EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021D1050

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1050 tal-21 ta’ Ġunju 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

ST/12294/2018/INIT

ĠU L 227, 28.6.2021, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2021/1050/oj

Related international agreement

28.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 227/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1050

tal-21 ta’ Ġunju 2021

dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 217 flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Att tal-Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra (1), (“il-Ftehim”), kien iffirmat fis-17 ta’ Lulju 1995. Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Marzu 1998.

(2)

Ir-Repubblika tal-Kroazja saret Stat Membru tal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Lulju 2013.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 6(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja, l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Ftehim irid ikun hemm qbil dwarha permezz ta’ protokoll għall-Ftehim (“il-Protokoll”). Skont proċedura ssimplifikata, irid jiġi konkluż protokoll bejn il-Kunsill, li jaġixxi unanimament f’isem l-Istati Membri, u l-pajjiż terz ikkonċernat.

(4)

Fl-14 ta’ Settembru 2012, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati mal-pajjiżi terzi kkonċernati fid-dawl tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni. In-negozjati mar-Repubblika tat-Tuneżija kienu konklużi b’suċċess fil-11 ta’ Mejju 2018.

(5)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1420 (2) il-Protokoll ġie ffirmat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha fi Brussell fis-27 ta’ Lulju 2020, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(6)

Jenħtieġ li l-Protokoll jiġi approvat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea, huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 7(1) tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-21 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 97, 30.3.1998, p. 2.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1420 tal-15 ta’ Ottubru 2018 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Tuneżija, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (ĠU L 330, 9.10.2020, p. 1).

(3)  It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 330, 9.10.2020, flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar.


Top