This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R1819
Council Regulation (EU) 2021/1819 of 18 October 2021 amending Regulation (EU) No 224/2014 concerning restrictive measures in view of the situation in the Central African Republic
Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1819 tat-18 ta’ Ottubru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/1819 tat-18 ta’ Ottubru 2021 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
ST/11780/2021/INIT
ĠU L 369, 19.10.2021, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014R0224 | Żieda | artikolu 5 paragrafu 3 punt (k) | 20/10/2021 | |
Modifies | 32014R0224 | Sostituzzjoni | artikolu 3 punt (e) | 20/10/2021 |
19.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 369/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2021/1819
tat-18 ta’ Ottubru 2021
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 224/2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/798/PESK tat-23 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fl-10 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 224/2014 (2), sabiex jagħti effett lil ċerti miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2013/798/PESK. |
(2) |
Fid-29 ta’ Lulju 2021, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 2588 (2021). Dik ir-riżoluzzjoni testendi l-eżenzjonijiet għall-embargo fuq l-armi u twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri restrittivi. |
(3) |
Fit-18 ta’ Ottubru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1823 (3), li temenda d-Deċiżjoni 2013/798/PESK f’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2588 (2021). |
(4) |
Xi wħud minn dawk l-emendi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk hija meħtieġa azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni biex jiġu implimentati flimkien mal-aġġustamenti tekniċi fid-dawl tar-Riżoluzzjonijiet tal-KSNU preċedenti, b’mod partikolari bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħhom mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 224/2014 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 224/2014 huwa emendat kif gej:
(1) |
fl-Artikolu 3, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 5(3), jiżdied il-punt li ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-18 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
(1) ĠU L 352, 24.12.2013, p. 51.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 224/2014 tal-10 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi minħabba s-sitwazzjoni fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (ĠU L 70, 11.3.2014, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1823 tat-18 ta’ Ottubru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2013/798/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Ċentru-Afrikana (ara l-paġna 11 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).