Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1989

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1989 tal-15 ta’ Novembru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivifid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

    ST/11051/2021/INIT

    ĠU L 405, 16.11.2021, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1989/oj

    16.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 405/8


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1989

    tal-15 ta’ Novembru 2021

    li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivifid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-15 ta’ Ottubru 2012, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1), dwar miżuri restrittivi kontra l-Belarussja.

    (2)

    Fl-24 ta’ Ġunju 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/1031 (2), li emendat id-Deċiżjoni 2012/642/PESK biex tintroduċi għadd ta’ restrizzjonijiet ekonomiċi, inkluż projbizzjoni tal-għoti ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni lill-Gvern Belarussu u lill-korpi u lill-aġenziji pubbliċi Belarussi.

    (3)

    F’dan il-kuntest, huwa xieraq li jiġu introdotti ċerti eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni tal-għoti ta’ assigurazzjoni u riassigurazzjoni lill-Gvern Belarussu u lill-korpi u lill-aġenziji pubbliċi Belarussi.

    (4)

    Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex ċerti miżuri jiġu implimentati.

    (5)

    Għalhekk id-Deċiżjoni 2012/642/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 2j tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK huwa sostitwit bis-segwenti:

    “Artikolu 2j

    1.   Għandu jkun ipprojbit li tiġi pprovduta assigurazzjoni jew riassigurazzjoni:

    (a)

    lill-Gvern Belarussu, lill-korpi, lill-korporazzjonijiet jew lill-aġenziji pubbliċi tiegħu; jew

    (b)

    lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp li jaġixxu f’isem jew fuq ordni ta’ persuna ġuridika, entità jew korp imsemmija fil-punt (a).

    2.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għall-għoti ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà obbligatorja jew ta’ parti terza lil persuni, entitajiet jew korpi Belarussi fejn ir-riskju assigurat jinsab fl-Unjoni jew għall-għoti ta’ assigurazzjoni għal missjonijiet diplomatiċi jew konsulari tal-Belarussja fl-Unjoni.

    3.   Il-projbizzjonijiet fil-paragrafu 1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżekuzzjoni ta’ kuntratti konklużi qabel il-25 ta’ Ġunju 2021 jew il-kuntratti anċillari neċessarji għall-eżekuzzjoni ta’ tali kuntratti.’.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Novembru 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1031 tal-24 ta’ Ġunju 2021 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (ĠU L 224 I, 24.6.2021, p. 15).


    Top