This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0760
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/760 of 7 May 2021 amending Implementing Regulations (EU) 2020/761 and (EU) 2020/1988 as regards the management system of some tariff quotas with licences and repealing Implementing Regulation (EU) 2020/991
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/760 tas-7 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji bil-liċenzji u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/991
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/760 tas-7 ta’ Mejju 2021 li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji bil-liċenzji u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/991
C/2021/3175
ĠU L 162, 10.5.2021, p. 25–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 10/05/2021
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | anness II tabella Test | 01/01/2021 | |
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | anness III tabella Test | 01/01/2021 | |
Modifies | 32020R0761 | Żieda | anness I Test | 01/01/2022 | |
Modifies | 32020R0761 | Żieda | anness III tabella Test | 01/01/2022 | |
Modifies | 32020R0761 | Żieda | anness XIV.2 RICE parti D | 01/01/2022 | |
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | artikolu 27 paragrafu mhux numerat 4 Test | 01/01/2022 | |
Modifies | 32020R0761 | Żieda | artikolu 27 paragrafu mhux numerat 6 | 01/01/2022 | |
Modifies | 32020R0761 | Żieda | artikolu 29 paragrafu mhux numerat | 01/01/2022 | |
Modifies | 32020R0761 | Żieda | artikolu 29a | 01/01/2022 | |
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | anness II tabella Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | anness III tabella Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | anness IV tabella Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | anness IX tabella Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | anness VI tabella Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | anness VII tabella Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | anness VIII tabella Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | anness X tabella Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | anness XI tabella Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | anness XII tabella Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | artikolu 16 paragrafu 2 punt (a) Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | artikolu 16 paragrafu 2 punt (b) Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | artikolu 16 paragrafu 3 punt (a) Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | artikolu 16 paragrafu 3 punt (b) Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | artikolu 16 paragrafu 3 punt (c) Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | artikolu 17 paragrafu 5 punt (a) Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | artikolu 17 paragrafu 5 punt (b) Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | artikolu 22 | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | artikolu 29 Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | artikolu 53 paragrafu 6 | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | artikolu 59 paragrafu 8 | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | artikolu 61 paragrafu 2 punt (a) | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | artikolu 61 paragrafu 3 Test | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | artikolu 71 paragrafu 3 | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | artikolu 72 paragrafu 2 | ||
Modifies | 32020R0761 | Sostituzzjoni | artikolu 72 paragrafu 4 | ||
Repeal | 32020R0991 | 01/01/2022 | |||
Modifies | 32020R1988 | Tħassir | anness I tabella | 01/01/2021 | |
Modifies | 32020R1988 | Sostituzzjoni | anness I tabella Test | 01/01/2021 | |
Modifies | 32020R1988 | Sostituzzjoni | anness II parti B titolu | 01/01/2021 | |
Modifies | 32020R1988 | Sostituzzjoni | artikolu 13 paragrafu 1 | 01/01/2021 | |
Modifies | 32020R1988 | Sostituzzjoni | artikolu 13 titolu | 01/01/2021 | |
Modifies | 32020R1988 | Sostituzzjoni | artikolu 17 | 01/01/2021 | |
Modifies | 32020R1988 | Tħassir | artikolu 18 paragrafu 1 Test | 01/01/2021 | |
Modifies | 32020R1988 | Tħassir | artikolu 18 paragrafu 2 Test | 01/01/2021 | |
Modifies | 32020R1988 | Sostituzzjoni | artikolu 18 titolu | 01/01/2021 | |
Modifies | 32020R1988 | Tħassir | artikolu 19 paragrafu 3 Test | 01/01/2021 | |
Modifies | 32020R1988 | Sostituzzjoni | artikolu 19 titolu | 01/01/2021 | |
Modifies | 32020R1988 | Sostituzzjoni | artikolu 2 paragrafu 2 | 01/01/2021 | |
Modifies | 32020R1988 | Sostituzzjoni | artikolu 29 | 01/01/2021 | |
Modifies | 32020R1988 | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 4 | 01/01/2021 | |
Modifies | 32020R1988 | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 5 | 01/01/2021 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32021R0760R(01) | (ES, EL, FR, GA, LV, MT, NL, PL, PT, RO, SK, FI) |
10.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/25 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/760
tas-7 ta’ Mejju 2021
li jemenda r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) 2020/1988 fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni ta’ ċerti kwoti tariffarji bil-liċenzji u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/991
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187 u l-Artikolu 223(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 66(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti prodotti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli u jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 u (KE) Nru 614/2009 (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) sa (d), u l-Artikolu 16(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 (4) jistabbilixxi regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u esportazzjoni u li jissostitwixxi u jħassar ċertu numru ta’ atti li fetħu dawn il-kwoti u jipprevedi regoli speċifiċi. |
(2) |
Sabiex jiġi ċċarat preċiżament sa meta l-Istati Membri jridu jinnotifikaw il-kwantitajiet koperti mil-liċenzji u l-informazzjoni relatata mas-sistema elettronika tar-Reġistrazzjoni u l-Identifikazzjoni tal-Operaturi tal-Liċenzji (“is-sistema elettronika LORI”) imsemmija fl-Artikolu 13 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 (5), jenħtieġ li ċ-ċertifikati tal-awtentiċità u ċ-ċertifikati tal-IMA1, l-Artikoli 16, 17 u 61 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jiġu emendati. |
(3) |
Ir-regoli dwar il-validità taċ-ċertifikati tal-IMA 1 għall-prodotti tal-ħalib jeħtieġ li jiġu emendati u allinjati mar-regoli ġenerali dwar il-perjodu ta’ validità tal-liċenzji tal-importazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-aħħar sentenza tal-Artikolu 53(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 titħassar. |
(4) |
F’każ li l-operaturi japplikaw għal-liċenzji tal-esportazzjoni elettronikament, jenħtieġ li jitħallew ukoll jippreżentaw bl-istess mod id-dikjarazzjoni tal-eliġibbiltà tal-importaturi tal-Istati Uniti li takkumpanja l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni skont il-kwoti tal-ġobon miftuħin mill-Istati Uniti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 59 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jiġi emendat. |
(5) |
Skont l-Artikolu 61(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, l-Istati Membri għandhom id-dmir li jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-data kollha li tirreferi għall-operaturi li ressqu applikazzjonijiet għall-esportazzjoni skont il-kwoti tal-ġobon miftuħin mill-Istati Uniti, inkluż in-numru EORI tagħhom. Peress li mhux l-operaturi kollha huma meħtieġa jkollhom tali numru, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw dan in-numru biss f’każ li l-operaturi jkollhom. Għalhekk, dak l-Artikolu jeħtieġ li jiġi emendat. |
(6) |
Skont l-Artikoli 71(3), u 72(2), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, u b’deroga mill-Artikolu 6(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament, l-operaturi li japplikaw għal kwoti tariffarji tal-esportazzjoni ġestiti minn pajjiżi terzi u soġġetti għal regoli speċifiċi tal-Unjoni, u għal kwoti tariffarji tal-importazzjoni ġestiti b’dokumenti maħruġa mill-pajjiżi esportaturi, jistgħu jippreżentaw aktar minn applikazzjoni waħda għal-liċenzji kull xahar, fi kwalunkwe jum. Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ta’ dan il-metodu ta’ ġestjoni, jenħtieġ li d-deroga mill-Artikolu 6 ta’ dak ir-Regolament tirreferi għall-Artikolu kollu u mhux biss għall-paragrafi 1 u 2 tiegħu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Artikolu 72(4) ta’ dak ir-Regolament jiġi kkoreġut bl-introduzzjoni ta’ referenza speċifika għaċ-ċertifikati tal-IMA 1. |
(7) |
Għal raġunijiet ta’ ċarezza, huwa xieraq li jiġu armonizzati r-regoli dwar il-mili tat-Taqsimiet 8 u 24 tal-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni u tal-liċenzji, fir-rigward tal-indikazzjoni tal-pajjiż ta’ oriġini tal-oġġetti. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikoli 22 u 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, kif ukoll il-kaxxi rilevanti tal-kwoti tariffarji fl-Annessi II sa XII ta’ dak ir-Regolament jiġu emendati. |
(8) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/991 (6) jiftaħ tliet kwoti tariffarji għar-ross li joriġina mill-Vjetnam. Sabiex il-ġestjoni ta’ dawn il-kwoti tariffarji tiġi armonizzata mar-regoli stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, jenħtieġ li t-tabelli u r-regoli li jirregolaw dawk it-tliet kwoti tariffarji jiġu integrati fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/991 jitħassar. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikoli 27 u 29 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jiġu emendati, u jenħtieġ li jiġi integrat l-Artikolu ġdid 29a f’dak ir-Regolament. |
(9) |
Jenħtieġ li t-tabella li tikkonċerna l-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4450 stabbilita fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 tiġi aġġornata bil-klassifikazzjoni l-ġdida taċ-ċanga u bl-isem il-ġdid tal-awtorità kompetenti għall-ħruġ taċ-Ċertifikati ta’ awtentiċità kkomunikati mill-Arġentina. |
(10) |
Sabiex jiġi evitat kwalunkwe nuqqas ta’ fehim dwar l-età massima tal-annimali bovini li l-karkassi tagħhom huma eliġibbli taħt il-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4002 stabbilit fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, jenħtieġ li t-tabella rilevanti ta’ dak l-Anness tiġi emendata. |
(11) |
Sabiex jiġu esklużi l-flettijiet tal-vagant mill-prodotti eliġibbli taħt il-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4038 u 09.4170 stabbiliti fl-Anness X tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, jenħtieġ li t-tabelli rilevanti ta’ dak l-Anness jiġu emendati. |
(12) |
Ir-referenza għall-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) fil-kaxxa “Prova tal-oriġini għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera” tat-tabelli ta’ diversi kwoti tariffarji mhijiex meħtieġa, u tista’ tiġi interpretata ħażin. Sabiex tiġi evitata kwalunkwe interpretazzjoni ħażina u kwistjonijiet konsegwenti għall-operaturi kummerċjali, jenħtieġ li tali referenza titħassar. Fl-istess sens, jenħtieġ li l-Artikolu 4(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 (8) jiġi emendat biex jiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tar-referenza tiegħu għall-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Barra minn hekk, jenħtieġ li r-referenza għaċ-ċertifikati tal-awtentiċità fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 tiġi estiża għad-dokumenti kollha msemmija fil-Kapitolu II u fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament. |
(13) |
Sabiex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji rregolati mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 jenħtieġ li jitħassru ċerti kwoti prinċipali għall-butir u l-vitella u li s-subkwoti rilevanti jiġu ġestiti bħala kwoti tariffarji. |
(14) |
Wara żball fl-integrazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 (9) fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988, jenħtieġ li t-tabella tal-kwota tariffarja taħt in-numru tal-ordni 09.0141 tiġi integrata man-numri tal-ordni l-oħra kollha li jirregolaw il-prodotti elenkati fid-deskrizzjoni tal-prodott tagħha, b’effett fuq il-perjodu tal-kwoti tariffarji kurrenti. |
(15) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 u (UE) Nru 2020/1988 jiġu emendati skont dan. |
(16) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni f’waqtha tal-emendi meta l-operaturi jippreżentaw l-applikazzjonijiet għal-liċenzji għall-kwoti tariffarji b’perjodi li jibdew f’Lulju 2021, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-emendi għall-kwoti tariffarji ġestiti bil-liċenzji japplikaw mill-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni għal-liċenzja wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jimmodifikaw ir-rekwiżiti tal-prova tal-oriġini għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4123, 09.4125, 09.4112, 09.4116, 09.4117, 09.4118, 09.4119, 09.4130 u 09.4154, li jenħtieġ li japplikaw mill-bidu tal-perjodi tal-kwoti tariffarji kurrenti. Jenħtieġ li l-emendi għall-kwoti tariffarji ġestiti fuq il-prinċipju ta’ “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” japplikaw għall-perjodu tal-kwoti tariffarji kurrenti sa mill-bidu tagħhom. Jenħtieġ li l-emendi li jikkonċernaw l-integrazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/991 fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 japplikaw mill-perjodu tal-kwota tariffarja li jmiss li jibda fl-1 ta’ Jannar 2022. |
(17) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huwa emendat kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
(2) |
fl-Artikolu 17, il-paragrafu 5 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
l-Artikolu 22 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 22 Kontenut tal-applikazzjoni u tal-liċenzja L-applikazzjoni għal-liċenzja tal-importazzjoni u l-liċenzja għandhom fil-każijiet kollha jsemmu fit-Taqsima 24 waħda mill-entrati elenkati fl-Anness XIV.”; |
(4) |
l-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:
|
(5) |
l-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
Jiddaħħal l-Artikolu 29a li ġej: “Artikolu 29a Ċertifikat tal-awtentiċità 1. Iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità, maħruġ minn korp kompetenti tal-Vjetnam elenkat fl-Anness III, li jiddikjara li r-ross jappartjeni għal waħda mill-varjetajiet speċifiċi ta’ ross fragranti stabbilit għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4731 għandu jitfassal fuq formola f’konformità mal-kampjun stabbilit fl-Anness XIV.2 ROSS — Parti D. Oriġini Vjetnam. Il-formoli għandhom ikunu stampati u kkompletati bl-Ingliż. 2. Kull ċertifikat tal-awtentiċità għandu jkollu numru tas-serje individwali allokat mill-awtoritajiet tal-ħruġ fil-kaxxa ta’ fuq tal-lemin. Il-kopji għandu jkollhom l-istess numru tal-oriġinal. 3. Iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità għandu jkun validu għal 120 jum mid-data tal-ħruġ. Għandu jkun validu biss jekk il-kaxxi jkunu mimlija kif suppost u jkun iffirmat. Iċ-ċertifikati tal-awtentiċità għandhom jitqiesu li ġew iffirmati kif suppost jekk ikunu jinkludu d-data u l-post tal-ħruġ kif ukoll it-timbru tal-awtorità tal-ħruġ u l-firma tal-persuna jew tal-persuni awtorizzati li jiffirmawhom. 4. Iċ-ċertifikat ta’ awtentiċità għandu jiġi ppreżentat lill-awtoritajiet doganali sabiex tiġi vverifikata l-eżistenza tal-kundizzjonijiet meħtieġa sabiex wieħed jibbenefika mill-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4731. Il-korp kompetenti tal-Vjetnam elenkat fl-Anness III, għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b’kull informazzjoni rilevanti, li tista’ tassisti fil-verifika tal-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikati tal-awtentiċità, b’mod partikolari kampjuni tat-timbri li tkun użat.”; |
(7) |
fl-Artikolu 53, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej: “6. Għandha tiġi ppreżentata kopja awtentikata kif xieraq taċ-ċertifikat tal-IMA 1, flimkien mal-liċenzja tal-importazzjoni korrispondenti u l-prodotti relatati magħha, lill-awtoritajiet doganali tal-Istat Membru tal-importazzjoni fl-istess ħin li fih titressaq id-dikjarazzjoni tar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni.”; |
(8) |
fl-Artikolu 59, il-paragrafu 8 huwa sostitwit b’dan li ġej: “8. L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni mill-importatur innominat tal-Istati Uniti li tiddikjara l-eliġibbiltà tiegħu għall-importazzjoni skont ir-regoli tal-Istati Uniti dwar il-liċenzjar tal-importazzjoni tal-kwota tariffarja għall-ħalib stipulati fil-parti 6 tas-sottotitolu A tat-Titolu 7 tal-Kodiċi tar-Regolamenti Federali. Fil-każ ta’ applikazzjoni elettronika, tista’ tiġi ppreżentata kopja elettronika ta’ din id-dikjarazzjoni.”; |
(9) |
l-Artikolu 61 huwa emendat kif ġej:
|
(10) |
fl-Artikolu 71, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. B’deroga mill-Artikolu 6, l-operaturi jistgħu jressqu aktar minn applikazzjoni għal liċenzja waħda kull xahar, u l-applikazzjonijiet għal-liċenzji jistgħu jiġu ppreżentati fi kwalunkwe jum, filwaqt li jitqies l-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1239.”; |
(11) |
l-Artikolu 72 huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
l-Annessi I, II, III, IV, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XII u XIV.2 ROSS huma emendati f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-Artikolu 53(2), il-punti (b) u (c) u l-Artikolu 53(3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 ma għandhomx japplikaw għall-kwoti tariffarji u l-kwoti subtariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.0138, 09.0139, 09.0140, 09.0141, 09.0165, 09.0166, 09.0167, 09.0168, 09.0169, 09.0142, 09.0143, 09.0161, 09.0162, 09.0163, 09.0164, 09.0146, 09.0147, 09.0148, 09.0149, 09.0150, 09.0151, 09.0152, 09.0159, 09.0160, 09.0154, 09.0155, 09.0156, 09.0157 u 09.0158.”; |
(2) |
l-Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
l-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
l-Artikolu 17 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 17 Ġestjoni tal-kwoti tariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.0161, 09.0162, 09.0163 u 09.0164 Il-kwoti tariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.0161 u 09.0163 għandhom jintużaw biex japplikaw għall-kodiċi NM ex 0202 20 30; il-kwoti tariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.0162 u 09.0164 għandhom jintużaw biex japplikaw għall-kodiċi NM ex 0202 30 10, ex 0202 30 50, ex 0202 30 90 u ex 0206 29 91.”; |
(5) |
l-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:
|
(6) |
l-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
(7) |
l-Artikolu 29 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 29 Kwoti tariffarji taħt in-numri tal-ordni 09.0159 u 09.0160 Il-kwota tariffarja 09.0159 għandha tintuża biex tapplika għall-kodiċi NM 0405 10; il-kwota tariffarja 09.0160 għandha tintuża biex tapplika għall-kodiċi NM 0405 90.”; |
(8) |
l-Annessi I u II huma emendati f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 3
Tħassir
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/991 jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2022.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikoli 1 għandu japplika mill-ewwel perjodu ta’ applikazzjoni għal-liċenzja wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
Madankollu:
(a) |
il-punti (2)(d) u (3)(e) tal-Anness I għandhom japplikaw mill-bidu tal-perjodu tal-kwoti tariffarji kurrenti; |
(b) |
l-Artikolu 1, il-punt (4), il-punt (5)(b) u l-punt (6), u l-punt (1), il-punt (3)(f) u l-punt (12) tal-Anness I għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2022. |
L-Artikolu 2 għandu japplika mill-bidu tal-perjodi tal-kwoti tariffarji kurrenti.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(3) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 1.
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 24).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni soġġetti għal liċenzji u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-depożitu ta’ garanziji fl-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 1).
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/991 tat-13 ta’ Mejju 2020 li jiftaħ u jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta’ ross li joriġina mir-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam (ĠU L 221, 10.07.2020, p. 64).
(7) Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).
(8) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 tal-11 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 u Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji fuq l-importazzjoni f’konformità mal-prinċipju “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel” (ĠU L 422, 14.12.2020, p. 4).
(9) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1095/96 tat-18 ta’ Ġunju 1996 dwar l-implimentazzjoni tal-konċessjonijiet dikjarati fl-iskeda CXL imfassla bħala riżultat tal-konklużjoni tan-negozjati tal-FĠKT (GATT) XXIV.6 (ĠU L 146, 20.6.1996, p. 1).
ANNESS I
L-Annessi I, II, III, IV, VI, VII, VIII, IX, X, XI, XII u XIV.2 ROSS tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huma emendati kif ġej:
(1) |
fl-Anness I, taħt ir-ringiela relatata mal-kwota tariffarja 09.4168, jiddaħħlu r-ringieli li ġejjin:
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
fl-Anness IV, il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4320 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(5) |
fl-Anness VI, il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4287 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(6) |
fl-Anness VII, il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4286 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(7) |
L-Anness VIII huwa emendat kif ġej:
|
(8) |
fl-Anness IX, il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4595 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(9) |
L-Anness X huwa emendat kif ġej:
|
(10) |
fl-Anness XI, il-kaxxa “Entrati speċifiċi li jridu jsiru fl-applikazzjoni tal-liċenzja u fuq il-liċenzja” tat-tabella li tirreferi għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4401 u 09.4402 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(11) |
L-Anness XII huwa emendat kif ġej:
|
(12) |
fl-Anness XIV.2 ROSS, tiżdied il-Parti D li ġejja: “PARTI D. Oriġini l-Vjetnam Ċertifikat ta’ Awtentiċità
|
ANNESS II
L-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1988 huma emendati kif ġej:
(1) |
it-tabelli li jirreferu għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.0144, 09.0145, u 09.0153 jitħassru; |
(2) |
it-tabella li tirreferi għall-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.0141 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(3) |
it-tabella li tirreferi għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.0161 u 09.0162 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(4) |
it-tabella li tirreferi għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.0163 u 09.0164 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(5) |
it-tabella li tirreferi għall-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.0159 u 09.0160 hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(6) |
fl-Anness II, l-intestatura tal-Parti B hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(1) ĠU L 47, 17.2.2006, p. 54.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2006 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Awstralja bis-saħħa tal-Artikolu XXIV:6 u l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) 1994 dwar il-modifika tal-konċessjonijiet fl-iskedi tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka matul l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 47, 17.2.2006, p. 52).”.