EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D0124

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/124 tal-25 ta’ Jannar 2022 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha

ST/6385/2021/INIT

ĠU L 20, 31.1.2022, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/124/oj

Related international agreement

31.1.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 20/38


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/124

tal-25 ta’ Jannar 2022

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

F’konformità mad-Deċiżjoni 2010/465/UE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqa’ fi ħdan il-Kunsill (2) il-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007 (il-“Protokoll”), ġie ffirmat fl-24 ta’ Ġunju 2010, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(2)

Il-Protokoll ġie ratifikat mill-Istati Membri kollha, minbarra mir-Repubblika tal-Kroazja. Ir-Repubblika tal-Kroazja għandha taderixxi mal-Protokoll f’konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2012.

(3)

Il-Protokoll jenħtieġ li jiġi approvat.

(4)

Minħabba li l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2010/465/UE, dwar l-għoti ta’ informazzjoni mill-Istati Membri, ma għadux neċessarju jenħtieġ li dak l-Artikolu jieqaf japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jemenda l-Ftehim tat-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, iffirmat fil-25 u fit-30 ta’ April 2007 (il-“Protokoll”), huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jipproċedi, f’isem l-Unjoni, bl-iskambju ta’ noti diplomatiċi previst fl-Artikolu 10 tal-Protokoll.

Artikolu 3

L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2010/465/UE għandu jieqaf japplika fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, iil-25 ta’ Jannar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

C. BEAUNE


(1)  Approvazzjoni tal-14 ta’ Diċembru 2021 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  Id-Deċiżjoni 2010/465/UE tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqa’ fi ħdan il-Kunsill, tal-24 ta’ Ġunju 2010 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (ĠU L 223, 25.8.2010, p. 1).

(3)  It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 223, 25.8.2010, p. 3, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.


Top