Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0574

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/574 tas-7 ta’ April 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom

    ST/6941/2022/INIT

    ĠU L 109, 8.4.2022, p. 67–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/574/oj

    8.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 109/67


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/574

    tas-7 ta’ April 2022

    li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 b’appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-11 ta' Mejju 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 (1), li tipprevedi perijodu ta' implimentazzjoni ta' 36 xahar mid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta' finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta' dik id-Deċiżjoni, għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tagħha.

    (2)

    Fis-16 ta' Ġunju 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/795 (2) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 b'appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi ta' twassil tagħhom, billi l-perijodu ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ġie estiż sal-10 ta' Awwissu 2021.

    (3)

    Fil-21 ta' Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1025 (3) li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 b'appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi ta' twassil tagħhom, billi l-perijodu ta' implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ġie estiż sal-25 ta' April 2022.

    (4)

    Fil-15 ta' Frar 2022, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta' Diżarm (UNODA), li huwa responsabbli għall-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/809, talab estensjoni ulterjuri ta' għaxar xhur tal-perijodu ta' implimentazzjoni ta' dik id-Deċiżjoni. L-estensjoni mitluba tippermetti li l-UNODA jkompli jagħti assistenza lill-Istati Membri tan-Nazzjonijiet Uniti li jimplimentaw ir-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan- Nazzjonijiet Uniti ('UNSCR 1540'), ikompli jikkontribwixxi għal rieżami komprensiv li għaddej, ikompli jagħti l-għajnuna lill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit permezz tal-UNSCR 1540 sa tmiem il-mandat tiegħu li ġie estiż sat-30 ta' Novembru 2022, u jtaffi t-telf li jirriżulta minn proġetti li baqgħu ma twettqux minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

    (5)

    Il-kontinwazzjoni tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 ma għandha l-ebda implikazzjoni fir-rigward tar-riżorsi finanzjarji sal-25 ta' Frar 2023.

    (6)

    Għalhekk id-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/809, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “2.   Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fil-25 ta' Frar 2023.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ April 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. DENORMANDIE


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/809 tal-11 ta' Mejju 2017 b'appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi ta' twassil tagħhom (ĠU L 121, 12.5.2017, p. 39).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/795 tas-16 ta’ Ġunju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 b'appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi ta' twassil tagħhom (ĠU L 193, 17.6.2020, p. 14).

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1025 tas-21 ta' Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/809 b'appoġġ għall-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-mezzi ta' twassil tagħhom (ĠU L 224, 24.6.2021, p. 22).


    Top