Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1508

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1508 tad-9 ta’ Settembru 2022 dwar l-ilqugħ temporanju ta’ ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea

    ST/11541/2022/INIT

    ĠU L 235, 12.9.2022, p. 34–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1508/oj

    12.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 235/34


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/1508

    tad-9 ta’ Settembru 2022

    dwar l-ilqugħ temporanju ta’ ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-4 ta’ Mejju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/610 (1), li pprevediet estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali ta’ ċerti Palestinjani għad-dħul u s-soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri msemmijin fil-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/400/PESK (2) għal perjodu ulterjuri ta’ 24 xahar.

    (2)

    Fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni tal-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li jkun xieraq li l-validità ta’ dawk il-permessi tiġi estiża għal perjodu ulterjuri ta’ 24 xahar,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità ta’ permessi nazzjonali għad-dħul u s-soġġorn mogħtija taħt l-Artikolu 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni għal perjodu ulterjuri ta’ 24 xahar, mill-31 ta’ Jannar 2022.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. SÍKELA


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/610 tal-4 ta’ Mejju 2020 dwar l-ilqugħ temporanju ta’ ċerti Palestinjani minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 142, 5.5.2020, p. 5).

    (2)  Il-pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/400/PESK tal-21 ta’ Mejju 2002 dwar l-ilqugħ temporanju minn Stati Membri tal-Unjoni Ewropea ta’ ċerti Palestinjani (ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33).


    Top