Use quotation marks to search for an "exact phrase". Append an asterisk (*) to a search term to find variations of it (transp*, 32019R*). Use a question mark (?) instead of a single character in your search term to find variations of it (ca?e finds case, cane, care).
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/36 of 11 January 2022 amending Annex III to Implementing Regulation (EU) 2020/2235 as regards model certificates for the entry into the Union of consignments of certain live aquatic animals and products of animal origin (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/36 tal-11 ta’ Jannar 2022 li jemenda l-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali akkwatiċi ħajjin u prodotti li ġejjin mill-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/18
ĠU L 8, 13.1.2022, pp. 36–91
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/36
tal-11 ta’ Jannar 2022
li jemenda l-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 fir-rigward tal-mudell taċ-ċertifikati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali akkwatiċi ħajjin u prodotti li ġejjin mill-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat ir-Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2), il-punt (a), tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 238(3) u 239(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 90, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (b), u l-Artikolu 126(3) tiegħu,
Billi:
(1)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 (4) jistabbilixxi regoli dwar iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali previsti fir-Regolament (UE) 2016/429, iċ-ċertifikati uffiċjali previsti fir-Regolament (UE) 2017/625, u ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali bbażati fuq dawk ir-Regolamenti, meħtieġa għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti kunsinni ta’ annimali u oġġetti (minn hawn ’il quddiem flimkien imsejħa “iċ-ċertifikati”). B’mod partikolari, l-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jistabbilixxi, inter alia, il-mudell taċ-ċertifikati għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali akkwatiċi ħajjin u prodotti li ġejjin mill-annimali.
(2)
B’mod aktar speċifiku, il-Kapitoli 1 (MUDELL BOV), 2 (MUDELL OVI), 24 (MUDELL MP-PREP), 25 (MUDELL MPNT), 26 (MUDELL MPST), 27 (MUDELL CAS), 41 (MUDELL GEL), 42 (MUDELL COL), 43 (MUDELL RCG), 44 (MUDELL TCG) u 50 (MUDELL COMP) tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 stabbilew mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, u ċertifikati uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ prodotti ta’ oriġini bovina, ovina u kaprina. Reċentement, ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), ġie emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1176 (6) sabiex jiġu aġġornati, inter alia, ir-rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti ta’ oriġini bovina, ovina u kaprina biż-żieda ta’ kundizzjonijiet speċifiċi fil-każ tad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tar-ruminanti minn pajjiż b’riskju kontrollat ta’ BSE fejn ikunu ġejjin minn annimali li joriġinaw minn pajjiż b’riskju mhux determinat ta’ BSE. Dawk ir-rekwiżiti l-ġodda għad-dħul fl-Unjoni ta’ dawk il-kunsinni jenħtieġ li jiġu riflessi f’dawk il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u ċ-ċertifikati uffiċjali. Għalhekk huwa meħtieġ li dawk il-mudelli jiġu emendati kif xieraq.
(3)
Barra minn hekk, l-attestazzjonijiet tas-saħħa pubblika u tas-saħħa tal-annimali fil-mudell taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti tal-laħam maħsuba għall-konsum mill-bniedem stabbiliti fil-Kapitoli 25 (MUDELL MPNT) u 26 (MUDELL MPST) tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jenħtieġ li jiġu emendati sabiex jirriflettu b’mod preċiż ir-rekwiżiti dwar id-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali minn annimali ċervidi mrobbija u selvaġġi stabbiliti fl-Anness IX, il-Kapitolu F, tar-Regolament (KE) 999/2001 u dwar l-istabbiliment tal-oriġini ta’ annimali li minnhom inkiseb laħam frisk stabbiliti fl-Artikolu 150 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (7) rispettivament. Għalhekk huwa meħtieġ li dawk il-mudelli jiġu emendati kif xieraq.
(4)
Il-Kapitolu 27 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jistabbilixxi mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ budellati maħsuba għall-konsum mill-bniedem (MUDELL CAS). F’konformità mal-Artikolu 148 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, il-punt II.2.2. ta’ dak il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali jipprovdi l-possibbiltà li l-pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom, awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk u għalhekk elenkati fl-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (8), għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ budellati mingħajr mingħajr ċertifikazzjoni tal-applikazzjoni tat-trattament ta’ mitigazzjoni tar-riskji previsti fil-punt 2 tal-Anness XXVI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692. Madankollu, it-test attwali ta’ dak il-punt mhuwiex ċar biżżejjed fir-rigward taż-żona tal-oriġini tal-budellati meta din il-possibbiltà hija applikabbli. Sabiex jiġi ċċarat li tali possibbiltà tapplika biss għaż-żoni elenkati fl-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, jenħtieġ li jiġi inkluż il-kodiċi taż-żona tal-oriġini tal-budellati, kif jidher fl-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Għalhekk huwa meħtieġ li dak il-mudell jiġi emendat kif xieraq.
(5)
Barra minn hekk, il-Kapitoli 28 (MUDELL FISH-CRUST-HC) u 31 (MUDELL MOL-HC) tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 stabbilew mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ħut ħaj, krustaċji ħajjin, u prodotti li ġejjin mill-annimali minn dawk l-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u kunsinni ta’ molluski bivalvi ħajjin, ekinodermi, tunikati, gasteropodi tal-baħar u prodotti li ġejjin mill-annimali minn dawk l-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Sabiex tittejjeb iċ-ċarezza tan-noti f’dawk il-mudelli, jenħtieġ li jiġi speċifikat b’mod ċar li l-kunsinni ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali minn annimali akkwatiċi li jirrikjedu l-mili tal-attestazzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fil-Parti II.2 huma dawk li ma ġewx esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, skont l-Artikolu 1, il-punt (6), ta’ dak ir-Regolament. Speċifikament, il-kunsinni ta’ prodotti li ġejjin mill-annimali minn annimali akkwatiċi, għajr l-annimali akkwatiċi ħajjin, li jidħlu fl-Unjoni lesti għall-konsum mill-bniedem, mingħajr ma jgħaddu minn ipproċessar ulterjuri fl-Unjoni, ma jeħtiġux il-mili tal-attestazzjonijiet tas-saħħa tal-annimali stabbiliti fil-Parti II.2. Id-definizzjoni ta’ “ipproċessar ulterjuri” tgħin ukoll biex tiġi ċċarata s-sitwazzjoni dwar tali kunsinni. Għalhekk huwa meħtieġ li dawk il-mudelli jiġu emendati kif xieraq.
(6)
Barra minn hekk, l-emendi reċenti li saru fl-Artikolu 167, il-punti (a) u (b), u fl-Artikolu 169(3), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1705 (9) jenħtieġ li jiġu riflessi fl-attestazzjonijiet tas-saħħa tal-annimali tal-Kapitoli 28 (MUDELL FISH-CRUST-HC) u 31 (MUDELL MOL-HC) tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235. Għalhekk huwa meħtieġ li dawk il-mudelli jiġu emendati kif xieraq.
(7)
Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat li l-perjodu ta’ validità tal-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali stabbiliti fil-punti II. 2.8. tal-Kapitoli 28 (MUDELL FISH-CRUST-HC) u 31 (MUDELL MOL-HC) tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 japplika biss għall-kunsinni ta’ annimali akkwatiċi ħajjin koperti minn dawn iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali. Għalhekk huwa meħtieġ li dawk il-mudelli jiġu emendati kif xieraq.
(8)
Barra minn hekk, il-Kapitoli 33, 34 u 35 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jistabbilixxu mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat maħsub għall-konsum mill-bniedem (MILK-RM); prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum mill-bniedem derivati minn ħalib mhux ipproċessat jew li mhumiex meħtieġa jgħaddu minn trattament speċifiku għall-mitigazzjoni tar-riskju (MUDELL MILK-RMP/NT); u prodotti tal-ħalib maħsuba għall-konsum mill-bniedem li huma meħtieġa jgħaddu minn trattament ta’ pasturizzazzjoni (MUDELL DAIRY-PRODUCTS-PT). Madankollu, dawk il-mudelli ma jirriflettux l-alternattivi għall-perjodu ta’ residenza tal-annimali li minnhom inkiseb il-ħalib fil-pajjiż terz, territorju jew żona tiegħu tal-oriġini tal-ħalib jew tal-prodotti tal-ħalib, issa stabbiliti fl-Artikolu 154 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692, kif emendat reċentement bir-Regolament Delegat (UE) 2021/1705. Għalhekk huwa meħtieġ li dawk il-mudelli jiġu emendati kif xieraq.
(9)
Il-Kapitolu 45 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jistabbilixxi l-mudell taċ-ċertifikat uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni tal-għasel u prodotti oħra tal-apikultura maħsuba għall-konsum mill-bniedem (MUDELL HON). Sabiex tiġi żgurata l-awtentiċità ta’ dawk il-kunsinni, il-garanziji għal tali kunsinni jenħtieġ li jittejbu billi jiġu allinjati ma’ ċerti regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE (10). Għalhekk huwa meħtieġ li dak il-mudell jiġi emendat kif xieraq.
(10)
Il-Kapitoli 50 u 52 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jistabbilixxu mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Unjoni tal-prodotti komposti mhux stabbli fuq l-ixkaffa u l-prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa, li jkun fihom kwalunkwe kwantità ta’ prodotti tal-laħam ħlief il-ġelatina, il-kollaġen u l-prodotti raffinati ħafna, u maħsuba għall-konsum mill-bniedem (MUDELL COMP), u l-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għat-tranżitu mill-Unjoni lejn pajjiż terz, jew permezz ta’ tranżitu immedjat, jew wara l-ħżin fl-Unjoni ta’ prodotti komposti mhux stabbli fuq l-ixkaffa u prodotti komposti stabbli fuq l-ixkaffa li jkun fihom kwalunkwe kwantità ta’ prodotti tal-laħam u maħsuba għall-konsum mill-bniedem (MUDELL TRANSIT-COMP). Dawn iż-żewġ mudelli jinkludu attestazzjoni speċifika tas-saħħa tal-annimali għall-prodotti tal-ħalib li jinsabu fil-prodotti komposti. Fir-rigward tal-post tal-produzzjoni, l-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali ma tirriflettix il-possibbiltà li wieħed jiċċertifika li l-prodotti tal-ħalib li jinsabu fil-prodotti komposti ġew prodotti fi Stat Membru. Il-prodotti tal-ħalib prodotti fi Stat Membru jikkonformaw mal-garanziji kollha meħtieġa dwar is-saħħa tal-annimali u għalhekk jenħtieġ li dik il-possibbiltà tiġi inkluża f’dawk il-mudelli. Barra minn hekk, l-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali jenħtieġ li tiġi emendata biex jiġu ċċarati l-opzjonijiet differenti pprovduti biex tiġi ċċertifikata l-ispeċi tal-oriġini tal-ħalib li minnu ġew prodotti il-prodotti tal-ħalib. Għalhekk huwa meħtieġ li dawk il-mudelli jiġu emendati kif xieraq.
(11)
Barra minn hekk, il-Kapitoli 50 (MUDELL COMP) u 52 (MUDELL TRANSIT-COMP) tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jenħtieġ li jiġu emendati biex tiġi pprovduta l-possibbiltà għall-pajjiżi terzi jew territorji, jew żoni tagħhom li jiċċertifikaw oriġini differenti ta’ prodotti pproċessati li jinsabu fil-prodotti komposti, jekk tali prodotti jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tas-saħħa pubblika u tas-saħħa tal-annimali. Għalhekk huwa meħtieġ li dawk il-mudelli jiġu emendati kif xieraq.
(12)
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 jiġi emendat kif xieraq.
(13)
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil tal-kummerċ fir-rigward tad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali akkwatiċi ħajjin u prodotti li ġejjin mill-annimali, l-użu taċ-ċertifikati maħruġa f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, kif applikabbli qabel l-emendi li saru b’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, jenħtieġ li jkomplu jiġu awtorizzati matul perjodu tranżitorju soġġett għal ċerti kundizzjonijiet.
(14)
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Għal perjodu tranżitorju sal-15 ta’ Settembru 2022, il-kunsinni ta’ ċerti annimali akkwatiċi ħajjin u prodotti li ġejjin mill-annimali, akkumpanjati miċ-ċertifikati xierqa tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, miċ-ċertifikati uffiċjali, jew miċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali maħruġa f’konformità mal-mudelli stabbiliti fil-Kapitoli 1, 2, 24 sa 28, 31, 33 sa 35, 41 sa 45, 50 u 52 tal-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235, kif applikabbli qabel l-emendi li saru lil dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni b’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni, għandhom ikomplu jiġu awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni dment li ċ-ċertifikat ikun inħareġ mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju 2022.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2235 tas-16 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali, mudelli taċ-ċertifikati uffiċjali u mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali u oġġetti, ċertifikazzjoni uffiċjali dwar dawn iċ-ċertifikati u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 599/2004, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 636/2014 u (UE) 2019/628, id-Direttiva 98/68/KE u d-Deċiżjonijiet 2000/572/KE, 2003/779/KE u 2007/240/KE (ĠU L 442, 30.12.2020, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147 31.5.2001, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1176 tas-16 ta’ Lulju 2021 li jemenda l-Annessi III, V, VII u IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ġenotipar tal-każijiet pożittivi ta’ TSE fil-mogħoż, tad-determinazzjoni tal-età fl-annimali ovini u kaprini, tal-miżuri applikabbli f’merħla jew f’qatgħa bi scrapie atipika u tal-kundizzjonijiet għall-importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ oriġini bovina, ovina u kaprina (ĠU L 256, 19.7.2021, p. 56).
(7) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1705 tal-14 ta’ Lulju 2021 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2020/692 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 339, 24.9.2021, p. 40).
(10) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/110/KE tal-20 ta’ Diċembru 2001 li tirrigwarda l-għasel (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 47).
ANNESS
L-Anness III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2235 huwa emendat kif ġej:
(1)
Fil-Kapitolu 1, il-punt II.1.10 tal-attestazzjoni tas-saħħa pubblika huwa sostitwit b’dan li ġej:
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (A) bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE, u
(1)jew
[l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, twieldu, trabbew kontinwament u tbiċċru f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE;]
(1)jew
[l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE, u:
(1)jew
[(i)
il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhux derivat minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(a) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;]
(1) jew
[(i)
il-karkassi, in-nofs karkassi jew in-nofs karkassi maqtugħa f’mhux aktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u l-kwarti ma fihom l-ebda materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(a) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għajr il-kolonna vertebrali, inkluż il-gangliju tal-għerq dorsali, u l-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi ta’ annimali ta’ aktar minn 30 xahar u li fihom kolonna vertebrali huma identifikati bi strixxa ħamra viżibbli b’mod ċar fuq it-tikketta msemmija fl-Artikolu 13 jew 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (B)(3);]
(ii)
l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]
(1)jew
[l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u:
(1)jew
[(i)
il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhux derivat minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(a) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;]
(1)jew
[(i)
il-karkassi, in-nofs karkassi jew in-nofs karkassi maqtugħa f’mhux aktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u l-kwarti ma fihom l-ebda materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(a) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għajr il-kolonna vertebrali, inkluż il-gangliju tal-għerq dorsali, u l-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi ta’ annimali ta’ aktar minn 30 xahar u li fihom kolonna vertebrali huma identifikati bi strixxa ħamra viżibbli b’mod ċar fuq it-tikketta msemmija fl-Artikolu 13 jew 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 (3);]
(ii)
l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(iii)
l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (C);
(iv)
il-laħam jew il-laħam ikkapuljat kien prodott u ġie mmaniġġjat b’tali mod li jiżgura li ma fihx u ma ġiex kontaminat b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;]]
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali; u
(1)jew
[(b)
il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhux derivat minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(a) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001; u]
(1)jew
[(b)
il-karkassi, in-nofs karkassi jew in-nofs karkassi maqtugħa f’mhux aktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u l-kwarti ma fihom l-ebda materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(a) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għajr il-kolonna vertebrali, inkluż il-gangliju tal-għerq dorsali, u l-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi ta’ annimali ta’ aktar minn 30 xahar u li fihom kolonna vertebrali huma identifikati bi strixxa ħamra viżibbli b’mod ċar fuq it-tikketta msemmija fl-Artikolu 13 jew 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 (3); u]
(1)jew
[(c)
l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli jew ikkontrollat ta’ BSE;]
(1)jew
[(c)
l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u
(i)
l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(ii)
il-laħam jew il-laħam ikkapuljat kien prodott u ġie mmaniġġjat b’tali mod li jiżgura li ma fihx u ma ġiex kontaminat b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;]]
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat:
(i)
ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew ma tbiċċrux b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(ii)
ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ minn ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(1)jew
[(b)
il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhux derivat minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(a) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;]
(1)jew
[(b)
il-karkassi, in-nofs karkassi jew in-nofs karkassi maqtugħa f’mhux aktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u l-kwarti ma fihom l-ebda materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(a) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għajr il-kolonna vertebrali, inkluż il-gangliju tal-għerq dorsali, u l-karkassi jew il-qatgħat bl-ingrossa tal-karkassi ta’ annimali ta’ aktar minn 30 xahar u li fihom kolonna vertebrali huma identifikati bi strixxa ħamra viżibbli b’mod ċar fuq it-tikketta msemmija fl-Artikolu 13 jew 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 (3);]
(c)
il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhuwiex derivat minn tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar.]
(A) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84)"
(B) Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-frat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1)."
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (D) bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE, u
(1)jew
[l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, twieldu, trabbew kontinwament u tbiċċru f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE;]
(1)jew
[l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE, u:
(i)
il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhux derivat minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(b) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]
(1)jew
[l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u:
(i)
il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhux derivat minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(b) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(iii)
l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (E);
(iv)
il-laħam jew il-laħam ikkapuljat kien prodott u ġie mmaniġġjat b’tali mod li jiżgura li ma fihx u ma ġiex kontaminat b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;]
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali; u
(b)
il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhux derivat minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(b) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001; u
(1)jew
[(c)
l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli jew ikkontrollat ta’ BSE;]
(1)jew
[(c)
l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u
(i)
l-annimali, li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(ii)
il-laħam jew il-laħam ikkapuljat kien prodott u ġie mmaniġġjat b’tali mod li jiżgura li ma fihx u ma ġiex kontaminat b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;]]
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali li minnhom huwa derivat il-laħam jew il-laħam ikkapuljat:
(i)
ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew ma tbiċċrux b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(ii)
ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ minn ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(b)
il-laħam jew il-laħam ikkapuljat ma fihx u mhuwiex derivat minn:
(i)
materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(b) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;]”
(D) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84)"
il-punt II.1.11 tal-attestazzjoni tas-saħħa pubblika huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(2)
[II.1.11.
jekk fihom materjal minn annimali bovini, ovini jew kaprini, fir-rigward tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):
(2)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (F) bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE, u
(2)jew
[l-annimali, li minnhom ġie derivat il-preparat tal-laħam, twieldu, trabbew kontinwament u tbiċċru f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju BSE negliġibbli fejn ma kien hemm l-ebda każ indiġenu ta’ BSE;]
(2)jew
[l-annimali, li minnhom ġie derivat il-preparat tal-laħam, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn kien hemm tal-anqas każ indiġenu wieħed ta’ BSE, u l-preparat tal-laħam ma fihx u ma ġiex derivat minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;]
(2)jew
[l-annimali li minnhom huwa derivat il-preparat tal-laħam joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE u:
(i)
il-preparat tal-laħam ma fihx u mhux derivat minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
il-preparat tal-laħam ma fihx u mhuwiex derivat minn laħam separat mekkanikament, miksub mill-għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
l-annimali li minnhom huwa derivat il-preparat tal-laħam ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]
(2)jew
[l-annimali li minnhom huwa derivat il-preparat tal-laħam joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u:
(i)
il-preparat tal-laħam ma fihx u mhux derivat minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
il-preparat tal-laħam ma fihx u mhuwiex derivat minn laħam separat mekkanikament, miksub mill-għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
l-annimali li minnhom huwa derivat il-preparat tal-laħam ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]
(iv)
l-annimali li minnhom huwa dderivat il-preparat tal-laħam ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (G);
(v)
il-preparat tal-laħam kien prodott u ġie mmaniġġjat b’tali mod li jiżgura li ma fihx u ma ġiex kontaminat b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;]]
(2)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali li minnhom huwa derivat il-preparat tal-laħam ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(b)
il-preparat tal-laħam ma fihx u mhuwiex derivat minn:
(i)
materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini.
(2)jew
[(c)
l-annimali li minnhom huwa derivat il-preparat tal-laħam, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli jew ikkontrollat ta’ BSE;]
(2)jew
[(c)
l-annimali li minnhom huwa derivat il-preparat tal-laħam joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u
(i)
l-annimali li minnhom huwa dderivat il-preparat tal-laħam ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(ii)
il-preparat tal-laħam kien prodott u ġie mmaniġġjat b’tali mod li jiżgura li ma fihx u ma ġiex kontaminat b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;]]
(2)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali li minnhom huwa derivat il-preparat tal-laħam:
(i)
ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew ma tbiċċrux b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(ii)
ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ minn ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(b)
il-preparat tal-laħam ma fihx u mhuwiex derivat minn:
(i)
materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar.]]”
(F) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84)."
fin-Noti, l-ewwel u t-tieni paragrafi ta’ introduzzjoni, huma sostitwiti b’dan li ġej:
“F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-referenzi għall-Unjoni Ewropea f’dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.
Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali huwa maħsub għad-dħul fl-Unjoni ta’ preparati tal-laħam (kif iddefinit fil-Punt 1.15 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004) ippreparati minn laħam frisk ta’ annimali bovini, ta’ annimali ovini u/jew kaprini, ta’ razez domestiċi ta’ annimali porċini, ta’ annimali kamelidi u/jew annimali ċervidi u/jew ta’ annimali tal-familja Bovidae għajr annimali bovini, ovini u kaprini, razez selvaġġi ta’ annimali porċini, ta’ leporidae, ta’ tjur għajr ratiti, ta’ għasafar tal-kaċċa, u ta’ mammiferi terrestri selvaġġi għajr ungulati u leporidae inkluż meta l-Unjoni ma tkunx id-destinazzjoni finali għat-tali preparat tal-laħam.”;
(4)
Il-Kapitolu 25 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-punt II.1.4.1. tal-attestazzjoni tas-saħħa pubblika huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(1) [II.1.4.1.
jekk miksub mil-laħam ta’ annimali porċini domestiċi, dan il-laħam jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 (H), u b’mod partikolari:
(1)jew
[kien soġġett għal eżami b’metodu tad-diġestjoni għat-Trichinella b’riżultati negattivi;]
(1)jew
[ġie soġġett għal trattament ta’ ffriżar f’konformità mal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1375;]
(1)(9)jew
[fil-każ ta’ laħam minn annimali porċini domestiċi miżmuma esklussivament għas-simna u għat-tbiċċir, ġej minn azjenda jew minn kategorija ta’ azjendi li kienet uffiċjalment rikonoxxuta mill-awtoritajiet kompetenti bħala ħielsa mit-Trichinella f’konformità mal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1375;]]”
(H) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 tal-10 ta’ Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 212, 11.8.2015, p. 7)."
(b)
il-punt II.1.11. tal-attestazzjoni tas-saħħa pubblika huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(2) [II.1.11.
jekk fihom materjal minn annimali bovini, ovini jew kaprini, fir-rigward tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):
(2)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (I) bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE, u
(2)jew
[l-annimali, li minnhom ġew derivati l-prodotti tal-laħam, twieldu, trabbew kontinwament u tbiċċru f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju BSE negliġibbli fejn ma kien hemm l-ebda każ indiġenu ta’ BSE;]
(2)jew
[l-annimali, li minnhom ġew derivati l-prodotti tal-laħam, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn kien hemm tal-anqas każ indiġenu wieħed ta’ BSE, u l-prodotti tal-laħam ma fihomx u ma ġewx derivati minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;]
(2)jew
[l-annimali li minnhom ġew derivati l-prodotti tal-laħam joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE u:
(i)
il-prodotti tal-laħam ma fihomx u ma ġewx derivati minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
il-prodotti tal-laħam ma fihomx u mhumiex derivati minn laħam separat mekkanikament, miksub mill-għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
l-annimali li minnhom huma derivati l-prodotti tal-laħam ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]
(2)jew
[l-annimali li minnhom ġew derivati l-prodotti tal-laħam joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u:

l-annimali li minnhom huma derivati l-prodotti tal-laħam ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (J);
(v)
il-prodotti tal-laħam ġew prodotti u mmaniġġjati b’tali mod li jiżgura li ma fihomx u ma ġewx ikkontaminat b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti waqt il-proċess tad-dissussar;]]
(2)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali li minnhom huma derivati l-prodotti tal-laħam ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(b)
il-prodotti tal-laħam ma fihomx u ma ġewx derivati minn:
(i)
materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini.
(2)jew
[(c)
l-annimali li minnhom huma derivati l-prodotti tal-laħam, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli jew ikkontrollat ta’ BSE;]
(2)jew
[(c)
l-annimali li minnhom ġew derivati l-prodotti tal-laħam joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u
(i)
l-annimali li minnhom huma derivati l-prodotti tal-laħam ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(ii)
il-prodotti tal-laħam ġew prodotti u mmaniġġjati b’tali mod li jiżgura li ma fihomx u ma ġewx ikkontaminat b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti waqt il-proċess tad-dissussar;]]
(2)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali li minnhom ġew derivati l-prodotti tal-laħam:
(i)
ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew ma tbiċċrux b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(ii)
ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ minn ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(b)
il-prodotti tal-laħam ma fihomx u ma ġewx derivati minn:
(i)
materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar.]]
(I) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84)."
il-punti II.1.13. u II.1.14. li ġejjin jiżdiedu mal-attestazzjoni tas-saħħa pubblika wara l-punt II.1.12.:
“(1)(10) [II.1.13.
jekk ikun fih materjal minn ċervidi mrobbija:
il-prodott fih jew huwa derivat esklussivament minn laħam, esklużi l-ġewwieni u l-korda tan-nervituri tax-xewka tad-dahar, ta’ annimali ċervidi mrobbija li ġew eżaminati għall-marda tat-tnewwin kroniku permezz ta’ istopatoloġija, immunoistokimika jew metodu dijanjostiku ieħor rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti b’riżultati negattivi u mhux derivat minn annimali li ġejjin minn merħla fejn il-marda tat-tnewwin kroniku ġiet ikkonfermata jew hija uffiċjalment issuspettata.]”
“(1)(11) [II.1.14.
jekk ikun fih materjal minn ċervidi selvaġġi:
il-prodott fih jew huwa derivat esklussivament minn laħam, esklużi l-ġewwieni u l-korda tan-nervituri tax-xewka tad-dahar, ta’ annimali ċervidi selvaġġi li ġew eżaminati għall-marda tat-tnewwin kroniku permezz ta’ istopatoloġija, immunoistokimika jew metodu dijanjostiku ieħor rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti b’riżultati negattivi u mhux derivat minn annimali li ġejjin minn reġjun fejn il-marda tat-tnewwin kroniku ġiet ikkonfermata fl-aħħar tliet snin jew hija uffiċjalment issuspettata.]”;
(d)
il-punti II.2.5. u II.2.6. tal-attestazzjoni tas-saħħa pubblika huma sostitwiti b’dan li ġej:
“II.2.5.
ġie pproċessat minn laħam frisk miksub minn:
(1)jew
[annimali miżmuma fi stabbiliment li ma kienx soġġett għal miżuri ta’ restrizzjoni nazzjonali għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali, inkluż l-mard rilevanti elenkat imsemmi fl-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (K) u l-mard emerġenti fil-ħin tad-dispaċċ tal-annimali lejn il-biċċerija, u, fl-istabbiliment u madwaru, f’erja b’raġġ ta’ 10 km, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, tali mard ma ġiex irrappurtat matul perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimali lejn l-Unjoni;]
(1)jew
[annimali selvaġġi li joriġinaw minn post li fih jew madwaru l-ebda mard elenkat rilevanti għall-ispeċijiet tal-oriġini tal-prodotti tal-laħam f’konformità mal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692, ma ġie rrappurtat għal perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ tal-prodott tal-laħam lejn l-Unjoni;],
II.2.6.
wara l-ipproċessar ġie mmaniġġjat sal-imballaġġ b’tali mod li jipprevjeni l-kontaminazzjoni kroċjata li tista’ tintroduċi riskju għas-saħħa tal-annimali;
(8) [II.2.7.
huwa maħsub għal Stat Membru li ngħata l-istatus ta’ ħieles mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (L), u nkiseb minn tjur li ma tlaqqmux kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle b’vaċċin ħaj matul il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tbiċċir]. ”
(K) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379)"
(L) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).;"
(e)
in-noti f’qiegħ il-paġna (9) sa (11) li ġejjin jiżdiedu man-Noti fil-Parti II wara n-nota f’qiegħ il-paġna (8):
“(9)
Id-deroga għall-annimali porċini domestiċi li jiġu minn azjenda rikonoxxuta uffiċjalment bħala li tapplika kundizzjonijiet ikkontrollati ta’ sistemazzjoni, tista’ tiġi applikata biss f’pajjiżi elenkati fl-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1375.
(10)
Applikabbli meta l-laħam ikun inkiseb minn pajjiż imsemmi fil-punt 1 tal-Kapitolu F tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.
(11)
Applikabbli meta l-laħam ikun inkiseb minn pajjiż imsemmi fil-punt 2 tal-Kapitolu F tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.”;
(5)
Il-Kapitolu 26 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-punt II.1.11 tal-attestazzjoni tas-saħħa pubblika huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(1) [II.1.11.
jekk fihom materjal minn annimali bovini, ovini jew kaprini, fir-rigward tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (M) bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE, u
(1)jew
[l-annimali, li minnhom ġew derivati l-prodotti tal-laħam, twieldu, trabbew kontinwament u tbiċċru f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju BSE negliġibbli fejn ma kien hemm l-ebda każ indiġenu ta’ BSE;]
(1)jew
[l-annimali, li minnhom ġew derivati l-prodotti tal-laħam, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn kien hemm tal-anqas każ indiġenu wieħed ta’ BSE, u l-prodotti tal-laħam ma fihomx u ma ġewx derivati minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;]
(1)jew
[l-annimali li minnhom ġew derivati l-prodotti tal-laħam joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE u:
(i)
il-prodotti tal-laħam ma fihomx u ma ġewx derivati minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
il-prodotti tal-laħam ma fihomx u mhumiex derivati minn laħam separat mekkanikament, miksub mill-għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
l-annimali li minnhom huma derivati l-prodotti tal-laħam ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]
(1)jew
[l-annimali li minnhom ġew derivati l-prodotti tal-laħam joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u:
(i)
il-prodotti tal-laħam ma fihomx u ma ġewx derivati minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
il-prodotti tal-laħam ma fihomx u mhumiex derivati minn laħam separat mekkanikament, miksub mill-għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
l-annimali li minnhom huma derivati l-prodotti tal-laħam ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]
(iv)
l-annimali li minnhom huma derivati l-prodotti tal-laħam ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (N);
(v)
il-prodotti tal-laħam ġew prodotti u mmaniġġjati b’tali mod li jiżgura li ma fihomx u ma ġewx ikkontaminat b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti waqt il-proċess tad-dissussar;]]
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali li minnhom huma derivati l-prodotti tal-laħam ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(1)jew
[(b)
il-prodotti tal-laħam ma fihomx u ma ġewx derivati minn:
(i)
materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini.]
(1)jew
[(b)
il-prodotti tal-laħam fihom u ġew derivati minn intestini trattati miġjuba minn annimali li twieldu, trabbew kontinwament u tbiċċru f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn ma kien hemm l-ebda każ indiġenu ta’ BSE;]
(1)jew
[(b)
il-prodotti tal-laħam fihom u ġew derivati minn intestini trattati miġjuba minn annimali li joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn kien hemm tal-anqas każ indiġenu wieħed ta’ BSE, u:
(1)jew
[(i)
l-annimali twieldu wara d-data li minnha ġiet infurzata l-projbizzjoni fuq it-tagħlif tar-ruminanti bil-frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam u ta’ qrieqeċ derivati mir-ruminanti;]
(1)jew
[(i)
l-intestini trattati ta’ oriġini minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u ma ġewx derivati minn materjal speċifikat riskjuż kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.]]
(1)jew
[(c)
l-annimali li minnhom huma derivati l-prodotti tal-laħam, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli jew ikkontrollat ta’ BSE;]
(1)jew
[(c)
l-annimali li minnhom ġew derivati l-prodotti tal-laħam joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u
(i)
l-annimali li minnhom huma derivati l-prodotti tal-laħam ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(ii)
il-prodotti tal-laħam ġew prodotti u mmaniġġjati b’tali mod li jiżgura li ma fihomx u ma ġewx ikkontaminat b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti waqt il-proċess tad-dissussar;]]
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali li minnhom ġew derivati l-prodotti tal-laħam:
(i)
ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew ma tbiċċrux b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(ii)
ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ minn ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(1)jew
[(b)
il-prodotti tal-laħam ma fihomx u ma ġewx derivati minn:
(i)
materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar.]
(1)jew
[(b)
il-prodotti tal-laħam fihom u ġew derivati minn intestini trattati miġjuba minn annimali li twieldu, trabbew kontinwament u tbiċċru f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn ma kien hemm l-ebda każ indiġenu ta’ BSE;]
(1)jew
[(b)
il-prodotti tal-laħam fihom u ġew derivati minn intestini trattati miġjuba minn annimali li joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn kien hemm tal-anqas każ indiġenu wieħed ta’ BSE, u:
(1)jew
[(i)
l-annimali twieldu wara d-data li minnha ġiet infurzata l-projbizzjoni fuq it-tagħlif tar-ruminanti bil-frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam u ta’ qrieqeċ derivati mir-ruminanti;]
(1)jew
[(i)
l-intestini trattati ta’ oriġini minn annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u ma ġewx derivati minn materjal speċifikat riskjuż kif definit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.]]]]”;
(M) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84)."
il-punti II.1.13. u II.1.14. li ġejjin jiżdiedu mal-attestazzjoni tas-saħħa pubblika wara l-punt II.1.12.:
“(1)(11) [II.1.13.
jekk ikun fih materjal minn ċervidi mrobbija:
il-prodott fih jew huwa derivat esklussivament minn laħam, esklużi l-ġewwieni u l-korda tan-nervituri tax-xewka tad-dahar, ta’ annimali ċervidi mrobbija li ġew eżaminati għall-marda tat-tnewwin kroniku permezz ta’ istopatoloġija, immunoistokimika jew metodu dijanjostiku ieħor rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti b’riżultati negattivi u mhux derivat minn annimali li ġejjin minn merħla fejn il-marda tat-tnewwin kroniku ġiet ikkonfermata jew hija uffiċjalment issuspettata.]”
“(1)(12) [II.1.14.
jekk ikun fih materjal minn ċervidi selvaġġi:
il-prodott fih jew huwa derivat esklussivament minn laħam, esklużi l-ġewwieni u l-korda tan-nervituri tax-xewka tad-dahar, ta’ annimali ċervidi selvaġġi li ġew eżaminati għall-marda tat-tnewwin kroniku permezz ta’ istopatoloġija, immunoistokimika jew metodu dijanjostiku ieħor rikonoxxut mill-awtoritajiet kompetenti b’riżultati negattivi u mhux derivat minn annimali li ġejjin minn reġjun fejn il-marda tat-tnewwin kroniku ġiet ikkonfermata fl-aħħar tliet snin jew hija uffiċjalment issuspettata.]”;
(c)
il-punti II.2.2. sa II.2.4. tal-attestazzjoni tas-saħħa pubblika huma sostitwiti b’dan li ġej:
“(1)either
[II.2.2.
ġie pproċessat minn laħam frisk minn speċi waħda biss ta’ annimali biss, bil-kodiċi ____ (4), u l-laħam frisk użat għall-ipproċessar tal-prodott tal-laħam għadda mit-trattament speċifiku ____(5), li huwa assenjat speċifikament fil-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 għall-ispeċi ta’ oriġini tal-laħam frisk u għaż-żona msemmija fil-punt II.2.1 u nkiseb minn annimali li joriġinaw minn:
(1)jew
[iż-żona msemmija fil-punt II.2.1.;]]
(1)jew
[iż-żona/i bil-kodiċi _____ (6), li, fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, hija elenkata għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk tal-ispeċijiet li minnhom ġie pproċessat il-prodott tal-laħam fi
(1)jew
[il-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fil-każ ta’ laħam frisk tal-ungulati;]]] (7)
(1)jew
[il-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fil-każ ta’ laħam frisk tat-tjur u tal-għasafar tal-kaċċa;]]]
(1)jew
[Stat Membru;]]]
(1)jew
[II.2.2.
ġie pproċessat minn laħam frisk tat-tjur, bil-kodiċi ____(4), li joriġina minn żona elenkata għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk ta’ tjur fejn kien hemm każ jew tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja jew ta’ infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle u l-laħam frisk użat għall-ipproċessar tal-prodott tal-laħam sarlu tal-anqas it-trattament speċifiku “D”(5);]
(1)jew
[II.2.2.
ġie pproċessat minn taħlit ta’ laħam frisk minn speċijiet differenti ta’ annimali bil-kodiċijiet ____ , ____ , ____(4), u t-tali laħam frisk:
(1)jew
[II.2.2.1.
ikun tħallat qabel it-trattament finali u, wara t-taħlit, ikun għadda mit-trattament speċifiku ____(5), minħabba li huwa l-aktar sever mit-trattamenti speċifikament assenjati fil-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 għall-ispeċijiet differenti ta’ oriġini tal-laħam frisk u għaż-żona msemmija fil-punt II.2.1., u nkiseb minn annimali li joriġinaw minn:
(1)jew
[iż-żona msemmija fil-punt II.2.1.]]
(1)jew
[iż-żona
(1)
[bil-kodiċi _____(6) li, fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali hija elenkata fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk tal-ispeċijiet li minnhom ġie pproċessat il-prodott tal-laħam;;](7)
(1)
[bil-kodiċi _____(6) li, fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali hija elenkata fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk tal-ispeċijiet li minnhom ġie pproċessat il-prodott tal-laħam;]]]
(1)jew
[Stat Membru;]]
(1)jew
[II.2.2.1.
ikun tħallat wara t-trattament finali u, qabel it-taħlit, ikun għadda mit-trattament(i) speċifiku/ċi ________, _________, ________(8), kif speċifikament assenjat fil-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 għall-ispeċijiet differenti ta’ oriġini tal-laħam frisk u għaż-żona msemmija fil-punt II.2.1., u nkiseb minn annimali li joriġinaw minn:
(1)jew
[iż-żona msemmija fil-punt II.2.1.;]]
(1)jew
[iż-żona
(1)
[bil-kodiċi _____(6) li, fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali hija elenkata fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk tal-ispeċijiet li minnhom ġie pproċessat il-prodott tal-laħam;](7)
(1)
[bil-kodiċi _____(6) li, fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali hija elenkata fil-Parti 1 tal-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk tal-ispeċijiet li minnhom ġie pproċessat il-prodott tal-laħam;]]]
(1)jew
[Stat Membru;]]
(1)jew
[II.2.2.
ġie
(a)
ipproċessat minn laħam frisk minn speċi waħda ta’ annimali jew taħlit ta’ laħam frisk minn speċijiet differenti ta’ annimali, bil-kodiċijiet ____ , ____ , ____(4);
(b)
pproċessat minn laħam frisk miksub minn annimali li joriġinaw miż- żona/i bil-kodiċi(jiet) ______, _____ , _____(3) li, fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, hija/huma elenkata/i fil-Parti 1 tal-Anness XV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 għad-dħul fl-Unjoni ta’ prodotti tal-laħam soġġetti għall-applikazzjoni ta’ wieħed mit-trattamenti speċifiċi ddefiniti fl-Anness XXVI tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (O) għal-laħam frisk tal-ispeċijiet rilevanti;
(c)
għaddew mit-“trattament speċifiku B”
(5);]
II.2.3.
ġie pproċessat minn laħam frisk miksub minn:
(1)jew
[annimali miżmuma fi stabbiliment li ma kienx soġġett għal miżuri ta’ restrizzjoni nazzjonali għal raġunijiet ta’ saħħa tal-annimali, inkluż l-mard rilevanti elenkat imsemmi fl-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692 u l-mard emerġenti fil-ħin tad-dispaċċ tal-annimali lejn il-biċċerija, u, fl-istabbiliment u madwaru, f’erja b’raġġ ta’ 10 km, inkluż, fejn xieraq, it-territorju ta’ pajjiż ġar, tali mard ma ġiex irrappurtat matul perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ tal-annimali lejn l-Unjoni;]
(1)jew
[annimali selvaġġi li joriġinaw minn post li fih jew madwaru l-ebda mard elenkat rilevanti għall-ispeċijiet tal-oriġini tal-prodotti tal-laħam f’konformità mal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692, ma ġie rrappurtat għal perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tad-dispaċċ tal-prodott tal-laħam lejn l-Unjoni;],
II.2.4.
wara l-ipproċessar, ġie mmaniġġjat sal-imballaġġ b’tali mod li jipprevjeni l-kontaminazzjoni kroċjata li tista’ tintroduċi riskju għas-saħħa tal-annimali;
(9)[II.2.5.
huwa maħsub għal Stat Membru li ngħata l-istatus ta’ ħieles mill-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle mingħajr tilqim f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (P), u nkiseb minn tjur li ma tlaqqmux kontra l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle b’vaċċin ħaj matul il-perjodu ta’ 30 jum qabel id-data tat-tbiċċir].
”
(O) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379)"
(P) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).;"
(d)
in-noti f’qiegħ il-paġna (11) u (12) li ġejjin jiżdiedu man-Noti fil-Parti II wara n-nota f’qiegħ il-paġna (10):
“(11)
Applikabbli meta l-laħam ikun inkiseb minn pajjiż imsemmi fil-punt 1 tal-Kapitolu F tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.
(12)
Applikabbli meta l-laħam ikun inkiseb minn pajjiż imsemmi fil-punt 2 tal-Kapitolu F tal-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.”;
(6)
Il-Kapitolu 27 huwa emendat kif ġej:
(a)
il-punt II.1.7. tal-attestazzjoni tas-saħħa pubblika huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(1)[II.1.7.
Jekk derivati minn annimali bovini, ovini jew kaprini, fir-rigward tal-enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE):
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (Q) bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE, u(4)
(1)
[l-annimali, li minnhom ġew derivati l-budellati, twieldu, trabbew kontinwament u tbiċċru f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE;]
(1)
[l-annimali, li minnhom ġew derivati l-budellati, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE u:
(i)
jekk derivati minn annimali bovini, il-budellati ma fihomx u ma ġewx derivati minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(a)(iii) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
l-annimali li minnhom huma derivati l-budellati ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]
(1)
[l-annimali, li minnhom ġew derivati l-budellati, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u:
(i)
jekk derivati minn annimali bovini, il-budellati ma fihomx u ma ġewx derivati minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(a)(iii) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
l-annimali li minnhom huma derivati l-budellati ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(iii)
l-annimali li minnhom huma derivati l-budellati ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (R);]]
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE, u (4)
(1)
[l-annimali li minnhom ġew derivati l-budellati twieldu, trabbew kontinwament u tbiċċru f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn ma kien hemm l-ebda każ indiġenu ta’ BSE;]
(1)
[l-annimali li minnhom ġew derivati l-budellati twieldu, trabbew kontinwament u tbiċċru f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn kien hemm mill-inqas każ indiġenu wieħed ta’ BSE u, jekk il-budellati ġew derivati minn annimali bovini:
(i)
l-annimali twieldu wara d-data li minnha ġiet infurzata l-projbizzjoni fuq it-tagħlif tar-ruminanti bil-frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam u ta’ qrieqeċ derivati mir-ruminanti,
(ii)
jew il-budellati ma fihomx u ma ġewx derivati minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(a)(iii) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.]
(1)
[l-annimali, li minnhom ġew derivati l-budellati, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE u:
(i)
l-annimali li minnhom huma derivati l-budellati ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali,
(ii)
jekk derivati minn annimali bovini, il-budellati ma fihomx u ma ġewx derivati minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(a)(iii) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;]
(1)
[l-annimali, li minnhom ġew derivati l-budellati, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u
(i)
l-annimali li minnhom huma derivati l-budellati ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali,
(ii)
l-annimali li minnhom huma derivati l-budellati ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali,
(iii)
jekk derivati minn annimali bovini, il-budellati ma fihomx u ma ġewx derivati minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(a)(iii) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;]]
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE, u(4)
(1)
[il-budellati u l-annimali li minnhom huma derivati l-budellati jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
(i)
l-annimali li minnhom ġew derivati l-budellati ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(ii)
l-annimali li minnhom huma derivati l-budellati ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ derivati minn ruminanti, kif iddefinit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(iii)
jekk derivati minn annimali bovini, il-budellati ma fihomx u ma ġewx derivati minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(a)(iii) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;]
(1)
[l-annimali li minnhom ġew derivati l-budellati twieldu, trabbew kontinwament u tbiċċru f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn ma kien hemm l-ebda każ indiġenu ta’ BSE;]
(1)
[l-annimali li minnhom ġew derivati l-budellati joriġinaw minn pajjiż jew reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn kien hemm mill-inqas każ indiġenu wieħed ta’ BSE u, jekk il-budellati ġew derivati minn annimali bovini:
(i)
l-annimali twieldu wara d-data li minnha ġiet infurzata l-projbizzjoni fuq it-tagħlif tar-ruminanti bil-frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam u ta’ qrieqeċ derivati mir-ruminanti,
(ii)
jew il-budellati ma fihomx u ma ġewx derivati minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1(a)(iii) tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.]]]
(Q) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84)."
il-punt II.2.2 tal-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(1)either
[II.2.2.
ġew
(a)
ipproċessati mill-vexxiki u/jew mill-intestini miksuba minn [annimali bovini](1), [annimali ovini u/jew kaprini](1), [annimali porċini miżmuma](1), u
(b)
ipproċessati fi u mibgħuta miż-żona/i bil-kodiċi(jiet): _______ (3), li fid-data tal-ħruġ ta’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, hija/huma awtorizzata/i għad-dħul fl-Unjoni ta’ laħam frisk ta’ tali speċijiet ta’ annimali u elenkati fil-Parti 1 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, mingħajr ebda kundizzjoni speċifika indikata fil-kolonna 5 tat-tabella fil-Parti 1 ta’ dak l-Anness;]
(1)jew
[II.2.2.
ġew ipproċessati mill-vexxiki u/jew mill-intestini miksuba minn [annimali bovini](1), [annimali ovini u/jew kaprini](1), [annimali porċini miżmuma](1) u waqt l-ipproċessar tagħhom kienu:
(1)jew
[immellħa bil-klorur tas-sodju (NaCl), xotti jew bħala salmura saturata (aw<0,80), għal perjodu kontinwu ta’ 30 jum jew aktar, f’temperatura ta’ 20 °C jew ogħla;]]
(1)jew
[immellħa bil-melħ issupplimentat bil-fosfat li jkun fih 86,5 % NaCl, 10,7 % Na2HPO4 u 2,8 % Na3PO4 (piż/piż/piż), xotti jew inkella bħala salmura saturata (aw<0,80), għal perjodu kontinwu ta’ 30 jum jew aktar, f’temperatura ta’ 20 oC jew ogħla;]]
(1)jew
[II.2.2.
ġew ipproċessati minn vexxiki u/jew minn intestini miksuba minn annimali għajr annimali bovini, ovini, kaprini u/jew porċini u matul l-ipproċessar tagħhom ġew:
(1)jew
[immellħa bil-klorur tas-sodju (NaCl) għal 30 jum;]]
(1)jew
[ibbliċjati;]]
(1)jew
[tnixxfu wara l-brix;]]”;
(7)
Il-Kapitolu 28 huwa emendat kif ġej:
(a)
l-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali hija emendata kif ġej:
(i)
il-punt II.2.3.3. huwa sostitwit b’dan li ġej:
“II.2.3.3.
Huma annimali akkwatiċi li jintbagħtu direttament mill-post tal-oriġini lejn l-Unjoni;”;
(ii)
il-punt II.2.6.3. huwa sostitwit b’dan li ġej:
“II.2.6.3.
mill-ħin tat-tagħbija fil-post tal-oriġini sal-ħin tal-wasla fl-Unjoni, l-annimali fil-kunsinna ma jiġux ittrasportati fl-istess ilma jew (4)[kontenitur] (4)[dgħajsa barrada] flimkien ma’ annimali akkwatiċi li għandhom status tas-saħħa inferjuri jew li mhumiex maħsuba għad-dħul fl-Unjoni;”;
(iii)
il-punti II.2.7.3. u II.2.8. huma sostitwiti b’dan li ġej:
“(4) [II.2.7.3.
Fil-każ ta’ prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn annimali akkwatiċi għajr annimali akkwatiċi ħajjin, it-tikketta li tinqara u li tidher imsemmija fil-punt II.2.7.1. fiha waħda mid-dikjarazzjonijiet li ġejjin:
(a)
“ħut maħsub għall-konsum mill-bniedem, wara l-ipproċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea”;
(b)
“krustaċji maħsuba għall-konsum mill-bniedem, wara l-ipproċessar ulterjuri fl-Unjoni Ewropea”.]
Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għandu jkun validu għal perjodu ta’ 10 ijiem mid-data tal-ħruġ. Fil-każ ta’ trasport tal-annimali akkwatiċi bil-passaġġi fuq l-ilma/bil-baħar, dan il-perjodu ta’ 10 ijiem jista’ jiġi estiż bid-durata tal-vjaġġ fuq il-passaġġi fuq l-ilma/fuq il-baħar.”;
(b)
In-Noti huma emendati kif ġej:
(i)
fil-parti introduttorja, id-deskrizzjoni li ġejja ta’ “Ipproċessar ulterjuri” tiżdied wara d-deskrizzjoni ta’ “Annimali tal-akkwakultura”:
“Ipproċessar ulterjuri” tfisser kwalunkwe tip ta’ miżuri u tekniki mwettqa qabel it-tqegħid fis-suq għall-konsum mill-bniedem, li jaffettwaw is-sħuħija anatomika, bħall-iżvinar, l-evixxerazzjoni, it-tneħħija tar-ras, it-tfettit u l-iffilettjar, li jipproduċu skart jew prodotti sekondarji u li jistgħu jikkawżaw riskju għat-tixrid ta’ mard.”;
(ii)
in-nota f’qiegħ il-paġna (2) tan-Noti tal-Parti II hija sostitwita b’dan li ġej:
“(2)
Il-Parti II.2. ta’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali ma għandhiex tapplika u għandha titħassar meta l-kunsinna tkun tikkonsisti minn: (a) speċijiet għajr dawk elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (S); jew (b) annimali akkwatiċi selvaġġi u prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn dawk l-annimali akkwatiċi li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd għall-konsum dirett mill-bniedem; jew (c) prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn annimali akkwatiċi, għajr annimali akkwatiċi ħajjin, li huma lesti għall-konsum dirett mill-bniedem mingħajr ma jgħaddu minn ipproċessar ulterjuri fl-Unjoni.”
(S) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).;"
(iii)
in-nota f’qiegħ il-paġna (10) tan-Noti tal-Parti II hija sostitwita b’dan li ġej:
“(10)
Għandu japplika biss għall-kunsinni ta’ annimali akkwatiċi ħajjin.
(11)
għall-iffirmar minn:
—
veterinarju uffiċjali meta il-Parti II.2. Attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali ma titħassarx
—
uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni jew veterinarju uffiċjali meta titħassar il-Parti II.2. Attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali.”;
(8)
Il-Kapitolu 31 huwa emendat kif ġej:
(a)
l-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali hija emendata kif ġej:
(i)
il-punt II.2.3.3. huwa sostitwit b’dan li ġej:
“II.2.3.3.
Huma annimali akkwatiċi li jintbagħtu direttament mill-post tal-oriġini lejn l-Unjoni;”
(ii)
il-punt II.2.6.3. huwa sostitwit b’dan li ġej:
“II.2.6.3.
mill-ħin tat-tagħbija fil-post tal-oriġini sal-ħin tal-wasla fl-Unjoni, l-annimali fil-kunsinna ma jiġux ittrasportati fl-istess ilma jew (4)[kontenitur] (4)[dgħajsa barrada] flimkien ma’ annimali akkwatiċi li għandhom status tas-saħħa inferjuri jew li mhumiex maħsuba għad-dħul fl-Unjoni;”
Dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għandu jkun validu għal perjodu ta’ 10 ijiem mid-data tal-ħruġ. Fil-każ ta’ trasport tal-annimali akkwatiċi bil-passaġġi fuq l-ilma/bil-baħar, dan il-perjodu ta’ 10 ijiem jista’ jiġi estiż bid-durata tal-vjaġġ fuq il-passaġġi fuq l-ilma/fuq il-baħar.”;
(b)
In-Noti huma emendati kif ġej:
(i)
fil-parti introduttorja, id-deskrizzjoni li ġejja ta’ “Ipproċessar ulterjuri” tiżdied wara d-deskrizzjoni ta’ “Annimali tal-akkwakultura”:
“Ipproċessar ulterjuri” tfisser kwalunkwe tip ta’ miżuri u tekniki mwettqa qabel it-tqegħid fis-suq għall-konsum mill-bniedem, li jaffettwaw is-sħuħija anatomika, bħall-iżvinar, l-evixxerazzjoni, it-tneħħija tar-ras, it-tfettit u l-iffilettjar, li jipproduċu skart jew prodotti sekondarji u li jistgħu jikkawżaw riskju għat-tixrid ta’ mard.”;
(ii)
in-nota f’qiegħ il-paġna (2) tan-Noti tal-Parti II hija sostitwita b’dan li ġej:
“(2)
Il-Parti II.2. ta’ dan iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali ma għandhiex tapplika u għandha titħassar meta l-kunsinna tkun tikkonsisti minn: (a) speċijiet għajr dawk elenkati fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (T); jew (b) annimali akkwatiċi selvaġġi u prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn dawk l-annimali akkwatiċi li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd għall-konsum dirett mill-bniedem; jew (c) prodotti ta’ oriġini mill-annimali minn annimali akkwatiċi, għajr annimali akkwatiċi ħajjin, li huma lesti għall-konsum dirett mill-bniedem mingħajr ma jgħaddu minn ipproċessar ulterjuri fl-Unjoni.”;
(T) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21)."
(iii)
in-nota f’qiegħ il-paġna (10) tan-Noti tal-Parti II hija sostitwita b’dan li ġej:
“(10)
Għandu japplika biss għall-kunsinni ta’ annimali akkwatiċi ħajjin.
(11)
għall-iffirmar minn:
—
veterinarju uffiċjali meta il-Parti II.2. Attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali ma titħassarx
—
uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni jew veterinarju uffiċjali meta titħassar il-Parti II.2. Attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali.”
(9)
fil-Kapitolu 33, il-punt II.2.2. tal-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali huwa sostitwit b’dan li ġej:
“II.2.2.
inkiseb minn annimali tal-ispeċijiet [Bos Taurus,](1) [Ovis aries,](1) [Capra hircus,](1) [Bubalus bubalis,](1) [Camelus dromedarius](1) li:
(1)jew
[baqgħu fiż-żona/i msemmija fil-punt II.2.1. sa mit-twelid, jew għall-perjodu ta’ tal-anqas 3 xhur qabel id-data tat-taħlib;]
[pajjiż terz ieħor jew minn territorju jew minn żona tiegħu li huwa elenkat għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat, kolostru jew prodotti bbażati fuq il-kolostru u l-annimali baqgħu hemm għall-perjodu ta’ tal-anqas 3 xhur qabel id-data tat-taħlib;]]
(1)jew
[Stat Membru;]]”;
(10)
fil-Kapitolu 34, il-punt II.2.3. tal-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali huwa sostitwit b’dan li ġej:
“II.2.3.
ġew ipproċessati minn ħalib mhux ipproċessat li nkiseb minn annimali tal-ispeċijiet [Bos Taurus,](1) [Ovis aries,](1) [Capra hircus,](1) [Bubalus bubalis,](1) [Camelus dromedarius](1) li:
(1)jew
[baqgħu fiż-żona/i msemmija fil-punt II.2.1. sa mit-twelid, jew għall-perjodu ta’ tal-anqas 3 xhur qabel id-data tat-taħlib;]
[pajjiż terz ieħor jew minn territorju jew minn żona tiegħu li huwa elenkat għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat, kolostru jew prodotti bbażati fuq il-kolostru u l-annimali baqgħu hemm għall-perjodu ta’ tal-anqas 3 xhur qabel id-data tat-taħlib;]]
(1)jew
[Stat Membru;]]”;
(11)
fil-Kapitolu 35, il-punt II.2.3 tal-attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali huwa sostitwit b’dan li ġej:
“II.2.3.
ġew ipproċessati minn ħalib mhux ipproċessat li nkiseb minn annimali tal-ispeċijiet [Bos Taurus,](1) [Ovis aries,](1) [Capra hircus,](1) [Bubalus bubalis,](1) [Camelus dromedarius](1) li:
(1)jew
[baqgħu fiż-żona/i msemmija fil-punt II.2.1. sa mit-twelid, jew għall-perjodu ta’ tal-anqas 3 xhur qabel id-data tat-taħlib;]
[pajjiż terz ieħor jew minn territorju jew minn żona tiegħu li huwa elenkat għad-dħul fl-Unjoni ta’ ħalib mhux ipproċessat, kolostru jew prodotti bbażati fuq il-kolostru u l-annimali baqgħu hemm għall-perjodu ta’ tal-anqas 3 xhur qabel id-data tat-taħlib;]]
(1)jew
[Stat Membru;]]”;
(12)
fil-Kapitolu 41, il-punt II.1.6 tal-attestazzjoni tas-saħħa pubblika huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(1)[II.1.6.
fil-każ ta’ ġelatina tal-oriġini minn annimali bovini, ovini u kaprini, u ħlief għall-ġelatina derivata minn ġlud ħoxnin u minn ġlud,
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (U) bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE), u(2)
(1)
[l-annimali li minnhom ġiet derivata l-ġelatina twieldu, trabbew kontinwament u tbiċċru f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn ma kien hemm l-ebda każ indiġenu ta’ BSE;]
(1)
[l-annimali li minnhom ġiet derivata l-ġelatina joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn kien hemm tal-anqas każ indiġenu wieħed ta’ BSE, u l-ġelatina ma fihiex u ma ġietx derivata minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;]
(1)
[l-annimali, li minnhom ġiet derivata l-ġelatina, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE u:
(i)
il-ġelatina ma fihiex u mhijiex derivata minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (V);
(ii)
il-ġelatina ma fihiex u ma ġietx derivata minn laħam separat mekkanikament, miksub mill-għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-ġelatina ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]
(1)
[l-annimali, li minnhom ġiet derivata l-ġelatina, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u:
(i)
il-ġelatina ma fihiex u ma ġietx derivata minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
il-ġelatina ma fihiex u ma ġietx derivata minn laħam separat mekkanikament, miksub mill-għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-ġelatina ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali,]
(iv)
l-annimali li minnhom hija dderivata l-ġelatina ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (W);
(v)
il-ġelatina ġiet prodotta u mmaniġġjata b’tali mod li jiżgura li ma jkunx fiha u ma tkunx ġiet ikkontaminata b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;]]
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-ġelatina ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(b)
il-ġelatina ma fihiex u ma ġietx derivata minn:
(i)
materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini.
(1)jew
[(c)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-ġelatina, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli jew ikkontrollat ta’ BSE;]
(1)jew
[(c)
l-annimali, li minnhom ġiet derivata l-ġelatina, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u
(i)
l-annimali li minnhom hija dderivata l-ġelatina ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(ii)
il-ġelatina ġiet prodotta u mmaniġġjata b’tali mod li jiżgura li ma jkunx fiha u ma tkunx ġiet ikkontaminata b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;]]
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-ġelatina:
(i)
ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew ma tbiċċrux b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(ii)
ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ minn ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(b)
il-ġelatina ma fihiex u ma ġietx derivata minn:
(i)
materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar.]]
(U) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84)."
(V) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1)."
fil-Kapitolu 42, il-punt II.1.6 tal-attestazzjoni tas-saħħa pubblika huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(1)[II.1.6.
fil-każ ta’ kollaġen tal-oriġini minn annimali bovini, ovini u kaprini, u ħlief għall-kollaġen derivat minn ġlud ħoxnin u minn ġlud,
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (X) bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE), u(2)
(1)
[l-annimali li minnhom ġie derivat il-kollaġen twieldu, trabbew kontinwament u tbiċċru f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn ma kien hemm l-ebda każ indiġenu ta’ BSE;]
(1)
[l-annimali li minnhom ġie derivat il-kollaġen joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn kien hemm tal-anqas każ indiġenu wieħed ta’ BSE, u l-kollaġen ma fihx u ma ġiex derivat minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;]
(1)
[l-annimali, li minnhom ġie derivat il-kollaġen, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE u:
(i)
il-kollaġen ma fihx u ma ġiex derivat minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Y);
(ii)
il-kollaġen ma fihx u ma ġiex derivat minn laħam separat mekkanikament, miksub mill-għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
l-annimali li minnhom ġie derivat il-kollaġen ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]
(1)
[l-annimali, li minnhom ġie derivat il-kollaġen, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u:
(i)
il-kollaġen ma fihx u mhuwiex derivat minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
il-kollaġen ma fihx u ma ġiex derivat minn laħam separat mekkanikament, miksub mill-għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
l-annimali li minnhom ġie derivat il-kollaġen ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]
(iv)
l-annimali li minnhom ġie derivat il-kollaġen ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (Z);
(v)
il-kollaġen ġie prodott u mmaniġġjat b’tali mod li jiżgura li ma jkunx fiha u ma tkunx ġiet ikkontaminata b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;]]
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali li minnhom ġie derivat il-kollaġen ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(b)
il-kollaġen ma fihx u ma ġiex derivat minn:
(i)
materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini.
(1)jew
[(c)
l-annimali li minnhom ġie derivat il-kollaġen, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli jew ikkontrollat ta’ BSE;]
(1)jew
[(c)
l-annimali, li minnhom ġie derivat il-kollaġen, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u
(i)
l-annimali li minnhom ġie derivat il-kollaġen ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(ii)
il-kollaġen ġie prodott u mmaniġġjat b’tali mod li jiżgura li ma jkunx fiha u ma tkunx ġiet ikkontaminata b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;]]
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali li minnhom ġie derivat il-kollaġen:
(i)
ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew ma tbiċċrux b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(ii)
ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ minn ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(b)
il-kollaġen ma fihx u ma ġiex derivat minn:
(i)
materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar.]]
(X) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84)."
(Y) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1)."
fil-Kapitolu 43, il-punt II.1.4. tal-attestazzjoni tas-saħħa pubblika huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(1) [II.1.4.
fil-każ ta’ materja prima ta’ oriġini minn annimali bovini, ovini u kaprini, u ħlief għall-ġlud ħoxnin u għall-ġlud,
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (AA) bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE), u(7)
(1)
[l-annimali li minnhom ġiet derivata l-materja prima twieldu, trabbew kontinwament u tbiċċru f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn ma kien hemm l-ebda każ indiġenu ta’ BSE;]
(1)
[l-annimali, li minnhom ġiet derivata l-materja prima, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn kien hemm tal-anqas każ indiġenu wieħed ta’ BSE, u l-materja prima ma fihiex u ma ġietx derivata minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;]
(1)
[l-annimali, li minnhom ġiet derivata l-materja prima, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE u:
(i)
il-materja prima ma fihiex u ma ġietx derivata minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
il-materja prima ma fihiex u mhijiex derivata minn laħam separat mekkanikament, miksub mill-għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-materja prima ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]
(1)
[l-annimali, li minnhom ġiet derivata l-materja prima, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u:
(i)
il-materja prima ma fihiex u ma ġietx derivata minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
il-materja prima ma fihiex u mhijiex derivata minn laħam separat mekkanikament, miksub mill-għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-materja prima ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]
(iv)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-materja prima ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (BB);
(v)
il-materja prima ġiet prodotta u mmaniġġjata b’tali mod li jiżgura li ma fihiex u ma ġietx ikkontaminata b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;]]
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-materja prima ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(b)
il-materja prima ma fihiex u ma ġietx derivata minn:
(i)
materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini.
(1)jew
[(c)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-materja prima, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli jew ikkontrollat ta’ BSE;]
(1)jew
[(c)
l-annimali, li minnhom ġiet derivata l-materja prima, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u
(i)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-materja prima ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(ii)
il-materja prima ġiet prodotta u mmaniġġjata b’tali mod li jiżgura li ma fihiex u ma ġietx ikkontaminata b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;]]
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-materja prima:
(i)
ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew ma tbiċċrux b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(ii)
ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ minn ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(b)
il-materja prima ma fihiex u ma ġietx derivata minn:
(i)
materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar.]]
(AA) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84)."
fil-Kapitolu 44, il-punt II.1.7. tal-attestazzjoni tas-saħħa pubblika huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(1)–[II.1.7.
fil-każ ta’ materja prima ttrattata ta’ oriġini minn annimali bovini, ovini u kaprini, u ħlief għall-ġlud ħoxnin u għall-ġlud,
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (CC) bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE), u(5)
(1)
[l-annimali li minnhom ġiet derivata l-materja prima ttrattata twieldu, trabbew kontinwament u tbiċċru f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn ma kien hemm l-ebda każ indiġenu ta’ BSE;]
(1)
[l-annimali, li minnhom ġiet derivata l-materja prima ttrattata, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli ta’ BSE fejn kien hemm tal-anqas każ indiġenu wieħed ta’ BSE, u l-materja prima ttrattata ma fihiex u ma ġietx derivata minn laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;]
(1)
[l-annimali, li minnhom ġiet derivata l-materja prima ttrattata, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE u:
(i)
il-materja prima ttrattata ma fihiex u ma ġietx derivata minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (DD);
(ii)
il-materja prima ttrattata ma fihiex u mhijiex derivata minn laħam separat mekkanikament, miksub mill-għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-materja prima ttrattata ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]
(1)
[l-annimali, li minnhom ġiet derivata l-materja prima ttrattata, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE u:
(i)
il-materja prima ttrattata ma fihiex u ma ġietx derivata minn materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
il-materja prima ttrattata ma fihiex u mhijiex derivata minn laħam separat mekkanikament, miksub mill-għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-materja prima ttrattata ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;]
(iv)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-materja prima ttrattata ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (EE);
(v)
il-materja prima trattata ġiet prodotta u ġiet immaniġġjata b’tali mod li jiżgura li ma fihiex u ma ġietx kontaminata b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;]]
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju kkontrollat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-materja prima ttrattata ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(b)
il-materja prima ttrattata ma fihiex u ma ġietx derivata minn:
(i)
materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini.
(1)jew
[(c)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-materja prima ttrattata, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju negliġibbli jew ikkontrollat ta’ BSE;]
(1)jew
[(c)
l-annimali, li minnhom ġiet derivata l-materja prima ttrattata, joriġinaw minn pajjiż jew minn reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE, u
(i)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-materja prima ttrattata ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ, kif iddefiniti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(ii)
il-materja prima ttrattata ġiet prodotta u mmaniġġjata b’tali mod li jiżgura li ma fihiex u ma ġietx ikkontaminata b’tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar;]]
(1)jew
[il-pajjiż jew ir-reġjun tal-oriġini huwa kklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li jirrappreżenta riskju indeterminat ta’ BSE, u
(a)
l-annimali li minnhom ġiet derivata l-materja prima trattata:
(i)
ma tbiċċrux wara sturdament permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali u lanqas ma nqatlu bl-istess metodu jew ma tbiċċrux b’laċerazzjoni wara sturdament tat-tessut tas-sistema nervuża ċentrali permezz ta’ strument imtawwal forma ta’ virga mdaħħal fil-kavità kranjali;
(ii)
ma ġewx mitmugħa frakass tal-fdal tal-laħam u tal-għadam jew qrieqeċ minn ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali;
(b)
il-materja prima ttrattata ma fihiex u ma ġietx derivata minn:
(i)
materjal speċifikat riskjuż kif iddefinit fil-punt 1 tal-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 999/2001;
(ii)
laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini;
(iii)
tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tad-dissussar.]]”
(CC) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84)."
(DD) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1)."
(A) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84)
(B) Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-frat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).
(D) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84)
(F) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).
(H) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1375 tal-10 ta’ Awwissu 2015 li jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar kontrolli uffiċjali għat-Trichinella fil-laħam (ĠU L 212, 11.8.2015, p. 7).
(I) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).
(K) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379)
(L) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).;
(M) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).
(O) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379)
(P) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istat ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).;
(Q) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).
(S) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).;
(T) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).
(U) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).
(V) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).
(X) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).
(Y) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).
(AA) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).
(CC) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).
(DD) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).