Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R1917

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/1917 tat-3 ta’ Novembru 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ 2-(4-metilfenossi)-N-(1H-pirażol-3-il)-N-(tijofen-2-ilmetil) aċetammid fil-lista tal-Unjoni ta’ aromatizzanti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2021/7790

    ĠU L 389, 4.11.2021, p. 15–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/1917/oj

    4.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 389/15


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/1917

    tat-3 ta’ Novembru 2021

    li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-inklużjoni ta’ 2-(4-metilfenossi)-N-(1H-pirażol-3-il)-N-(tijofen-2-ilmetil) aċetammid fil-lista tal-Unjoni ta’ aromatizzanti

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) 110/2008 u d-Direttiva 2000/13/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ aromatizzanti u ta’ materjali tas-sors approvati għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel, u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom.

    (2)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista fil-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008.

    (3)

    Dik il-lista tista’ tiġi aġġornata f’konformità mal-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara li Stat Membru jew parti interessata tressaq applikazzjoni għal dan.

    (4)

    Fis-7 ta’ Diċembru 2015, ġiet ippreżentata applikazzjoni ġiet ippreżentat lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu ta’ 2-(4-metilfenossi)-N-(1H-pirażol-3-il)-N-(tijofen-2-ilmetil) aċetammid, (FL Nru: 16.133), bħala sustanza aromatizzanti f’diversi tipi ta’ ikel li jaqgħu, fis-sustanza, taħt għadd ta’ kategoriji tal-ikel imsemmija fil-lista tal-Unjoni ta’ aromatizzanti u materjali mis-sors. L-applikazzjoni ġiet innotifikata lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-Awtorità) biex tagħti l-opinjoni tagħha. Il-Kummissjoni qiegħdet l-applikazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008.

    (5)

    Fl-opinjoni tagħha adottata fit-12 ta’ Settembru 2018 (4), l-Awtorità evalwat is-sikurezza tas-sustanza FL Nru: 16.133 u meta tintuża bħala sustanza aromatizzanti u kkonkludiet li l-użu tagħha ma jagħtix lok għal tħassib dwar is-sikurezza meta jkun limitat għal livelli mhux iktar minn dawk speċifikati għal diversi tipi ta’ ikel f’kategoriji differenti tal-ikel. L-Awtorità indikat ukoll li l-konklużjoni tagħha dwar is-sikurezza tas-sustanza ma tapplikax għal meta potenzjalment is-sustanza tiżdied ma’ xorb mhux opak, meta s-sustanza tista’ tiġi soġġetta għal fotoliżi. Dan l-aromatizzant jenħtieġ li jiżdied biss ma’ ikel opak u jiġi ppakkjat f’kontenituri protetti mid-dawl.

    (6)

    Skont l-Artikolu 15(1), il-punt (c) tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet speċjali għall-ħżin u għall-użu jenħtieġ li tingħata fit-tikkettar lill-konsumatur tas-sustanza aromatizzanti u/jew tal-preparazzjonijiet li magħhom tkun ġiet miżjuda dik is-sustanza aromatizzanti. Fit-tikkettar jenħtieġ tiġi inkluża indikazzjoni fuq il-kontenituri bħal “żomm ’il bogħod mid-dawl”.

    (7)

    Barra minn hekk, l-Awtorità nnutat li s-sustanza FL Nru: 16.133 hija sustanza bi proprjetajiet li jimmodifikaw l-aromatizzanti.

    (8)

    Din is-sustanza aromatizzanti mhijiex maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali u għalhekk jenħtieġ titqiegħed fis-suq biex tiżgura li dan l-għan jiġi evitat.

    (9)

    Fid-dawl tal-opinjoni tal-Awtorità, minħabba li l-użu tas-sustanza FL Nru: 16.133 bħala sustanza aromatizzanti ma jagħtix lok għal tħassib dwar is-sikurezza fil-kundizzjonijiet speċifiċi tal-użu, u mhuwiex mistenni li jqarraq bil-konsumatur, huwa xieraq li dan l-użu jiġi awtorizzat.

    (10)

    Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jenħtieġ tiġi emendata skont dan biex tinkludi 2-(4-metilfenossi)-N-(1H-pirażol-3-il)-N-(tijofen-2-ilmetil) aċetammid fil-lista tal-Unjoni ta’ aromatizzanti.

    (11)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Is-sustanza aromatizzanti 2-(4-metilfenossi)-N-(1H-pirażol-3-il)-N-(tijofen-2-ilmetil) aċetammid, mhijiex awtorizzata għall-bejgħ lill-konsumatur finali.

    Artikolu 3

    Minbarra r-rekwiżiti tat-tikkettar għall-aromatizzanti mhux maħsuba għall-bejgħ lill-konsumatur finali skont l-Artikolu 15(1), il-punt (c), tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, l-informazzjoni addizzjonali li ġejja għandha tiġi pprovduta fit-tikkettar tal-pakketti jew tal-kontenituri:

    “Fih is-sustanza FL 16.133. Ipproteġi mid-dawl Protett mid-dawl biex tevita l-fotoliżi.”;

    indikazzjoni bħall-“żomm ’il bogħod mid-dawl”.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Novembru 2021.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.

    (2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

    (3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta’ Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta’ sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).

    (4)  EFSA Journal 2018; 16(10):5421.


    ANNESS

    Fit-Tabella 1 tat-Taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008, tiddaħħal l-annotazzjoni li ġejja dwar FL Nru: 16.133:

    “16.133

    2-(4-metilfenossi)-N-(1H-pirażol-3-il)-N-(tijofen-2-ilmetil)aċetammid

    1374760-95-8

    2237

     

    Mill-anqas 99 %, erja tal-quċċata (UPLC-UV, 254 nm)

    1.

    Restrizzjonijiet tal-użu bħala sustanza aromatizzanti, fil-kategoriji tal-ikel li ġejjin:

    Fil-kategorija 1.4.: Prodotti tal-ħalib iffermentati b’togħma opaka inkluż prodotti ttrattati bis-sħana u ppakkjati f’imballaġġ/kontenituri opaki — mhux aktar minn 3 mg/kg

    Fil-kategorija 3.0.: silġ opak li jittiekel, inkluż ix-xerbett u s-sorbet, u ppakkjat f’imballaġġ/kontenituri opaki — mhux aktar minn 3 mg/kg

    Fil-kategorija 5.1.: prodotti opaki tal-kawkaw u prodotti taċ-ċikkulata inkluż imitazzjonijiet u sostituti taċ-ċikkulata, u ppakkjati f’imballaġġ/kontenituri opaki/kontenituri — mhux aktar minn 15 mg/kg

    Fil-kategorija 5.2.: ħlewwiet opaki, inkluż ħelu iebes u artab, qubbajt, eċċ., minbarra prodotti li jaqgħu fil-kategoriji 05.1., 05.3. u 05.4, u ppakkjati f’imballaġġ/kontenituri opaki — mhux aktar minn 15 mg/kg

    Fil-kategorija 5.3: ċuwingamm opak, u ppakkjat f’imballaġġ/kontenituri opaki — mhux aktar minn 150 mg/kg

    Fil-kategorija 5.4.: dekorazzjonijiet opaki (eż. għal prodotti fini tal-forn), uċuħ (mhux frott) u zlazi ħelwin), u ppakkjati f’imballaġġ/kontenituri opaki — mhux aktar minn 15 mg/kg

    Fil-kategorija 12.5.: sopop u brodijiet opaki, u ppakkjati f’imballaġġ/kontenituri opaki — mhux aktar minn 3 mg/kg

    Fil-kategorija 12.6.: zlazi opaki u prodotti simili, u ppakkjati f’imballaġġ/kotenituri opaki — mhux aktar minn 15 mg/kg

    Fil kategorija 14.1.4.: xarbiet mogħtija t-togħma opaki, għal xarbiet tal-ħalib biss, u ppakkjati f’imballaġġ/kotenituri opaki — mhux aktar minn 3 mg/kg

    Fil-kategorija 16.: deżerti opaki esklużi l-prodotti koperti fil-kategoriji 1., 3. u 4., u ppakkjati f’imballaġġ/kontenituri opaki — mhux aktar minn 3 mg/kg

    2.

    Is-sustanza aromatizzanti mhijiex awtorizzata għall-bejgħ lill-konsumatur finali.

    3.

    Għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja “fih is-sustanza FL 16.133. Ipproteġi mid-dawl biex tevita l-fototrasformazzjoni tiegħu”. Il-kontenituri għandhom ikunu opaki. Indikazzjoni fuq il-kontenituri bħal “żomm ’il bogħod mid-dawl” għandha tiġi inkluża wkoll fit-tikketta.

     

    L-EFSA”


    Top