EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0590

Regolament (UE) 2022/590 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 138/2004 dwar il-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

PE/84/2021/REV/1

ĠU L 114, 12.4.2022, p. 1–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/590/oj

12.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/1


REGOLAMENT (UE) 2022/590 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ April 2022

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 138/2004 dwar il-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi s-Sistema Ewropea tal-Kontijiet 2010 (“ESA 2010”) u fih il-qafas ta’ referenza ta’ standards komuni, id-definizzjonijiet, il-klassifikazzjonijiet u r-regoli tal-kontabbiltà għat-tfassil tal-kontijiet tal-Istati Membri għar-rekwiżiti statistiċi tal-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi l-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura (“EAA” — economic accounts for agriculture) fl-Unjoni billi jipprevedi l-metodoloġija u l-limiti ta’ żmien għat-trażmissjoni tal-kontijiet agrikoli. L-EAA huma kontijiet satellita ta’ kontijiet nazzjonali, kif previst mill-ESA 2010, bil-għan li jinkisbu riżultati li huma armonizzati u komparabbli bejn l-Istati Membri sabiex jitfasslu l-kontijiet għall-finijiet tal-Unjoni. Fl-2016, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ppubblikat ir-Rapport Speċjali Nru 1/2016 bit-titlu “Is-sistema tal-Kummissjoni għall-kejl tal-prestazzjoni fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa hija mfassla b’mod tajjeb u bbażata fuq data soda?”. Dak ir-rapport jinkludi osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet validi u rilevanti fir-rigward tal-EAA u r-Regolament (KE) Nru 138/2004.

(3)

Il-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura (“REAA” — regional economic accounts for agriculture) huma adattament fil-livell reġjonali tal-EAA. Iċ-ċifri nazzjonali waħedhom ma jistgħux jiżvelaw l-istampa sħiħa u xi kultant kumplessa ta’ dak li qed jiġri f’livell aktar dettaljat. Għalhekk, id-data fil-livell reġjonali tgħin biex jiżdied il-fehim tad-diversità li teżisti bejn ir-reġjuni, biex tiġi kkomplementa l-informazzjoni għall-Unjoni, iż-żona tal-euro u l-Istati Membri individwali, filwaqt li tirrispondi għaż-żieda akbar fil-bżonn tal-istatistika għall-akkontabilità, u ttejjeb il-livell tal-armonizzazzjoni, l-effiċjenza u l-konsistenza tal-istatistiċi agrikoli tal-Unjoni. Għalhekk, ir-REAA jeħtieġ li jiġu integrati fir-Regolament (KE) Nru 138/2004 f’termini ta’ metodoloġija u tal-programm tat-trażmissjoni ta’ data.

(4)

L-istatistika ma għadhiex titqies bħala wieħed biss minn ħafna sorsi ta’ informazzjoni għal skopijiet ta’ tfassil tal-politika, iżda, minflok, għandha rwol ċentrali fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. It-teħid tad-deċiżjonijiet abbażi tal-evidenza jeħtieġ statistika li tissodisfa kriterji ta’ kwalità għolja, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), skont l-għanijiet li jkunu qegħdin iservu.

(5)

Data statistika ta’ kwalità għolja fil-livell reġjonali hija għodda ċentrali għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku, ambjentali u soċjali tal-politiki relatati mal-agrikoltura fl-Unjoni, b’mod partikolari l-politika agrikola komuni (“PAK”), inklużi l-miżuri ta’ żvilupp rurali, il-mudell ta’ implimentazzjoni ġdid tal-PAK u l-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali, kif ukoll il-politiki tal-Unjoni relatati, fost l-oħrajn, mal-ambjent, it-tibdil fil-klima, il-bijodiversità, l-ekonomija ċirkolari, l-użu tal-art, l-iżvilupp reġjonali ekwilibrat u sostenibbli, is-saħħa pubblika, il-benessri tal-annimali, is-sikurezza u s-sigurtà tal-ikel u l-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Ir-REAA huma kruċjali wkoll għall-valutazzjoni preċiża tal-kontribut tas-settur agrikolu għall-kisba tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, b’mod partikolari l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt u l-istrateġija għall-bijodiversità tal-Unjoni. Ir-rikonoxximent tar-rwol tar-reġjuni u tad-data reġjonali fl-implimentazzjoni tal-PAK qed jiżdied. Ir-reġjuni jirrappreżentaw xprun importanti għall-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli fl-Unjoni u jipprovdu data aħjar għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tas-settur agrikolu għall-ambjent, in-nies, ir-reġjuni u l-ekonomija.

(6)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), il-pubbliku għandu jingħata aċċess għad-data miġbura skont dan ir-Regolament li ma ġietx ippubblikata.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 jipprevedi qafas legali għall-istatistika Ewropea u jirrikjedi lill-Istati Membri jikkonformaw mal-prinċipji tal-istatistika u l-kriterji ta’ kwalità stabbiliti f’dak ir-Regolament. Ir-rapporti dwar il-kwalità huma essenzjali għall-valutazzjoni, it-titjib u l-komunikazzjoni dwar il-kwalità tal-istatistika Ewropea. Il-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (“ESSC”) approva l-istruttura unika integrata tal-metadata bħala l-istandard tas-Sistema Statistika Ewropea għar-rapportar dwar il-kwalità, u b’hekk għen biex jiġu ssodisfati, permezz ta’ standards uniformi u metodi armonizzati, ir-rekwiżiti tal-kwalità tal-istatistika stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009, b’mod partikolari dawk stipulati fl-Artikolu 12(3) tiegħu. Ir-riżorsi jenħtieġ li jintużaw bl-aħjar mod u l-piż tar-rispons jenħtieġ li jiġi minimizzat.

(8)

Biex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-arranġamenti għar-rapporti dwar il-kwalità u għall-kontenut tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ ukoll li tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward ta’ derogi possibbli mir--rekwiżiti REAA. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(9)

Il-EAA jipprovdu data makroekonomika annwali importanti lil dawk li jfasslu l-politika Ewropea tliet darbiet fis-sena, kif previst fl-Anness II għal dan ir-Regolament. L-iskadenza attwali tat-trażmissjoni għat-tieni stimi tal-EAA, waħda minn dawk it-tliet trażmissjonijiet ta’ data li għandhom isiru kull sena, ma tipprovdix ħafna żmien wara t-tmiem tal-perjodu ta’ referenza biex tinġabar data mtejba meta mqabbla mad-data pprovduta għall-ewwel stimi tal-EAA. Sabiex titjieb il-kwalità tat-tieni stimi tal-EAA, l-iskadenza tat-trażmissjoni trid tiġi posposta bi ftit.

(10)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 jenħtieġ li jiġi emendat bix-xieraq.

(11)

Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-integrazzjoni tar-REAA fil-qafas legali attwali għall-istatistika Ewropea dwar l-EAA, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jistgħu pjuttost, minħabba, għal raġunijiet ta’ konsistenza u komparabbiltà, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(12)

Il-ESSC ġie kkonsultat,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2   L-ewwel trażmissjoni tad-data għandha sseħħ f’Novembru 2003.

Madankollu, l-ewwel trażmissjoni ta’ data għall-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura (‘REAA’ — regional economic accounts for agriculture) fil-livell NUTS 2 fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) għandha ssir sat-30 ta’ Settembru 2023.

(*1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).”;"

(2)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 3a

Id-disseminazzjoni tal-istatistika

Mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) u r-Regolament (KE) Nru 223/2009, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiddissemina online d-data trażmessa lilha skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ħlas.

Artikolu 3b

Valutazzjoni tal-Kwalità

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-kwalità tad-data u tal-metadata trażmessa.

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-kriterji tal-kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għandhom japplikaw għad-data li għandha tiġi trażmessa skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tivvaluta l-kwalità tad-data trażmessa. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport dwar il-kwalità lill-Kummissjoni (Eurostat), għall-ewwel darba sal-31 ta’ Diċembru 2025, u kull ħames snin minn hemm ‘il quddiem, għas-settijiet ta’ data trażmessi matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ.

4.   Fl-applikazzjoni tal-kriterji ta’ kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 għad-data li tiġi trażmessa skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddefinixxi l-modalitajiet, l-istruttura u l-indikaturi tal-valutazzjoni tar-rapporti dwar il-kwalità msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 4a(2) ta’ dan ir-Regolament. Huma ma għandhomx jimponu piż jew spiża addizzjonali li jkunu sinifikanti fuq l-Istati Membri.

5.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu mingħajr dewmien lill-Kummissjoni (Eurostat) kwalunkwe informazzjoni jew bidla fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament li jistgħu, b’xi mod sostanzjali, jinfluwenzaw il-kwalità tad-data trażmessa.

6.   Fuq talba debitament ġustifikata tal-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu kwalunkwe kjarifika addizzjonali meħtieġa biex tivvaluta l-kwalità tad-data statistika.

(*2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).”;"

(3)

Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

“Artikolu 4a

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 223/2009. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 4b

Derogi

1.   Fejn l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tkun teħtieġ adattamenti kbar f’sistema nazzjonali tal-istatistika ta’ Stat Membru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Kapitolu VII tal-Anness I, u tal-programm ta’ trażmissjoni ta’ data għar-REAA kif imsemmi fl-Anness II, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jagħtu derogi lil dak l-Istat Membru għal perjodu massimu ta’ sentejn. L-ewwel data għat-trażmissjoni tad-data għar-REAA ma għandha, madankollu, f’ebda każ tmur lil hinn mit-30 ta’ Settembru 2025. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 4a(2).

2.   L-Istat Membru li jiddeċiedi li japplika għal deroga msemmija fil-paragrafu 1 għandu jippreżenta talba debitament motivata għal tali deroga lill-Kummissjoni sal-21 ta’ Awwissu 2022.

3.   L-Unjoni tista’ tipprovdi kontribwiti finanzjarji mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-istituti nazzjonali tal-istatistika u lil awtoritajiet nazzjonali oħra msemmija fl-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 sabiex jiġu koperti l-ispejjeż tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament meta l-istabbiliment tar-REAA jkun jeħtieġ l-adattament kbar fis-sistema statistika nazzjonali ta’ Stat Membru.”;

(4)

L-Anness I huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(5)

L-Anness II huwa sostiwit bit-test li jinsab fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu, is-6 ta’ April 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

C. BEAUNE


(1)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Marzu 2022 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 2022.

(2)  Ir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 138/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontijiet ekonomiċi għall-agrikoltura fil-Komunità (ĠU L 33, 5.2.2004, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar Statistika tal-Komunità, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni ( ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


ANNESS I

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 138/2004 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fit-taqsima “Werrej”, jiżdied il-kapitolu li ġej:

“VII

Kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura (‘REAA’)

A.

Prinċipji ġenerali

1.

Introduzzjoni

2.

Ekonomija reġjonali, territorju reġjonali

3.

Unità bażika fil-kompilazzjoni tar-REAA

4.

Metodi ta’ kompilar tar-REAA

5.

Kunċetti ta’ residenza u territorju

6.

L-industrija agrikola u l-unitajiet karatteristiċi

B.

Tranżazzjonijiet fi prodotti

1.

Output

2.

Il-konsum intermedju

3.

Il-formazzjoni grossa ta’ kapital

C.

Tranżazzjonijiet distributtivi u flussi oħrajn

1.

Regoli ġenerali

2.

Valur miżjud

3.

Konsum ta’ kapital fiss

4.

Sussidji

5.

Taxxi

6.

Kumpens lill-impjegati

7.

Surplus operatorju nett

8.

Imgħax, renti

9.

Introjtu intraprenditorjali agrikolu: regoli ġenerali tal-kalkolu

D.

Ħarsa ħafifa lejn l-implimentazzjoni

1.

Introduzzjoni

2.

Id-definizzjoni tal-agrikoltura reġjonali

3.

Il-kejl tal-output agrikolu

4.

Attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli

5.

Konsum intermedju”;

(2)

Fil-punt 1.27, it-tielet inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

b’konvenzjoni, dawn jistgħu ma jkunux jinkludu l-produzzjoni ta’ GFCF ta’ prodotti mhux agrikoli (bħal binjiet jew makkinarji) għal użu proprju. Dik il-produzzjoni ta’ GFCF ta’ prodotti mhux agrikoli għall-użu finali proprju hi preżunta li hi attività separabbli u tiġi rreġistrata bħala l-produzzjoni ta’ KAU lokali identifikabbli. Servizzi tal-akkomodazzjoni li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-impjegati bħala remunerazzjoni in natura jridu jiġu trattati bl-istess mod (dawn jiġu rreġistrati bħala remunerazzjoni in natura fil-ġenerazzjoni tal-kont tal-introjtu),”

(3)

Il-punt 2.006 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.006.

Fil-EAA, il-prezzijiet għandhom jiġu rreġistrati jew sal-eqreb numru sħiħ jew irranġat sa post jew tnejn deċimali, b’ dan tal-aħħar jiddependi fuq l-affidabbiltà statistika tad-data tal-prezzijiet disponibbli. Informazzjoni rilevanti dwar il-prezzijiet dwar l-input u l-output hija meħtieġa biex jitħejjew l-EAA.”;

(4)

Fil-punt 2.108, il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

remunerazzjoni għal servizzi inklużi fi premiums grossi tal-assigurazzjoni maħruġa biex tkopri lill-impriża kontra riskji bħal telf ta’ bhejjem, ħsara kkawżata mis-silġ, ġlata, nar u rwiefen. Il-bqija, jiġifieri, il-premium nett, huwa l-komponent tal-premium gross imħallas li hu disponibbli għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni għall-ħlas tat-talbiet.

It-tqassim preċiż tal-premiums grossi fiż-żewġ komponenti jista’ jsir biss għall-ekonomija nazzjonali inġenerali, kif isir għall-kontijiet nazzjonali. L-allokazzjoni tal-komponent tas-servizz bejn il-fergħat tal-produzzjoni ġeneralment issir billi jintużaw spjegazzjonijiet adegwati ta’ tqassim, b’konnessjoni mal-bini tat-tabelli tal-input-output. Għalhekk għandha ssir referenza għall-kontijiet nazzjonali meta timtela dik l-entrata fil-EAA (għar-reġistrazzjoni tas-sussidji li jikkonċernaw is-servizzi tal-assigurazzjoni ara 3.063, in-nota f’qiegħ il-paġna 1);”

(5)

Fil-punt 2.136, it-tielet inċiż huwa sostitwit b’dan li ġej:

“—

bidliet fil-klassifikazzjoni jew fl-istruttura tal-assi fissi: eż. bidliet fil-għan ekonomiku tal-art agrikola, bhejjem tal-ħalib maħsuba għall-produzzjoni tal-laħam (cf. 2.149, in-nota f’qiegħ il-paġna 1) jew binjiet agrikoli li ġew mibdula għal użu privat jew għal użu ekonomiku ieħor.”;

(6)

Jiżdied il-kapitolu li ġej:

“VII.   KONTIJIET EKONOMIĊI REĠJONALI GĦALL-AGRIKOLTURA (‘REAA’)

A.   PRINĊIPJI ĠENERALI

1.   Introduzzjoni

7.01.

Il-kontijiet reġjonali għandhom rwol importanti fil-formulazzjoni, fl-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni tal-politiki reġjonali. Indikaturi statistiċi reġjonali oġġettivi, affidabbli, konsistenti, koerenti, kumparabbli, rilevanti u armonizzati jipprovdu bażi soda għal politiki mmirati lejn it-tnaqqis tad-disparitajiet ekonomiċi u soċjali bejn ir-reġjuni tal-Unjoni.

7.02.

Ir-REAA huma adattament fil-livell reġjonali tal-EAA.

7.03.

Ir-REAA jinkludu l-istess sett ta’ kontijiet bħall-EAA, iżda problemi kunċettwali u ta’ kejl jirriżultaw f’sett ta’ kontijiet għal reġjuni li huma aktar limitati fil-kamp ta’ applikazzjoni u fid-dettall mill-EAA fil-livell nazzjonali.

7.04.

Bħala kontijiet reġjonali, ir-REAA għandhom jiġu kkumpilati fuq il-bażi tad-data reġjonali miġbura direttament, u tad-data nazzjonali li għandha tqassimiet reġjonali abbażi ta’ assunzjonijiet. In-nuqqas ta’ informazzjoni reġjonali kompluta, aġġornata u affidabbli biżżejjed jirrikjedi assunzjonijiet fil-kompilazzjoni tal-kontijiet reġjonali. Dak jimplika li xi differenzi bejn ir-reġjuni mhux bilfors li huma riflessi fil-kontijiet reġjonali (ESA 2010, 13.08).

2.   Ekonomija reġjonali, territorju reġjonali

7.05.

Kull kompilazzjoni ta’ kontijiet reġjonali, kemm jekk jirreferu għall-industriji jew għal setturi istituzzjonali, teħtieġ definizzjoni stretta tal-ekonomija reġjonali u tat-territorju reġjonali. Fit-teorija, l-industrija agrikola f’reġjun tkopri l-unitajiet (azjendi agrikoli) involuti f’attivitajiet agrikoli (cf. 1.60 sa 1.66) fit-territorju reġjonali.

7.06.

Ekonomija reġjonali ta’ pajjiż hija parti mill-ekonomija totali ta’ dak il-pajjiż. L-ekonomija totali hija definita f’termini ta’ unitajiet u ta’ setturi istituzzjonali. Hija magħmula mill-unitajiet istituzzjonali kollha li għandhom ċentru ta’ interess ekonomiku predominanti fit-territorju ekonomiku ta’ pajjiż. It-territorju ekonomiku ma jikkoinċidix eżattament mat-territorju ġeografiku (cf. 7.08). It-territorju ekonomiku ta’ pajjiż huwa maqsum f’territorji reġjonali u fit-territorju extra-regio (ESA 2010, 13.09).

7.07.

It-territorju reġjonali, kif definit fl-ESA 2010, jikkonsisti f’dik il-parti tat-territorju ekonomiku ta’ pajjiż li tkun assenjata direttament lil reġjun. Iż-żoni liberi, l-imħażen doganali u l-fabbriki taħt il-kontroll tad-dwana, huma marbuta mar-reġjuni fejn dawn ikunu jinsabu.

7.08.

Madankollu, dik id-diviżjoni tat-territorju mhijiex totalment konsistenti mal-kunċett tat-territorju ekonomiku nazzjonali kif użat mill-kontijiet nazzjonali. It-territorju extra-regio huwa magħmul minn partijiet tat-territorju ekonomiku ta’ pajjiż li ma jistgħux ikunu mehmużin direttament ma’ reġjun wieħed, u li huma esklużi mir-REAA, jiġifieri:

(a)

l-ispazju nazzjonali tal-ajru, l-ilmijiet territorjali u l-blata kontinentali li tinsab f’ilmijiet internazzjonali li fihom il-pajjiż igawdi drittijiet esklussivi;

(b)

territorji mdawrin minn pajjiżi oħra jiġifieri territorji ġeografiċi li jinsabu fil-bqija tad-dinja u li jintużaw, skont trattati jew ftehimiet internazzjonali bejn l-Istati, minn aġenziji tal-gvern ġenerali tal-pajjiż (ambaxxati, konsulati, bażijiet militari, bażijiet xjentifiċi, eċċ.);

(c)

depożiti ta’ żejt, gass naturali, eċċ. fl-ilmijiet internazzjonali, barra mill-blata kontinentali tal-pajjiż, li jkunu mħaddma minn unitajiet residenti.

7.09.

Il-klassifikazzjoni tan-Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS) stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) tipprovdi tqassim uniformi tat-territorju ekonomiku tal-Unjoni. Ir-REAA jeħtieġu statistika fil-livell NUTS 2 kif stabbilit b’mod komuni fil-qafas tal-arranġamenti attwali skont dak ir-Regolament. Għal skopijiet nazzjonali, il-kontijiet reġjonali jistgħu jinġabru wkoll f’livell reġjonali iktar dettaljat, b’mod partikolari fil-livell NUTS 3, fejn applikabbli (ESA 2010, 13.12).

3.   Unità bażika fil-kompilazzjoni tar-REAA

7.10.

L-unitajiet użati għall-kontijiet reġjonali mill-industrija huma unitajiet tal-KAUs lokali. Il-KAU lokali hija l-forma osservabbli tal-unità ta’ produzzjoni.

7.11.

L-approċċ statistiku (industrija) “tiddobba kif tista” b’unità osservabbli anke jekk dak ifisser devjazzjoni mill-attività unika. Bħal fil-każ tal-ESA 2008, l-ESA 2010 tippreferi l-approċċ statistiku u tappoġġa l-KAU lokali għall-kompilazzjoni ta’ kontijiet nazzjonali mill-industrija. Għalhekk jiddefinixxu l-istess unità għall-industriji kemm jekk dawk huma koperti fil-livell reġjonali kif ukoll jekk huma koperti fil-livell nazzjonali.

7.12.

Bħall-EAA, ir-REAA jużaw l-azjenda agrikola — “adattata” f’konformità ma’ ċerti konvenzjonijiet biex jikkonformaw mal-objettivi inkwistjoni — bħala l-unità bażika għall-industrija agrikola. Hemm żewġ raġunijiet kruċjali għal dik l-għażla. L-ewwel nett, l-unità tal-azjenda agrikola hija l-KAU lokali għall-agrikoltura (cf. 1.09 sa 1.17), definita bħala dik il-parti ta’ unità tal-KAU li tirreferi għal-livell lokali. Il-KAU lokali hija wkoll l-aktar unità xierqa għall-industrija agrikola, anke jekk tinkludi attivitajiet sekondarji mhux agrikoli, li ma jistgħux jidhru separatament mill-attivitajiet agrikoli (cf. 1.15 u 1.16, 1.25 sa 1.32).

7.13.

L-użu tal-azjenda agrikola bħala l-unità bażika tfisser l-inklużjoni tal-attivitajiet sekondarji mhux agrikoli ta’ dawk l-azjendi agrikoli fir-REAA (cf. 7.12). Peress li l-iskop tal-EAA hu li jkejlu, jiddeskrivu u janalizzaw il-formazzjoni tal-introjtu mill-attività ekonomika agrikola, jeskludu unitajiet li jipproduċu biss attività tal-ħin liberu (eż. ġonna kulinari u trobbija privata ta’ bhejjem). B’kuntrast għal dan, l-unitajiet involuti fil-biedja ta’ sussistenza huma inklużi fil-EAA (cf. 1.24).

7.14.

L-azjenda agrikola hija l-unità ta’ referenza għal stħarriġ statistiku relatat mal-agrikoltura, kemm jekk hu nazzjonali kif ukoll jekk hu reġjonali. Dak għandu l-vantaġġ li l-evalwazzjonijiet tal-output f’termini ta’ kwantità jistgħu jkunu bbażati direttament fuq is-sistemi statistiċi għall-kejl taż-żoni, ir-rendimenti, id-daqs tal-merħliet, eċċ. L-għażla tal-azjenda agrikola ttejjeb ukoll il-konsistenza fil-kontabbiltà.

4.   Metodi ta’ kompilar tar-REAA

7.15.

L-ESA (ESA 2010, 13.24 sa 13.32) tipproponi żewġ metodi, li japplikaw kemm għall-industriji kif ukoll għas-setturi istituzzjonali: il-metodi axxendenti u dixxendenti. Il-metodi axxendenti jikkonsisti fil-ġbir tad-data fil-livell tal-unitajiet (KAUs lokali, unitajiet istituzzjonali) u mbagħad dawn jingħaddu biex jinkiseb il-valur reġjonali għall-aggregati differenti. Il-metodu dixxendenti jibni mill-ġdid il-valuri reġjonali billi jaqsam iċ-ċifra nazzjonali, bl-użu ta’ indikatur li jirrifletti kemm jista’ jkun mill-qrib id-distribuzzjoni reġjonali tal-varjabbli inkwistjoni. Dawn iż-żewġ metodi jistgħu jiġu kkombinati f’diversi modi, kombinazzjonijiet li l-ESA tirreferi għalihom bħala taħlita ta’ metodi axxendenti u dixxendenti. Madankollu, il-ġbir tal-istess informazzjoni aktar minn darba, li b’hekk joħloq ridondanza fir-rappurtar tad-data, għandu jiġi evitat. Madankollu l-prijorità tingħata lill-metodu axxendenti, għalkemm huwa magħruf li f’ħafna każijiet fil-fatt tintuża t-taħlita ta’ metodi axxendenti u dixxendenti. Id-dettalji tal-metodu u s-sorsi speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti bi trasparenza sħiħa fir-rapporti dwar il-kwalità, li jindikaw liema data reġjonali nġabret direttament u liema data hija bbażata fuq data nazzjonali li huma maqsuma skont ir-reġjun abbażi ta’ suppożizzjonijiet b’analiżijiet reġjonali bbażati fuq suppożizzjonijiet.

5.   Kunċetti ta’ residenza u territorju

7.16.

It-tranżazzjonijiet ekonomiċi kemm tal-intrapriżi kif ukoll tal-unitajiet domestiċi jistgħu jaqsmu konfini reġjonali. L-intrapriżi jistgħu wkoll joperaw f’aktar minn reġjun wieħed, jew f’siti permanenti jew fuq bażi temporanja, eż. l-irziezet il-kbar jistgħu jwettqu xogħol f’reġjuni differenti. Għalhekk, huwa meħtieġ prinċipju ċar li jgħin lill-Istati Membri biex jallokaw b’mod konsistenti dik l-attività interreġjonali għal reġjun.

7.17.

Il-kontijiet reġjonali tal-industriji huma bbażati fuq il-kriterju tar-residenza tal-unità tal-produzzjoni. Kull industrija f’livell reġjonali tirreferi għall-grupp tal-KAUs lokali tal-istess attività ekonomika prinċipali jew simili, li għandhom ċ-ċentru ta’ interess ekonomiku tagħhom f’dak it-territorju reġjonali. Aktar iva milli le, dak iċ-ċentru ta’ interess huwa assoċjat ma’ post speċifiku u stabbilit għal tul ta’ żmien twil fir-reġjun, bħall-unitajiet istituzzjonali li jappartjenu għalihom il-KAUs lokali.

7.18.

Madankollu, il-kontijiet reġjonali għandhom għadd ta’ karatteristiċi distinti. Għal ċerti attivitajiet, mhux dejjem faċli li r-reġjun jiġi definit bħala żona speċifika. Ir-relazzjoni bejn il-lokalità tal-uffiċċju prinċipali u l-lokalità fiżika tal-azjenda agrikola tista’ toħloq problema, peress li l-fatturi tal-produzzjoni agrikola jistgħu jkunu ġestiti minn uffiċċju prinċipali f’reġjun ieħor. Għar-REAA, huwa importanti li jinqasmu ż-żewġ entitajiet, u għal dik ir-raġuni azjenda agrikola trid tiġi assenjata lir-reġjun fejn jinsabu l-fatturi ta’ produzzjoni tagħha u mhux lir-reġjun fejn jinsabu l-kwartieri ġenerali tagħha. Uffiċċju prinċipali wieħed jista’ għalhekk jagħti lok għal diversi unitajiet skont it-tifsira tar-REAA, jiġifieri lillunitajiet daqs kemm hemm reġjuni ta’ residenza għall-KAUs lokali li huma ‘l bogħod mir-reġjun tal-uffiċċju prinċipali.

7.19.

Kunċett alternattiv, li ġeneralment ma jiġix applikat fil-kontijiet nazzjonali u reġjonali, ikun strettament territorjali. Dak il-kunċett jimplika li l-attivitajiet huma allokati lit-territorju fejn fil-fatt iseħħu, irrispettivament mir-residenza tal-unitajiet involuti fl-attività.

7.20.

Għalkemm l-approċċ residenzjali jieħu preċedenza fuq l-allokazzjoni reġjonali ta’ tranżazzjonijiet ta’ unitajiet residenti, l-ESA 2010 jipprovdi skop limitat għall-applikazzjoni tal-approċċ territorjali (ESA 2010, 13.21). Dak iseħħ fejn jinħolqu unitajiet fittizji għall-art u l-bini fir-reġjun jew fil-pajjiż fejn jinsabu l-art jew il-bini.

7.21.

Fil-każ ipotetiku fejn unitajiet residenti f’reġjun ikollhom biss attivitajiet fit-territorju reġjonali tagħhom, il-kunċett ta’ residenza jikkoinċidi mal-kunċett tat-territorju. Dak huwa wkoll il-każ għall-allokazzjoni reġjonali bbażata fuq unitajiet kunċettwali maħluqa għall-art u l-bini u għall-impriżi mhux inkorporati f’pajjiżi oħrajn jew f’reġjuni li huma differenti mir-reġjun tar-residenza tas-sid.

6.   L-industrija agrikola u l-unitajiet karatteristiċi

7.22.

L-industrija tikkonsisti fil-KAUs lokali kollha, li jwettqu attività ekonomika identika jew simili (cf. 1.59.). L-industrija agrikola, kif deskritta fil-EAA, tikkorrispondi, fil-prinċipju, għad-Diviżjoni 01 tan-NACE Reviżjoni 2, b’differenzi murija fil- 1.62. sa 1.66. Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-REAA huwa definit fuq il-bażi tal-lista ta’ attivitajiet karatteristiċi mfassla għall-EAA. Hemm xi differenzi bejn l-industrija agrikola fil-EAA, u għalhekk fir-REAA, u l-industrija stabbilita għall-qafas ċentrali tal-kontijiet nazzjonali (cf. 1.93).

B.   TRANŻAZZJONIJIET FI PRODOTTI

7.23.

L-ivvalutar tal-output agrikolu joħloq għadd ta’ problemi speċifiċi. L-aktar importanti jirrelataw mal-prodotti staġjonali, il-produzzjoni tal-bhejjem u l-iskeda taż-żmien tal-entrati fil-kontijiet. Il-metodoloġija tal-EAA tressaq regoli preċiżi li jirregolaw kif għandhom jitqiesu l-effetti tal-ħżin ta’ prodotti staġjonali, kif għandu jitkejjel l-output tal-bhejjem u kif għandhom jiġu rreġistrati l-prodotti li fuqhom qed isir ix-xogħol. Dawk il-prinċipji għandhom jiġu osservati meta r-REAA jiġu kkompilati. Madankollu, dak ma jeskludix ċerti adattamenti fil-livell reġjonali, pereżempju għall-produzzjoni tal-bhejjem. Għandu jiġi enfasizzat li t-total tal-valwazzjoni reġjonali għandu jkun identiku għall-evalwazzjonijiet tal-EAA.

1.   L-output

(a)   Il-kejl tal-output

7.24.

Fir-REAA, l-output ta’ reġjun jirrappreżenta l-prodotti kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-EAA prodotti matul il-perjodu kontabilistiku f’dak ir-reġjun mill-unitajiet kollha tal-industrija agrikola, kemm jekk huma maħsuba għal kummerċjalizzazzjoni barra l-industrija, għal bejgħ lil azjendi agrikoli oħra jew, f’ċerti każijiet, għall-użu mill-istess azjenda agrikola. Konsegwentement:

(a)

kwalunkwe prodott agrikolu li jħalli azjenda agrikola fir-reġjun għandu jiġi rreġistrat bħala parti mill-output tar-reġjun, irrispettivament mid-destinazzjoni tiegħu jew mill-unità li tkun qed tixtrih;

(b)

ċerti prodotti agrikoli użati bħala konsum intermedju mill-istess azjenda agrikola għandhom jiġu inklużi fl-output tar-reġjun (cf. 2.056).

7.25.

Il-proċess tal-produzzjoni tal-bhejjem ġeneralment jieħu diversi snin. Meta l-bhejjem jiġu valwati, trid issir distinzjoni bejn annimali kklassifikati bħala assi fissi (annimali għat-tgħammir u għax-xogħol, baqar tal-ħalib, eċċ.) u dawk ikklassifikati bħala stokk (annimali primarjament maħsuba għal-laħam). Għalhekk, sabiex jiġi evitat l-għadd doppju, it-tranżazzjonijiet li jinvolvu l-moviment tal-annimali bejn l-azjendi agrikoli (li jitqiesu bħala bejgħ pożittiv għall-azjendi agrikoli li jbiegħu l-bhejjem u bejgħ negattiv għall-azjendi agrikoli li jixtru), huma ttrattati kif stabbilit hawn taħt:

(a)

tranżazzjonijiet bejn azjendi agrikoli fl-istess reġjun li jinvolvu l-annimali kklassifikati bħala assi fissi jikkanċellaw lil xulxin, minbarra t-trasferiment tal-kostijiet tas-sjieda (*2); ma jiddaħħlux bħala bejgħ tal-azjendi agrikoli u għalhekk mhumiex inklużi fl-output tar-reġjun ikkonċernat;

(b)

L-annimali kklassifikati bħala stokk u li huma s-suġġett ta’ tranżazzjoni bejn ir-reġjuni huma ttrattati bħala bejgħ pożittiv (flimkien mal-esportazzjonijiet) għar-reġjun tal-oriġini u annimali mixtrija minn reġjuni oħra bħala bejgħ negattiv (flimkien mal-importazzjonijiet) (*3);

(c)

Meta l-kostijiet tat-trasferiment tas-sjieda (it-trasport, il-marġni tal-kummerċ, eċċ.) ikunu relatati mal-kummerċ ta’ annimali kklassifikati bħala stokk, dawn jitnaqqsu mill-output. Dak iseħħ awtomatikament meta jkun hemm involuti xiri minn azjendi agrikoli f’reġjuni oħrajn, peress li l-kostijiet huma parti minn bejgħ negattiv, filwaqt li jrid isir aġġustament fil-bejgħ, u għalhekk fl-output, għall-kummerċ f’annimali bejn azjendi agrikoli fl-istess reġjun.

(b)   Valwazzjoni tal-output

7.26.

L-output għandu jiġi valwat bi prezzijiet bażiċi (cf. 2.082), jiġifieri inkluż is-sussidji fuq il-prodotti, nieqes it-taxxi fuq il-prodotti. Dak il-metodu ta’ kalkolu jfisser li t-taxxi u s-sussidji fuq il-prodotti jridu jiġu diżaggregati skont ir-reġjun.

2.   Il-konsum intermedju

(a)   Definizzjoni

7.27.

Il-konsum intermedju jikkonsisti fl-oġġetti (minbarra l-assi fissi) u s-servizzi tas-suq ikkunsmati matul il-proċess tal-produzzjoni biex jipproduċu oġġetti oħra (cf. 2.097 sa 2.109).

7.28.

Meta r-REAA jiġu kkompilati, il-konsum intermedju jinkludi:

(a)

prodotti agrikoli mixtrija għall-konsum matul il-proċess tal-produzzjoni minn azjendi agrikoli oħrajn (kemm jekk fl-istess reġjun kif ukoll jekk f’reġjun ieħor);

(b)

ċerti prodotti użati bħala konsum intern fi ħdan l-unità u mdaħħla bħala output (cf. 2.054 sa 2.058 u 7.24).

7.29.

Il-każ partikolari ta’ FISIM jiġi ttrattat fil-kontijiet reġjonali bl-istess mod bħal fil-kontijiet nazzjonali. Jekk l-istima tal-istokk ta’ self u depożiti hija disponibbli skont ir-reġjun, il-metodu axxendenti jista’ jiġi użat. Madankollu, normalment l-istimi tal-istokk ta’ self u depożiti mhumiex disponibbli skont ir-reġjun. Fejn dak ikun il-każ, l-allokazzjoni tal-FISIM lill-industrija tal-utenti ssir bit-tieni l-aħjar metodu: l-output gross reġjonali jew il-valur miżjud gross skont l-industrija jintużaw bħala indikaturi tad-distribuzzjoni (ESA 2010, 13.40).

(b)   L-ivvalutar tal-konsum intermedju

7.30.

Il-prodotti u s-servizzi kollha użati għall-konsum intermedju għandhom jiġu valwati bil-prezz tax-xerrej (minbarra l-VAT deduċibbli) (cf. 2.110 sa 2.114).

3.   Il-formazzjoni grossa ta’ kapital

7.31.

Il-formazzjoni grossa ta’ kapital għall-agrikoltura hija suddiviża fi:

(a)

GFCF;

(b)

bidliet fl-inventarji.

(a)   Il-GFCF

7.32.

Fl-agrikoltura hemm formazzjoni ta’ kapital fiss kull meta detentur jakkwista jew jipproduċi assi fissi maħsuba biex jintużaw għal perjodu ta’ aktar minn sena bħala mezz ta’ produzzjoni fil-proċess tal-produzzjoni agrikola. Il-kriterju ta’ allokazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-GFCF jirreferi għall-industriji utenti u mhux għall-industrija li għaliha jappartjeni s-sid legali.

7.33.

L-assi fissi li jkunu ta’ unità multireġjonali jiġu allokati lill-KAUs lokali fejn jintużaw. L-assi fissi f’kirja operattiva jiġu rreġistrati fir-reġjun tas-sid tal-assi, u dawk f’kirja finanzjarja jiġu rreġistrati fir-reġjun tal-utent (ESA 2010, 13.33).

7.34.

Assi ġodda li jiġu inklużi fil-kapital fiss jiddaħħlu gross, jiġifieri mingħajr ma jitnaqqas il-konsum tal-kapital fiss. Barra minn hekk, il-konsum tal-kapital fiss huwa ġeneralment ikkalkulat fuq dawn l-assi. Il-formazzjoni tal-kapital nett tinkiseb billi jitnaqqas il-konsum tal-assi fissi mill-formazzjoni tal-kapital gross.

7.35.

L-unitajiet ta’ produzzjoni jistgħu jbigħu assi eżistenti lil xulxin, eż. makkinarju użat. Meta l-assi jimxu bejn l-industriji u r-reġjuni, il-prezz totali mħallas għandu jiġi inkluż fil-GFCF f’industrija jew f’reġjun wieħed u l-prezz riċevut għandu jitnaqqas mill-GFCF fl-industrija jew fir-reġjun l-ieħor. Il-kostijiet ta’ tranżazzjoni tas-sjieda tal-assi, bħal tariffi legali fuq il-bejgħ tal-art u l-bini eżistenti, huma kkunsidrati bħala GFCF addizzjonali mill-akkwirent, anke jekk xi wħud mill-ispejjeż jitħallsu mill-bejjiegħ.

7.36.

Il-GFCF għall-bhejjem ta’ reġjun trid tiġi kkompilata skont ESA 2010 (3.124 sa 3.138) u 2.149 sa 2.161 ta’ dan l-Anness. Il-GFCF għall-bhejjem hija ekwivalenti għad-differenza bejn l-akkwist ta’ bhejjem matul is-sena (tkabbir naturali u xiri barra r-reġjun inkluż l-importazzjonijiet), li jinkludi dawk li ġew mill-produzzjoni fuq il-kont proprju, u tneħħija ta’ bhejjem (għall-qatla, bejħ lill-reġjuni oħra, inkluża l- esportazzjoni, jew kwalunkwe użu finali ieħor). Meta r-reġjuni kollha jiġu aggregati, huwa importanti li jiġi żgurat li l-flussi interreġjonali jikkanċellaw lil xulxin (għajr il-kostijiet tat-trasferiment tas-sjieda) sabiex is-somma tal-GFCFs reġjonali kollha tkun l-istess bħall-GFCF tal-kontijiet agrikoli nazzjonali. Meta jintuża l-metodu axxendenti, japplika dan li l- ġej: il-bejgħ ta’ annimali lil azjendi agrikoli f’reġjuni oħrajn jikkostitwixxi GFCF negattiva filwaqt li xiri minn reġjuni oħra huwa GFCF pożittiva. Għall-kalkolu tal-GFCF għall-bhejjem ta’ reġjun, jista’ jintuża l-metodu indirett rakkomandat (cf. 2.156).

(b)   Bidliet fl-inventarji

7.37.

L-inventarji jinkludu l-assi kollha li mhumiex parti mill-kapital fiss u li, f’mument partikolari, jinżammu temporanjament minn unitajiet ta’ produzzjoni. Issir distinzjoni bejn żewġ tipi ta’ inventarji: l-inventarji tal-input u l-inventarji tal-output (cf. 2.171).

7.38.

Għall-annimali kklassifikati bħala inventarji, il-kummerċ li għandu jitqies fil-kalkolu tal-bidliet fl-inventarji jinkludi l-bejgħ lil reġjuni oħra, u x-xiri mingħandhom, kif ukoll l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet.

C.   TRANŻAZZJONIJIET DISTRIBUTTIVI U FLUSSI OĦRAJN

7.39.

Id-diffikultajiet prattiċi biex tinkiseb informazzjoni reġjonali affidabbli dwar it-tranżazzjonijiet distributtivi f’ċerti każijiet, b’mod partikolari meta l-unitajiet iwettqu attivitajiet f’aktar minn reġjun wieħed, jew meta r-reġjun mhux dejjem ikun żona definita b’mod ċar li fiha jitwettqu ċerti attivitajiet, jispjegaw għaliex l-ESA tkopri l-kontijiet reġjonali tal-industrija agrikola biss fir-rigward ta’ ftit aggregati: il-valur miżjud, is-sussidji, it-taxxi, il-kumpens tal-impjegati, ir-renti u introjtu ieħor, l-imgħax u l-GFCF.

1.   Regoli ġenerali

7.40.

It-tranżazzjonijiet distributtivi huma rreġistrati fuq bażi tad-dovuti, jiġifieri fil-mument meta l-valur ekonomiku, l-ammont dovut jew it-talba tinħoloq, tiġi ttrasformata, tiġi kkanċellata jew ma tibqax teżisti, u mhux fil-mument meta l-pagament attwalment isir. Dan il-prinċipju ta’ reġistrazzjoni (ibbażat fuq id-drittijiet u l-obbligi) jiġi applikat għall-flussi kollha, irrispettivament minn jekk humiex flussi monetarji, jew jekk iseħħux bejn l-unità jew fi ħdan unità unika.

7.41.

Madankollu, meta d-data li fiha t-talba (dejn) tkun akkwistata ma tistax tiġi ddeterminata b’mod preċiż, tista’ tintuża d-data tal-ħlas jew approssimazzjoni oħra aċċettabbli tal-bażi tad-dovuti (cf. 3.007).

2.   Valur miżjud

(a)   Regoli ġenerali

7.42.

Il-valur miżjud huwa r-riżultat tal-attività ta’ produzzjoni ta’ ekonomija jew ta’ waħda mill-industriji tagħha matul perjodu partikolari, u hija l-entrata li tibbilanċja tal-kont tal-produzzjoni. Huwa d-differenza bejn il-valur tal-output u l-valur tal-konsum intermedju. Hija entrata importanti fil-kejl tal-produttività ta’ ekonomija jew ta’ industrija (cf. 3.013) jew ta’ reġjun jew ta’ industrija fi ħdan reġjun.

(b)   Valwazzjoni tal-valur miżjud

7.43.

Il-valur miżjud jista’ jiddaħħal gross (il-valur miżjud gross bil-prezzijiet bażiċi) jew nett (il-valur miżjud nett bil-prezzijiet bażiċi), jiġifieri qabel jew wara t-tnaqqis tal-konsum tal-kapital fiss. F’konformità mal-metodu għall-valwazzjoni tal-output (prezz bażiku) u l-konsum intermedju (prezzijiet tax-xerrej), il-valur miżjud jitkejjel bi prezzijiet bażiċi (cf. 3.013).

7.44.

L-użu tal-prezzijiet bażiċi jfisser li t-taxxi fuq il-prodotti u s-sussidji fuq il-prodotti jridu jiġu assenjati għal oġġetti u servizzi speċifiċi, li mbagħad għandhom jiġu allokati fost ir-reġjuni.

7.45.

Bit-tnaqqis ta’ taxxi oħra fuq il-produzzjoni mill-valur miżjud bil-prezzijiet bażiċi, u biż-żieda ta’ sussidji oħra fuq il-produzzjoni, jinkiseb il-valur miżjud bil-kost tal-produzzjoni. Il-valur miżjud nett bil-kost tal-produzzjoni jikkostitwixxi l-introjtu tal-fatturi tal-produzzjoni (cf. 3.014).

3.   Konsum ta’ kapital fiss

7.46.

Fir-REAA, l-oġġetti u s-servizzi li jiffurmaw il-kapital fiss tal-azjenda agrikola (bħal pjantaġġuni li jrendu prodotti ripetutament, makkinarju u bini, titjib maġġuri tal-art, software, kostijiet tat-trasferiment tas-sjieda ta’ assi mhux prodotti) jgħaddu minn tkagħbir bl-użu u minn obsolexxenza bħala mezz ta’ produzzjoni fil-proċess tal-produzzjoni. Dan it-tkagħbir bl-użu u obsolexxenza jitkejlu bħala l-konsum tal-kapital fiss. Simili għall-EAA, il-konsum tal-kapital fiss ma għandux jiġi kkalkulat għal annimali produttivi.

4.   Sussidji

7.47.

Ir-REAA japplikaw l-istess regoli bħall-EAA: flussi li huma kklassifikati bħala sussidji operattivi fil-EAA huma kklassifikati bl-istess mod fir-REAA, trattament simili li japplika għall-flussi fil-forma ta’ trasferimenti kapitali.

5.   Taxxi

7.48.

Ir-REAA japplikaw l-istess regoli bħall-EAA: it-tipi differenti ta’ taxxi huma kklassifikati bl-istess mod fir-REAA peress li huma kklassifikati fil-EAA.

6.   Kumpens lill-impjegati

7.49.

Għall-produtturi, il-kumpens tal-impjegati huwa allokat għall-KAUs lokali fejn in-nies huma impjegati. Meta dik id-data ma tkunx disponibbli, il-kumpens tal-impjegati jiġi allokat bħala t-tieni l-aħjar metodu, ibbażat fuq is-sigħat maħduma. Jekk la l-kumpens tal-impjegati u lanqas is-sigħat maħduma ma jkunu disponibbli, jintuża l-għadd ta’ impjegati mill-KAU lokali (cf. ESA 2010, 13.42).

7.   Surplus operatorju nett

7.50.

Is-surplus operatorju nett jinkiseb mill-valur nett miżjud bil-prezzijiet bażiċi billi jitnaqqas il-kumpens tal-impjegati u taxxi oħra fuq il-produzzjoni u billi jiżdiedu sussidji oħra fuq il-produzzjoni.

8.   Imgħax, renti

7.51.

Ir-REAA japplikaw l-istess regoli bħall-EAA: flussi li huma kklassifikati bħala interessi, renti fil-EAA huma kklassifikati bl-istess mod fir-REAA.

9.   Introjtu intraprenditorjali agrikolu: regoli ġenerali tal-kalkolu

7.52.

L-introjtu mill-proprjetà direttament pagabbli li jirriżulta minn attivitajiet agrikoli u minn attivitajiet sekondarji mhux agrikoli, jiġifieri l-imgħax imħallas fuq self meħud b’rabta ma’ dawn l-attivitajiet, inkluż għax-xiri ta’ art agrikola, u renti mħallsa lis-sidien tal-art, jitnaqqas mis-surplus operatorju (cf. 3.070 sa 3.087).

D.   ĦARSA ĦAFIFA LEJN L-IMPLIMENTAZZJONI

1.   Introduzzjoni

7.53.

Din it-taqsima għandha l-għan li tenfasizza xi aspetti tal-metodoloġija, b’mod partikolari l-għażla tal-azjenda agrikola u l-kejl tal-output.

7.54.

L-azjenda agrikola hija l-unità ta’ referenza għall-istħarriġ statistiku dwar l-agrikoltura, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak subnazzjonali. Dan huwa vantaġġ kbir għar-REAA għaliex dan ifisser li l-valwazzjoni tal-kwantitajiet tal-output tista’ tkun ibbażata direttament fuq sistemi statistiċi għall-kejl tal-erja tal-art, ir-rendimenti, id-daqs tal-merħla eċċ. L-għażla tal-azjenda agrikola għandha wkoll il-vantaġġ li tippermetti li l-kontijiet ikunu aktar konsistenti. L-output u l-kostijiet jirrigwardaw, fil-fatt, settijiet identiċi ta’ unitajiet, anke jekk il-metodi ta’ estrapolazzjoni jvarjaw minn sors għal ieħor. Fl-aħħar nett, l-għażla tal-azjenda agrikola, flimkien mal-kunċetti ta’ attivitajiet u unitajiet karatteristiċi, tevita li jkun hemm bżonn ta’ aġġustamenti li jistgħu jkunu kontenzjużi, kif jista’ jkun il-każ għall-ġonna kulinari u t-trobbija privata ta’ bhejjem minn dawk li mhumiex detenturi. Din il-konvenzjoni tagħmilha aktar faċli biex isir tqabbil bejn il-pajjiżi. Fil-fatt, ir-rabta mad-data statistika fi kwantitajiet fiżiċi, li huma kruċjali għall-agrikoltura u li jiggarantixxu li l-kejl tal-entrati kontabilistiċi jkun konsistenti minħabba li l-aġġustamenti jew il-korrezzjonijiet ta’ “statistiċi addizzjonali” huma b’hekk ristretti, ovvjament tissemplifika u ttejjeb il-kalkoli. Dawn l-aspetti huma wkoll konsistenti mal-għan li tingħata prijorità lill-approċċ axxendenti fir-REAA.

2.   Id-definizzjoni tal-agrikoltura reġjonali

7.55.

Għal kull reġjun, l-industrija agrikola tikkonsisti fl-azjendi agrikoli kollha li l-fatturi tal-produzzjoni tagħhom jinsabu fir-reġjun. Dak il-prinċipju, li huwa konsistenti mal-kunċett tar-residenza tal-unitajiet ta’ produzzjoni, jista’ joħloq xi problemi: l-istatistika agrikola ġeneralment tiddefinixxi l-lokalità fejn jinsabu l-azjendi agrikoli skont il-kwartieri ġenerali tagħhom u mhux direttament skont il-lokalità fejn jinsabu l-fatturi tal-produzzjoni. Dawn iż-żewġ lokalitajiet mhumiex dejjem l-istess u dan il-fenomenu x’aktarx li jkun aktar frekwenti hekk kif l-azjendi agrikoli jikbru. Għalhekk, meta r-REAA jkunu kkompilati, xi azjendi agrikoli għandhom jiġu kklassifikati mill-ġdid bejn ir-reġjuni u anke, f’xi każijiet, maqsuma. Dak x’aktarx ikun diffiċli fil-prattika, f’liema każ jista’ jkun preferibbli li tinżamm l-istess lokalità għall-azjendi agrikoli bħal fl-istħarriġ statistiku. Dik il-proposta, madankollu, tiddependi fuq żewġ kundizzjonijiet: l-ewwel nett, il-metodu ta’ definizzjoni tal-lokalità jrid ikun identiku għar-reġjuni kollha fil-pajjiż u t-tieni nett l-entrati kontabilistiċi jridu jiġu valwati kollha minn sorsi li jużaw l-istess regoli għad-definizzjoni tal-lokalità tal-azjendi agrikoli.

3.   Il-kejl tal-output agrikolu

7.56.

L-output agrikolu jinkludi ċerti prodotti ta’ għelejjel li jerġgħu jintużaw mill-istess azjenda agrikola fil-forma ta’ konsum intermedju; dan jikkonċerna primarjament prodotti għall-għalf tal-annimali. B’mod partikolari għall-għelejjel li jinħartu, l-output reġjonali jista’ spiss jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-kwantitajiet maħsuda f’kull reġjun, u dawn imbagħad jingħataw valur permezz tal-prezzijiet. F’dak il-każ, l-output kollu jiġi valwat, kemm jekk ikun maħsub għall-kummerċjalizzazzjoni barra mill-industrija, għall-bejgħ lil azjendi agrikoli oħra jew għall-użu mill-istess azjenda agrikola. L-output ta’ kull reġjun b’hekk jinkiseb direttament, f’konformità mal-kunċett adottat fil-EAA u fir-REAA. Il-prezzijiet li bihom l-output li jifforma l-konsum intern fi ħdan l-unità jiġi valwat jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq data reġjonali, li tikkorrispondi għall-prezzijiet li bihom l-output jiġi kkummerċjalizzat. Madankollu, in-nuqqas ta’ data dwar il-prezzijiet reġjonali joħloq problema ġenerali fir-rigward tal-valwazzjoni tal-output, kemm l-output (reġjonali) li jiġi kummerċjalizzat kif ukoll l-output li jifforma l-konsum fi ħdan l-unità. Għalhekk, l-ivvalutar tar-REAA tal-prodotti li jiffurmaw il-konsum intern fi ħdan l-unità stess tqajjem l-istess diffikultajiet bħall-ivvalutar tal-prodotti li jiġu kkummerċjalizzati. Ovvjament, hija kwistjoni differenti meta l-kwantitajiet ma jistgħux jiġu valwati fil-livell reġjonali. F’dan il-każ, metodu dixxendenti bbażat fuq valwazzjonijiet fil-livell nazzjonali huwa ġeneralment l-uniku wieħed li jista’ jintuża (*4).

7.57.

Fir-rigward tal-annimali, kemm jekk dawn huma kklassifikati bħala inventarji jew bħala kapital fiss, għandhom jitqiesu l-punti li ġejjin:

valwazzjonijiet fil-livell reġjonali tal-bidliet fl-inventarji u fil-GFCF relatati mal-annimali, b’dawk iż-żewġ flussi jkunu komponenti tal-metodu indirett tal-kalkolu tal-output;

valwazzjonijiet tal-kummerċ tal-annimali bejn ir-reġjuni, b’dak il-kummerċ ikun komponent tal-metodu indirett tal-kalkolu tal-output;

tqassim bejn ir-reġjuni tal-flussi tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni tal-annimali;

it-trattament xieraq tal-kostijiet tat-trasferiment tas-sjieda;

il-metodu ta’ aġġustament tar-REAA kontra l-EAA.

7.58.

F’ċerti każijiet, il-metodu indirett tal-kalkolu tal-output tal-annimali jista’ jkun diffiċli wisq fil-livell reġjonali. F’każijiet bħal dawn, ikun aħjar li jiġi kkalkulat l-output fuq il-bażi ta’ mudell bl-użu ta’ data fiżika u mbagħad jiġu aġġustati l-valuri għal dawk fil-EAA.

4.   Attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli

7.59.

Hemm diversi modi kif jiġu inkorporati attivitajiet sekondarji mhux agrikoli inseparabbli fir-REAA, jiddependi mit-tip ta’ attività. Xi wħud minn dawk l-attivitajiet sekondarji huma kkonċentrati ħafna fil-livell reġjonali, pereżempju l-ipproċessar tal-prodotti agrikoli. F’dak il-każ, l-ivvalutar tal-output kemm tal-kwantitajiet kif ukoll tal-prezzijiet jistgħu jiddependu fuq id-data statistika lokali. Għal dak l-output, il-valuri fil-EAA huma de facto l-istess bħal dawk fir-REAA. Każijiet oħrajn, madankollu, jistgħu jkunu aktar diffiċli. Pereżempju, jista’ ma jkunx hemm sors reġjonali għal xi attivitajiet, speċjalment jekk ma jkunux ikkonċentrati f’reġjuni partikolari mill-bidu nett. Għal attivitajiet oħrajn, id-data reġjonali tiġi pprovduta permezz ta’ stħarriġ statistiku jew informazzjoni dwar il-kontijiet mikroekonomiċi (pereżempju n-network tad-data tal-kontabbiltà agrikola (FADN)), iżda ma hemm l-ebda garanzija li dawn huma rappreżentattivi b’mod reġjonali. Barra minn hekk, id-data tista’ tkun qadima mingħajr sorsi disponibbli għal aġġornament affidabbli. Fl-aħħar nett, xi kultant ma jkunux disponibbli l-indikaturi kwalitattivi fil-livell reġjonali. F’dawk il-każijiet kollha, il-valuri tal-EAA huma l-punt tat-tluq għar-REAA u ħafna drabi jrid jintuża l-metodu dixxendenti.

5.   Il-konsum intermedju

7.60.

Il-konsum intermedju fir-REAA jinkludi prodotti agrikoli użati minn azjendi agrikoli, kemm jekk dawk huma nnegozjati direttament bejn id-detenturi fl-istess reġjun kif ukoll f’reġjuni differenti jew jibdlu l-idejn permezz ta’ intermedjarji li jistgħu jew ma jistgħux isiru s-sidien tal-prodotti qabel ma jerġgħu jinbiegħu. Barra minn hekk, xi prodotti agrikoli tal-konsum fi ħdan l-unità jiddaħħlu wkoll bħala konsum intermedju, essenzjalment ċerti għelejjel użati bħala għalf għall-annimali. Ix-xiri ta’ annimali, anke ta’ annimali li huma importati, ma għandux jiddaħħal bħala konsum intermedju.

7.61.

L-ewwel metodu ta’ kalkolu tal-konsum intermedju ta’ prodotti agrikoli fil-livell reġjonali huwa li tiġi kkalkulata d-differenza bejn l-output tar-REAA u dik il-parti tal-output li hija maħsuba li tħalli l-industrija, fuq bażi ta’ prodott prodott (*5). Madankollu, mhijiex rappreżentazzjoni totalment preċiża tal-konsum intermedju tal-prodotti agrikoli f’kull reġjun, għaliex filwaqt li huma inklużi l-prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum intermedju minn azjendi agrikoli f’reġjuni oħra, il-prodotti agrikoli li jiġu minn azjendi agrikoli f’reġjuni oħrajn mhumiex inklużi. Il-konsum intermedju jrid, għalhekk, jiġi aġġustat skont il-valuri fil-EAA.

7.62.

Metodu ieħor ta’ kalkolu huwa wkoll possibbli, bl-użu tal-FADN bħala sors ta’ informazzjoni. Dak is-sors jippermetti l-valur tal-konsum intermedju tal-prodotti agrikoli, irrispettivament minn jekk dawn jiġux minn bejgħ minn azjendi agrikoli oħra jew minn sorsi oħra bħall-importazzjonijiet. Madankollu, l-FADN ma jkoprix eżattament bl-istess mod il-prodotti li jintużaw bħala konsum intermedju mill-istess azjenda agrikola, u għalhekk huma meħtieġa korrezzjonijiet. Bl-istess mod, għalhekk, il-konsum intermedju jrid jiġi aġġustat skont il-valuri tal-EAA.

(*1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1)."

(*2)  Sakemm il-bejgħ u x-xiri korrispondenti jaqgħu fl-istess perjodu tal-ikkontjar."

(*3)  Ix-xiri ta’ annimal qatt ma għandu jiġi rreġistrat bħala konsum intermedju (bażikament, huwa akkwist ta’ xogħol li għadu għaddej, cf. 2.067) u l-kalkolu tal- output tal-annimali jista’ jiġi kkalkulat biss indirettament, fuq il-bażi tal-bejgħ, il-GFCF u t-tibdil fl-istokk."

(*4)  Skont il-metodu użat, il-konsum fi ħdan l-unità għandu jiġi aġġustat għall-valuri tal-EAA."

(*5)  Il-prodotti agrikoli importati (ħlief l-annimali) huma esklużi.”."


(*1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(*2)  Sakemm il-bejgħ u x-xiri korrispondenti jaqgħu fl-istess perjodu tal-ikkontjar.

(*3)  Ix-xiri ta’ annimal qatt ma għandu jiġi rreġistrat bħala konsum intermedju (bażikament, huwa akkwist ta’ xogħol li għadu għaddej, cf. 2.067) u l-kalkolu tal- output tal-annimali jista’ jiġi kkalkulat biss indirettament, fuq il-bażi tal-bejgħ, il-GFCF u t-tibdil fl-istokk.

(*4)  Skont il-metodu użat, il-konsum fi ħdan l-unità għandu jiġi aġġustat għall-valuri tal-EAA.

(*5)  Il-prodotti agrikoli importati (ħlief l-annimali) huma esklużi.”.”


ANNESS II

“ANNESS II

IL-PROGRAMM TAT-TRAŻMISSJONI TAD-DATA

Għal kull wieħed mill-oġġetti ta’ output (l-entrati 01 sa 18, inklużi s-subentrati), il-valur bil-prezzijiet bażiċi kif ukoll il-komponenti tiegħu (il-valur skont il-prezzijiet tal-produttur, is-sussidji fuq il-prodotti u t-taxxi fuq il-prodotti) għandhom jiġu trażmessi.

Id-data għall-kont tal-produzzjoni u għall-formazzjoni grossa tal-kapital fiss (“GFCF”) għandha tiġi trasmessa kemm skont il-prezzijiet attwali kif ukoll skont dawk tas-sena preċedenti.

Il-valuri kollha għandhom jiġu espressi f’miljuni ta’ unitajiet tal-munita nazzjonali. L-input tax-xogħol għandu jiġi espress f’1 000 unità ta’ xogħol annwali.

Id-data għall-kontijiet ekonomiċi reġjonali għall-agrikoltura (“REAA”) għandha tiġi pprovduta fil-livell NUTS 2 u tiġi trażmessa bil-prezzijiet attwali biss.

1.   Kont tal-produzzjoni

 

 

Trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta’ referenza n

a

b

c

d

Entrata

Lista ta’ varjabbli

Novembru

sena n (estimi tal-EAA)

Marzu

sena n+1 (estimi tal-EAA)

Settembru

sena n+1 (data tal-EAA)

Settembru

sena n+2 (data tar-REAA)

01

ĊEREALI (inkluż żrieragħ)

X

X

X

X

01.1

Qamħ u farru

X

X

X

X

01.1/1

Qamħ artab u farru artab

X

X

01.1/2

Qamħ durum

X

X

01.2

Segala u meslin

X

X

X

X

01.3

Xgħir

X

X

X

X

01.4

Ħafur u taħlit ta’ ċereali tas-sajf

X

X

X

X

01.5

Żerriegħa tal-qamħirrum

X

X

X

X

01.6

Ross

X

X

X

X

01.7

Ċereali oħrajn

X

X

X

X

02

GĦELEJJEL INDUSTRIJALI

X

X

X

X

02.1

Żrieragħ taż-żejt u frott taż-żejt (inkluż żrieragħ)

X

X

X

X

02.1/1

Żerriegħa tal-kolza u tan-nevew

X

X

02.1/2

Ġirasol

X

X

02.1/3

Sojja

X

X

02.1/4

Prodotti żejtnin oħrajn

X

X

02.2

Għelejjel tal-proteini (inkluż iż-żrieragħ)

X

X

X

X

02.3

Tabakk mhux maħdum

X

X

X

X

02.4

Pitrava ħelwa

X

X

X

X

02.5

Għelejjel industrijali oħrajn

X

X

X

X

02.5/1

Pjanti tal-fibra

X

02.5/2

Ħops

X

02.5/3

Għelejjel industrijali oħrajn: oħrajn

X

03

PJANTI TAL-FORAĠĠ

X

X

X

X

03.1

Qamħirrum għall-għalf

X

X

03.2

Għelejjel b’għerq li jintuża bħala għalf (inkluż pitravi għall-foraġġ)

X

X

03.3

Pjanti tal-foraġġ oħrajn

X

X

04

PRODOTTI TAL-ĦAXIX U ORTIKULTURALI

X

X

X

X

04.1

Ħaxix frisk

X

X

X

X

04.1/1

Pastard

X

04.1/2

Tadam

X

04.1/3

Ħaxix frisk ieħor

X

04.2

Pjanti u fjuri

X

X

X

X

04.2/1

Mixtli

X

04.2/2

Pjanti u fjuri ornamentali (inkluż siġar tal-Milied)

X

04.2/3

Pjantaġġuni

X

05

PATATA (inkluż żrieragħ)

X

X

X

X

06

FROTT

X

X

X

X

06.1

Frott frisk

X

X

X

X

06.1/1

Tuffieħ għad-deżerta

X

06.1/2

Lanġas għad-deżerta

X

06.1/3

Ħawħ

X

06.1/4

Frott frisk ieħor

X

06.2

Frott taċ-ċitru

X

X

X

X

06.2/1

Larinġ ħelu

X

06.2/2

Mandolin

X

06.2/3

Lumi

X

06.2/4

Frott taċ-ċitru ieħor

X

06.3

Frott tropikali

X

X

X

X

06.4

Għeneb

X

X

X

X

06.4/1

Għeneb għad-deżerta

X

06.4/2

Għeneb ieħor

X

06.5

Żebbuġ

X

X

X

X

06.5/1

Żebbuġ tal-mejda

X

06.5/2

Żebbuġ ieħor

X

07

INBID

X

X

X

X

07.1

Inbid tal-mejda

X

07.2

Inbid ta’ kwalità

X

08

ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA

X

X

X

X

09

GĦELEJJEL OĦRAJN

X

X

X

X

09.1

Materjali tal-ħaxix użati primarjament għall-immaljar

X

09.2

Żrieragħ

X

09.3

Għelejjel oħrajn: oħrajn

X

10

L-OUTPUT TAL-GĦELEJJEL (01 SA 09)

X

X

X

X

11

ANNIMALI

X

X

X

X

11.1

Bhejjem tal-ifrat

X

X

X

X

11.2

Majjali

X

X

X

X

11.3

Ekwini

X

X

X

X

11.4

Nagħaġ u mogħoż

X

X

X

X

11.5

Tjur tat-trobbija

X

X

X

X

11.6

Annimali oħra

X

X

X

X

12

PRODOTTI TAL-ANNIMALI

X

X

X

X

12.1

Ħalib

X

X

X

X

12.2

Bajd

X

X

X

X

12.3

Prodotti tal-annimali oħrajn

X

X

X

X

12.3/1

Suf mhux maħdum

X

12.3/2

Fsiedaq tad-dudu tal-ħarir

X

12.3/3

Prodotti tal-annimali oħrajn: oħrajn

X

13

OUTPUT TAL-ANNIMALI (11+12)

X

X

X

X

14

OUTPUT TA’ OĠĠETTI AGRIKOLI (10+13)

X

X

X

X

15

OUTPUT TA’ SERVIZZI AGRIKOLI

X

X

X

X

15.1

Servizzi agrikoli

X

15.2

Kiri ta’ kwoti tal-ħalib

X

16

OUTPUT AGRIKOLU (14+15)

X

X

X

X

17

ATTIVITAJIET SEKONDARJI MHUX AGRIKOLI (INSEPARABBLI)

X

X

X

X

17.1

L-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli

X

X

X

X

17.2

Attivitajiet sekondarji inseparabbli oħrajn (oġġetti u servizzi)

X

X

X

X

18

OUTPUT TAL-INDUSTRIJA AGRIKOLA (16+17)

X

X

X

X

19

IL-KONSUM INTERMEDJU TOTALI

X

X

X

X

19.01

L-inventarju taż-żrieragħ u t-twaħħil

X

X

X

X

19.02

Enerġija; lubrikanti

X

X

X

X

19.02/1

elettriku

X

19.02/2

gass

X

19.02/3

fjuwils u propellanti oħrajn

X

19.02/4

oħrajn

X

19.03

Fertilizzanti u tejjieba tal-ħamrija

X

X

X

X

19.04

Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u pestiċidi

X

X

X

X

19.05

Spejjeż veterinarji

X

X

X

X

19.06

Għalf għall-annimali

X

X

X

X

19.06/1

għalf fornut minn azjendi agrikoli oħrajn

X

X

X

X

19.06/2

għalf mixtri minn barra l-industrija agrikola

X

X

X

X

19.06/3

għalf prodott u kkunsmat mill-istess azjenda agrikola

X

X

X

X

19.07

Manutenzjoni ta’ materjali

X

X

X

X

19.08

Manutenzjoni ta’ bini

X

X

X

X

19.09

Servizzi agrikoli

X

X

X

X

19.10

Servizzi finanzjarji intermedji mkejla b’mod indirett (fisim)

X

X

X

X

19.11

Oġġetti u servizzi oħrajn

X

X

X

X

20

IL-VALUR MIŻJUD GROSS BI PREZZIJIET BAŻIĊI (18-19)

X

X

X

X

21

KONSUM TA’ KAPITAL FISS

X

X

X

X

21.1

Apparat

X

21.2

Bini

X

21.3

Pjantaġġuni

X

21.4

Oħrajn

X

22

VALUR MIŻJUD NETT BI PREZZIJIET BAŻIĊI (20-21)

X

X

X

X

2.   Kont tal-ġenerazzjoni tad-dħul

 

 

Trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta’ referenza n

a

b

c

d

Entrata

Lista ta’ varjabbli

Novembru

sena n (estimi tal-EAA)

Marzu

sena n+1 (estimi tal-EAA)

Settembru

sena n+1 (data tal-EAA)

Settembru

sena n+2 (data tar-REAA)

23

KUMPENS LILL-IMPJEGATI

X

X

X

X

24

TAXXI OĦRAJN FUQ IL-PRODUZZJONI

X

X

X

X

25

SUSSIDJI OĦRAJN FUQ IL-PRODUZZJONI

X

X

X

X

26

INTROJTU TAL-FATTUR (22-24+25)

X

X

X

X

27

SURPLUS OPERATORJU / INTROJTU MĦALLAT (22-23-24+25)

X

X

X

X

3.   Il-kont tal-introjtu intraprenditorjali

 

 

Trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta’ referenza n

a

b

c

d

Entrata

Lista ta’ varjabbli

Novembru

sena n (estimi tal-EAA)

Marzu

sena n+1 (estimi tal-EAA)

Settembru

sena n+1 (data tal-EAA)

Settembru

sena n+2 (data tar-REAA)

28

RENTI U IMPOSTI OĦRAJN GĦALL-KIRI TA’ PROPRJETÀ IMMOBBLI LI JRIDU JITĦALLSU

X

X

X

X

29

IMGĦAX PAGABBLI

X

X

X

X

30

IMGĦAX RIĊEVIBBLI

X

X

X

X

31

INTROJTU INTRAPRENDITORJALI (27-28-29+30)

X

X

X

X

4.   Elementi tal-kont kapitali

 

 

Trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta’ referenza n

a

b

c

d

Entrata

Lista ta’ varjabbli

Novembru

sena n (estimi tal-EAA)

Marzu

sena n+1 (estimi tal-EAA)

Settembru

sena n+1 (data tal-EAA)

Settembru

sena n+2 (data tar-REAA)

32

GFCF FI PRODOTTI AGRIKOLI

X

X

32.1

GFCF fi pjantaġġuni

X

32.2

GFCF tal-annimali

X

33

GFCF FI PRODOTTI MHUX AGRIKOLI

X

X

33.1

GFCF f’materjali

X

33.2

GFCF f’bini

X

33.3

GFCF oħra

X

34

GFCF (MINBARRA L-VAT DEDUĊIBBLI) (32+33)

X

X

35

FORMAZZJONI TA’ KAPITAL FISS NETT (MINBARRA L-VAT DEDUĊIBBLI) (34-21)

X

X

36

BIDLIET FL-INVENTARJI

X

X

37

TRASFERIMENTI KAPITALI

X

X

37.1

Sovvenzjonijiet ta’ investiment

X

37.2

Trasferimenti kapitali oħrajn

X

5.   L-input tax-xogħol agrikolu

 

 

Trasmissjoni li tikkonċerna s-sena ta’ referenza n

a

b

c

Entrata

Lista ta’ varjabbli

Novembru

sena n (estimi tal-EAA)

Marzu

sena n+1 (estimi tal-EAA)

Settembru

sena n+1 (data tal-EAA)

38

INPUT TAX-XOGĦOL AGRIKOLU TOTALI

X

X

X

38.1

Input tax-xogħol agrikolu mhux b’salarju

X

X

X

38.2

L-input tax-xogħol agrikolu b’salarju

X

X

X


Top