Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1144

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1144 tat-12 ta’ Lulju 2021 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

    ST/10024/2021/INIT

    ĠU L 247, 13.7.2021, p. 99–99 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1144/oj

    13.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 247/99


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2021/1144

    tat-12 ta’ Lulju 2021

    li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-31 ta’ Lulju 2014, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1).

    (2)

    Fid-19 ta’ Marzu 2015, il-Kunsill Ewropew qabel li kellhom jittieħdu l-miżuri neċessarji biex ikun hemm rabta ċara bejn id-durata tal-miżuri restrittivi u l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta’ Minsk, filwaqt li jitqies li l-implimentazzjoni sħiħa kienet prevista għall-31 ta’ Diċembru 2015.

    (3)

    Fis-17 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/2143 (2), li ġeddiet id-Deċiżjoni 2014/512/PESK sal-31 ta’ Lulju 2021 sabiex ikun jista’ jkompli jivvaluta l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ Minsk.

    (4)

    Wara li għamel valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ Minsk, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2014/512/PESK tiġi mġedda għal sitt xhur oħra sabiex il-Kunsill ikun jista’ jivvaluta aktar l-implimentazzjoni tagħhom.

    (5)

    Għalhekk id-Deċiżjoni 2014/512/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Jannar 2022.”.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2021.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES


    (1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/512/PESK tal-31 ta’ Lulju 2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 229, 31.7.2014, p. 13).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2143 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 430, 18.12.2020, p. 26).


    Top