-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-FATA sar limitat. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ dan is-sostenn tekniku u tal-inġinerija, flimkien maż-żieda fl-attività ta’ sorveljanza li tirriżulta miż-żieda tal-għadd sinifikanti ta’ inġenji tal-ajru ġodda fir-reġistru Russu, se jżidu l-ammont ta’ xogħol tal-FATA u l-ħtieġa għal għarfien espert, li x’aktarx ma jistax jinkiseb immedjatament meta wieħed iqis, minn naħa waħda, il-kundizzjonijiet tal-Ftehim tal-Artikolu 83bis li taħthom tali attività ġiet ġestita fir-Russja sa issa, u l-konsegwenzi tal-miżuri restrittivi applikabbli min-naħa l-oħra.

    (19)

    Fid-dawl tal-ksur imsemmi hawn fuq u n-nuqqas ta’ rieda ta’ kooperazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri tal-UE billi jiġu indirizzati l-punti u t-tħassib speċifiċi mqajma mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tal-21 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni u l-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE kkonkludew, f’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, inkluż b’mod partikolari t-tielet kriterju, li ma hemm l-ebda evidenza li l-FATA tista’ twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha skont il-Konvenzjoni ta’ Chicago u l-istandards li jinsabu fl-Annessi tagħha fir-rigward tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-FATA li joperaw l-inġenji tal-ajru msemmija fil-premessi (4) u (5).

    (20)

    Barra minn hekk, f’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, u b’mod partikolari mal-ewwel kriterju, il-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-FATA li operaw inġenju tal-ajru wieħed jew iktar imsemmi(ja) fil-premessi 4 u 5, billi għamlu dan, urew nuqqasijiet serji fis-sikurezza billi ppermettew li jsiru operazzjonijiet ta’ titjir bi ksur tal-istandards internazzjonali rilevanti tas-sikurezza applikabbli għat-trasport kummerċjali bl-ajru.

    (21)

    F’konformità mal-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, il-Kummissjoni tikkunsidra li jenħtieġ li l-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni, kif stabbilita fl-Anness A tar-Regolament (KE) Nru 474/2006, tiġi emendata biex tinkludi l-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fir-Russja li joperaw l-inġenji tal-ajru msemmija fil-premessi (4) u (5).

    (22)

    Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jivverifikaw il-konformità effettiva tal-kumpaniji tal-ajru ċċertifikati mill-FATA mal-istandards tas-sikurezza internazzjonali rilevanti permezz tal-prijoritizzazzjoni tal-ispezzjonijiet fir-rampa ta’ dawk il-kumpaniji tal-ajru skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 (6).

    (23)

    Is-sitwazzjoni fir-rigward tal-abbiltà u l-kapaċità tal-FATA li twettaq ir-rwol u r-responsabbiltajiet tagħha f’termini ta’ sorveljanza tal-industrija tal-avjazzjoni tagħha, kif ukoll tal-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati fir-Russja, inkluż b’mod partikolari l-kumpaniji tal-ajru li joperaw l-inġenji tal-ajru msemmija fil-premessi (4) u (5), se tiġi mmonitorjata mill-qrib, u se tkun soġġetta għal skrutinju ulterjuri mill-Kummissjoni, megħjuna mill-Aġenzija, għal rieżami fil-laqgħat li jmiss tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE.

    (24)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan.

    (25)

    Minħabba l-implikazzjonijiet tas-sikurezza, l-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jagħrfu l-bżonn li jittieħdu deċiżjonijiet malajr u, meta jkun xieraq, b’urġenza. Għaldaqstant, huwa essenzjali li, sabiex jiġu mħarsa l-informazzjoni sensittiva kif ukoll il-pubbliku li jivvjaġġa, kwalunkwe deċiżjoni fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista tal-kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni jew restrizzjoni fuq l-operat fl-Unjoni tiġi ppubblikata u tidħol fis-seħħ minnufih wara l-adozzjoni tagħha.

    (26)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru tal-UE stabbilit bl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 474/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    l-Anness A huwa sostitwit bit-test fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

    (2)

    l-Anness B huwa sostitwit bit-test fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2022.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President,

    Adina VĂLEAN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)   ĠU L 344, 27.12.2005, p. 15.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 474/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi l-lista Komunitarja ta’ kumpaniji tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità skont il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 14).

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2070 tal-25 ta’ Novembru 2021 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 474/2006 fir-rigward tal-lista ta’ kumpaniji tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet operattivi fl-Unjoni (ĠU L 421, 26.11.2021, p. 31).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 tat-22 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni fuq l-operat fil-Komunità kif jissemma fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 84, 23.3.2006, p. 8).

    (5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/328 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 49, 25.2.2022, p. 1-140).

    (6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 965/2012 tal-5 ta’ Ottubru 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (ĠU L 296, 25.10.2012, p. 1).


    ANNESS I

    “ANNESS A

    LISTA TA’ KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA PPROJBITI MILLI JOPERAW FL-UNJONI, B’XI EĊĊEZZJONIJIET  (1)

    Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti)

    Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”) jew Numru tal-Liċenzja Operattiva

    Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

    Stat tal-Operatur

    AVIOR AIRLINES

    ROI-RNR-011

    ROI

    Il-Venezwela

    BLUE WING AIRLINES

    SRBWA-01/2002

    BWI

    Is-Suriname

    IRAN ASEMAN AIRLINES

    FS-102

    IRC

    L-Iran

    IRAQI AIRWAYS

    001

    IAW

    L-Iraq

    MED-VIEW AIRLINE

    MVA/AOC/10-12/05

    MEV

    In-Niġerja

    AIR ZIMBABWE (PVT)

    177/04

    AZW

    Iż-Żimbabwe

    Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Afganistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

     

     

    L-Afganistan

    ARIANA AFGHAN AIRLINES

    AOC 009

    AFG

    L-Afganistan

    KAM AIR

    AOC 001

    KMF

    L-Afganistan

    Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Angola responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, ħlief TAAG Angola Airlines u Heli Malongo, inkluż

     

     

    L-Angola

    AEROJET

    AO-008/11-07/17 TEJ

    TEJ

    L-Angola

    GUICANGO

    AO-009/11-06/17 YYY

    Mhux magħruf

    L-Angola

    AIR JET

    AO-006/11-08/18 MBC

    MBC

    L-Angola

    BESTFLYA AIRCRAFT MANAGEMENT

    AO-015/15-06/17YYY

    Mhux magħruf

    L-Angola

    HELIANG

    AO 007/11-08/18 YYY

    Mhux magħruf

    L-Angola

    SJL

    AO-014/13-08/18YYY

    Mhux magħruf

    L-Angola

    SONAIR

    AO-002/11-08/17 SOR

    SOR

    L-Angola

    Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Armenja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

     

     

    L-Armenja

    AIRCOMPANY ARMENIA

    AM AOC 065

    NGT

    L-Armenja

    ARMENIA AIRWAYS

    AM AOC 063

    AMW

    L-Armenja

    ARMENIAN HELICOPTERS

    AM AOC 067

    KAV

    L-Armenja

    FLYONE ARMENIA

    AM AOC 074

     

    L-Armenja

    NOVAIR

    AM AOC 071

    NAI

    L-Armenja

    SHIRAK AVIA

    AM AOC 072

    SHS

    L-Armenja

    SKYBALL

    AM AOC 073

    Mhux applikabbli

    L-Armenja

    Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kongo (Brazzaville) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

     

     

    Il-Kongo (Brazzaville)

    CANADIAN AIRWAYS CONGO

    CG-CTA 006

    TWC

    Il-Kongo (Brazzaville)

    EQUAFLIGHT SERVICES

    CG-CTA 002

    EKA

    Il-Kongo (Brazzaville)

    EQUAJET

    RAC06-007

    EKJ

    Il-Kongo (Brazzaville)

    TRANS AIR CONGO

    CG-CTA 001

    TSG

    Il-Kongo (Brazzaville)

    SOCIETE NOUVELLE AIR CONGO

    CG-CTA 004

    Mhux magħruf

    Il-Kongo (Brazzaville)

    Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

     

     

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    AIR FAST CONGO

    AAC/DG/OPS-09/03

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    AIR KATANGA

    AAC/DG/OPS-09/08

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    BUSY BEE CONGO

    AAC/DG/OPS-09/04

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    COMPAGNIE AFRICAINE D’AVIATION (CAA)

    AAC/DG/OPS-09/02

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    CONGO AIRWAYS

    AAC/DG/OPS-09/01

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    KIN AVIA

    AAC/DG/OPS-09/10

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    MALU AVIATION

    AAC/DG/OPS-09/05

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    SERVE AIR CARGO

    AAC/DG/OPS-09/07

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    SWALA AVIATION

    AAC/DG/OPS-09/06

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    MWANT JET

    AAC/DG/OPS-09/09

    Mhux magħruf

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK)

    Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Djibouti responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

     

     

    Il-Djibouti

    DAALLO AIRLINES

    Mhux magħruf

    DAO

    Il-Djibouti

    Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Guinea Ekwatorjali responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

     

     

    Il-Guinea Ekwatorjali

    CEIBA INTERCONTINENTAL

    2011/0001/MTTCT/DGAC/SOPS

    CEL

    Il-Guinea Ekwatorjali

    CRONOS AIRLINES

    2011/0004/MTTCT/DGAC/SOPS

    Mhux magħruf

    Il-Guinea Ekwatorjali

    Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Eritrea responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

     

     

    L-Eritrea

    ERITREAN AIRLINES

    AOC Nru 004

    ERT

    L-Eritrea

    NASAIR ERITREA

    AOC Nru 005

    NAS

    L-Eritrea

    Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Kirgistan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

     

     

    Il-Kirgistan

    AEROSTAN

    08

    BSC

    Il-Kirgistan

    AIR COMPANY AIR KG

    50

    Mhux magħruf

    Il-Kirgistan

    AIR MANAS

    17

    MBB

    Il-Kirgistan

    AVIA TRAFFIC COMPANY

    23

    AVJ

    Il-Kirgistan

    FLYSKY AIRLINES

    53

    FSQ

    Il-Kirgistan

    HELI SKY

    47

    HAC

    Il-Kirgistan

    KAP.KG AIRCOMPANY

    52

    KGS

    Il-Kirgistan

    SKY KG AIRLINES

    41

    KGK

    Il-Kirgistan

    TEZ JET

    46

    TEZ

    Il-Kirgistan

    VALOR AIR

    07

    VAC

    Il-Kirgistan

    Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Liberja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja.

     

     

    Il-Liberja

    Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tal-Libja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

     

     

    Il-Libja

    AFRIQIYAH AIRWAYS

    007/01

    AAW

    Il-Libja

    AIR LIBYA

    004/01

    TLR

    Il-Libja

    AL MAHA AVIATION

    030/18

    Mhux magħruf

    Il-Libja

    BERNIQ AIRWAYS

    032/21

    BNL

    Il-Libja

    BURAQ AIR

    002/01

    BRQ

    Il-Libja

    GLOBAL AIR TRANSPORT

    008/05

    GAK

    Il-Libja

    HALA AIRLINES

    033/21

    HTP

    Il-Libja

    LIBYAN AIRLINES

    001/01

    LAA

    Il-Libja

    LIBYAN WINGS AIRLINES

    029/15

    LWA

    Il-Libja

    PETRO AIR

    025/08

    PEO

    Il-Libja

    Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tan-Nepal responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

     

     

    In-Nepal

    AIR DYNASTY HELI. S.

    035/2001

    Mhux magħruf

    In-Nepal

    ALTITUDE AIR

    085/2016

    Mhux magħruf

    In-Nepal

    BUDDHA AIR

    014/1996

    BHA

    In-Nepal

    FISHTAIL AIR

    017/2001

    Mhux magħruf

    In-Nepal

    SUMMIT AIR

    064/2010

    Mhux magħruf

    In-Nepal

    HELI EVEREST

    086/2016

    Mhux magħruf

    In-Nepal

    HIMALAYA AIRLINES

    084/2015

    HIM

    In-Nepal

    KAILASH HELICOPTER SERVICES

    087/2018

    Mhux magħruf

    In-Nepal

    MAKALU AIR

    057A/2009

    Mhux magħruf

    In-Nepal

    MANANG AIR PVT

    082/2014

    Mhux magħruf

    In-Nepal

    MOUNTAIN HELICOPTERS

    055/2009

    Mhux magħruf

    In-Nepal

    PRABHU HELICOPTERS

    081/2013

    Mhux magħruf

    In-Nepal

    NEPAL AIRLINES CORPORATION

    003/2000

    RNA

    In-Nepal

    SAURYA AIRLINES

    083/2014

    Mhux magħruf

    In-Nepal

    SHREE AIRLINES

    030/2002

    SHA

    In-Nepal

    SIMRIK AIR

    034/2000

    Mhux magħruf

    In-Nepal

    SIMRIK AIRLINES

    052/2009

    RMK

    In-Nepal

    SITA AIR

    033/2000

    Mhux magħruf

    In-Nepal

    TARA AIR

    053/2009

    Mhux magħruf

    In-Nepal

    YETI AIRLINES

    037/2004

    NYT

    In-Nepal

    Il-kumpaniji tal-ajru li ġejjin iċċertifikati mill-awtoritajiet tar-Russja responsabbli għas-sorveljanza regolatorja.

     

     

    Ir-Russja

    AURORA AIRLINES

    486

    SHU

    Ir-Russja

    AVIACOMPANY "AVIASTAR-TU" CO. LTD

    458

    TUP

    Ir-Russja

    IZHAVIA

    479

    IZA

    Ir-Russja

    JOINT STOCK COMPANY "AIR COMPANY "YAKUTIA"

    464

    SYL

    Ir-Russja

    JOINT STOCK COMPANY "RUSJET"

    498

    RSJ

    Ir-Russja

    JOINT STOCK COMPANY "UVT AERO"

    567

    UVT

    Ir-Russja

    JOINT STOCK COMPANY SIBERIA AIRLINES

    31

    SBI

    Ir-Russja

    JOINT STOCK COMPANY SMARTAVIA AIRLINES

    466

    AUL

    Ir-Russja

    JOINT-STOCK COMPANY "IRAERO" AIRLINES

    480

    IAE

    Ir-Russja

    JOINT-STOCK COMPANY "URAL AIRLINES"

    18

    SVR

    Ir-Russja

    JOINT–STOCK COMPANY ALROSA AIR COMPANY

    230

    DRU

    Ir-Russja

    JOINT-STOCK COMPANY NORDSTAR AIRLINES

    452

    TYA

    Ir-Russja

    JS AVIATION COMPANY "RUSLINE"

    225

    RLU

    Ir-Russja

    JSC YAMAL AIRLINES

    142

    LLM

    Ir-Russja

    LLC "NORD WIND"

    516

    NWS

    Ir-Russja

    LLC “AIRCOMPANY IKAR”

    36

    KAR

    Ir-Russja

    POBEDA AIRLINES LIMITED LIABILITY COMPANY

    562

    PBD

    Ir-Russja

    PUBLIC JOINT STOCK COMPANY "AEROFLOT - RUSSIAN AIRLINES"

    1

    AFL

    Ir-Russja

    ROSSIYA AIRLINES, JOINT STOCK COMPANY

    2

    SMD

    Ir-Russja

    SKOL AIRLINE LLC

    228

    CDV

    Ir-Russja

    UTAIR AVIATION, JOINT-STOCK COMPANY

    6

    UTA

    Ir-Russja

    Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sao Tome u Príncipe responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

     

     

    São Tomé u Príncipe

    AFRICA'S CONNECTION

    10/AOC/2008

    ACH

    São Tomé u Príncipe

    STP AIRWAYS

    03/AOC/2006

    STP

    São Tomé u Príncipe

    Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet ta’ Sierra Leone responsabbli għas-sorveljanza regolatorja

     

     

    Sierra Leone

    Il-kumpaniji tal-ajru kollha ċċertifikati mill-awtoritajiet tas-Sudan responsabbli għas-sorveljanza regolatorja, inkluż

     

     

    Is-Sudan

    ALFA AIRLINES SD

    54

    AAJ

    Is-Sudan

    BADR AIRLINES

    35

    BDR

    Is-Sudan

    BLUE BIRD AVIATION

    11

    BLB

    Is-Sudan

    ELDINDER AVIATION

    8

    DND

    Is-Sudan

    GREEN FLAG AVIATION

    17

    GNF

    Is-Sudan

    HELEJETIC AIR

    57

    HJT

    Is-Sudan

    KATA AIR TRANSPORT

    9

    KTV

    Is-Sudan

    KUSH AVIATION CO.

    60

    KUH

    Is-Sudan

    NOVA AIRWAYS

    46

    NOV

    Is-Sudan

    SUDAN AIRWAYS CO.

    1

    SUD

    Is-Sudan

    SUN AIR

    51

    SNR

    Is-Sudan

    TARCO AIR

    56

    TRQ

    Is-Sudan


    (1)  Il-kumpaniji tal-ajru mniżżlin fl-Anness A jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhijiex soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, diment li jkun hemm konformità mal-istandards tas-sikurezza rilevanti.


    ANNESS II

    “ANNESS B

    LISTA TA’ KUMPANIJI TAL-AJRU LI HUMA SOĠĠETTI GĦAL RESTRIZZJONIJIET OPERATTIVI FL-UNJONI  (1)

    Isem l-entità legali tal-kumpanija tal-ajru kif indikat fuq l-AOC tagħha (u l-isem kummerċjali tagħha, jekk dan ikun differenti)

    Numru taċ-Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (“AOC”)

    Deżinjatur bi tliet ittri tal-ICAO

    Stat tal-Operatur

    Tip ta’ inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

    Marka/i tar-reġistrazzjoni u, meta jkun(u) disponibbli, in-numru/i tas-serje tal-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru soġġett għal restrizzjoni

    Stat tar-reġistrazzjoni

    IRAN AIR

    FS100

    IRA

    L-Iran

    L-inġenji tal-ajru kollha tat-tip Fokker F100 u tat-tip Boeing B747

    L-inġenji tal-ajru tat-tip Fokker F100 kif imsemmi fl-AOC; l-inġenji tal-ajru tat-tip Boeing B747 kif imsemmi fl-AOC

    L-Iran

    AIR KORYO

    GAC-AOC/KOR-01

    KOR

    Il-Korea ta’ Fuq

    Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: żewġ (2) inġenji tal-ajru tat-tip TU-204.

    Il-flotta kollha bl-eċċezzjoni ta’: P-632, P-633.

    Il-Korea ta’ Fuq


    (1)  Il-kumpaniji tal-ajru mniżżlin fl-Anness B jistgħu jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tat-traffiku billi jużaw inġenji tal-ajru mikrijin bl-ekwipaġġ mingħand kumpanija tal-ajru li mhijiex soġġetta għal projbizzjoni fuq l-operat, diment li jkun hemm konformità mal-istandards tas-sikurezza rilevanti.


    Top