Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0409

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/409 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jemenda għat-329 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

    C/2022/1555

    ĠU L 84, 11.3.2022, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/409/oj

    11.3.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 84/18


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/409

    tad-9 ta’ Marzu 2022

    li jemenda għat-329 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fit-3 ta’ Marzu 2022, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ entrati mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi.

    (3)

    Huwa meħtieġ ukoll li tiġi riflessa għal deżinjazzjoni waħda simplifikazzjoni teknika tal-lista tan-NU bil-konsolidazzjoni tal-psewdonimi mwettqa mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar il-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2022.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President,

    Id-Direttur Ġenerali

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni naturali” jitħassru:

    1.

    “’Abd Al-Malik Muhammad Yusuf ‘Uthman ’Abd Al-Salam (kitba oriġinali: عبدالملك محمد يوسف عثمان عبد السلام) (psewdonimu affidabbli: (a) ‘Abd al-Malik Muhammad Yusif’ Abd-al-Salam; psewdonimu anqas affidabnbli: (a) ‘Umar al-Qatari; (b) ‘Umar al-Tayyar). Data tat-twelid: 13.7.1989. Nazzjonalità: Ġordanjana. Nru tal-Passaport: K475336 (Numru tal-passaport Ġordanjan, maħruġ fil-31.8.2009 u skada fil-30.8.2014). Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.1.2015.”

    2.

    ‘Nayif Salih Salim Al-Qaysi (magħruf ukoll bħala: a) Naif Saleh Salem al Qaisi b) Nayif al-Ghaysi). Data tat-twelid: 1983. Post tat-twelid: Il-Governorat ta’ Al-Baydah, il-Jemen. Nazzjonalità: Jemenita. Numru tal-Passaport: Jemen 04796738. Indirizz: a) Il-Governorat ta’ Al-Baydah, il-Jemen b) Sana’ a, il-Jemen (post preċedenti). Data tad-deżinjazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 22.2.2017.”

    3.

    ‘Sadruddin, Alhaj, Mullah (Sindku ta’ Kabul)’

    4.

    ‘Sayed, Alhaj Mullah Sadudin (Sindku ta’ Kabul)’


    Top