Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0389

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/389 tat-8 ta’ Marzu 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format, l-istruttura, il-listi tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni annwali tal-informazzjoni li għandha tiġi żvelata mill-awtoritajiet kompetenti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/1333

ĠU L 79, 9.3.2022, p. 4–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 10/12/2023

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/389/oj

9.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 79/4


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/389

tat-8 ta’ Marzu 2022

li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format, l-istruttura, il-listi tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni annwali tal-informazzjoni li għandha tiġi żvelata mill-awtoritajiet kompetenti

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, 2014/59/UE u 2014/65/UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tirrikjedi li l-awtoritajiet kompetenti jiżvelaw ċerta informazzjoni sabiex is-suq intern tad-ditti tal-investiment jopera b’effikaċja dejjem akbar u biex jiġu żgurati livelli adegwati ta’ trasparenza għall-pubbliku ġenerali. Skont din id-Direttiva, l-informazzjoni żvelata għandha tkun komprensiva u preċiża biżżejjed biex tippermetti tqabbil sinifikanti tal-approċċi adottati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(2)

Sabiex tiġi ffaċilitata din il-valutazzjoni, l-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti kollha għandha tiġi ppubblikata f’format komuni, għandha tiġi aġġornata regolarment u ssir aċċessibbli fuq sit elettroniku uniku. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġu ddeterminati l-format, l-istruttura, il-listi tal-kontenut u d-data tal-pubblikazzjoni annwali ta’ din l-informazzjoni. Filwaqt li r-rekwiżiti ta’ żvelar stabbiliti fit-Titolu V tad-Direttiva (UE) 2019/2034 jestendu fil-qasam kollu tar-regolamentazzjoni prudenzjali, jeħtieġ li l-ewwel issir enfasi fuq ir-responsabbiltajiet superviżorji li joriġinaw minn din id-Direttiva u mir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

(3)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea wara li kkonsultat lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq.

(4)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implementazzjoni li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Liġijiet, regolamenti, regoli amministrattivi u gwida ġenerali

Meta jippubblikaw informazzjoni dwar testi ta’ liġijiet, regolamenti, regoli amministrattivi u gwida ġenerali adottati fl-Istat Membru tagħhom fil-qasam tar-regolamentazzjoni prudenzjali skont l-Artikolu 57(1), il-punt (a), tad-Direttiva (UE) 2019/2034, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-formoli applikabbli stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Opzjonijiet u diskrezzjonijiet

Meta jippubblikaw informazzjoni dwar il-mod kif jiġu eżerċitati l-opzjonijiet u d-diskrezzjonijiet disponibbli skont l-Artikolu 57(1), il-punt (b) tad-Direttiva (UE) 2019/2034, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-formoli applikabbli stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Kriterji u metodoloġiji ġenerali għal proċess ta’ reviżjoni u evalwazzjoni superviżorji

Meta jippubblikaw informazzjoni dwar il-kriterji u l-metodoloġiji ġenerali li jużaw l-awtoritajiet kompetenti fir-rieżami u l-evalwazzjoni superviżorji msemmija fl-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 skont l-Artikolu 57(1), il-punt (c), ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-formola stabbilita fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Data statistika aggregata

Meta jippubblikaw informazzjoni dwar data statistika aggregata dwar aspetti ewlenin tal-implimentazzjoni tal-qafas prudenzjali skont l-Artikolu 57(1), il-punt (d), tad-Direttiva (UE) 2019/2034, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-formoli stabbiliti fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Data tal-pubblikazzjoni annwali

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw informazzjoni elenkata fl-Artikolu 57(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 fuq sit elettroniku uniku għall-ewwel darba sat-30 ta’ Ġunju 2022.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġornaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 57(1), il-punt (d), tad-Direttiva (UE) 2019/2034 sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena abbażi tal-informazzjoni dwar ir-rapportar superviżorju sal-31 ta’ Diċembru tas-sena preċedenti.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġornaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 57(1), il-punti (a), (b) u (c) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 regolarment, u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena, sakemm ma jkunx hemm bidla fl-informazzjoni ppubblikata.

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64.

(2)  Ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS I

REGOLI U GWIDA

Lista ta’ formoli

PARTI 1

Traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/2034

PARTI 2

Approvazzjoni tal-mudell

PARTI 3

Rekwiżiti speċifiċi ta’ żvelar applikati għad-ditti tal-investiment

PARTI 4

Rapportar regolatorju

Rimarki ġenerali dwar kif jimtlew il-formoli fl-Anness I

Meta jippubblikaw informazzjoni dwar il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhom jiżvelaw l-ebda miżura superviżorja indirizzata lil ditta tal-investiment speċifika, kemm jekk tittieħed fil-konfront ta’ ditta tal-investiment waħda u kemm jekk fil-konfront ta’ grupp ta’ ditti tal-investiment.

PARTI 1

Traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/2034

 

Traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2019/2034

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2019/2034

Links għat-test nazzjonali(  (1)

Referenza/(i) għad-dispożizzjonijiet nazzjonali  (2)

Disponibbli bl-EN (IVA/LE)

010

Id-data tal-aħħar aġġornament tal-informazzjoni f’dawn il-formoli

 

(jj/xx/ssss)

020

I.

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

l-Artikoli 1 sa 3

 

 

 

030

II.

Awtoritajiet kompetenti

l-Artikoli 4 sa 8

 

 

 

040

III

Kapital inizjali

l-Artikoli 9 sa 11

 

 

 

050

IV.

Superviżjoni prudenzjali

 

 

 

 

060

KAPITOLU 1 - Prinċipji tas-superviżjoni prudenzjali

 

 

 

 

070

Taqsima 1 - Kompetenzi u dmirijiet tal-Istati Membri tad-domiċilju u ta’ dawk ospitanti

l-Artikoli 12 sa 14

 

 

 

080

Taqsima 2 - Segretezza professjonali u dmir ta’ rapportar

l-Artikoli 15 sa 17

 

 

 

090

Taqsima 3 - Sanzjonijiet, setgħat investigattivi, u dritt ta' appell

l-Artikoli 18 sa 23

 

 

 

100

KAPITOLU 2 — Proċess ta’ rieżami

 

 

 

 

110

Taqsima 1 - Proċess ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza tal-kapital intern u riskju intern

l-Artikolu 24

 

 

 

120

Taqsima 2 - Governanza interna, trasparenza, trattament tar-riskji u remunerazzjoni

l-Artikoli 25 sa 35

 

 

 

130

Taqsima 3 - Proċess ta’ riażami u evalwazzjoni superviżorji

l-Artikoli 36 sa 37

 

 

 

140

Taqsima 4 - Miżuri u setgħat superviżorji

l-Artikoli 38 sa 45

 

 

 

150

KAPITOLU 3 - Superviżjoni ta’ gruppi ta’ ditti tal-investiment

 

 

 

 

160

Taqsima 1 -Superviżjoni ta’ gruppi ta’ ditti tal-investiment fuq bażi konsolidata u superviżjoni tal-konformità mat-test tal-kapital ta' grupp

l-Artikoli 46 sa 50

 

 

 

170

Taqsima 2 - Kumpaniji holding ta’ investiment, kumpaniji holding finanzjarji mħallta u kumpaniji holding li jwettqu attivitajiet mħallta

l-Artikoli 51 sa 56

 

 

 

180

TITOLU V - PUBBLIKAZZJONI MILL-AWTORITAJIET KOMPETENTI

l-Artikolu 57

 

 

 

190

TITOLU VI - ATTI DELEGATI

l-Artikolu 58

 

 

 

200

TITOLU VII – EMENDI GĦAL DIRETTIVI OĦRA

l-Artikoli 59 sa 64

 

 

 

210

TITOLU VIII - DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

l-Artikoli 65 sa 69

 

 

 

PARTI 2

Approvazzjoni tal-formola  (3)

010

Id-data tal-aħħar aġġornament tal-informazzjoni f’din il-formola

(jj/xx/ssss)

 

 

Deskrizzjoni tal-approċċ

020

Approċċ superviżorju għall-approvazzjoni tal-użu ta' Approċċ tal-Mudell Intern (IMA) alternattiv għall-kalkolu tar-rekwiżiti kapitali minimi għar-riskju tas-suq

030

Dokumentazzjoni minima li għandha tingħata mid-ditta tal-investiment li tapplika għall-użu ta’ approċċ IMA alternattiv

[test liberu]

040

Deskrizzjoni tal-proċess ta’ valutazzjoni mwettaq mill-awtorità kompetenti (l-użu ta’ mezzi ta’ awtovalutazzjoni, id-dipendenza fuq awdituri esterni u spezzjonijiet fuq il-post) u kriterji ewlenin tal-valutazzjoni

[test liberu]

050

Forma tad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità kompetenti u l-komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet lill-applikanti

[test liberu]

PARTI 3

Rekwiżiti speċifiċi ta’ żvelar applikati għad-ditti tal-investiment

 

Id-Direttiva (UE) 2019/2034

Dispożizzjoni

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-awtorità kompetenti

 

010

Id-data tal-aħħar aġġornament tal-informazzjoni f’din il-formola

 

(jj/xx/ssss)

020

Artikolu 44(a)

L-awtoritajiet kompenti għandhom is-setgħa li jesiġu li ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 u d-ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament aktar minn darba fis-sena u li jistabbilixxu skadenzi għal din il-pubblikazzjoni;

Il-frekwenza u l-iskadenzi għall-pubblikazzjoni applikabbli għall-istituzzjonijiet

[test liberu]

030

Artikolu 44(b)

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jesiġu li ditti tal-investiment li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet ta' kwalifika bħala ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 u ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 46(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jużaw mezzi u postijiet speċifiċi, b’mod partikolari s-siti web tad-ditti tal-investiment, għal pubblikazzjonijiet oħra li mhumiex ir-rapporti finanzjarji;

Tipi ta’ mezzi tax-xandir speċifiċi biex jintużaw minn ditti tal-investiment

[test liberu]

040

Artikolu 44(c)

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-intrapriżi prinċipali li jippubblikaw annwalment jew b'mod sħiħ jew permezz ta' referenzi għal informazzjoni ekwivalenti, deskrizzjoni tal-istruttura legali tagħhom u tal-istruttura ta' governanza u organizzazzjonali tal-grupp ta' ditti tal-investiment f'konformità mal-Artikoli 26(1) ta' din id-Direttiva u mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2014/65/UE.

L-istruttura legali u l-istruttura ta’ governanza u organizzazzjonali tal-intrapriża prinċipali tal-grupp ta’ ditti tal-investiment

[test liberu]

PARTI 4

Rapportar regolatorju

010

Id-data tal-aħħar aġġornament tal-informazzjoni f’din il-formola

(jj/xx/ssss)

020

L-implimentazzjoni tar-rapportar dwar informazzjoni finanzjarja skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni XXX/2021

030

Jintużaw standards XBRL għall-preżentazzjoni ta’ rapportar lill-awtorità kompetenti?

[Iva/Le]


(1)  Iperlink(s) għas-sit web li fih it-test nazzjonali li jittrasponi d-dispożizzjoni tal-Unjoni inkwistjoni.

(2)  Referenzi dettaljati għad-dispożizzjonijiet nazzjonali, bħat-Titolu, il-Kapitolu, il-paragrafu rilevanti, eċċ.

(3)  Applikabbli mis-26 ta’ Ġunju 2026 jew mid-data tal-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu tar-rekwiżiti kif iddikjarat fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033.


ANNESS II

OPZJONIJIET U DISKREZZJONIJIET

Lista ta’ formoli

PARTI 1

Opzjonijiet u diskrezzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/2034, ir-Regolament (UE) 2019/2033

PARTI 2

Għadd ta’ ditti tal-investiment li jużaw dispożizzjonijiet tranżitorji stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/2034 u r-Regolament (UE) 2019/2033

PARTI 3

Elementi varjabbli tar-remunerazzjoni (l-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2019/2034)

Rimarki ġenerali dwar kif jimtlew il-formoli fl-Anness II

Meta jippubblikaw informazzjoni dwar il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhom jiżvelaw l-ebda miżura superviżorja indirizzata lil ditti tal-investiment speċifiċi, kemm jekk tittieħed fil-konfront ta' istituzzjoni waħda u kemm jekk fil-konfront ta' grupp ta' ditti tal-investiment.

PARTI 1

Opzjonijiet u diskrezzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/2034, ir-Regolament (UE) 2019/2033

 

Id-Direttiva (UE) 2019/2034

Ir-Regolament (UE) 2019/2033

Destinatarji

Denominazzjoni

Deskrizzjoni tal-opzjoni jew tad-diskrezzjoni

Eżerċitata (IVA/LE/Mhux applikabbli)  (1)

Test nazzjonali  (2)

Referenza/i  (3)

Disponibbli bl-EN (IVA/LE)

Dettalji/Kummenti

010

Id-data tal-aħħar aġġornament tal-informazzjoni f’dan il-mudell

(jj/xx/ssss)

 

020

5(1)

 

Awtorità kompetenti

Applikazzjoni tar-rekwiżiti tas-CRD

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li japplikaw ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal ditta tal-investiment li twettaq l-attivitajiet speċifikati fil-punti 3 u 6 fit-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE jekk il-valur totali tal-assi konsolidati tad-ditta tal-investiment ikun daqs jew jaqbeż il-EUR 5 000 000 000 u fil-każ li japplikaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

030

24(2)

 

Awtorità kompetenti

Kapital intern u assi likwidi

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lil ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi biex japplikaw rekwiżiti għal kapital intern u assi likwidi kif previst fl-Artikolu 24 tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

040

36(2)

 

Awtorità kompetenti

Rieżami superviżorju u evalwazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeċiedu fuq bażi ta’ każ b’każ jekk u f’liema forma għandhom jitwettqu r-rieżami u l-evalwazzjoni għal ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

050

40(7)

 

Awtorità kompetenti

Rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jimponu fuq bażi ta’ każ b’każ rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali msemmija fl-Artikolu 40 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 dwar ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

060

41(1)

 

Awtorità kompetenti

Rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lid-ditti tal-investiment li mhumiex ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi biex ikollhom livell ta’ fondi proprji li jkopri l-impatt potenzjali tal-fluttwazzjonijiet ekonomiċi ċikliċi.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

070

42(1)

 

Awtorità kompetenti

Rekwiżiti ta’ likwidità

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimponu rekwiżiti speċifiċi tal-likwidità msemmija fil-punt (k) tal-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 għad-ditti tal-investiment li għalihom japplikaw ir-rekwiżiti tal-likwidità kif imsemmi fl-Artikolu 42(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

080

46(6)

 

Awtorità kompetenti

Eżenzjoni mill-kriterji tas-superviżur tal-grupp

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaħtru superviżur fuq bażi konsolidata li jkun differenti minn dak imsemmi fl-Artikolu 46(6) tad-Direttiva (UE) 2019/2034.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

090

 

1(2)(c)

Awtorità kompetenti

Applikazzjoni tar-rekwiżiti tar-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital (ir-Regolament (UE) Nru 575/2013)

L-awtorità kompetenti tista’ tiddeċiedi li tapplika r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għad-ditti tal-investiment li jwettqu attivitajiet speċifikati fil-punti 3 u 6 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE u li għalihom il-valur totali tal-assi konsolidati tad-ditta tal-investiment jew tal-grupp ta’ ditti tal-investiment ikun ugwali għal jew jaqbeż il-EUR 15 000 000 000 skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

100

 

1(5)

Awtorità kompetenti

Applikazzjoni tar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li r-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jiġu applikati għal ditti tal-investiment li jwettqu attivitajiet speċifikati fil-punti 3 u 6 fit-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE u jekk id-ditta tal-investiment tkun sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta skont l-Artikolu 1(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

110

 

6(1)

Awtorità kompetenti

Applikazzjoni tar-rekwiżiti fuq bażi individwali

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw ditta tal-investiment mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/2033 fir-rigward tal-partijiet 2, 3, 4, 6 u 7, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 6(1).

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

120

 

6(2)

Awtorità kompetenti

Applikazzjoni tar-rekwiżiti fuq bażi individwali

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw ditta tal-investiment mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/2033 fir-rigward tal-parti 6, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 6(2).

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

130

 

6(3)

Awtorità kompetenti

Applikazzjoni tar-rekwiżiti fuq bażi individwali

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw ditta tal-investiment mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/2033 fir-rigward tal-parti 5 jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha tal-Artikolu 6(3).

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

140

 

7(4)

Awtorità kompetenti

Applikazzjoni ta’ rekwiżiti fuq bażi konsolidata

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lill-impriża prinċipali minn rekwiżiti biex tikkonforma mal-obbligu stabbilit fil-parti 5 abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

150

 

8(1)

Awtorità kompetenti

Applikazzjoni ta’ rekwiżiti fuq bażi konsolidata

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2019/2033 meta l-istrutturi tal-grupp ikunu sempliċi biżżejjed, ma jkunx hemm riskji sinifikanti għall-klijenti jew għas-suq mill-grupp ta’ ditti tal-investiment kollu kemm hu li, inkella, ikun jeħtieġ superviżjoni fuq bażi konsolidata.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

160

 

8(4)

Awtorità kompetenti

Applikazzjoni ta’ rekwiżiti fuq bażi konsolidata

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu li kumpanija prinċipali jkollha ammont aktar baxx ta’ fondi proprji mill-ammont ikkalkulat skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033, dment li dan l-ammont ma jkunx inqas mis-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji imposti fuq bażi individwali fuq id-ditti tal-investiment sussidjarji tagħha, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-impriżi ta’ servizzi anċillari u fuq l-aġenti marbuta, u l-ammont totali ta’ kwalunkwe obbligazzjoni kontinġenti favur dawk l-entitajiet.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

170

 

9(4)

Awtorità kompetenti

Fondi proprji

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu lid-ditti tal-investiment li huma żgħar u mhux interkonnessi jew li mhumiex persuni ġuridiċi jew kumpaniji b’ishma konġunti biex jużaw strumenti jew fondi ulterjuri bħala ekwivalenti għal strumenti ta’ fondi proprji

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

180

 

10(2)

Awtorità kompetenti

Holdings kwalifikattivi ta’ fondi proprji

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprojbixxu ditta tal-investiment milli jkollha holdings kwalifikattivi kif imsemmi fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033, meta l-ammont ta’ dawk il-holdings jaqbeż il-perċentwali tal-fondi proprji stabbiliti f’dan il-paragrafu.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

190

 

11(3)

Awtorità kompetenti

Fondi proprji

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li ditta tal-investiment tkun soġġetta għal rekwiżiti ta’ fondi proprji differenti minn dawk imsemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

200

 

13(2)

Awtorità kompetenti

Fondi proprji. Rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġġustaw ir-rekwiżit tal-ammont tal-ispejjeż ġenerali fissi kif imsemmi fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 meta jqisu li kien hemm bidla materjali fl-attivitajiet ta’ ditta tal-investiment.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

210

 

15(4)

Awtorità kompetenti

Fondi proprji

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġġustaw l-ammont korrispondenti ta’ fattur-K rilevanti meta jqisu li kien hemm bidla materjali fl-attività kummerċjali tad-ditta tal-investiment.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

220

 

17(2)

Awtorità kompetenti

Fatturi-K. K-AUM (assi mmaniġġjati)

L-awtorità kompetenti tista’ tissostitwixxi punti ta’ data storiċi neqsin b’determinazzjonijiet regolatorji bbażati fuq il-projezzjonijiet tan-negozju tad-ditta tal-investiment ippreżentati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

230

 

18(2)

Awtorità kompetenti

Fatturi-K. K-CMH (flus tal-klijenti miżmuma)

L-awtorità kompetenti tista’ tissostitwixxi punti ta’ data storiċi neqsin b’determinazzjonijiet regolatorji bbażati fuq il-projezzjonijiet tan-negozju tad-ditta tal-investiment ippreżentati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

240

 

19(3)

Awtorità kompetenti

Fatturi-K. K-ASA (assi ssalvagwardjati u amministrati)

L-awtorità kompetenti tista’ tissostitwixxi punti ta’ data storiċi neqsin b’determinazzjonijiet regolatorji bbażati fuq il-projezzjonijiet tan-negozju tad-ditta tal-investiment ippreżentati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

250

 

20(3)

Awtorità kompetenti

Fatturi-K. K-COH (ordnijiet tal-klijenti mmaniġġjati)

L-awtorità kompetenti tista’ tissostitwixxi punti ta’ data storiċi neqsin b’determinazzjonijiet regolatorji bbażati fuq il-projezzjonijiet tan-negozju tad-ditta tal-investiment ippreżentati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

260

 

30(1)

Awtorità kompetenti

Fatturi-K. K-TCD

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jibdlu l-aġġustament għall-volatilità għal ċerti tipi ta’ komoditajiet li għalihom hemm livelli differenti ta’ volatilità fil-prezzijiet.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

270

 

33(4)

Awtorità kompetenti

Fatturi-K. K-DTF (fluss tan-negozjar ta’ kuljum)

L-awtorità kompetenti tista’ tissostitwixxi punti ta’ data storiċi neqsin b’determinazzjonijiet regolatorji bbażati fuq il-projezzjonijiet tan-negozju tad-ditta tal-investiment ippreżentati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

280

 

38(2)

Awtorità kompetenti

Riskju ta’ konċentrazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu lid-ditta tal-investiment perjodu limitat biex tikkonforma mal-limitu rigward ir-riskju tal-konċentrazzjoni u l-eċċess tal-valur tal-iskopertura msemmi fl-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2019/2033.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

290

 

41(2)

Awtorità kompetenti

Riskju ta’ konċentrazzjoni

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw kompletament jew parzjalment l-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033 mill-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2019/2033.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

300

 

43(1)

Awtorità kompetenti

Rekwiżiti ta’ likwidità

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeżentaw lid-ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi mill-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-likwidità stabbiliti fl-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

 

PARTI 2

Għadd ta’ ditti tal-investiment li jużaw dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/2034 u r-Regolament (UE) 2019/2033

 

Id-Direttiva (UE) 2019/2034

Ir-Regolament (UE) 2019/2033

Destinatarju

Kamp ta’ applikazzjoni

Denominazzjoni

Deskrizzjoni tal-opzjoni jew tad-diskrezzjoni

Sena

Eżerċitata (IVA/LE/Mhux applikabbli)  (4)

Għadd ta’ ditti tal-investiment li japplikaw id-dispożizzjoni tranżizzjonali

 

Id-data tal-aħħar aġġornament tal-informazzjoni f’dan il-mudell

(jj/xx/ssss)

 

 

010

 

Artikolu 57(3)

Ditti tal-investiment

Fondi proprji

Applikazzjoni ta’ rekwiżiti tal-fondi proprji aktar baxxi

Id-ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 57(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jistgħu japplikaw rekwiżiti tal-fondi proprji aktar baxxi għal perjodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Ġunju 2021.

[Sena]

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

 

020

 

Artikolu 57(4)

Ditti tal-investiment

Fondi proprji

Applikazzjoni ta’ rekwiżiti tal-fondi proprji aktar baxxi

Id-ditti tal-investiment imsemmija fl-Artikolu 57(4) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jistgħu japplikaw rekwiżiti tal-fondi proprji aktar baxxi għal perjodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Ġunju 2021.

[Sena]

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

 

030

 

Artikolu 57(6)

Ditti tal-investiment li jinnegozjaw f’isimhom stess

Fondi proprji

Applikazzjoni ta’ rekwiżiti tal-fondi proprji aktar baxxi

Id-ditti tal-investiment li jinnegozjaw f’isimhom stess u li huma msemmija fl-Artikolu 57(6) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jistgħu jillimitaw ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħhom għal perjodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Ġunju 2021 għal mill-inqas EUR 250 000, soġġett għal żieda annwali ta’ mill-inqas EUR 100 000 matul perjodu ta’ ħames snin.

[Sena]

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

 

PARTI 3

Elementi varjabbli tar-remunerazzjoni (l-Artikolu 32 tad-Direttiva (UE) 2019/2034)

 

Id-Direttiva (UE) 2019/2034

Destinatarju

Dispożizzjonijiet

Informazzjoni li trid tingħata

Eżerċitata (IVA/LE/Mhux applikabbli)

Referenzi

Disponibbli bl-EN (IVA/LE)

Dettalji/Kummenti

010

Id-data tal-aħħar aġġornament tal-informazzjoni f’dan il-mudell

(jj/xx/ssss)

 

020

Artikolu 30(2)

Stati Membri

L-Istati Membri għandhom jiddeskrivu kif jiżguraw li d-ditti tal-investiment jistabbilixxu l-proporzjonijiet xierqa bejn il-komponent varjabbli u dak fiss tar-remunerazzjoni totali.

[Test/valur liberu]

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

030

Artikolu 32(3)

Stati Membri jew Awtoritajiet Kompetenti

Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni fuq it-tipi u d-disinni jew il-projbizzjonijiet tal-istrumenti li jistgħu jintużaw għall-finijiet tal-għoti ta’ remunerazzjoni varjabbli.

[Test/valur liberu]

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

040

Artikolu 32(5)

Stati Membri

Limiti minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 32(4), li l-awtorità kompetenti tkun żiedet għal ċerti ditti tal-investiment.

[Valur f’EUR]

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

050

Artikolu 32(6)

Stati Membri

Limiti minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 32(4), li l-awtorità kompetenti tkun naqset għal ċerti ditti tal-investiment.

[Valur f’EUR]

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

060

Artikolu 32(7)

Stati Membri

Deskrizzjoni tal-ispeċifiċitajiet tas-suq jew in-natura tar-responsabbiltajiet u l-profil tal-impjieg tal-membri tal-persunal li huma intitolati għal remunerazzjoni varjabbli annwali li r-remunerazzjoni varjabbli annwali tagħhom ma taqbiżx il-EUR 50 000 u ma tirrappreżentax aktar minn kwart tar-remunerazzjoni annwali totali, iżda fejn l-individwu ma kienx soġġett għall-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 32(4).

[Test/valur liberu]

[IVA/LE/Mhux applikabbli]

Obbligatorju jekk IVA

Obbligatorju jekk IVA

 

(1)

“IVA” tindika li l-awtorità kompetenti jew l-Istat Membru li jkollu s-setgħa li jeżerċita l-opzjoni jew id-diskrezzjoni rilevanti jkun eżerċitaha.

“LE” tindika li l-awtorità kompetenti jew l-Istat Membru li jkollu s-setgħa li jeżerċita l-opzjoni jew id-diskrezzjoni rilevanti ma jkunx eżerċitaha.

“Mhux applikabbli” tindika li l-eżerċizzju tal-opzjoni ma jkunx possibbli jew id-diskrezzjoni ma teżistix.

(2)

Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u iperlink(s) għas-sit web li jinkludi t-test nazzjonali li jittrasponi d-dispożizzjoni tal-Unjoni inkwistjoni.

(1)   “IVA” tindika li l-awtorità kompetenti jew l-Istat Membru li jkollu s-setgħa li jeżerċita l-opzjoni jew id-diskrezzjoni rilevanti jkun eżerċitaha.

“LE” tindika li l-awtorità kompetenti jew l-Istat Membru li jkollu s-setgħa li jeżerċita l-opzjoni jew id-diskrezzjoni rilevanti ma jkunx eżerċitaha.

“Mhux applikabbli” tindika li l-eżerċizzju tal-opzjoni ma jkunx possibbli jew id-diskrezzjoni ma teżistix.

(2)  It-test tad-dispożizzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(3)  Referenza għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u iperlink(s) għas-sit web li jinkludi t-test nazzjonali li jittrasponi d-dispożizzjoni tal-Unjoni inkwistjoni.

(4)   “IVA” tindika li l-awtorità kompetenti jew l-Istat Membru li jkollu s-setgħa li jeżerċita l-opzjoni jew id-diskrezzjoni rilevanti jkun eżerċitaha.

“LE” tindika li l-awtorità kompetenti jew l-Istat Membru li jkollu s-setgħa li jeżerċita l-opzjoni jew id-diskrezzjoni rilevanti ma jkunx eżerċitaha.

“Mhux applikabbli” tindika li l-eżerċizzju tal-opzjoni ma jkunx possibbli jew id-diskrezzjoni ma teżistix.


ANNESS III

PROĊESS TA’ REVIŻJONI U EVALWAZZJONI SUPERVIŻORJI (SREP)

Lista ta’ formoli

Rimarki ġenerali dwar kif jimtnew il-mudelli fl-Anness III

Meta jippubblikaw informazzjoni dwar il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhom jiżvelaw l-ebda miżura superviżorja indirizzata lil ditta tal-investiment speċifika, kemm jekk tittieħed fil-konfront ta' ditta tal-investiment waħda kif ukoll jekk fil-konfront ta’ grupp ta’ ditti tal-investiment.

PROĊESS TA’ REVIŻJONI U EVALWAZZJONI SUPERVIŻORJI (SREP)  (1)

010

Id-data tal-aħħar aġġornament tal-informazzjoni f'dan il-mudell

(jj/xx/ssss)

020

Kamp ta' applikazzjoni tal-SREP

(L-Artikolu 36 tal-IFD)

Deskrizzjoni tal-approċċ tal-awtorità kompetenti dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-SREP inklużi:

x’tipi ta’ ditti tal-investiment huma koperti/esklużi mill-SREP.

ħarsa ġenerali ta’ livell għoli dwar kif l-awtorità kompetenti tqis il-prinċipju tal-proporzjonalità fil-kunsiderazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-SREP u l-frekwenza tal-valutazzjoni ta’ diversi elementi tal-SREP (2).

[test liberu jew referenza jew iperlink għal tali gwida]

030

Valutazzjoni tal-elementi tal-SREP

(l-Artikolu 36 tal-IFD)

Deskrizzjoni tal-approċċ tal-awtorità kompetenti għall-valutazzjoni ta’ elementi SREP individwali inklużi:

ħarsa ġenerali ta’ livell għoli lejn il-proċess ta’ valutazzjoni u l-metodoloġiji applikati fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ elementi tal-SREP, fosthom: (i) analiżi tal-mudell kummerċjali; (ii) valutazzjoni tal-governanza interna u tal-kontrolli mad-ditta tal-investiment kollha; (iii) valutazzjoni tar-riskji għall-kapital; u (iv) valutazzjoni tar-riskji għal-likwidità;

ħarsa ġenerali ta’ livell għoli dwar kif l-awtorità kompetenti tqis il-prinċipju ta’ proporzjonalità meta tivvaluta l-elementi individwali tal-SREP  (3).

[test liberu jew referenza jew iperlink għal tali gwida]

040

Rieżami u evalwazzjoni tal-ICAAP u l-ILAAP

(l-Artikoli 24 u 36 tal-IFD)

Deskrizzjoni tal-approċċ tal-awtorità kompetenti għar-rieżami u l-evalwazzjoni tal-fondi proprji addizzjonali u r-rekwiżiti speċifiċi tal-likwidità bħala parti mill-SREP, u, b’mod partikolari, għall-valutazzjoni tal-affidabbiltà tal-fondi proprji addizzjonali u l-kalkoli tal-likwidità għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji u ta’ likwidità addizzjonali inkluż (4):

ħarsa ġenerali lejn il-metodoloġija applikata mill-awtorità kompetenti biex tirrevedi l-proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l-adegwatezza tal-kapital (ICAAP, internal liquidity adequacy assessment process) u l-proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l-adegwatezza tal-likwidità (ILAAP) tad-ditti tal-investiment;

informazzjoni/referenza tar-rekwiżiti tal-awtorità kompetenti għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni relatata mal-ICAAP u l-lLAAP, b'mod partikolari li tkopri liema informazzjoni trid tiġi preżentata;

informazzjoni dwar jekk huwiex meħtieġ rieżami indipendenti tal-ICAAP u tal-ILAAP min-naħa tad-ditti tal-investiment.

[test liberu jew referenza jew iperlink għal tali gwida]

050

Valutazzjoni ġenerali tal-SREP u miżuri superviżorji

(l-Artikoli 38 u 39 tal-IFD)

Deskrizzjoni tal-approċċ tal-awtorità kompetenti għall-valutazzjoni kumplessiva tal-SREP (sommarju) u l-applikazzjoni tal-miżuri superviżorji abbażi tal-valutazzjoni ġenerali tal-SREP (5).

Deskrizzjoni ta’ kif ir-riżultati tal-SREP huma marbuta mal-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2014/59/UE u l-konstatazzjoni tal-kundizzjonijiet jekk id-ditta tal-investiment tistax titqies li ma tissodisfax jew li x’aktarx ma tissodisfax l-Artikolu 32 ta’ din id-Direttiva (6).

[test liberu jew referenza jew iperlink għal tali gwida]


(1)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżvelaw il-kriterji u l-metodoloġiji użati fir-ringieli 020 sa 040 u fir-ringiela 050 għall-valutazzjoni kumplessiva, fil-forma ta’ nota ta’ spjegazzjoni skont it-tieni kolonna.

(2)  Biex il-kamp ta’ applikazzjoni tal-SREP jitqies kemm fil-livell ta’ ditta tal-investiment u fir-rigward tar-riżorsi proprji tagħha. Awtorità kompetenti għandha tispjega l-approċċ li jintuża għall-klassifikazzjoni ta’ ditta tal-investiment f’kategoriji differenti għall-finijiet tal-SREP, b’deskrizzjoni tal-kriterji kwantitattivi u kwalitattivi, u kif l-istabbiltà finanzjarja jew l-objettivi superviżorji kumplessivi jiġu affettwati minn tali kategorizzazzjoni. Awtorità kompetenti għandha tispjega wkoll kif il-kategorizzazzjoni tiddaħħal fil-prattika għall-finijiet li jiġi żgurat tal-anqas impenn minimu fil-valutazzjonijiet tal-SERP, fosthom id-deskrizzjoni tal-frekwenzi għall-valutazzjoni tal-elementi kollha tal-SREP għall-kategoriji differenti ta’ ditti tal-investiment.

(3)  Inkluż għodod ta’ ħidma, pereż. spezzjonijiet fuq il-post u mhux fuq il-post, kriterji kwalitattivi u kwantitattivi, data statistika użata fil-valutazzjonijiet. Għandhom jiżdiedu iperlinks għal kull gwida fis-sit web.

(4)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jispjegaw ukoll kif il-valutazzjoni tal-proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l-adegwatezza tal-kapital (ICAAP) u tal-proċess ta’ valutazzjoni interna dwar l-adegwatezza tal-likwidità (ILAAP) hija koperta minn mudelli ta’ impenn minimu li huma applikati għal finijiet ta’ proporzjonalità abbażi tal-kategoriji tal-SREP, kif ukoll kif il-proporzjonalità hija applikata għall-finijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-istennijiet superviżorji għall-ICAAP u ILAAP u, b’mod partikolari, kull linja gwida jew rekwiżit minimu għall-ICAAP u l-ILAAP li nħarġu mill-awtoritajiet kompetenti.

(5)  L-approċċ li l-awtoritajiet kompetenti japplikaw biex jaslu għall-valutazzjoni kumplessiva tal-SREP u kif din tiġi kkomunikata lill-istituzzjonijiet. Il-valutazzjoni kumplessiva min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti hija bbażata fuq ir-rieżami tal-elementi kollha msemmija fir-ringieli 020 sa 040, flimkien ma kull informazzjoni rilevanti oħra dwar l-istituzzjoni li tinkiseb mill-awtorità kompetenti.

(6)  L-awtoritajiet kompetenti jistgħu ukoll jiżvelaw il-politiki li jiggwidaw id-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri superviżorji (fis-sens tal-Artikolu 18 tad-IFD) u l-miżuri ta’ intervent bikri (fis-sens tal-Artikolu 27 tad-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek (BRRD)) kull meta l-valutazzjoni tagħhom ta’ ditta tal-investiment tidentifika dgħufijiet jew inadegwatezzi li jsejħu għal intervent superviżorju. Tali divulgazzjonijiet jistgħu jinkludu l-pubblikazzjoni ta’ linji gwida interni jew dokumenti oħrajn li jiddeskrivu l-prattiki superviżorji ġenerali. Madankollu, l-ebda żvelar ma huwa meħtieġ fir-rigward ta’ deċiżjonijiet dwar ditti tal-investiment individwali fir-rispett tal-prinċipju tal-kunfidenzjalità.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jipprovdu informazzjoni dwar l-implikazzjonijiet fil-każ li ditta tal-investiment tikser id-dispożizzjonijiet legali rilevanti jew ma tikkonformax mal-miżuri superviżorji jew miżuri ta’ intervent bikri li jiġu imposti fuq il-bażi tar-riżultati tal-SREP, pereż. hija għandha telenka l-proċeduri ta’ infurzar li jkunu fis-seħħ (fejn applikabbli).


ANNESS IV

DATA STATISTIKA AGGREGATA

Lista ta’ formoli

PARTI 1

Data individwali għal kull awtorità kompetenti

PARTI 2

Data dwar ir-riskju tas-suq

PARTI 3

Data dwar miżuri superviżorji u penali amministrattivi

PARTI 4

Data dwar l-eżenzjonijiet

Kummenti ġenerali dwar kif jimtlew il-mudelli fl-Anness IV

1)

Meta jippubblikaw informazzjoni dwar il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhom jiżvelaw l-ebda miżura superviżorja indirizzata lil ditta tal-investiment speċifika, kemm jekk tittieħed fil-konfront ta’ ditta tal-investiment waħda u kemm jekk fil-konfront ta’ grupp ta’ ditti tal-investiment.

2)

Iċ-ċelloli numeriċi għadhom jinkludu ċifri biss. Ma għandha ssir l-ebda referenza għal muniti nazzjonali. Il-munita użata hija l-euro; u l-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro għandhom jaqilbu l-muniti nazzjonali tagħhom f’euro skont ir-rata tal-kambju tal-BĊE (skont id-data ta’ referenza komuni, jiġifieri l-aħħar jum tas-sena li tkun qed tiġi rieżaminata), b’pożizzjoni deċimali waħda meta jiġu żvelati ammonti f'miljuni.

3)

L-ammonti monetarji rrapportati għandhom ikunu żvelati f’miljuni ta’ euro (minn hawn ’il quddiem - MEUR).

4)

Il-perċentwali għandhom jiġu żvelati b’żewġ pożizzjonijiet deċimali.

5)

Jekk id-data ma tkunx qiegħda tiġi żvelata, ir-raġuni tan-nuqqas ta’ żvelar għandha tingħata permezz tan-nomenklatura tal-EBA, jiġifieri N/A (għal “mhux disponibbli”) jew C (kunfidenzjali).

6)

Id-data għandha tiġi żvelata fuq bażi aggregata u mingħajr ma jiġu identifikati ditti tal-investiment individwali.

7)

Id-data għandha tinġabar biss fir-rigward tad-ditti tal-investiment suġġetti għad-Direttiva (UE) 2019/2034. Id-ditti tal-investiment li ma jkunux suġġetti għar-reġim tad-Direttiva (UE) 2019/2034 huma esklużi mill-eżerċizzju tal-ġbir tad-data.

PARTI 1

Data individwali għal kull Awtorità Kompetenti (sena 20XX)

 

Referenza għall-formola tar-rappurtar

Data

 

 

Għadd u daqs tad-ditti tal-investiment

 

 

 

010

Għadd ta’ ditti tal-investiment

 

[Valur]

020

Assi totali tad-ditti tal-investiment kollha fl-Istat Membru (f’MEUR) (1)

 

[Valur]

 

Għadd u daqs tad-ditti tal-investiment ta’ pajjiżi terzi  (2)

 

 

030

Minn pajjiżi terzi

Għadd ta’ fergħat  (3)

 

[Valur]

040

Għadd ta’ sussidjarji (4)

 

[Valur]

 

 

 

 

 

 

Il-kompożizzjoni tal-fondi proprji fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji

 

Data, f’miljuni ta’ euro

Data, bħala perċentwal tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji totali  (6)%

050

Total ta’ Ekwità Komuni ta’ Grad 1  (5)

I 01.00 ringiela 0030

[Valur]

[Valur]

060

Total tal-Grad Addizzjonali 1  (5)

I 01.00 ringiela 0300

[Valur]

[Valur]

070

Kapital totali ta’ Grad 2  (5)

I 01.00 ringiela 0420

[Valur]

[Valur]

080

Fondi proprji totali  (6)

I 01.00 ringiela 0010

[Valur]

[Valur]

 

Total tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji skont it-tip

 

Data, f’miljuni ta’ euro

Data, bħala perċentwal tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji totali  (6) %

090

Data dwar ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji

Rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi  (7)

I 02.00 ringiela 0030

[Valur]

[Valur]

100

Rekwiżit ta’ kapital minimu permanenti  (8)

I 02.00 ringiela 0020

[Valur]

[Valur]

110

Rekwiżit tal-fattur K  (9)

I 02.00 ringiela 0040

[Valur]

[Valur]

120

li minnhom Riskju għall-Klijent (RtC)  (10)

I 04.00 ringiela 0020

[Valur]

[Valur]

130

li minnhom Riskju għas-Suq (RtM)  (11)

I 04.00 ringiela 0090

[Valur]

[Valur]

140

li minnhom Riskju għad-Ditta (RtF)  (12)

I 04.00 ringiela 0120

[Valur]

[Valur]

PARTI 2

Data dwar ir-riskju tas-suq  (13) (sena 20XX)

Data dwar ir-riskju tas-suq

Approċċ

Referenza għall-formola tar-rappurtar

Data

 

010

Rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq

 

 

 

 

020

Tqassim skont l-approċċ

L-għadd ta’ ditti tal-investiment li jużaw kull approċċ fir-rigward tal-għadd totali ta’ ditti tal-investiment (14)

Approċċ tal-fattur K “riskju ta’ pożizzjoni netta”

IF 04.00 ringiela 0100

[Valur]

030

li minnhom, approċċ standardizzat

 

[Valur]

040

li minnhom, approċċ standardizzat alternattiv

 

[Valur]

050

li minnhom, approċċ mudell intern alternattiv

 

[Valur]

060

li minnhom, kull approċċ tal-fattur K “riskju ta’ pożizzjoni netta” (15)

 

[Valur]

070

L-approċċ tal-Fattur-K “Marġni tal-Ikklerjar mogħti”

IF 04.00 ringiela 0110

[Valur]

080

Iż-żewġ fatturi-K “Marġni tal-ikklerjar mogħti” u “riskju ta’ pożizzjoni netta”

 

[Valur]

090

 

 

 

Data f’miljuni ta’ euro

Data bħala perċentwal tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji totali  (16) %

100

Rekwiżiti ta’ fondi proprji totali skont kull approċċ  (14)

Approċċ tal-fattur K “riskju ta’ pożizzjoni netta”

IF 04.00 ringiela 0100

[Valur]

[Valur]

110

li minnhom, approċċ standardizzat

 

[Valur]

[Valur]

120

li minnhom, approċċ standardizzat alternattiv

 

[Valur]

[Valur]

130

li minnhom, approċċ tal-mudell intern alternattiv  (15)

 

[Valur]

[Valur]

140

li minnhom, kull approċċ tal-fattur K “riskju ta’ pożizzjoni netta” (15)

 

[Valur]

[Valur]

150

Approċċ tal-fattur-K “Marġni tal-ikklerjar mogħti”

IF 04.00 ringiela 0110

[Valur]

[Valur]

160

Iż-żewġ fatturi-K “Marġni tal-ikklerjar mogħti” u “riskju ta’ pożizzjoni netta”

 

[Valur]

[Valur]

PARTI 3

Data dwar miżuri ta' superviżjoni u penali amministrattivi  (17) (is-sena 20XX)

 

Miżuri superviżorji

Data

010

Miżuri superviżorji meħuda skont l-Artikolu 38(a)

Għadd totali ta’ miżuri superviżorji meħuda skont l-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034

[Valur]

020

biex jinżammu fondi proprji li jaqbżu r-rekwiżiti kapitali minimi [Artikolu 39(2)(a)]

[Valur]

030

biex jissaħħu l-arranġamenti ta’ governanza u l-ġestjoni tal-kapital intern u tal-assi likwidi [l-Artikolu 39(2)(b)]

[Valur]

040

biex jiġi ppreżentat pjan biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità mar-rekwiżiti superviżorji [l-Artikolu 39(2)(c)]

[Valur]

050

biex tiġi applikata politika speċifika ta’ proviżjonament jew it-trattament tal-assi [l-Artikolu 39(2)(d)]

[Valur]

060

biex jiġu ristretti jew limitati n-negozju jew l-attivitajiet [l-Artikolu 39(2)(e)]

[Valur]

070

biex jitnaqqas ir-riskju inerenti fl-attivitajiet, il-prodotti u s-sistemi, inklużi attivitajiet esternalizzati [l-Artikolu 39(2)(f)]

[Valur]

080

biex tiġi limitata r-remunerazzjoni varjabbli [l-Artikolu 39(2)(g)]

[Valur]

090

biex jissaħħu l-fondi proprji billi jintużaw il-profitti netti [l-Artikolu 39(2)(h)]

[Valur]

100

biex jiġu ristretti/projbiti d-distribuzzjonijiet jew ħlasijiet tal-imgħax [l-Artikolu 39(2)(i)]

[Valur]

110

biex jiġu imposti rekwiżiti ta’ rappurtar addizzjonali jew aktar frekwenti [l-Artikolu 39(2)(j)]

[Valur]

120

biex jiġu imposti rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità [l-Artikolu 39(2)(k)]

[Valur]

130

biex jiġu imposti rekwiżiti addizzjonali tal-iżvelar [l-Artikolu 39(2)(l)]

[Valur]

140

biex jitnaqqsu r-riskji għas-sigurtà tan-networks tad-ditti tal-investiment u tas-sistemi tal-informazzjoni [l-Artikolu 39(2)(m)]

[Valur]

150

Għadd u natura tal-miżuri superviżorji l-oħra meħuda (mhux elenkati fl-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034)

[Valur]

160

Miżuri ta’ superviżjoni meħuda skont l-Artikolu 38(b) u d-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva (UE) 2019/2034 jew ir-Regolament (UE) Nru 2019/2033

Għadd totali ta’ miżuri superviżorji meħuda skont l-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034

[Valur]

170

biex jinżammu fondi proprji li jaqbżu r-rekwiżiti kapitali minimi [Artikolu 39(2)(a)]

[Valur]

180

biex jissaħħu l-arranġamenti ta’ governanza u l-ġestjoni tal-kapital intern u tal-assi likwidi [l-Artikolu 39(2)(b)]

[Valur]

190

biex jiġi ppreżentat pjan biex tiġi stabbilita mill-ġdid il-konformità mar-rekwiżiti superviżorji [l-Artikolu 39(2)(c)]

[Valur]

200

biex tiġi applikata politika speċifika ta’ proviżjonament jew it-trattament tal-assi [l-Artikolu 39(2)(d)]

[Valur]

210

biex jiġu ristretti jew limitati n-negozju jew l-attivitajiet [l-Artikolu 39(2)(e)]

[Valur]

220

biex jitnaqqas ir-riskju inerenti fl-attivitajiet, il-prodotti u s-sistemi, inklużi attivitajiet esternalizzati [l-Artikolu 39(2)(f)]

[Valur]

230

biex tiġi limitata r-remunerazzjoni varjabbli [l-Artikolu 39(2)(g)]

[Valur]

240

biex jissaħħu l-fondi proprji billi jintużaw il-profitti netti [l-Artikolu 39(2)(h)]

[Valur]

250

biex jiġu ristretti/projbiti d-distribuzzjonijiet jew ħlasijiet tal-imgħax [l-Artikolu 39(2)(i)]

[Valur]

260

biex jiġu imposti rekwiżiti ta’ rappurtar addizzjonali jew aktar frekwenti [l-Artikolu 39(2)(j)]

[Valur]

270

biex jiġu imposti rekwiżiti speċifiċi ta' likwidità [l-Artikolu 39(2)(k)]

[Valur]

280

biex jiġu imposti rekwiżiti addizzjonali tal-iżvelar [l-Artikolu 39(2)(l)]

[Valur]

290

biex jitnaqqsu r-riskji għas-sigurtà tan-networks tad-ditti tal-investiment u tas-sistemi tal-informazzjoni [l-Artikolu 39(2)(m)]

[Valur]

300

Għadd u natura tal-miżuri superviżorji l-oħra meħuda (mhux elenkati fl-Artikolu 39(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034)

[Valur]


 

Penali amministrattivi  (18)

Data

010

Il-penali amministrattivi (għal ksur ieħor tar-rekwiżiti imposti mid-Direttiva (UE) 2019/2034 jew ir-Regolament (UE) 2019/2033

Għadd totali ta’ penali amministrattivi mill-Artikolu 18(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 applikati:

[Valur]

020

dikjarazzjonijiet pubbliċi li jidentifikaw il-persuna fiżika/ġuridika responsabbli u n-natura tal-ksur [l-Artikolu 18(2)(a)]

[Valur]

030

ordnijiet li jeħtieġu li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u ma tirrepetix dik l-imġiba [Artikolu 18(2)(b)]

[Valur]

040

projbizzjonijiet temporanji kontra persuni naturali milli jeżerċitaw funzjonijiet f'ditti tal-investiment [l-Artikolu 18(2)(c)]

[Valur]

050

penali amministrattivi pekunarji imposti fuq persuna ġuridika/fiżika [il-punti (d) sa (f) tal-Artikolu 18(2)]

[Valur]

060

Għadd u natura ta’ penali amministrattivi oħra applikati (mhux speċifikati fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva (UE) 2019/2034)

[test liberu]

Il-penali amministrattivi imposti mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw il-penali amministrattivi kollha li abbażi tagħhom ma jkun hemm l-ebda appell disponibbli fil-ġurisdizzjoni tagħhom sad-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni. Meta jkollhom il-permess jippubblikaw penali amministrattivi suġġetti għal appell, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirrapportaw ukoll dawk il-penali amministrattivi, sakemm ma jkunx hemm appell li jannulla l-penali amministrattiva.

PARTI 4

Data dwar id-derogi  (19) (is-sena 20XX)

 

Eżenzjoni mogħtija lid-ditti tal-investiment

Għadd totali ta’ eżenzjonijiet mogħtija

Artikolu 9

010

Eżenzjoni mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5 (li jipprevedi l-applikazzjoni fuq bażi individwali ta’ rekwiżiti prudenzjali) fir-rigward tal-partijiet 2, 3, 4, 6 u 7 tar-Regolament (UE) 2019/2033 (l-Artikolu 6(1) (eżenzjonijiet għal sussidjarji)  (20))

[Valur]

 

020

Eżenzjoni mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5 (li jipprevedi l-applikazzjoni fuq bażi individwali tar-rekwiżiti prudenzjali) fir-rigward tal-parti 6 tar-Regolament (UE) 2019/2033 (l-Artikolu 6(2) (eżenzjonijiet għal sussidjarji)  (20))

[Valur]

 

030

Eżenzjoni mill-applikazzjoni tal-Artikolu 5 (li jipprevedi l-applikazzjoni fuq bażi individwali tar-rekwiżiti prudenzjali) fir-rigward tal-parti 5 tar-Regolament (UE) 2019/2033 (l-Artikolu 6(3) (eżenzjonijiet ta’ likwidità għal sussidjarji))

[Valur]

 

040

Eżenzjoni mill-applikazzjoni fuq bażi konsolidata ta’ rekwiżiti prudenzjali fir-rigward tal-parti 5 tar-Regolament (UE) 2019/2033 (l-Artikolu 7(4) (konsolidazzjoni prudenzjali))

 

050

Għadd totali ta’ permessi mogħtija

[Valur]

 

060

Għadd totali ta’ fondi proprji konsolidati miżmuma fis-sussidjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi (f'MEUR)

[Valur]

 

070

Perċentwal tal-fondi proprji konsolidati miżmuma f’sussidjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi (%)

[Valur]

 

080

Perċentwal tar-rekwiżiti tal-fondi proprji konsolidati allokati lil sussidjarji stabbiliti f’pajjiżi terzi (%)

[Valur]

 


(1)  Iċ-ċifra tal-assi totali għandha tkun is-somma tal-valuri tal-assi tad-ditti tal-investiment kollha fi Stat Membru, ikkalkulata abbażi tal-istandards tal-kontabbiltà applikabbli, eskluż kwalunkwe assi mmaniġġjat.

(2)  Il-pajjiżi taż-ŻEE ma għandhomx jiġu inklużi.

(3)  L-għadd ta’ fergħat kif definiti fil-punt (3) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034. Kwalunkwe għadd ta' postijiet ta' negozju stabbiliti fl-istess pajjiż minn ditta tal-investiment bi kwartieri ġenerali f'pajjiż ieħor jenħtieġ li jitqiesu bħala fergħa waħda.

(4)  L-għadd ta’ sussidjarji kif inhuma definiti fil-punt (29) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2019/2034. Kull impriża ta’ impriża sussidjarja għandha titqies bħala sussidjarja tal-impriża prinċipali li tkun tmexxi lil dawk l-impriżi.

(5)  Kapital kif definit fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

(6)  Rekwiżit tat-total tal-fondi proprji kif definit fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/2033.

(7)  Rekwiżit tal-ispejjeż ġenerali fissi kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

(8)  Rekwiżit ta’ kapital minimu permanenti kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

(9)  Rekwiżit tal-fattur K kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

(10)  Rekwiżiti ta’ fondi proprji assoċjati mar-Riskju għall-Klijent kif definiti fl-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (UE) 2019/2033. Indika l-proporzjon totali tal-kapitali fil-kolonna “ Data, bħala perċentwal tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji %”.

(11)  Rekwiżiti ta’ fondi proprji assoċjati mar-Riskju għas-Suq kif definiti fl-Artikolu 15(1)(b) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

(12)  Rekwiżiti ta’ fondi proprji assoċjati mar-Riskju għad-Ditta kif definiti fl-Artikolu 15(1)(c) tar-Regolament (UE) 2019/2033.

(13)  Il-formola għandha tinkludi informazzjoni dwar id-ditti tal-investiment kollha u mhux biss dwar dawk b’pożizzjonijiet relatati mal-fattur K “riskju tal-pożizzjoni netta”.

(14)  Xi ditta tal-investiment tista’ tuża aktar minn approċċ wieħed, għalhekk is-somma tal-entrati 020 sa 060 tista’ tkun differenti mill-għadd totali ta’ ditti tal-investiment li jikkalkulaw il-fattur K “riskju ta’ pożizzjoni netta” .

(15)  Meta d-ditti tal-investiment jużaw aktar minn approċċ wieħed tal-fattur K “riskju ta’ pożizzjoni netta”: approċċ standardizzat, l-approċċ standardizzat alternattiv, l-approċċ alternattiv tal-mudell intern.

(16)  Rekwiżiti tal-fondi proprji kif imsemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/2033.

(17)  L-informazzjoni għandha tiġi rrappurtata abbażi tad-data tad-deċiżjoni. Minħabba d-differenzi fir-regolamenti nazzjonali kif ukoll fil-prattiki u l-approċċi superviżorji fost l-awtoritajiet kompetenti, iċ-ċifri pprovduti f’din it-tabella jaf ma jippermettux paragun sinifikanti bejn il-ġurisdizzjonijiet. Kwalunkwe konklużjoni mingħajr kunsiderazzjoni bir-reqqa ta’ dawn id-differenzi tista’ tkun qarrieqa.

(18)  L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jiżvelaw azzjonijiet superviżorji jew deċiżjonijiet indirizzati lil ditti tal-investiment. Meta jippubblikaw informazzjoni dwar il-kriterji ġenerali u l-metodoloġiji, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhom jiżvelaw l-ebda miżura superviżorja indirizzata lil ditta tal-investiment speċifika, kemm jekk tittieħed fil-konfront ta' ditta tal-investiment waħda u kemm jekk tkun fil-konfront ta' grupp ta' ditti tal-investiment.

(19)  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrapportaw informazzjoni dwar il-prattiki ta’ eżenzjonijiet abbażi tal-għadd totali ta’ eżenzjonijiet mogħtija mill-awtorità kompetenti, li jkunu għadhom effettivi jew fis-seħħ. L-informazzjoni li għandha tiġi rappurtata hija limitata għal dawk l-entitajiet li ngħataw eżenzjoni. Jekk l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, jiġifieri mhux parti mir-rapportar regolari, din għandha tiġi rrapportata bħala “mhux disponibbli”.

(20)  In-numru ta’ ditti tal-investiment li jkunu ngħataw l-eżenzjoni għandu jintuża bħala bażi għall-għadd tal-eżenzjonijiet.


Top