This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0900
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/900 of 3 June 2021 authorising a change of the conditions of use of the novel food ‘galacto-oligosaccharide’ under Regulation (EU) 2015/2283 of the European Parliament and of the Council and amending Commission Implementing Regulation (EU) 2017/2470 (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/900 tat-3 ta’ Ġunju 2021 li jawtorizza bidla fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid “galatto-oligosakkarid” skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/900 tat-3 ta’ Ġunju 2021 li jawtorizza bidla fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid “galatto-oligosakkarid” skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2021/3886
ĠU L 197, 4.6.2021, p. 71–74
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32017R2470 | Sostituzzjoni | anness tabella 1 Test | 24/06/2021 |
4.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 197/71 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/900
tat-3 ta’ Ġunju 2021
li jawtorizza bidla fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid “galatto-oligosakkarid” skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li biss l-ikel ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni. |
(2) |
Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ġie adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) li jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat. |
(3) |
Fl-20 ta’ Jannar 2014, il-kumpanija Yakult Pharmaceutical Industry Co., Ltd. infurmat lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), bl-intenzjoni tagħha li tqiegħed fis-suq il-“galatto-oligosakkarid” bħala ikel ġdid biex jintuża f’għadd ta’ tipi ta’ ikel, inklużi l-formula tat-trabi u l-formula tal-prosegwiment kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Għalhekk, il-galatto-oligosakkarid ġie inkluż fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid. |
(4) |
Fit-3 ta’ Marzu 2020, il-kumpanija Yakult Pharmaceutical Industry Co., Ltd. (“l-applikant”) ressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex jinbidlu l-kundizzjonijiet tal-użu tal-ikel ġdid, “galatto-oligosakkarid”. L-applikant talab li jiżdied il-livell massimu tal-użu tal-ikel ġdid galatto-oligosakkarid fis-supplimenti tal-ikel minn 0,333 kg GOS/kg ta’ suppliment tal-ikel (33,3 %) għal 0,450 kg GOS/kg ta’ suppliment tal-ikel (45,0 %) għall-popolazzjoni ġenerali. Matul il-proċess tal-applikazzjoni, l-applikant qabel li jeskludi mit-talba t-trabi u t-tfal żgħar. |
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) 2015/2283, fit-18 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni kkonsultat lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”), u talbitha tagħti opinjoni xjentifika abbażi ta’ valutazzjoni għall-bidla fil-kundizzjonijiet tal-użu tal-galatto-oligosakkarid bħala ikel ġdid. |
(6) |
Fis-17 ta’ Diċembru 2020, l-Awtorità adottat l-opinjonijiet xjentifiċi tagħha dwar “Safety of a change in the conditions of use of galacto-oligosaccharides as a novel food ingredient in food supplements pursuant to Regulation (EU) 2015/2283” (5). Din l-opinjoni hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(7) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li ż-żieda proposta fil-livell tal-użu massimu tal-galatto-oligosakkarid bħala ikel ġdid fis-supplimenti tal-ikel hija sikura bil-bidliet proposti lill-kundizzjonijiet tal-użu. |
(8) |
L-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-galatto-oligosakkarid, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti għall-popolazzjoni ġenerali, minbarra t-trabi u t-tfal żgħar, jikkonforma mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283. |
(9) |
Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. L-entrata fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid awtorizzat, kif previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2015/2283, u inkluża fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, li tirreferi għall-ikel ġdid galatto-oligosakkarid, għandha tiġi emendata kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
2. L-entrata fil-lista tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-kundizzjonijiet tal-użu u r-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Ġunju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti tal-ikel il-ġdid (ĠU L 43, 14.2.1997, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 609/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2013 dwar ikel maħsub għat-trabi u t-tfal żgħar, ikel għal skopijiet mediċi speċjali, u bħala sostitut tad-dieta kollha għall-kontroll tal-piż u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 92/52/KEE, id-Direttivi tal-Kummissjoni 96/8/KE, 1999/21/KE, 2006/125/KE u 2006/141/KE, id-Direttiva 2009/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 41/2009 u (KE) Nru 953/2009 (ĠU L 181, 29.6.2013, p. 35).
(5) EFSA Journal 2021;19(1):6384.
ANNESS
Fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat) tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470, l-entrata għall-ikel ġdid “Galatto-oligosakkarid” hija sostitwita b’dan li ġej:
Ikel ġdid awtorizzat |
Kundizzjonijiet li fihom jista’ jintuża l-ikel ġdid |
Rekwiżiti tat-tikkettar speċifiċi oħrajn |
Rekwiżiti oħra |
|
“Galatto-oligosakkarid |
Kategorija tal-ikel speċifikat |
Livelli massimi (espressi bħala proporzjon f’kull kilogramma ta’ galatto-oligosakkarid/kg tal-prodott tal-ikel finali) |
|
|
Supplimenti tal-Ikel kif iddefiniti fid-Direttiva 2002/46/KE |
0,333 |
|||
Supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE, minbarra t-trabi u t-tfal żgħar |
0,450 (li jikkorrispondi għal 5,4 g galatto-oligosakkarid/porzjon; massimu ta’ 3 porzjonijiet/kuljum sa massimu ta’ 16,2 g/kuljum) |
|||
Ħalib |
0,020 |
|||
Xarbiet magħmulin mill-ħalib |
0,030 |
|||
Sostitut ta’ ikla għall-kontroll tal-piż (fl-għamla ta’ xarbiet) |
0,020 |
|||
Xarbiet analogi għal dawk magħmulin mill-ħalib |
0,020 |
|||
Jogurt |
0,033 |
|||
Deżerti magħmulin mill-ħalib |
0,043 |
|||
Deżerti magħmulin mill-ħalib iffriżati |
0,043 |
|||
Xarbiet magħmulin mill-frott u xarbiet li jagħtu l-enerġija |
0,021 |
|||
Xarbiet li jissostitwixxu l-ikel għat-trabi |
0,012 |
|||
Meraq għat-trabi |
0,025 |
|||
Xarbiet tal-jogurt għat-trabi |
0,024 |
|||
Deżerti għat-trabi |
0,027 |
|||
Snacks għat-trabi |
0,143 |
|||
Ċereali għat-trabi |
0,027 |
|||
Xarbiet maħsubin biex jagħmlu tajjeb għall-użu ta’ sforz muskolari qawwi magħmulin b’mod speċjali għall-isportivi |
0,013 |
|||
Meraq |
0,021 |
|||
Mili tat-torti tal-frott |
0,059 |
|||
Preparazzjonijiet bil-frott |
0,125 |
|||
Bars |
0,125 |
|||
Ċereali |
0,125 |
|||
Formula tat-trabi u formula tal-prosegwiment kif iddefinit fir-Regolament (UE) Nru 609/2013 |
0,008” |