EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022L1631
Commission Delegated Directive (EU) 2022/1631 of 12 May 2022 amending, for the purposes of adapting to scientific and technical progress, Annex IV to Directive 2011/65/EU of the European Parliament and of the Council as regards an exemption for the use of lead in bismuth strontium calcium copper oxide superconductor cables and wires and lead in their electrical connections (Text with EEA relevance)
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/1631 tat-12 ta’ Mejju 2022 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb fil-kejbils u l-wajers tas-superkondutturi tal-ossidu tal-bismut, stronzju, kalċju u ram u ċ-ċomb fil-konnessjonijiet elettriċi tagħhom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Direttiva Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2022/1631 tat-12 ta’ Mejju 2022 li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb fil-kejbils u l-wajers tas-superkondutturi tal-ossidu tal-bismut, stronzju, kalċju u ram u ċ-ċomb fil-konnessjonijiet elettriċi tagħhom (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/3040
ĠU L 245, 22.9.2022, p. 45–47
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32011L0065 | Żieda | anness IV punt 48 | 12/10/2022 |
22.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 245/45 |
DIRETTIVA DELEGATA TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1631
tat-12 ta’ Mejju 2022
li temenda, għall-finijiet tal-adattament għall-progress xjentifiku u tekniku, l-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ eżenzjoni għall-użu taċ-ċomb fil-kejbils u l-wajers tas-superkondutturi tal-ossidu tal-bismut, stronzju, kalċju u ram u ċ-ċomb fil-konnessjonijiet elettriċi tagħhom
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1)(a) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2011/65/UE tirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li t-tagħmir elettriku u elettroniku mqiegħed fis-suq ma jkunx fih is-sustanzi perikolużi elenkati fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva. Dik ir-restrizzjoni ma tapplikax għal ċerti applikazzjonijiet eżentati li huma speċifiċi għall-apparat mediku u għall-istrumenti ta’ monitoraġġ u kontroll u li huma elenkati fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva. |
(2) |
Il-kategoriji tat-tagħmir elettriku u elettroniku (EEE) li għalihom tapplika d-Direttiva 2011/65/UE huma elenkati fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva. |
(3) |
Iċ-ċomb hu sustanza ristretta elenkata fl-Anness II tad-Direttiva 2011/65/UE. |
(4) |
Fil-25 ta’ Marzu 2019, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni li saret skont l-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2011/65/UE għal eżenzjoni li għandha tiġi elenkata fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva, għall-użu taċ-ċomb tas-superkondutturi tal-ossidu tal-bismut, stronzju, kalċju u ram għall-użu f’kejbils u wajers u ċomb f’konnessjonijiet elettriċi relatati ma’ komponenti oħra tal-EEE (“l-eżenzjoni mitluba”). Il-BSCCO drogat biċ-ċomb jista’ jintuża biex joħloq ċirkwiti manjetiċi superkonduttivi għal apparati mediċi u strumenti ta’ monitoraġġ u kontroll. |
(5) |
L-evalwazzjoni tal-eżenzjoni mitluba kienet tinkludi konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati skont l-Artikolu 5(7) tad-Direttiva 2011/65/UE. Il-kummenti li waslu matul dawn il-konsultazzjonijiet saru disponibbli għall-pubbliku fuq sit web apposta. |
(6) |
L-istann li fih iċ-ċomb jintuża biex jgħaqqad il-wajers u l-kejbils superkonduttivi ma’ komponenti oħra tal-EEE. Bħalissa ma hemm l-ebda alternattiva mingħajr ċomb disponibbli fis-suq li tipprovdi livell suffiċjenti ta’ affidabbiltà għall-applikazzjonijiet, fejn huma meħtieġa proprjetajiet bħad-duttilità u r-reżistività elettrika baxxa f’temperaturi baxxi. |
(7) |
L-evalwazzjoni tal-eżenzjoni mitluba, li kienet tinkludi studju ta’ valutazzjoni teknika u xjentifika (2), ikkonkludiet li ż-żieda taċ-ċomb mal-BSCCO tipprovdi vantaġġi tekniċi u funzjonali li ma jistgħux jinkisbu mingħajr l-użu taċ-ċomb. Dawk il-vantaġġi tekniċi u funzjonali jikkonsistu f’immaġnijiet ta’ riżoluzzjoni ogħla għad-dijanjożi medika jew għar-riċerka u l-innovazzjoni, u jippermettu modalità ta’ tħaddim aktar stabbli tal-applikazzjonijiet rilevanti. Iż-żieda taċ-ċomb għall-BSCCO tagħmilha possibbli li jiġi prodott tagħmir aktar effiċjenti u affidabbli, li huwa ta’ benefiċċju għall-kura tas-saħħa u l-innovazzjoni. |
(8) |
Bħalissa mhuwiex possibbli li ċ-ċomb jiġi sostitwit jew jitneħħa fil-materjal superkonduttiv u fl-istann relatat bl-istess prestazzjoni teknika, u lanqas mhuwa mistenni li jkun hekk fil-futur prevedibbli. L-eżenzjoni mitluba hija konsistenti mar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u ma ddgħajjifx il-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa mogħtija minnu. |
(9) |
Huwa għalhekk f’loku li tiġi konċessa din it-talba ta’ eżenzjoni. |
(10) |
Il-vantaġġi tekniċi tal-materjal tal-BSCCO drogat biċ-ċomb għandhom il-potenzjal li jippromwovu t-titjib u l-innovazzjoni fid-dijanjostika medika u fir-riċerka. Huwa improbabbli li t-t-tul ta’ żmien tal-eżenzjoni ikollu impatti negattivi fuq l-innovazzjoni. Għalhekk, huwa xieraq li tingħata l-eżenzjoni għal perjodu ta’ validità estensiv, f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2011/65/UE. |
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2011/65/UE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mit-28 ta’ Frar 2023, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Marzu 2023.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88.
(2) Studju biex jiġu vvalutati seba’ talbiet għal eżenzjoni relatati mal-Annessi III u IV tad-Direttiva 2011/65/UE.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness IV tad-Direttiva 2011/65/UE għandha tiżdied l-entrata li ġejja:
“48. |
Iċ-ċomb fil-kejbils u l-wajers tas-superkondutturi tal-ossidu tal-bismut, stronzju, kalċju u ram (BSCCO) u ċ-ċomb fil-konnessjonijiet elettriċi ta’ dawn il-wajers Jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2027.” |