This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0411
Council Decision (CFSP) 2022/411 of 10 March 2022 amending Decision 2014/145/CFSP concerning restrictive measures in respect of actions undermining or threatening the territorial integrity, sovereignty and independence of Ukraine
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/411 tal-10 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/411 tal-10 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
ST/5952/2022/INIT
ĠU L 84, 11.3.2022, p. 28–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014D0145 | Sostituzzjoni | anness Test | 12/03/2022 | |
Modifies | 32014D0145 | Sostituzzjoni | artikolu 6 paragrafu mhux numerat 2 | 12/03/2022 | |
Extended validity | 32014D0145 | 12/03/2022 | 15/09/2022 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32022D0411R(01) |
11.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 84/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/411
tal-10 ta’ Marzu 2022
li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1). |
(2) |
Fl-10 ta’ Settembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1470 (2), biex b’hekk ġedded il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2014/145/PESK għal sitt xhur oħra. |
(3) |
Fid-dawl tat-tkomplija tal-ipperikolar jew theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġġedded għal sitt xhur oħra. |
(4) |
Il-Kunsill irrieżamina d-deżinjazzjonijiet individwali indikati fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK. Fuq il-bażi ta’ dak ir-rieżami, l-informazzjoni li tikkonċerna 37 individwu u sitt entitajiet jenħtieġ li tiġi emendata. |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/145/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2014/145/PESK hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 6, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-15 ta’ Settembru 2022.”; |
(2) |
l-Anness huwa emendat kif jidher fl-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J.-Y. LE DRIAN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1470 tal-10 ta’ Settembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU L 321, 13.9.2021, p. 32).
ANNESS
Fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK, l-entrati li jikkonċernaw il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma sostitwiti bl-entrati li ġejjin:
Persuni
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“4. |
Denis Valentinovich BEREZOVSKIY (Денис Валентинович БЕРЕЗОВСКИЙ) Denys Valentynovych BEREZOVSKYY (Денис Валентинович БЕРЕЗОВСЬКИЙ) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 15.7.1974 Post tat-twelid: Kharkiv, RSS Ukrena, (illum l-Ukrajna) |
Berezovskiy inħatar kmandant tal-Forza Navali Ukrena fl-1 ta’ Marzu 2014 iżda wara dan ħa l-ġurament quddiem il-forzi armati tal-Krimea, u b’hekk kiser il-ġurament tiegħu lill-Forza Navali tal-Ukrajna. Kien Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed tal-Federazzjoni Russa sa Ottubru 2015. Viċi Kmandant tal-Flotta tal-Paċifiku tal-Federazzjoni Russa u Viċi Ammirall. |
17.3.2014 |
8. |
Sergey Pavlovych TSEKOV (Сергей Павлович ЦЕКОВ) Serhiy Pavlovych TSEKOV (Сергiй Павлович ЦЕКОВ) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 28.9.1953 jew 28.8.1953 Post tat-twelid: Simferopol, l-Ukrajna |
Bħala Viċi Speaker tar-Rada Verkhovna tal-Krimea, Tsekov beda, flimkien ma’ Sergey Aksyonov, it-tneħħija illegali tal-gvern tar-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ (ARC). Huwa involva lil Vladimir Konstantinov f’dan it-tentattiv, waqt li heddu bit-tkeċċija tiegħu. Huwa rrikonoxxa pubblikament li l-Membri Parlamentari mill-Krimea kienu dawk li bdew jistiednu lis-suldati Russi biex jieħdu taħt il-kontroll tagħhom lill-Verkhovna Rada tal-Krimea. Huwa kien wieħed mill-ewwel Mexxejja tal-Krimea li talab fil-pubbliku li l-Krimea tiġi annessa mar-Russja. Membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa mill-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’ mill-2014, maħtur mill-ġdid f’Settembru 2019. Membru tal-Kunsill tal-Kumitat Federali għall-Affarijiet Barranin. |
17.3.2014 |
17. |
Sergei Vladimirovich ZHELEZNYAK (Сергей Владимирович ЖЕЛЕЗНЯК) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 30.7.1970 Post tat-twelid: San Pietruburgu (qabel kienet Leningrad), il-Federazzjoni Russa |
Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa. Appoġġa b’mod attiv l-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna u l-annessjoni tal-Krimea. Huwa mexxa personalment id-dimostrazzjoni b’appoġġ tal-użu tal-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna. Eks Viċi President u eks membru tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat għall-Affarijiet Internazzjonali. Membru tal-Presidju tal-Kunsill Ġenerali tal-partit Russja Magħquda. |
17.3.2014 |
19. |
Aleksandr Viktorovich VITKO (Александр Викторович ВИТКО) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 13.9.1961 Post tat-twelid: Vitebsk, RSS Belarussa (illum il-Belarussja) |
Eks Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Ammirall. Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna. Eks Kap tal-Persunal u kien l-Ewwel Viċi Kap Kmandant tal-Forza Navali Russa. |
17.3.2014 |
27. |
Alexander Mihailovich NOSATOV (Александр Михайлович НОСАТОВ) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 27.3.1963 Post tat-twelid: Sevastopol, RSS Ukrena (illum l--Ukrajna) |
Eks Kmandant tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed, Viċi Ammirall. Responsabbli mill-kmand tal-forzi Russi li okkupaw it-territorju sovran tal-Ukrajna. Attwalment Ammirall, Kap tal-Persunal Ewlieni tal-Flotta Navali Russa. |
21.3.2014 |
32. |
Logutenent Ġenerali Igor Nikolaevich (Mykolayovich) TURCHENYUK (Игорь Николаевич ТУРЧЕНЮК) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 5.12.1959 Post tat-twelid: Osh, RSS Kirgiża (illum il-Kirgiżistan) |
Eks Kmandant de facto tat-truppi Russi skjerati fuq il-post fil-Krimea, annessa illegalment, (li r-Russja għadha ssejjaħ uffiċjalment ‘milizzji lokali għall-awtodifiża’). Eks Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar. Kap tad-Distrett tan-Nofsinhar tal-Gwardja Nazzjonali Russa. |
21.3.2014 |
37. |
Sergei Ivanovich MENYAILO (Сергей Иванович МЕНЯЙЛО) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 22.8.1960 Post tat-twelid: Alagir, RSS Awtonoma tal-Ossezja tat-Tramuntana, RSFSR (illum il-Federazzjoni Russa) |
Eks Gvernatur tal-belt Ukrena annessa ta’ Sevastopol. Eks Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tas-Siberja. Membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Kap tal-Ossezja tat-Tramuntana mid-19 ta’ Settembru 2021. |
29.4.2014 |
38. |
Olga Fyodorovna KOVITIDI (Ольга Фёдоровна КОВИТИДИ) |
Ġeneru: femminil Data tat-twelid: 7.5.1962 Post tat-twelid: Simferopol, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna) |
Membru tal-Kunsill Federali Russu mir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ annessa mill-2014, maħtura mill-ġdid fl-2019. Membru tal-Kumitat tal-Kunsill Federali dwar il-Leġiżlazzjoni Kostituzzjonali u l-Bini tal-Istat. |
29.4.2014 |
50. |
Vladimir Anatolievich SHAMANOV (Владимир Анатольевич ШАМАНОВ) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 15.2.1957 Post tat-twelid: Barnaul, il-Federazzjoni Russa |
Eks Kmandant tat-Truppi tal-Ajru Russi, Kurunell-Ġenerali. Fil-pożizzjoni ta’ awtorità għolja tiegħu, huwa responsabbli mill-iskjerament tal-qawwiet tal-ajru Russi fil-Krimea. Eks President tal-Kumitat ta’ Difiża tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa. Membru tad-Duma tal-Istat, Kumitat għall-Iżvilupp tas-Soċjetà Ċivili. |
12.5.2014 |
60. |
Natalia Vladimirovna POKLONSKAYA (Наталья Владимировна ПОКЛОНСКАЯ) |
Ġeneru: femminil Data tat-twelid: 18.3.1980 Post tat-twelid: Mikhailovka, reġjun ta’ Voroshilovgrad, RSS Ukrena jew Yevpatoria, RSS Ukrena, (illum l-Ukrajna) |
Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ li ġiet annessa illegalment. Eks Prosekutriċi tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’. Implimentat b’mod attiv l-annessjoni tal-Krimea mir-Russja. Eks Viċi President tal-Kumitat għall-Affarijiet Internazzjonali, membru tal-Kummissjoni dwar l-investigazzjoni tal-interferenza barranija fl-affarijiet interni tal-Federazzjoni Russa, membru tal-Kumitat għas-sigurtà u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni tad-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa. Għandha pożizzjoni ta’ Ambaxxatriċi fil-korpi diplomatiċi tal-Federazzjoni Russa. |
12.5.2014 |
62. |
Aleksandr Yurevich BORODAI (Александр Юрьевич БОРОДАЙ) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 25.7.1972 Post tat-twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa |
Kien l-hekk imsejjaħ ‘Prim Ministru tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’, bħala tali responsabbli għall-attivitajiet ‘governattivi’ separatisti tal-hekk imsejjaħ ‘gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’ (eż. fit-8 ta’ Lulju 2014 iddikjara li ‘l-militar tagħna qed iwettaq operazzjoni speċjali kontra l-“faxxisti” Ukreni’), firmatarju tal-Memorandum ta’ Qbil dwar l-‘unjoni ta’ Novorossiya’. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti; imexxi l-‘Għaqda ta’ Voluntiera ta’ Donbas’. President tal-Bord tal-Għaqda ta’ Voluntiera ta’ Donbass. Involut b’mod attiv fir-reklutaġġ u t-taħriġ tal-‘voluntiera’ mibgħuta jiġġieldu f’Donbas. Membru tad-Duma tal-Istat minn Settembru 2021. F’Ottubru 2021 iddikjara li l-forzi separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna huma ‘forzi Russi’. |
12.7.2014 |
65. |
Alexander KHRYAKOV Aleksandr Vitalievich KHRYAKOV (Александр Витальевич ХРЯКОВ) Oleksandr Vitaliyovych KHRYAKOV (Олександр Вiталiйович ХРЯКОВ) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 6.11.1958 Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna |
L-hekk imsejjaħ eks ‘Ministru għall-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-Massa tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. Bħalissa membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tal-Kumitat dwar il-Baġit, il-Finanzi u l-Politika Ekonomika tar-‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. Għadu attiv fl-appoġġ tal-azzjonijiet separatisti fil-Lvant tal-Ukrajna. |
12.7.2014 |
66. |
Marat Faatovich BASHIROV (Марат Фаатович БАШИРОВ) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 20.1.1964 Post tat-twelid: Izhevsk, il-Federazzjoni Russa |
L-hekk imsejjaħ eks ‘Prim Ministru tal-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’, ikkonfermat fit-8 ta’ Lulju 2014. Responsabbli għall-attivitajiet ‘governattivi’ separatisti tal-hekk imsejjaħ ‘gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’. Attwalment xjentist politiku fl-Istitut tal-Ġestjoni tal-Komunikazzjoni u Direttur taċ-Ċentru għall-Istudju tal-Problemi tar-Reġimi Internazzjonali ta’ Sanzjonijiet. Ikompli b’attivitajiet ta’ appoġġ għal strutturi separatisti tal-hekk imsejjaħ ‘gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’. |
12.7.2014 |
77. |
Boris Vyacheslavovich GRYZLOV (Борис Вячеславович ГРЫЗЛОВ) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 15.12.1950 Post tat-twelid: Vladivostok, il-Federazzjoni Russa |
Eks membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa. Bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà, li jipprovdi pariri dwar u jikkoordina l-affarijiet ta’ sigurtà nazzjonali, huwa kien involut fit-tfassil tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Huwa għadu president tal-Kunsill Suprem tal-partit Russja Magħquda u rappreżentant plenipotenzjarju tal-Federazzjoni Russa fil-Grupp ta’ Kuntatt dwar is-soluzzjoni tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna. Il-President tal-Bord tad-Diretturi tal-intrapriża tal-Istat Tactical Missiles Corporation JSC. |
25.7.2014 |
79. |
Mikhail Vladimirovich DEGTYARYOV/DEGTYAREV (Михаил Владимирович ДЕГТЯРËВ) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 10.7.1981 Post tat-twelid: Kuibyshev (Samara), il-Federazzjoni Russa |
Eks Membru tad-Duma tal-Istat. Bħala membru tad-Duma huwa ħabbar l-inawgurazzjoni tal-‘ambaxxata de facto’ tal-hekk imsejħa u mhux rikonoxxuta ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’ f’Moska, jikkontribwixxi għad-dgħajfien jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Eks President tal-Kumitat tad-Duma tal-Istat Russu dwar l-Edukazzjoni Fiżika, l-Isport u l-Affarijiet taż-Żgħażagħ. Mid-19 ta’ Settembru 2021, Gvernatur ta’ Khabarovsk Krai. Mis-6 ta’ Frar 2021, Koordinatur tal-fergħa reġjonali tal-Partit Demokratiku Liberali tar-Russja. |
25.7.2014 |
84. |
Fyodor Dmitrievich BEREZIN (Фëдор Дмитриевич БЕРЕЗИН) Fedir Dmytrovych BEREZIN (Федiр Дмитрович БЕРЕЗIН) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 7.2.1960 Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna |
L-hekk imsejjaħ eks ‘viċi Ministru għad-difiża’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. Huwa assoċjat ma’ Igor Strelkov/Girkin li huwa responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, Berezin għalhekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Għadu attiv fl-appoġġ ta’ azzjonijiet jew politiki separatisti. Membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. President attwali tal-Bord tal-Unjoni tal-Kittieba tad-DNR. |
25.7.2014 |
98. |
Miroslav Vladimirovich RUDENKO (Мирослав Владимирович РУДЕНКО) Myroslav Volodymyrovych RUDENKO (Мирослав Володимирович РУДЕНКО) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 21.1.1983 Post tat-twelid: Debaltsevo, l-Ukrajna |
Assoċjat mal-‘Milizzja tal-Poplu ta’ Donbass’. Fost affarijiet oħra, huwa ddikjara li ser ikomplu l-ġlied tagħhom fil-bqija tal-pajjiż. Rudenko b’hekk appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Membru tal-Kumitat dwar l-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. |
12.9.2014 |
108. |
Vladimir Abdualiyevich VASILYEV (Владимир Абдуалиевич ВАСИЛЬЕВ) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 11.8.1949 Post tat-twelid: Klin, Reġjun ta’ Moska, Federazzjoni Russa |
Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali ‘dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol’. Eks kap tar-Repubblika ta’ Dagestan. Eks Konsulent tal-President tal-Federazzjoni Russa. Membru tad-Duma tal-Istat u mexxej tal-fazzjoni Russja Magħquda fid-Duma tal-Istat. |
12.9.2014 |
114. |
Igor Vladimirovich LEBEDEV (Игорь Владимирович ЛЕБЕДЕВ) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 27.9.1972 Post tat-twelid: Moska, il-Federazzjoni Russa |
Eks membru tad-Duma tal-Istat. Eks Viċi Speaker tad-Duma tal-Istat. Fl-20 ta’ Marzu 2014, ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali ‘dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol’. |
12.9.2014 |
119. |
Alexander Mikhailovich BABAKOV (Aлександр Михайлович БАБАКОВ) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 8.2.1963 Post tat-twelid: Chisinau, RSS Moldovana (illum ir-Repubblika tal-Moldova) |
Eks membru tal-Kunsill Federali tal-Federazzjoni Russa. Membru tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin. Huwa membru prominenti ta’ ‘Russja Magħquda’ u negozjant b’investimenti kbar fl-Ukrajna u fil-Krimea. Fl-20 ta’ Marzu 2014 ivvota favur l-abbozz tal-Liġi Kostituzzjonali Federali ‘dwar l-aċċettazzjoni fil-Federazzjoni Russa tar-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-formazzjoni fi ħdan il-Federazzjoni Russa ta’ suġġetti federali ġodda – ir-‘Repubblika tal-Krimea’ u l-Belt ta’ Status Federali Sevastopol’. Wara l-amalgamazzjoni tal-partiti politiċi – ‘Russja Ġusta’, ‘Għall-Verità’, u ‘Patrijotti tar-Russja’, Babakov sar is-Segretarju tal-Presidju tal-Kunsill Ċentrali tal-entità amalgamata. Membru tad-Duma tal-Istat, membru tal-Kummissjonijiet dwar l-Enerġija, l-appoġġ għall-SMEs, l-Affarijiet tal-Commonwealth tal-Istati Indipendenti (CIS), l-integrazzjoni Ewro-Asjatika u l-appoġġ għall-kompatrijotti. |
12.9.2014 |
121. |
Oleg Konstantinovich AKIMOV (magħruf ukoll bħala Oleh AKIMOV) (Олег Константинович АКИМОВ) Oleh Kostiantynovych AKIMOV (Олег Костянтинович АКIМОВ) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 15.9.1981 Post tat-twelid: Luhansk, l-Ukrajna |
Deputat tal-‘Unjoni Ekonomika ta’ Luhansk’ fil-‘Kunsill Nazzjonali’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’. Ħareġ bħala kandidat fl-hekk imsejħa ‘elezzjonijiet’ tat-2 ta’ Novembru 2014 għall-kariga ta’ tal-hekk imsejjaħ ‘Kap’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’. Dawn l-‘elezzjonijiet’ kienu ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Eks ‘Kap’ tal-hekk imsejħa ‘Federazzjoni tat-Trade Unions’. Membru tal-hekk imsejjaħ ‘Kunsill tal-Poplu’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’. President attwali tal-Bord tal-Organizzazzjoni Pubblika Interreġjonali ‘Unjoni tal-Komunitajiet ta’ Lugansk’, rappreżentant tal-Kumitat ta’ Integrazzjoni ‘Russja-Donbass’. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, u billi pparteċipa formalment bħala kandidat fl-‘elezzjonijiet’ illegali, huwa appoġġa għaldaqstant b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Jappoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
29.11.2014 |
131. |
Yevgeniy Vyacheslavovich ORLOV (magħruf ukoll bħala Yevhen Vyacheslavovych ORLOV) (Евгений Вячеславович ОРЛОВ) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 10.5.1980 jew 21.10.1983 Post tat-twelid: Snezhnoye, oblast ta’ Donetsk, l-Ukrajna г. Снежное, Донецкой области, Украина |
Eks membru tal-‘Kunsill Nazzjonali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. Eks president tal-moviment pubbliku ‘Donbass Ħieles’. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-Ukrajna. Eks Viċi President tal-Kumitat dwar l-Industrija u l-Kummerċ tal-Assemblea Nazzjonali tad-DPR. |
29.11.2014 |
137. |
Eduard Aleksandrovich BASURIN (Эдуард Александрович БАСУРИН) Eduard Oleksandrovych BASURIN (Едуард Олександрович БАСУРIН) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 27.6.1966 Post tat-twelid: Donetsk, l-Ukrajna |
Kelliem u Viċi Kap tal-‘Milizzja tal-Poplu’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-Ukrajna. Viċi Kap u rappreżentant uffiċjali tad-‘Dipartiment tal-Milizzja tal-Poplu tad-DPR’. |
16.2.2015 |
140. |
Sergey Yurevich KUZOVLEV (magħruf ukoll bħala IGNATOV, TAMBOV) (КУЗОВЛЕВ Сергей Юрьевич (magħruf ukoll bħala Сергей; ИГНАТОВ, ТAMБOB)) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 7.1.1967 Post tat-twelid: Michurinsk, oblast ta’ Tambov, Federazzjoni Russa Мичуринск, Тамбовская область, Российская Федерация |
L-hekk imsejjaħ eks Kap Kmandant tal-Milizzja tal-Poplu tar-‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’. Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa għaldaqstant appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u ddestabbilizza aktar lill-Ukrajna. Eks Kmandant tat-Tmien Armata tal-Forzi Armati Russi. Kap tal-Persunal u l-Ewwel Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar Russu. |
16.2.2015 |
149. |
Andrei Valeryevich KARTAPOLOV (Андрей Валерьевич КАРТAПOЛOВ) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 9.11.1963 Post tat-twelid: l-eks Repubblika Demokratika tal-Ġermanja |
Eks Viċi Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent. Eks Direttur tad-Dipartiment tal-Operazzjonijiet Prinċipali u l-viċi kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Involut b’mod attiv fit-tiswir u l-implimentazzjoni tal-kampanja militari tal-forzi Russi fl-Ukrajna. Skont l-attivitajiet iddikjarati tal-persunal ġenerali, fl-eżerċizzju tal-kontroll operazzjonali fuq il-forzi armati, huwa kien involut b’mod attiv fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika tal-Gvern Russu li thedded l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Eks Viċi Ministru għad-Difiża. Membru tad-Duma tal-Istat mid-19 ta’ Settembru 2021. |
16.2.2015 |
152. |
Ruslan Ismailovich BALBEK (Руслан Исмаилович БАЛЬБЕК) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 28.8.1977 Post tat-twelid: Bekabad, RSS tal-Użbekistan (illum l-Użbekistan) |
Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ li ġiet annessa illegalment. Eks Viċi President tal-Kumitat tad-Duma dwar affarijiet etniċi. Fl-2014, Balbek inħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Ministri tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’ u ħadem f’din il-kapaċità għall-integrazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment fil-Federazzjoni Russa, li għaliha ġie ppremjat b’midalja ‘Għad-Difiża tar-Repubblika tal-Krimea’. Huwa appoġġa l-annessjoni tal-Krimea fi stqarrijiet pubbliċi, inkluż fuq il-profil tiegħu fis-sit elettroniku tar-Russja Magħquda (fergħa tal-Krimea) u f’artiklu fl-istampa ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-NTV fit-3 ta’ Lulju 2016. |
9.11.2016 |
154. |
Dmitry Anatolievich BELIK (Дмитрий Анатольевич БЕЛИК) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 17.10.1969 Post tat-twelid: Kular, id-distrett Ust-Yansky, RSS awtonoma ta’ Yakut (illum il-Federazzjoni Russa) |
Membru tad-Duma tal-Istat, elett mill-belt ta’ Sevastopol li ġiet annessa illegalment. Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar l-affarijiet internazzjonali. Bħala membru tal-amministrazzjoni muniċipali ta’ Sevastopol fi Frar-Marzu 2014 appoġġa l-attivitajiet tal-hekk imsejjaħ ‘Sindku tal-Poplu’ Alexei Chaliy. Huwa pubblikament ammetta l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li ddefenda pubblikament, inkluż fuq is-sit web personali tiegħu u f’intervista ppubblikata fil-21 ta’ Frar 2016 fuq is-sit web nation-news.ru. Għall-involviment tiegħu fil-proċess tal-annessjoni ġie ppremjat bl-ordni tal-Istat Russu ta’ ‘Mertu lejn il-Patrija – it-tieni grad’. |
9.11.2016 |
155. |
Andrei Dmitrievich KOZENKO (Андрей Дмитриевич КОЗЕНКО) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 3.8.1981 Post tat-twelid: Simferopol, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna) |
Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ li ġiet annessa illegalment. Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar is-Swieq Finanzjarji. F’Marzu 2014, Kozenko nħatar Viċi President tal-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’. Ammetta pubblikament l-involviment tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol, li huwa ddefenda pubblikament, inkluż f’intervista ppubblikata fis-sit web gazetakrimea.ru fit-12 ta’ Marzu 2016. Għall-involviment tiegħu fil-proċess ta’ annessjoni ġie ppremjat b’midalja ‘Għad-difiża tar-“Repubblika tal-Krimea”’ mill-‘awtoritajiet’ lokali. |
9.11.2016 |
156. |
Svetlana Borisovna SAVCHENKO (Светлана Борисовна САВЧЕНКО) |
Ġeneru: femminil Data tat-twelid: 24.6.1965 Post tat-twelid: Belogorsk, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna) |
Eks Membru tad-Duma tal-Istat, eletta mir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ li ġiet annessa illegalment. Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma dwar il-Kultura. Kienet membru tal-Kunsill Suprem tar-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ sa mill-2012 u minn Marzu 2014 appoġġat l-integrazzjoni tal-Krimea u Sevastopol li ġew annessi illegalment fil-Federazzjoni Russa. F’Settembru 2014, Savchenko ġiet eletta fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’. Hi ddefendiet l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol f’għadd ta’ okkażjonijiet fi stqarrijiet pubbliċi, fosthom intervisti ppubblikati fuq is-sit elettroniku c-pravda.ru fit-2 ta’ April 2016 u l-20 ta’ Awwissu 2016. Hija ġiet ippremjata bl-ordni tal-Istat Russu ‘Għal servizzi lill-art tat-twelid’– grad II fl-2014 u bl-ordni ‘Għal-lealtà għad-dmir’ mill-‘awtoritajiet’ tar-‘Repubblika tal-Krimea’ fl-2015. |
9.11.2016 |
157. |
Pavel Valentinovich SHPEROV (Павел Валентинович ШПЕРОВ) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 4.7.1971 Post tat-twelid: Simferopol, RSS Ukrena (illum l-Ukrajna) |
Eks Membru tad-Duma tal-Istat, elett mir-‘Repubblika Awtonoma tal-Krimea’ li ġiet annessa illegalment. Eks Membru tal-Kumitat tad-Duma għall-Affarijiet tas-CIS, l-Integrazzjoni Ewro-Asjatika u r-Relazzjonijiet mal-Kompatrijotti. F’Settembru 2014, Shperov ġie elett fil-Kunsill tal-Istat tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Krimea’. Huwa pubblikament ammetta, inkluż f’intervista ppubblikata fuq is-sit web ldpr-rk.ru fit-3 ta’ Settembru 2016, ir-rwol tiegħu fil-ġrajjiet tal-2014 li wasslu għall-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol u b’mod partikolari r-rwol tiegħu fl-organizzazzjoni tar-referendum illegali dwar l-annessjoni illegali tal-peniżola. |
9.11.2016 |
162. |
Inna Nikolayevna GUZEYEVA (Инна Николаевна ГУЗЕЕВА) Inna Nikolayevna GUZEEVA (Инна Николаевна ГУЗЕЕВА) Inna Mykolayivna HUZIEIEVA (Iнна Миколаївна ГУЗЄЄВА) |
Ġeneru: femminil Data tat-twelid: 20.5.1971 Post tat-twelid: il-Krimea, l-Ukrajna |
Viċi President tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta’ Marzu 2018, l-elezzjonijiet reġjonali u lokali tat-8 ta’ Settembru 2019, u l-elezzjoni tad-Duma tal-Istat f’Settembru 2021 fil-Krimea u Sevastopol annessi illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
14.5.2018 |
163. |
Natalya Ivanovna BEZRUCHENKO/Natalia Ivanovna BEZRUCHENKO (Наталья Ивановна БЕЗРУЧЕНКО) Nataliya Ivanivna BEZRUCHENKO (Наталiя Iванiвна БЕЗРУЧЕНКО) |
Ġeneru: femminil Data tat-twelid: 22.8.1979 Post tat-twelid: Simferopol, il-Krimea, l-Ukrajna |
Segretarju tal-Kummissjoni Elettorali tal-Krimea. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet presidenzjali Russi tat-18 ta’ Marzu 2018, l-elezzjonijiet reġjonali u lokali tat-8 ta’ Settembru 2019, u l-elezzjoni tad-Duma tal-Istat f’Settembru 2021 fil-Krimea u Sevastopol annessi illegalment, u b’hekk appoġġat b’mod attiv u implimentat politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
14.5.2018 |
167. |
Olga Valerievna POZDNYAKOVA/Olga Valeryevna POZDNYAKOVA (Ольга Валерьевна ПОЗДНЯКОВА) Olga Valeriyivna POZDNYAKOVA (Ольга Валерiївна ПОЗДНЯКОВА) |
Ġeneru: femminil Data tat-twelid: 30.3.1982 Post tat-twelid: Shakhty, Oblast ta’ Rostov, USSR (illum il-Federazzjoni Russa) |
Eks ‘President’ tal-‘Kummissjoni Elettorali Ċentrali’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-hekk imsejħa ‘elezzjonijiet’ tal-11 ta’ Novembru 2018 fl-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’, u b’hekk appoġġat u implimentat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li ddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Eks Kap tad-Direttorat għall-Politika Domestika fl-amministrazzjoni tal-hekk imsejjaħ ‘Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’. |
10.12.2018 |
183. |
Aleksandr Vladimirovich DVORNIKOV (Александр Владимирович ДВОРНИКОВ) |
Ġeneru: maskil; Data tat-twelid: 22.8.1961 Post tat-twelid: Ussuriysk, Primorskiy Krai, Federazzjoni Russa |
Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tal-Forzi Armati Russi, Kurunell Ġenerali u responsabbli għall-forzi militari fir-reġjun, inkluż il-Krimea u Sevastopol annessi illegalment. F’dan ir-rwol, kien responsabbli għall-azzjonijiet tal-Flotta tal-Baħar l-Iswed u forzi militari oħra tal-Federazzjoni Russa kontra l-Ukrajna fil-25 ta’ Novembru 2018 li ma ppermettewx l-aċċess minn bastimenti Ukreni għall-kosta tagħhom fuq il-Baħar ta’ Azov, u li b’hekk dgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna u dgħajfu s-sigurtà tal-Ukrajna billi ħarbtu l-movimenti u l-operabbiltà tal-bastimenti navali Ukreni. Dawk l-azzjonijiet appoġġaw ukoll il-konsolidament tal-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fil-Federazzjoni Russa. |
15.3.2019 |
184. |
Sergei Andreevich DANILENKO (Сергей Андреевич ДАНИЛЕНКО) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 14.3.1960 Post tat-twelid: Krasnodar, USSR (illum il-Federazzjoni Russa) |
Eks Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’dik il-kapaċità, huwa pparteċipa fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.1.2020 |
185. |
Lidia Aleksandrovna BASOVA (Лидия Александровна БАСОВА) Lidiya Oleksandrivna BASOVA (Лiдiя Олександрiвна БАСОВА) |
Ġeneru: femminil Data tat-twelid: 1972 |
Eks Viċi Kap tal-Kummissjoni Elettorali ta’ Sevastopol. F’din il-kapaċità, hija ħadet sehem fl-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet lokali fit-8 ta’ Settembru 2019 fil-Belt ta’ Sevastopol annessa illegalment u b’hekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u implimentat politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
28.1.2020 |
192. |
Leonid Kronidovich RYZHENKIN (Леонид Кронидович РЫЖЕНЬКИН) |
Ġeneru: maskil Data tat-twelid: 10.11.1967 Post tat-twelid: mhux magħruf Numru tal-passaport: 722706177 (fl-2015) |
Eks viċi direttur ġenerali għall-proġetti ta’ infrastruttura fi Stroigazmontazh (SGM), li mill-2015 issorvelja l-kostruzzjoni tal-pont fuq l-Istrett ta’ Kerch (inkluż il-parti ferrovjarja tal-pont) li jgħaqqad lir-Russja mal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Għaldaqstant, jappoġġa l-konsolidazzjoni tal-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mal-Federazzjoni Russa, li min-naħa tagħha tkompli ddgħajjef l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. |
1.10.2020” |
Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
“1. |
Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’‘Chernomorneftegaz’ (qabel kienet magħrufa bħala PJSC ‘Chernomorneftegaz’) |
Prospekt Kirov 52, Simferopol, Crimea, Ukraine 295000 пр. Кирова 52, г. Симферополь, Крым, Украина 295000 Nru tat-telefon: + 7 (3652) 66-70-00 + 7 (3652) 66-78-00 http://gas.crimea.ru/ office@chernomorneftegaz.ru Numru ta’ reġistrazzjoni: 1149102099717 |
Fis-17 ta’ Marzu 2014 il-‘Parlament tal-Krimea’ adotta riżoluzzjoni li tiddikjara l-approprjazzjoni tal-assi li jappartjenu għall-intrapriża Chernomorneftegaz f’isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea. Reġistrata mill-ġdid fid-29 ta’ Novembru 2014 bħala l-Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’‘Chernomorneftegaz’ (Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Черноморнефтегаз’). Fundatur: Il-Ministeru għall-Fjuwil u l-Enerġija tar-‘Repubblika tal-Krimea’ (Министерство топлива и энергетики ‘Республики Крым’). |
12.5.2014 |
19. |
Istituzzjoni tal-baġit tal-Istat Federali għax-xjenza u r-riċerka ‘Istituzzjoni nazzjonali ta’ riċerka xjentifika tar-Russja għall-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid, l-Akkademja tax-Xjenzi Russa “Magarach”’ Федеральное государственное бюджетное учреждение науки ‘Всероссийский национальный научно-исследовательский институт виноградарства и виноделия “Магарач” РАН’ (Qabel kienet magħrufa bħala Intrapriża Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea” l-“Istitut Nazzjonali tal-Inbid ‘Magarach’” Qabel kienet magħrufa bħala “Intrapriża statali ‘Magarach’ tal-istitut nazzjonali tal-inbid”“Государственное предприятие Агрофирма ‘Магарач’ Национального института винограда и вина ‘Магарач” Gosudarstvenoye predpriyatiye “Agrofirma Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach”) |
298600, Kirov Street 31, Yalta, Crimea, Ukraine 298600, ул. Кирова, 31, г. Ялта, Крым, Украина priemnaya@magarach-institut.ru www.magarach-institut.ru + 7(3654) 32-05-91 Numru tar-reġistrazzjoni: 1159102130857 |
Is-sjieda tal-entità ġiet ittrasferita kontra l-liġi Ukrena. Fid-9 ta’ April 2014 il-‘Presidju tal-Parlament tal-Krimea’ adotta deċiżjoni Nru 1991 6/14 ‘Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-“Repubblika tal-Krimea”’ tas-26 ta’ Marzu 2014 u Nru 1836 6/14 ‘Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li tinsab fit-territorju tar-“Repubblika tal-Krimea”’ fejn ġiet iddikjarata l-approprjazzjoni ta’ assi li jappartjenu lill-entità statali ‘Gosudarstvenoye predpriyatiye Agrofirma “Magarach” nacionalnogo instituta vinograda i vina “Magarach”’ f’isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea. Reġistrata mill-ġdid fil-15 ta’ Jannar 2015 bħala ‘Istituzzjoni Unitarja Statali tar-“Repubblika tal-Krimea” l-Istitut Nazzjonali tal-Inbid “Magarach”’. (Государственное бюджетное учреждение ‘Республики Крым’‘Национальный научно исследовательский институт винограда и вина “Магарач”’). Fundatur: Il-Ministeru għall-Agrikoltura tar-“Repubblika tal-Krimea” (Министерство сельского хозяйства ‘Республики Крым’). Fid-9 ta’ Frar 2015, l-Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’ l-‘Istitut Nazzjonali tal-Inbid “Magarach”’ ġie ttrasformat f’faċilità xjentifika Baġitarja Federali ‘Istitut ta’ riċerka xjentifika tar-Russja għall-vitikultura u l-produzzjoni tal-inbid “Magarach”’, fi ħdan l-Akkademja Russa tax-Xjenzi. |
25.7.2014 |
20. |
Kumpannija b’ishma konġunti ‘Impjant tal-inbid effervexxenti “Novy Svet”’ Aкционерное общество ‘Завод шампанских вин “Новый Свет”’ Qabel kienet magħrufa bħala Intrapriża statali unitarja tar-‘Repubblika tal-Krimea’ l-‘Impjant tal-inbid effervexxenti “Novy Svet”’ Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Завод шампанских вин ‘Новый Свет’’ Gosudarstvennoye unitarnoye predpriyatiye Respubliki Krym ‘Zavod shampanskykh vin “Novy Svet”’ u bħala ‘Intrapriża statali impjant tal-inbid effervexxenti “Novy Svet”’ Государственное предприятие Завод шампанских вин ‘Новый свет’ (Gosudarstvenoye predpriyatiye Zavod shampanskykh vin ‘Novy Svet’) |
298032, Crimea, Sudak, Novy Svet, str. Shalapina 1. 298032, Крым, г. Судак, пгт. Судак, пгт. Новый Свет, ул. 1 + 7-(365) 663-35-00 +7-(365) 663-35-22 +7-978-914- 00-10 http://nsvet-crimea.ru/ Numru tar-reġistrazzjoni: 1179102021460 |
Is-sjieda tal-entità ġiet ittrasferita bi ksur tal-liġi Ukrena. Fid-9 ta’ April 2014, il-‘Presidju tal-Parlament tal-Krimea’ adotta d-deċiżjoni Nru 1991-6/14 ‘Dwar l-emendi għar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Istat tar-“Repubblika tal-Krimea”’ tas-26 ta’ Marzu 2014, u Nru 1836-6/14 ‘Dwar in-nazzjonalizzazzjoni tal-proprjetà tal-intrapriżi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-kumpless agroindustrijali, li tinsab fit-territorju tar-“Repubblika tal-Krimea”’ fejn ġiet iddikjarata l-approprjazzjoni ta’ assi li jappartjenu għall-intrapriża tal-istat ‘Zavod shampanskykh vin Novy Svet’ f’isem ir-‘Repubblika tal-Krimea’. L-intrapriża hija b’hekk effettivament ikkonfiskata mill-‘awtoritajiet’ tal-Krimea. Reġistrata mill-ġdid fl-4 ta’ Jannar 2015 bħala Intrapriża Unitarja Statali tar-‘Repubblika tal-Krimea’‘impjant tal-inbid effervexxenti “Novy Svet”’ (Государственное унитарное предприятие Республики Крым ‘Завод шампанских вин “Новый Свет”’). Fundatur: Il-Ministeru għall-Agrikoltura tar-‘Repubblika tal-Krimea’ (Министерство сельского хозяйства Республики Крым) Reġistrata mill-ġdid wara r-riorganizzazzjoni fid-29 ta’ Awwissu 2017 bħala Kumpannija b’ishma konġunti Impjant tal-inbid effervexxenti ‘Novy Svet’ (Aкционерное общество ‘Завод шампанских вин “Новый Свет”’). Fundatur: il-Ministeru għar-Regolamenti dwar l-Art u l-Proprjetà tar-‘Repubblika tal-Krimea’ (Министерство земельных и имущественных отношений Республики Крым). |
25.7.2014 |
25. |
Il-moviment pubbliku ‘Paċi għar-Reġjun ta’ Luhansk’ (Mir Luganschine) Общественное движение ‘Мир Луганщине’ |
https://mir-lug.info/ Indirizz: Karl Marx Street 7, Luhansk, Ukraine улица Карла Маркса, 7, г. Луганск, Украина info@mir-lug.info |
‘Organizzazzjoni’ pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa ‘elezzjonijiet’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’ fit-2 ta’ Novembru 2014 u l-11 ta’ Novembru 2018. Dawn l-‘elezzjonijiet’ huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Mis-17 ta’ Frar 2018, il-president tal-organizzazzjoni huwa Leonid PASECHNIK u għalhekk hi assoċjata ma’ persuna ddeżinjata mill-Kunsill. Bil-parteċipazzjoni formali fl-‘elezzjonijiet’ illegali, hi għalhekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u sabiex tkompli tiġi ddestabbilizzata l-Ukrajna. |
29.11.2014 |
26. |
Moviment pubbliku ‘Donbass Ħieles’ (magħruf ukoll bħala ‘Donbas Ħieles’, ‘Svobodny Donbass’) Общественное движение ‘Свободньιй Донбасс’ |
http://www.odsd.ru/ https://xn--d1aa2an.xn--p1ai/ Indirizz: 102, Khmelnitsky Ave., Donetsk (office 512) Донецк, пр. Б.Хмельницкого, 102, офис 512 press-odsd@yandex.ru |
‘Organizzazzjoni’ pubblika li ppreżentat kandidati fl-hekk imsejħa ‘elezzjonijiet’ tal-hekk imsejħa ‘Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk’ fit-2 ta’ Novembru 2014 u l-11 ta’ Novembru 2018. Dawn l-elezzjonijiet huma bi ksur tal-liġi Ukrena u għaldaqstant illegali. Bil-parteċipazzjoni formali fl-‘elezzjonijiet’ illegali, hija għalhekk appoġġat b’mod attiv azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u sabiex tkompli tiġi ddestabbilizzata l-Ukrajna. |
29.11.2014 |
33. |
Brigata Prizrak Бригада ‘Призрак’ |
Indirizz: District 50 Year of the USSR, 18; c. of Kirovsk https://vk.com/battalionprizrak mail@prizrak.info + 38 (072) 199-86-39 |
Grupp separatist armat li appoġġa b’mod attiv azzjonijiet li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, u li jiddestabbilizzaw aktar lill-Ukrajna. Parti mill-hekk imsejjaħ ‘It-tieni Korp tal-Armata’ tar-‘Repubblika tal-Poplu ta’ Lugansk’. Jissejjaħ ukoll l-14-il Battaljun Motorizzat tal-Azzarini. Parti mill-hekk imsejħa Milizzja tal-Poplu tar-‘Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk’. |
16.2.2015” |