Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1792

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1792 tal-11 ta’ Ottubru 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

ST/12266/2021/INIT

ĠU L 359I, 11.10.2021, p. 6–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1792/oj

11.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 359/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1792

tal-11 ta’ Ottubru 2021

li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/145/PESK (1).

(2)

L-Unjoni Ewropea ma tirrikonoxxix l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol mill-Federazzjoni Russa.

(3)

Mill-annessjoni illegali tar-Repubblika Awtonoma tal-Krimea u l-belt ta’ Sevastopol ’il hawn, il-Federazzjoni Russa ilha tagħmel sforzi kontinwi biex dawk it-territorji okkupati jiġu soġġetti għall-governanza tagħha. B’mod partikolari, il-Federazzjoni Russa tuża s-setgħat tal-ġudikatura tagħha biex toppressa l-opponenti tal-annessjoni illegali tagħha tal-Krimea u Sevastopol.

(4)

Diversi mħallfin, prosekuturi u uffiċjali tas-sigurtà huma responsabbli għall-infurzar tal-liġi Russa fil-Krimea u Sevastopol okkupati illegalment. Dawk il-persuni kienu qed jieħdu deċiżjonijiet preġudikati favur ir-Russja f’diversi proċedimenti kriminali politikament motivati jew iħarrku attivisti favur l-Ukrajna jew jintensifikaw il-kampanja ta’ oppressjoni kontra l-opponenti tal-annessjoni illegali.

(5)

Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiżdiedu tmien individwi mal-lista’ ta’ persuni, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi stabbilita fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK għar-rwol tagħhom fl-ipperikolar jew it-theddid tal-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-11 ta’ Ottubru 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. PODGORŠEK


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU L 78, 17.3.2014, p. 16).


ANNESS

Il-persuni li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness għad-Deċiżjoni 2014/145/PESK:

 

Isem

Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“193.

Mikhail Nikolaevich BELOUSOV

(Михаил Николаевич Белоусов)

Sess: Raġel;

Data tat-twelid: 26.11.1964;

Post tat-twelid: ir-Russja;

Nazzjonalità: Ukrena, Russa (l-Unjoni ma tirrikonoxxix passaporti maħruġa mill-Federazzjoni Russa fil-Krimea);

Indirizz: 117 Balaklavs’ka St, App 48, Simferopol, Crimea, Ukraine

Imħallef fil-Qorti Distrettwali ta’ Kievskiy f’Simferopol.

Huwa ħa għadd ta’ deċiżjonijiet preġudikati f’każijiet politikament motivati kontra opponenti tal-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol. Huwa b’hekk b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

11.10.2021

194.

Andrey Nikolaevich DOLGOPOLOV

(Андрей Николаевич Долгополов)

Sess: Raġel

Data tat-twelid: 15.2.1959

Post tat-twelid: il-Kirgiżistan;

Nazzjonalità: Ukrena, Russa (l-Unjoni ma tirrikonoxxix passaporti maħruġa mill-Federazzjoni Russa fil-Krimea)

Indirizz: 82 Peremohy Ave, App. 343, Simferopol, Crimea, Ukraine.

President tal-Qorti Distrettwali ta’ Kievskiy f’Simferopol.

Huwa ħa għadd ta’ deċiżjonijiet preġudikati f’każijiet politikament motivati kontra opponenti tal-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol. Huwa b’hekk b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

11.10.2021

195.

Yevgeniy Sergeevich KOLPIKOV

(Евгений Сергеевич КОЛПИКОВ)

Sess: Raġel

Data tat-twelid: 6.5.1974.

Post tat-twelid: Beryozovskaya, id-Distrett ta’ Danilovsky, Oblast ta’ Volgograd, ir-Russja;

Nazzjonalità: Russa;

Indirizz: Military Prosecutor’s Office of the Southern Military District of the Russian Federation. Pushkinskaya Ulitsa, 72А, Rostov, Rostov Oblast, Russia, 344022

Tel. (+ 7) 8863263-04-67, (+ 7) 8863282-79-68

Prosekutur tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Militari tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tal-Federazzjoni Russa f’Rostov-on-Don.

Huwa ħarrek lill-attivisti favur l-Ukrajna oppressi minħabba li opponew l-annessjoni tal-Peniżola tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa. Huwa ressaq akkużi quddiem qorti fil-Federazzjoni Russa kontra ċ-ċittadini Ukreni li kienu ġew trasferiti bil-forza mill-Peniżola okkupata tal-Krimea. Huwa b’hekk b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

11.10.2021

196.

Magomed Farmanovich MAGOMEDOV

(Магомед Фарманович Магомедов)

Sess: Raġel;

Data tat-twelid: 5.2.1981

Investigatur ta’ każijiet speċjali fl-Ewwel Dipartiment tal-Investigazzjoni, Direttorat għall-Investigazzjoni ta’ Każijiet Partikularment Importanti tad-Dipartiment Prinċipali tal-Investigazzjoni tal-Kumitat Investigattiv tar-Russja għar-Repubblika tal-Krimea u l-belt ta’ Sevastopol.

Huwa kien involut f’investigazzjonijiet kriminali politikament motivati kontra l-mexxejja tal-Mejlis tal-Poplu Tatar tal-Krimea mħarrka minħabba l-oppożizzjoni attiva tagħhom għall-annessjoni illegali tal-Peniżola tal-Krimea. Huwa b’hekk b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

11.10.2021

197.

Leonid Vladimirovich MIKHAILIUK

(Леонид Владимирович МИХАЙЛЮК)

Sess: Raġel

Data tat-twelid: 1.1.1970 JEW 8.7.1963

Nazzjonalità: Russa;

Indirizz (Xogħol): 295034, Simferopol, 13 I. Franko blvd., Crimea, Ukraine

Kap tas-Servizz tas-Sigurtà Federali (FSB) fil-Krimea u Sevastopol u tal-Kumitat reġjonali Kontra t-Terroriżmu.

Mexxa l-forzi tal-FSB, li intensifikaw il-kampanja ta’ oppressjoni kontra l-opponenti tal-okkupazzjoni illegali tal-Peniżola tal-Krimea mill-Federazzjoni Russa. Uħud mill-attivisti favur l-Ukrajna detenuti mill-unitajiet tal-FSB taħt il-kmand tiegħu ġew trasferiti bil-forza lejn Krasnodar u Rostov-on-Don fir-Russja. Huwa b’hekk b’mod attiv appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

11.10.2021

198.

Viktor Anatolyevich MOZHELIANSKIY (Виктор Анатольевич Можелянский)

Sess: Raġel

Data tat-twelid: 10.5.1964

Post tat-twelid: Kharkiv, l-Ukrajna

Nazzjonalità: Ukrena, Russa (l-Unjoni ma tirrikonoxxix passaporti maħruġa mill-Federazzjoni Russa fil-Krimea)

Indirizz: 35 Marshala Zhukova St, App. 53, Simferopol, Crimea, Ukraine or Anhars’ka St, 8 Simferopol, Crimea, Ukraine.

Viċi president tal-Qorti Distrettwali Ċentrali f’Simferopol u eks imħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Kievskiy f’Simferopol.

Huwa ħa għadd ta’ deċiżjonijiet preġudikati f’każijiet politikament motivati kontra opponenti tal-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol. Huwa b’hekk appoġġa b’mod attiv azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

11.10.2021

199.

Galina Vladimirovna REDKO

(Галина Владимировна Редько)

Sess: Mara

Data tat-twelid: 22.3.1974

Post tat-twelid: Romany, Oblast ta’ Poltava, l-Ukrajna;

Nazzjonalità: Ukrena, Russa (l-Unjoni ma tirrikonoxxix passaporti maħruġa mill-Federazzjoni Russa fil-Krimea)

Imħallef tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Krimea.

Hija ħadet għadd ta’ deċiżjonijiet preġudikati f’każijiet politikament motivati kontra opponenti tal-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol. Hija b’hekk b’mod attiv appoġġat azzjonijiet u implimentat politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

11.10.2021

200.

Vladimir Nikolaevich TERENTEV

(Владимир Николаевич Терентьев)

Sess: Raġel;

Data tat-twelid: 11.11. 1977

Post tat-twelid: Voronezh, ir-Russja

Nazzjonalità: Russa

Numru tal-passaport, numru tal-ID nazzjonali, numri oħra tad-dokumenti tal-identità: 03 01 118013

Kap tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni Prinċipali tal-Kumitat Investigattiv tar-Russja għar-Repubblika tal-Krimea u l-belt ta’ Sevastopol.

Huwa ssorvelja l-attivitajiet tal-Kumitat fil-każijiet politikament motivati kontra l-attivisti favur l-Ukrajna oppressi għall-azzjonijiet tagħhom li kellhom il-mira li jopponu l-annessjoni illegali tal-Ukrajna u r-restawr tal-integrità territorjali tal-Ukrajna.

Huwa mexxa l-ħidma tal-investigaturi kriminali u b’hekk b’mod attiv huwa appoġġa azzjonijiet u implimenta politiki li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

11.10.2021”


Top